2003L0087 — MT — 13.11.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p.32) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 338 |
18 |
13.11.2004 |
ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ottubru 2003
li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),
Billi:
(1) |
Il-Green Paper dwar l-iskambju ta’ emissjoni tal-gassijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea nidiet dibattitu fl-Ewropa kollha dwar il-konvenjenza u l-funzjonament possibbli ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serragassijiet serra ġewwa l-Unjoni Ewropea. Il-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima kkunsidra l-politiki u l-miżuri Komunitarji permezz ta’ proċess li jinvolvi ħafna minn dawk li għandhom sehem, li jinkludi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serragassijiet serra ġewwa l-Komunità (l-iskema Komunitarja) msejsa fuq il-Green Paper. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2001, il-Kunsill għaraf l-importanza partikolari tal-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima u tax-xogħol imsejjes fuq il-Green Paper, u ssottilinea l-ħtieġa urġenti għal azzjoni konkreta fil-livell Komunitarju. |
(2) |
Is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600.2002.KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jidentifika l-bidla fil-klima bħala prijorità għall-azzjoni u jipprovdi li tiġi stabbilita skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet matul il-Komunità kollha sas-sena 2005. Dan il-Programm jagħraf illi l-Komunità hija impenjata li tikseb tnaqqis ta’ 8 % fl-emissjoni tal-gassijiet serra bejn mis-sena 2008 sas-sena 2012 meta pparagunat mal-livelli tas-sena 1990, u li, fuq skond iktar fit-tul, l-emissjonijiet globali jridu jeħtieġu li jiġu mnaqqsa b’madwar 70 % meta pparagunati mal-livelli tas-sena 1990. |
(3) |
L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, li kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ( 6 ), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjieni indħil perikoluż antropoġeniku fis-sistema tal-klima. |
(4) |
Ġaladarba jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ta’ Kyoto li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 li jirrigwarda l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto ta’ mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u t-twettiq konġunt tiegħu ( 7 ), irid jikkommetti lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra antropoġeniċi aggregati tagħhom elenkati fl-Anness A mal-Protokoll bi 8 % pparagunati mal-livelli tas-sena 1990 fil-perjodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012. |
(5) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha ftiehmu li jwettqu konġuntement dawn l-impenji li jnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra, skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE. Din id-Direttiva timmira li tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-impenji tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha b’mod iktar effettiv, permezz ta’ suq Ewropew effiċjenti fil-għoti ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra, bl-inqas tnaqqis possibbli ta’ l-iżvilupp ekonomiku u tax-xogħol. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 għal mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għal CO2 Komunitarju u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra ( 8 ), stabbiliet mekkaniżmu sabiex jimmonitorja l-emissjoni tal-gassijiet serra u jivvaluta l-progress sabiex jintlaħqu l-impenji rigward dawn l-emissjonijiet. Dan il-mekkaniżmu jrid jassisti lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati. |
(7) |
Id-disposizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti mill-Istati Membri huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta’ l-integrità tas-suq intern u sabiex tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
(8) |
Meta jallokaw il-kwoti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-potenzjal għall-attivitajiet tal-proċess industrijali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet. |
(9) |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi huma joħorġu biss kwoti validi għall-perjodu taż-żmien li jibda fis-sena 2008 lill-persuni rigward il-kwoti ikkanċellati, li jikkorrespondu mat-tnaqqis fl-emissjonijiet magħmula minn dawn il-persuni fit-territorju nazzjonali tagħhom matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda fis-sena 2005. |
(10) |
Mill-bidu tal-perjodu msemmi taż-żmien ta’ ħames snin, it-trasferimenti tal-kwoti lil Stat Membru ieħor iridu jinvolvu aġġustamenti korrispondenti għall-unitajiet ta’ l-ammonti assenjati skond il-protokoll ta’ Kyoto. |
(11) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operaturi ta’ ċerti attivitajiet speċifiċi jkollhom permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra u li jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra speċifikati fejn jidħlu dawn l-attivitajiet. |
(12) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva 98/70/KE u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(13) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għat-tagħrif li jkollu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti u għar-riżultati tal-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet, bla ħsara biss għar-restrizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 2003/4KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent ( 9 ), |
(14) |
L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mfassal fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent ( 10 ). |
(15) |
L-inklużjoni ta’ stallazzjonijiet addizzjonali fl-iskema Komunitarja għandha tkun skond id-disposizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, u l-kopertura ta’ l-iskema Komunitarja tista’ għalhekk tiġi estiża għal emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra għajr id-dijossidu tal-karbonju fost ħwejjeġ oħra mill-aluminju u l-attivitajiet kimiċi. |
(16) |
Din id-Direttiva ma għandha tipprevjeni lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jistabbilixxi skemi kummerċjali nazzjonali li jirregolaw l-emissjonijiet tal-gassijiet ts-serra minn attivitajiet oħra għajr dawk elenkati fl-Anness I jew inklużi fl-iskema Komunitarja, jew mill-istallazzjonijiet esklużi temporanjament mill-iskema Komunitarja. |
(17) |
L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fl-iskambju internazzjonali fl-emissjonijiet bħala Partijiet fil-Protokoll ta’ Kyoto ma’ kull Parti oħra inkluża fl-Anness B ta’ miegħu, |
(18) |
Ir-rabta ta’ l-iskema Komunitarja ma’ l-iskemi ta’ pajjiżi terzi dwar in-negozju fl-emissjoni tal-gassijiet serra trid iżżid l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni li tinkisb il-mira Komunitarja tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2002/358/KE dwar it-twettiq konġunt ta’ l-impenji. |
(19) |
Il-mekkaniżmi msejsa fuq il-proġetti li jinkludu l-Implimentazzjoni Konġunta (JI) u l-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif (CDM) huma importanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kemm tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra u kemm sabiex jiżdied il-funzjonament ta’ l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni ta’ l-iskema Komunitarja. Skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-Akkordji ta’ Marrakex, l-użu tal-mekkaniżmi għandu jkun supplimentali għall-azzjoni domestika u b’hekk l-azzjoni domestika trid tikkostitwixxi element sinifikanti fl-isforz magħmul. |
(20) |
Din id-Direttiva trid tinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġija ta’ użu iktar effiċjenti ta’ l-enerġija, inkluża t-teknoloġija tal-għaqda tas-sħana u l-enerġija, li jippoduċu inqas emissjonijiet għal kull unità tal-produzzjoni, filwaqt li d-direttiva ġejjiena tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-ko-ġenerazzjoni msejsa fuq id-domanda utli tas-sħana fis-suq intern ta’ l-enerġija trid tippromwovi b’mod speċifiku t-teknoloġija tal-għaqda tas-sħana u l-enerġija. |
(21) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li tirrigwarda l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż ( 11 ) tistabbilixxi qafas ġenerali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż, li permezz tiegħu jistgħu jinħarġu l-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra. Id-Direttiva 96/61/KE għandha tiġi emendata sabiex tiżgura illi l-valuri tal-limiti ta’ l-emissjonijiet ma jiġux iffissati għall-emissjoni diretta tal-gassijiet serra minn stallazzjoni bla ħsara għal din id-Direttiva u li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew unitajiet oħra li jarmu d-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit, mingħajr preġudizzji għal ħtiġiet oħra skond id-Direttiva 96.61/KE. |
(22) |
Din id-Direttiva hija kompatibbli mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzonjiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kyoto. Għandha tiġi rivista fid-dawl ta’ l-iżviluppi f’dan il-kuntest u tqis l-esperjenza fl-implimentazzjoni tagħha u l-progress miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gasijiet tas-serra. |
(23) |
L-iskambju ta’ kwoti għall-emissjonijiet għandu jifforma parti minn pakkeġġ komprensiv u koerenti tal-politiki u l-miżuri implimenati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, meta l-attivitajiet ikunu koperti bl-iskema Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-politiki regolatorji, fiskali u oħrajn li jsegwu l-istess għanijiet. Ir-rivista tad-Direttiva għandha tikkunsidra safejn u sakemm inkisbu dawn l-għanijiet. |
(24) |
L-istrument tat-tassazzjoni jista’ jkun politika nazzjonali sabiex tillimita l-emissjonijiet mill-istallazzjonijiet esklużi temporanjament. |
(25) |
Il-politiki u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea, u mhux biss ġewwa l-industrija u s-setturi ta’ l-eneriġja, sabiex jiġi ġġenerat tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tikkunsidra politiki u miżuri fil-livell Komunitarji sabiex is-settur tat-trasport jagħmel kontribut sostanzajali lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom dwar il-bidla fil-klima skond il-protokoll ta’ Kyoto, |
(26) |
Minkejja l-potenzal b’ħafna faċċati tal-mekkaniżmi msejsa fuq is-suq, l-istrateġija ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-taffija tal-bidla fil-klima għandha tkun mibnija fuq bilanċ bejn l-iskema Komunitarja u u tipi oħra ta’ azzjoni Komunitarja, domestika u internazzjonali. |
(27) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji kkonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(28) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 12 ). |
(29) |
Billi l-kriterji (1), (5) u (7) ta’ l-Anness III ma jistgħux jiġu emendati permezz tal-komitoloġija, l-emendi rigward il-perjodi taż-żmien wara s-sena 2002 għandhom isiru biss permezz tal-ko-deċiżjċoni, |
(30) |
Ġaladarba l-għan ta’ l-azzjoni proposta, li tiġi stabbilita skema Komunitarja, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri huma u jaġixxu b’mod individwali, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar ‘il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb din in-mira, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-materja tas-suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità (minn issa ‘l quddiem imsjħa l-“iskema Komunitarja”) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I u għall-gassijiet serra elenkati fl-Annes II.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull ħtieġa skond id-Direttiva 96/61/KE.
Artikolu 3
Id-definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;
(b) “emissjonijiet” ifissru r-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera minn sorsi ġewwa stallazzoni;
(ċ) “gassijiet serra” ifissru l-gassijiet elenkati fl-Anness II;
(d) “permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra” ifisser il-permess maħruġ skond l-Artikoli 5 u 6;
(e) “stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;
(f) “operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;
(g) “persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;
(h) “min jidħol ġdid” ifisser kull stallazzjoni li twettaq attività jew iktar indikati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjoni ta’ gassijiet serra jew estensjoni estensiva għall-istallazzjoni, wara n-notifika lill-Kummissjoni tal-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet;
(i) “il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;
(j) “l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;
(k) “Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;
(l) “attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;
(m) “unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
(n) “tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto.
Artikolu 4
Il-permessi għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda stallazzjoni ma tindħal għal attività elenkata fl-Anness I li tirriżulta fl-emissjonijiet speċifikati fejn tidħol din l-attivita għajr jekk l-operatur tagħha jkollu permess maħruġ minn awtorità kompetenti skond l-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni tkun eskluża temporanjament mill-iskema Komunitarja skond l-Artikolu 27.
Artikolu 5
L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra
Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għal permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra għandha tinkludi deskrizzjoni dwar:
(a) l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha inkluża t-teknoloġija wżata;
(b) il-materji prima u awżiljarji, li l-użu tagħhom x’aktarx iwassal għall-emissjonijiet tal-gassijiet elenkati fl-Anness I;
(ċ) is-sorsi ta’ l-emissjoni tal-gassijiet elenkati fl-Anness I mill-istallazzjoni; u
(d) il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet skond il-linji gwida adottati skond l-Artikolu 14.
L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.
Artikolu 6
Il-kondizzjonijiet u l-kontenut tal-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra
1. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinja minn stallazzjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha jew tkun sodisfatta illi l-operatur huwa kapaċi li jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.
Permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jista’ jkopri stallazzjoni jew iktar fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur.
2. Il-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra għandu jkun fihom dan li ġej:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;
(b) deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-istallazzjoni;
(ċ) il-ħtiġiet tal-monitoraġġ, fejn jiġu speċifikati l-metodoloġija u l-frekwenza tal-monitoraġġ;
(d) il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ; u
(e) obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti ekwivalenti għall-emissjonijiet totali ta’ l-istallazzjoni kull sena kalendarja, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, fi żmien erba’ xhur mit-tmiem ta’ din is-sena.
Artikolu 7
Il-bidliet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjonijiet
L-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti b’kull bidla ppjanata fin-natura u l-funzjonament, jew l-estensjoni, ta’ l-istallazzjoni li jistgħu jeħtieġu l-aġġornament tal-permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet tas-sera. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Meta jkun hemm bidla fl-identità ta’ l-operatur, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess hekk li jinkludi l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur il-ġdid.
Artikolu 8
Il-kordinament mad-Direttiva 96/61/KE
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, meta l-istallazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 96/61/KE, il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta’ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jiġu kkoordinati ma’ dawk għall-permess ipprovdut f’din id-Direttiva. Il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċedura pprovduta fid-Direttiva 96/61/KE.
Artikolu 9
Il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet
1. Għal kull perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1) u (2), kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżviluppa pjan nazzjonali fejn jiddikjara l-kwantità totali tal-kwoti li jkun beħsiebu jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u kif jipproponi li jallokahom. Il-pjan għandu jkun imsejjes fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, inklużi dawk elenkati fl-Anness III, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku. Mingħajr prġudizzju għat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-iktar tard sal 31 ta’ Diċembru 2003 gwida dwar l-implimentazzjoni tal-kriterji elenkati fl-Anness III.
Għall-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1), il-pjan għandu jiġi ppjanat u nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2004. Għall-perjodi sussegwenti taż-żmien, il-pjan għandu jiġi ppubblikat u nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mill-inqas 18-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien rilevanti.
2. Il-pjani ta’ l-allokazzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati ġewwa l-kumitat riferit fl-Artikolu 23(1).
3. Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet minn Stat Membru skond il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dan il-pjan, jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jkunx kompatibbli mal-kriterji elenkati fl-Anness III jew ma’ l-Artikolu 10. L-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni biss skond l-Artikolu 11(1) jew (2) jekk l-emendi proposti jiġu aċċettati mill-Kummissjoni. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni ta’ rifjut mill-Kummissjoni.
Artikolu 10
Il-metodu ta’ l-allokazzjoni
Għall-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 95 % tal-kwotai mingħajr ħlas. Għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2008, l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 90 % tal-kwoti mingħajr ħlas.
Artikolu 11
L-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti
1. Għall-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi l-kwantità totali tal-kwoti li jrid jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u l-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti lill-operatur ta’ kull waħda mill-istallazzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien u għandha tkun imsejsa fuq il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet żviluppat skond l-Artikolu 9 u skond l-Artikolu 10, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku.
2. Għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2008, u għal kull perjodu taż-żmien ta’ ħames snin sussegwenti, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiddeċiedi l-kwantità totali tal-kwoti li jrid jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u jinizja l-proċess ta’ l-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti lill-operatur ta’ kull waħda mill-istallazzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu rilevanti taż-żmien u għandha tkun imsejsa fuq il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet żviluppat skond l-Artikolu 9 u skond l-Artikolu 10, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 għandhom ikunu skond il-ħtiġiet tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikoli 87 u 88 tiegħu. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar allokazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi pprovvdut aċċess għall-kwoti għal min jidħol ġdid.
4. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ porzjon mill-kwantità totali tal-kwoti għal kull sena tal-perjdu taż-żmien riferit fil-paragrafi 1 jew 2, sat-28 ta’ Frar għal din is-sena.
Artikolu 11a
L-użu ta’ CERs u ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema tal-Komunità 1
1. Bla ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi jużaw CERs u ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema tal-Komunità matul kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), sa persentaġġ ta’ l-allokazzjoni lil kull installazzjoni, li jiġi speċifikat minn kull Stat Membru fil-Pjan ta’ Allokazzjoni Nazzjonali tiegħu għal dak il-perjodu. Dan għandu jseħħ permezz tal-ħruġ u ċ-ċediment immedjat ta’ kwota waħda bi tpartit ma’ CER jew ERU wieħed fil-pussess ta’ dak l-operatur fir-reġistru nazzjonali tiegħu.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi jużaw CERs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema tal-Komunità. Dan għandu jseħħ permezz tal-ħruġ u ċ-ċediment immedjat ta’ kwota waħda minn Stat Membru bi tpartit ma’ CER wieħed. L-Istati Membri għandhom jikkanċellaw CERs li jkunu ġew użati minn operaturi matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(1).
3. Il-CERs u l-ERUs kollha li jinħarġu u li jistgħu jiġu wżati skond il-UNFCCCu l-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħthom jistgħu jintużaw fl-Iskema tal-Komunità: ħlief għal dawn li ġejjin:
(a) B’rikonoxximent li skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħthom, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jużaw CERs u ERUs iġġenerati minn faċilitajiet nukleari sabiex jissodisfaw l-impenni tagħhom taħt l-Artikolu 3 (1) tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-Deċiżjoni 2002/358/KE, li l-operaturi għandhom iżommu lura milli jużaw CERs u ERUs iġġenerati minn tali faċilitajiet fl-iskema tal-Komunità matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(1) u l-ewwel perjodu ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 11(2);
u
(b) l-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ forestrija.
Artikolu 11b
L-attivitajiet tal-proġett
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-linji bażi għall-attivitajiet tal-proġetti, kif definiti minn deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħt il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto li jkunu saru f’pajjiżi li iffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni jkunu kompletament konformi ma’ l-acquis communautaire, inklużi d-derogi temporanji stabbiliti f’dak it-Trattat ta’ Adeżjoni.
2. Ħlief kif previst fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri li jospitaw attivitajiet ta’ proġetti għandhom jiżguraw li ma jinħarġu ebda ERUs jew CERs għal tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ gass serra minn stallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw direttament l-emissjonijiet ta’ installazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu kkanċellati mill-operatur ta’ dik l-istallazzjoni.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet dwar proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw indirettament il-livell ta’ l-emissjoni ta’ stallazzjonjiet fil- kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu ikkanċellati mir-reġistru nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-ERUs jew tal-CERs.
5. Stat Membru li jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta’ proġetti għandu jibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u għandu jiżgura li tali parteċipazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida, modalitajiet u proċeduri adottati rilevanti skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
6. Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taqbeż l-20 MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta japprovaw tali attivitajiet ta’ proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk li hemm fir-Rapport ta' Novembru tas-sena 2000 mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, “Digi u Żvilupp-Qafas ġdid għat-Teħid ta’ Deċiżjonijiet” fir-Rapport Finali ta’ Novembru tas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, ikunu rrispettati matul l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet ta’ proġetti.
7. Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-evitar ta’ għadd doppju, u kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ paragrafu 5 fejn il-parti ospitanti tissodisfa l-ħtiġiet ta’ eliġibilità kollha għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI, għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 23(2).
Artikolu 12
It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:
(a) persuni ġewwa l-Komunità;
(b) persuni ġewwa l-Komunità u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jiġu konoxxuti bil-għan li jissodisfaw l-obbligi ta’ operatur skond il-paragrafu 3.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, l-iktar tard sat 30 ta’ April ta’ kull sena, l-opertur ta’ kull waħda mill-istallazzjonijiet iċedi numru ta’ kwoti egwali għall-emissjonijiet totali minn din l-istallazzjoni matul is-sena kalendarja ta’ qabel kif verifikat skond l-Artikolui 15, u dawn jiġu sossegwentement ikkanċellati.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-konċesjonijiet iridu jiġu kkanċellati f’kull waqt fuq it-talba tal-persuna li jkollha minnhom.
Artikolu 13
Il-validità tal-konċessonijiet
1. Il-konċessonijiet għandhom ikunu validi għall-emissjonijiet matul il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1) jew (2) li għalih jinħarġu.
2. Erba’ xhur wara l-bidu ta’ l-ewwel perjodu taż-żmien ta’ ħames snin riferit fl-Artikolu 1192), il-konċessonijiet li ma jkunux validi iktar u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati skond l-Artikolu 12(3) għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom joħorġu l-kwoti lill-persuni għall-perjodu korrenti taż-żmien sabiex jieħdu l-post ta’ kull kwota miżmuma minnhom li jkunu kkanċellati skond l-ewwel sub-paragrafu.
3. Erba’ xhur wara l-bidu ta’ kull perjodu sossegwenti taż-żmien ta’ ħames snin riferit fl-Artikolu 11(2), il-konċessonijiet li ma jkunux validi iktar u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati skond l-Artikolu 12(3) għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom joħorġu l-kwoti lill-persuni għall-perjodu korrenti taż-żmien sabiex jieħdu l-post ta’ kull kwota miżmuma minnhom li jkunu kkanċellati skond l-ewwel sub-paragrafu.
Artikolu 14
Il-linji gwida sabiex jiġu mmonitorjati u rrappurtati l-emissjonijiet
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida sabiex timmonitorja u tirrapporta dwar l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitjiet elenkati fl-Anness I tal-gassijiet serra speċifikati f’relazzjoni ma’ dawn l-attivitajiet, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2), sa Settembru 2003. Il-linji gwida għandhom ikunu msejsa fuq il-prinċipji tal-monitorġġ u tar-rappurtaġġ iddikjarati fl-Anness IV.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-emissjonijiet jiġu mmonitorjati skond il-linji gwida.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ stallazzjoni jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalenrja lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena skond il-linji gwida.
Artikolu 15
Il-verifika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-rapporti sottomessi mill-operaturi skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji ddikjarati fl-Anness V, u li l-awtorità kompetenti tiġi mgħarrfa b’dan.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi operatur li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikat bħala sodisfaċenti skond il-kriterji ddikjarati fl-Anness V sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena rigward l-emissjonijiet matul is-sena ta’ qabel ma jkunx jista’ jagħmel trasferimenti iktar sakemm rapport mill-operatur jiġi vverifikat sodisfaċenti.
Artikolu 16
Il-Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003 u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jippubblikaw l-ismijiet ta’ l-operaturi li jkunu kisru l-ħtiġet li jċedu kwoti biżżejjed skond l-Artikolu 12(3).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur li ma jċedix kwoti biżżejjed sat-30 ta’ April ta’ kull sena sabiex ikopri l-emissjonijiet tiegħu matul is-sena ta’ qabel għandu jinżamm lijabbli li jħallas penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet. Il-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet għandu jkun ta’ EUR 100 għal kull tunnellata metrika tad-dijossidu tal-karbonju mitfugħ minn dik l-istallazzjoni li għaliha l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ma għandux jeħles lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti egwali għall-dawk l-emissjonijiet maqbuża meta jċedi l-kwoti f’relazzjoni mas-sena kalendarja ta’ wara.
4. Matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-penali l-iktar baxxa għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ta’ EUR 40 għal kull tunnellata metrika tad-dijossidu tal-karbonju mitfugħa minn dik l-istallazzjoni li għaliha l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ma għandux jeħles lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti egwali għall-dawk l-emissjonijiet maqbuża meta jċedi l-kwoti f’relazzjoni mas-sena kalendarja ta’ wara.
Artikolu 17
L-aċċess għall-informazzjoni
Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ proġetti fejn Stat Membru jipparteċipa jew jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa fil-permess dwar l-emissjoni ta’ gass serra u li jinżamm mill-awtorità kompetenti, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE.
Artikolu 18
L-awtorità kompetenti
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xieraq, inkluża n-nomina ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti xierqa, sabiex jimplimentaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Meta jiġu nnominati awtorità kompetenti jew iktar, irid jiġi kkordinat ix-xogħol midħul għalih minn dawn l-awtoritajiet skond din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom b’mod partikulari jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-punt fokali tagħhom sabiex jiġu approvati attivitajiet ta’ proġetti skond l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-awtorità nazzjonali nominata tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto rispettivament nominati skond deċiżjonijiet sussegwentement adottati taħt l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
Artikolu 19
L-Uffiċċji tar-Reġistrazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jiġi stabbilit u miżmum uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet sabiex jiżgura l-kontabbiltà eżatta tal-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-uffiċċji tagħhom tar-registrazzjonijiet f’sistema konsolidata, flimkien ma’ Stat Membri ieħor jew iktar.
2. Kull persuna jista’ jkollha kwoti. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jkun fih kontijiet separati sabiex jirreġistra l-kwoti miżmuma minn kull wieħed mill-persuni li lilhom jew minn għandhom joħorġu jew jiġu ttrasferiti l-kwoti.
3. Sabiex timplimenta din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) għal sistema standardizzata u ggarantita ta’ uffiċji tar-reġistrazzjonijiet fil-għamla ta’ databases elettroniċi standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta’ informazzjoni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma. it-tramsferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessonijiet, sabiex jipprovvdu l-aċċess lill-pubblu u għall-kunfidenzalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment mhux kompatibbli ma’ l-obbliġi li jirriżultaw mill-Protokoll ta’ Kyoto. ►M1 Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta’ CERs u ERUs fl-iskema tal-Komunità u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta’ tali użu. ◄
Artikolu 20
L-Amminstratur Ċentrali
1. Il-Kummissjoni għandha tinnomina Amministratur Ċentrali sabiex iżomm reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet li jirreġistra l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti.
2. L-Amministratur Ċentrali għandu jikkonduċi kontroll awtomatizzat fuq kull waħda mit-transazzjonijiet fl-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet permezz ta’ reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fil-ħruġ, it-rasferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessonijiet.
3. Jekk l-irregolaritajiet jiġu identifikati permezz tal-kontroll awtomatizzat, l-Amministratur Ċentrali għandu jgħarraf lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri interessati li ma għandhomx jirreġistraw it-transazzjonijiet fil-kwistjoni jew kull transazzjoni oħra li jkollha x’taqsam mal-kwoti sakemm jiġu riżolti l-irregolaritajiet.
Artikolu 21
Ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. ►M1 Dan ir-rapport għandu jagħti kas b’mod partikulari ta’ l-arranġamenti għall-allokazzjoni ta’ kwoti, l-użu ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità, l-operat tar-reġistri, l-applikazzjoni tal-linji gwida dwar ir-rappurtaġġ u l-monitoraġġ, il-verifika u l-kwistjonijiet dwar il-konformità mad-Direttiva u t-trattament fiskali ta’ kwoti, jekk ikun hemm. ◄ L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ewwel rapport.
2. Fuq il-bażi tar-rapporti riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummisjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri dwar l-iżviluppi dwar il-kwistjonijiet ta’ kwoti, l-użu ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità, l-operat tar-reġistri, il-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ, il-verifika u l-konformità.
◄
Artikolu 21a
L-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta' kapaċità
Skond il-UNFCCC, il-Protokoll ta’ Kjoto u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti adottata għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jappoġġaw attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun fi transizzjoni sabiex jgħinuhom jagħmlu użu sħiħ tal-JI u tal-CDM b’mod ta’ appoġġ ma’ l-istrateġiji tagħhom ta’ żvilupp sostenibbli u sabiex jiffaċilitaw it-tqabbid ta’ entitajiet fl-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ JI u CDM.
Artikolu 22
L-emendi għall-Anness III
Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness III, minbarra l-kriterji (1), (5) u (7), għall-perjodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012 fid-dawl tar-rapporti pprovduti fl-Artikolu 21 u l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2).
Artikolu 23
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat istitwit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
Artikolu 24
Il-Proċeduri għall-inklużjoni ta’ l-attivitajiet u l-gassijiet addizzjonali
1. Mis-sena 2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju ta’ kwoti ta’ l-emissjonijiet skond din id-Direttiva għall-attivitajiet, l-istallazzjonijiet u l-gassijiet serra li ma humiex elenkati fl-Anness 1, sakemm l-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet, stallazzjonijiet u gassijiet serra tad-dinja jkunu approvati skond il-proċeduta riferita fl-Artikolu 23(2), filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha, b’mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, it-tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali ta’ l-iskema u l-fiduċja fil-monitoraġġ u sistema ta’ rappurtaġġ ippjanati.
Mis-sena 2005, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet l-iskambju ta’ kwoti għall-istallazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I taħt il-limiti tal-kapaċità riferiti f’dan l-Anness.
2. L-allokazzjonijiet magħmula għall-istallazzjonijiet li jwettqu dawn l-attivitajiet għandhom ikunu speċifikati fil-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet riferit fl-Artikolu 9.
3. Il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha, jew għandha, fuq it-talba ta’ Stat Membru, tadotta l-linji gwida tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ għall-emissjonijiet mill-attivitajiet, l-istallazzonijiet u l-gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2), jekk il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ dawn l-emissjonijiet jistgħu jitwettqu b’eżattezza suffiċjenti.
4. Fl-eventwalità li jiddaħħlu dawn il-miżuri, ir-rivisti mwettqa skond l-Artikolu 30 għandhom jikkunsidraw ukoll jekk l-Anness I għandux jiġi emendat sabiex jinkludi l-emissjonijiet minn dawn l-attivitajiet f’manjiera armonizzata ġewwa l-Komunità kollha.
Artikolu 25
Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra
1. Għandhom jiġu konklużi ftehimijiet mal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness B rigward il-Protokoll ta’ Kyoto li jkunu rratifikaw il-protokoll sabiex jipprovdu għall-għarfien tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u skemi oħra ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skond ir-regoli dikjarati fit-Trattat.
2. Meta jiġi konkluż ftehim riferit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tfassal kull disposizzjoni meħtieġa li jkollha x’taqsam ma’ l-għarfien reċiproku skond dan il-ftehim skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2).
Artikolu 26
L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE
Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( 13 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.
Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.
Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.
It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 27
L-esklużjoni temporanja ta’ ċerti stallazzjonijiet
1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni sabiex stallazzjonijiet ikunu eskużi temporanjament l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2007 mill-iskema Komunitarja. Kull applikazzjoni minn din għandha telenka kull stallazzjoni min dawn u għandha tiġi ppubblikata.
2. Jekk, wara li tkun ikkunsidrat kull kumment mill-pubbliku dwar din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2), illi l-istallazzjonijiet iridu:
(a) b’riżultat tal-politiki nazzjonali, jillimaw l-emissjonijiet tagħhom daqs kemm ikun il-każ jekk ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
(b) ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet tal-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ u l-verifika li jkunu ekwivalenti għal dawk ipprovduti fl-Artikoli 4 u 15; u
(ċ) ikunu bla ħsara għal penali mill-inqas ekwivalenti għal dawk riferiti fl-Artikolu 16(1) u (4) fil-każ li ma jwettqux il-ħtiġiet nazzjonali;
għandha tipprovdi għall-esklużjoni temporanja ta’ dawn l-istallazzjonijiet mill-iskema Komunitarja.
Irid jiġi żgurat illi ma jkun hemm l-ebda tagħwiġ fis-suq intern.
Artikolu 28
Il-ġabra komuni
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi ta’ l-istallazzjonijiet li jwettqu waħda mill-attivitiajiet elenkati fl-Anness I f’ġabra komuni ta’ stallazzjonijiet ta’ l-istess attività għall-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 1(2) skond il-paragrafi min 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-operaturi li jwettqu attività elenkata fl-Anness u li jixtiequ jiffurmaw ġabra komuni għandhom japplikaw lill-awtorità kompetenti, fejn jispeċifikaw l-istallazzjonijiet u l-perjodu taż-żmien li għalihom iridu l-ġabra komuni u jfornu xiehda illi depożitarji jkun jista’ wettaq l-obbligi riferiti fil-paragrafi 3 u 4.
3. L-operaturi li jixtiequ jagħmlu ġabra komuni għandhom jinnominaw depożitarju:
(a) li trid tinħariġlu l-kwantità totali tal-konċessonijiet ikkalkolati mill-istallazzjoni ta’ l-operaturi, bħala deroga mill-Artikolu 11;
(b) ikun responsabbli li jċedi l-kwoti egwali għall-emissjonijiet totali mill-istallazzjonijiet fil-ġabra komuni, bħala deroga mill-Artikoli 6(2) u 12(3); u
(ċ) ikun ristrett milli jagħmel iktar trasferimenti fl-eventwalità li rapport ta’ operatur ma jkunx ġie vverifikat bħala sodisfaċenti skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15.
4. Id-depożitarju għandu jkun bla ħsara għall-penali applikabbli għall-ksur tal-ħtiġiet sabiex iċedi kwoti biżżejjed sabiex ikopru l-emissjonijiet totali mill-istallazzjonijiet fil-ġabra komuni, bħala deroga mill-Artikolu 16(20, (3) u (4).
5. Stat Membru li jixtieq jippermetti li jiġu ffurmati ġabra komuni waħda jew iktar għandu jissottomettu lill-Kummissjoni l-applikazzjoni riferita fil-paragrafu 2, Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta fi żmien tliet xhur applikazzjoni li ma twettaqx il-ħtiġiet ta’ din id-Diettiva. Għandhom jingħataw raġunijiet għal kull deċiżjoni bħal din. Fil-każ ta’ rifjut, l-Istat Membru jista’ jippermetti biss li tiġi ffurmata l-ġabra komuni jekk l-emendi proposti jiġu aċċettati mill-Kummissjoni.
6. Fl-eventwalità li d-depożitarju jonqos milli jħares il-penali riferiti fil-paragrafu 4, għandu jkun responsabbli kull wieħed mill-operaturi ta’ stallazzjoni fil-ġabra komuni skond l-Artikoli 12(3) u 16 rigward l-emissjonijiet mill-istallazzjoni tiegħu.
Artikolu 29
Il-forza maġġuri
1. Matul il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni li ċerti stallazzjonijiet jinħarġulhom kwoti addizzjonali f’każijiet ta’ forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tiġix murija forza maġġuri, li f’dan il-każ għandha tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali mhux trasferibbli minn dan l-Istat Membru lill-operaturi ta’ dawn l-istallazzjonijiet.
2. Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003 gwida li tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li fihom tiġi murija forza maġġuri.
Artikolu 30
Ir-rivista u iktar żvilupp
1. Fuq il-bażi tal-progres miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2004 sabiex temenda l-Anness I sabiex jinkludi attivitajiet u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness II.
2. Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-progress miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra u fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-kuntest internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn tikkunsidra:
(a) kif u jekk l-Anness I għandux jiġi emendat sabiex jinkludi setturi oħra rilevanti, fost l-oħrajn is-setturi tal-kimiċi, ta’ l-aluminju u tat-trasport, l-attivitajiet u l-emissjoni ta’ gassijiet oħra elenkati fl-Anness II, bil-ħsieb li tittejjeb iktar l-effiċjenza ekonomika ta’ l-iskema.
(b) ir-relazzjoni ta’ l-iskambju Komuntarju ta’ kwoti għall-emissjoniet ma’ l-iskambju internazzjonali ta’ l-emissjonijiet li jrid jibda fis-sena 2008;
(ċ) iktar armonizzazzjoni tal-metodu ta’ l-allokazzjoni (inkluż l-irkant għaż-żmien wara s-sena 2012) u tal-kriterji għall-pjani nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet riferiti fl-Anness III;
(d) l-użu ta’ krediti minn attivitajiet ta’ proġetti, inkluż il-bżonn għall-armonizzazzjoni ta’ l-użu permess ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità;
(e) ir-relazzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-emissjonijiet ma’ politiki u miżuri oħra implimentati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità, inkluża t-tassazzjoni, li jsegwu l-istess għanijiet;
(f) jekk ikunx approprjat li jkun hemm uffiċċju wieħed Komunitarju tar-reġistrazzjonijiet;
(g) il-livell tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet, filwaqt li titqies l-inflazzjoni, fost ħwejjeġ oħra;
(h) il-funzjonament tas-suq tal-għti tal-kwoti, li jkopri b’mod partikolari kull disturbanza possibbli tas-suq;
(i) kif l-iskema Komunitarja tiġi addattata għall-Unjoni Ewropea magħmula ikbar;
(j) il-ġabra komuni;
(k) kemm hu prattikabbli li jiġu żviluppati livelli ta’ gradazzjoni mal-Komunità kollha bħala bażi ta’ l-allokazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-aħjar metodi tat-teknika u benefiċċji taħt il-profil tal-ġestjoni disponibbli;
(l) l-impatt ta’ l-attivitajiet ta’ proġetti fuq il-pajjiżi ospitanti, b’mod partikulari fuq l-għanijiet ta’ żvilupp tagħhom, kemm ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika JI u CDM b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ aktar minn 500 MW li għandhom impatti ambjentali jew soċjali negattivi ġew approvati, u l-użu futur ta’ CERs jew ERUs li jirriżultaw minn kwalunkwe attività ta’ proġetti tali ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika fl-iskema tal-Komunità;
(m) is-sostenn ta’ sforzi għall-ħolqien ta’ kapaċitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi b’ekonomiji tranżitorji;
(n) il-modalitajiet u proċeduri għall-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ attivitajiet ta’ proġetti domestiċi u għall-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ tnaqqis jew limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn tali attivitajiet mill-2008;
(o) dispożizzjonijiet tekniċi dwar in-natura temporanja tal-krediti u l-limitu ta’ 1 % għall-eliġibilità għall-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni 17/CP.7, u d-dispożizzjonijiet dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni ta’ riskji potenzjali assoċjati ma’ l-użu ta’ l-organiżmi modifikati ġenetikament u speċji barranin li huma potenzjalment invażivi b’attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u afforestazzjoni mill-ġdid sabiex iħallu lill-operaturi jużaw CERs u ERUs li jirriżultaw mill-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni fl-iskema tal-Komunità mill-2008, skond id-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto.
Il-Kummissjoni għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2006, akkumpanjat bi proposti kif jixraq.
3. Qabel kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), kull Stat Membru għandu jippublika fil-pjan ta’ l-allokazzjoni nazzjonali tiegħu l-użu previst ta’ ERUs u CERs u l-persentaġġ massimu ta’ l-allokazzjoni għal kull stallazzjoni li l-operaturi jistgħu jużaw ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità għal dak il-perjodu. L-użu totali ta’ ERUs u CERs għandu jkun konsistenti ma’ l-obbligi supplimentari rilevanti taħt il-Protokoll ta’ Kjoto u l-UNFCCC u d-deċiżjonijiet adottati taħthom.
L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru. 280/2004/KE, jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kemm l-azzjoni domestika attwalment tikkostitwixxi element sinifikanti ta’ l-isforzi magħmula f’livell nazzjonali, kif ukoll safejn l-użu tal-mekkaniżmi dwar il-proġetti hu attwalment supplimentari għall-azzjoni domestika u l-proporzjon ta’ bejniethom, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Kjoto ( 14 ) u d-deċiżjonijiet adottati taħthom. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dan skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni msemmija. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi jew oħrajn sabiex tikkomplementa id-dispożizzjonijiet minn Stati Membri biex tiżgura li l-użu tal-mekkaniżmi hu supplimentari għall-azzjoni domestika fil-Komunità.
Artikolu 31
L-implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Il-Kummisjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom.
Artikolu 32
Id-Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 33
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL-KATEGORIJI TA’ L-ATTIVITAJIET RIFERITI FL-ARTIKOLI 2(1), 3, 4, 28 U 30
1. |
L-istallazzjonijiet jew il-partijiet ta’ l-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testijiet ta’ prodotti u proċessi ġodda mhumiex koperti b’din id-Direttiva, |
2. |
Il-valuri tal-għetiebi mogħtija hawn taħt ġeneralment jirreferu għall-kapaċitajiet jew ir-riżultati tal-produzzjoni. Meta operatur iwettaq numru ta’ attivitajiet li jidħlu fl-istess sub-intestatura fl-istess stallazzjonijiet jew fuq l-istess sit, il-kapaċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jiġu miżjuda flimkien.
|
ANNESS II
IL-GASSIJIET SERRA DINJIA RIFERITI FL-ARTIKOLI 3 U 30
Id-Dijossidu tal-karbonju (CO2)
Il-Metan (CH4)
L-Ossidu nitriku (N2O)
L-Idrofluworokarboni (HFCs)
Il-Perfluworokarboni (PFCs)
L-Essafluworur tal-kubrit (SF6)
ANNESS III
IL-KRITERJI GĦALL-PJANI NAZZJONALI GĦALL-ALLOKAZZJONIJIET RIFERITI FL-ARTIKOLI 9, 22 U 30
1. Il-kwantità totali tal-għoti tal-kwoti li jridu jiġu allokati għall-perjodu rilevanti taż-żmien għandha tkun konsistenti ma' l-obbligu ta' l-Istat Membru li jillimita l-emissjonijiet tiegħu skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta' Kyoto, fil-waqt li jitqiesu, minn banda waħda, l-proporzjon ta' l-emissjonijiet ġenerali li dawn l-emissjonijiet jirrappreżentaw f'paragun ma' l-emissjonijiet minn sorsi mhux koperti b'din id-Direttiva u, mill-banda l-oħra, il-politiki nazzjonali dwar l-enerġija, u għandhom ikunu konsistenti mal-programm nazzjonali tal-bidla fil-klima. Il-kwantità totali tal-kwoti li trid tiġi allokata ma għandhiex tkun iktar milli x'aktarx li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni stretta tal-kriterji ta' dan l-Anness.Qabel is-sena 2008, il-kwantità għandha tkun konsistenti mat-triq lejn il-kisba jew in-nuqqas tal-kisba tal-mira ta' kull wieħed mill-Istati Membri skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta' Kyoto.
2. Il-kwantità totali tal-għoti tal-kwoti li trid tiġi allokata għandha tkun konsistenti ma' l-istimi tal-progress attwali u proġettati sabiex iwettqu l-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri għall-impennji Komunitarji magħmula skond id-Deċiżjoni 93/389/KEE.
3. Il-kwantitajiet tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom ikunu konsistenti mal-potenzali, inkluż il-potenzjal teknoloġiku, ta' l-attiviajiet koperti b'din l-iskema sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet. L-Istati Membri jistgħu jsejsu d-distribuzzjoni tagħhom tal-kwoti fuq l-emissjonijiet medji tal-gassijiet serra skond il-prodott f'kull attività u l-progress li jista' jinkiseb f'kull attività.
4. Il-pjan għandu jkun konsistenti ma' l-istrumenti l-oħra Komunitarji leġislattivi u ta' politika. Għandhom jitqiesu ż-żidiet li ma jistgħux jiġu evitati fl-emissjonijiet li jirriżultaw minn ħtiġiet leġislattivi ġodda.
5. Il-pjan ma għandux jiddiskrimina bejn il-kumpaniji jew is-setturi hekk li jiffavorixxi kif mhux mistħoqq lil ċerti impriżi jew attivitajiet skond il-ħtiġiet tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 87 u 88 tiegħu.
6. Il-pjan għandu jkun fih tagħrif dwar il-manjiera li fiha dawk li jidħlu ġodda jkunu kapaċi li jibdew jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja fl-Istati Membri interessati.
7. Il-pjan jista' jakkommoda azzjoni bikrija u għandu jkun fih it-tagħrif dwar il-manjiera li fiha titqies l-azzjoni bikrija. Jistgħu jintużaw fl-Istati Membri l-livelli tal-gradazzjoni derivati mid-dokumenti tar-riferiment li jirrigwardaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli fl-iżvilupp tal-Pjani Nazzjonali tagħhom ta' l-Allokazzjonijiet, u dawn il-livelli tal-gradazzjoni jistgħu jinkorporaw element li jakkommoda l-azzjoni bikrija.
8. Il-pjan għandu jkun fih tagħrif dwar il-manjiera li fiha titqies it-teknoloġija nadifa, inklużi t-teknoloġiji ta' enerġija effiċjenti.
9. Il-pjan għandu jinkludi disposizzjonijiet għall-kummenti li jridu jiġu espressi mill-pubbliku, u jkun fih tagħrif dwar l-arranġamenti li bihom jitqiesu dawn il-kummenti qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kwoti.
10. Il-pjan għandu jkun fih lista ta' l-istallazzjonijiet koperti b'din id-Direttiva bil-kwantitajiet tal-konċessonijiet maħsuba li jiġu allokati lil kull waħda.
11. Il-pjan jista' jkun fih tagħrif fil-manjiera li fiha titqies l-eżistenza tal-kompetizzjoni minn pajjiżi jew entitajiet 'il barra mill-Unjoni.
12. Il-pjan għandu jispeċifika l-ammont massimu ta' CERs u ERUs li jista’ jintuża minn operaturi fl-iskema tal-Komunità bħala persentaġġ ta’ l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull stallazzjoni. Il-persentaġġ għandu jkun konsistenti ma’ l-obbligi supplimentari ta’ l-Istati Membri taħt il-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
ANNESS IV
IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)
Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju
L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl.
Il-kalkolu
Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola:
L-informazzjoni dwar l-attività × il-Fattur ta' l-emissjoni × il-Fattur ta' l-ossidazzjoni
L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl.
Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero.
Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura l-fattur ta' l-ossidazzjoni ma għandux għalfejn jiġi applikat.
Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti.
Għandu jsir kalkolu separat għal kull attività, stallazzjoni u għal kull karburant.
Il-kejl
Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet.
Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra.
Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati, żviluppati mill-Kummisjoni f'kollaborazzjoni ma' dawk kollha rilevanti li għandhom sehem u adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2).
Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet
Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:
A. L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:
— L-isem ta' l-istallazzjoni;
— L-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
— It-tip u n-numru ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I imwettqa fl-istallazzjoni;
— L-indirizz, u d-dettalji dwar it-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
— L-isem tas-sid ta' l-istallazzjoni, u tal-kumpanija prinċipali.
B. Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:
— L-informazzjoni dwar l-attività;
— Il-fatturi ta' l-emissjoni;
— Il-fatturi ta' l-ossidazzjoni;
— L-emissjonijiet totali; u
— L-inċertezza.
Ċ. Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:
— L-emissjonjiet totali;
— It-tagħrif dwar il-fiduċja tal-metodi tal-kejl; u
— L-inċertezza.
D. Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji.
ANNESS V
IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15
Il-Prinċipji ġenerali
1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika.
2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:
(a) l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;
(b) il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;
(ċ) il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u
(d) jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl.
3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:
(a) l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;
(b) il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u
(ċ) ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti.
4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika.
5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS).
Il-metodoloġija
L-analiżi strateġiku
6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.
L-analiżi tal-proċess
7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati.
L-anliżi tar-riskju
8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni.
9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.
10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza.
Ir-rapport
11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment.
Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur
12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:
(a) id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);
(b) il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u
(ċ) il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni.
( 1 ) ĠU C 75 E, tas-26.3.2002, pġ. 33.
( 2 ) ĠU L 221, tas-17.9.2002, pġ. 27.
( 3 ) ĠU L 192, tat-12.8.2002, pġ. 59.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2003 (ĠU C 125 E, tas-27.5.2003, pġ. 72), id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003.
( 5 ) ĠU L 242, tal-10.9.2002, pġ. 1.
( 6 ) ĠU L 33, ta-7.2.1994, pġ. 11.
( 7 ) ĠU L 130, tal-15.5.2002, pġ. 1.
( 8 ) ĠU L 167, tad-9.7.1993, pġ. 31. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/296/KE (ĠU L 117, tal-5.5.1999, pġ. 35)
( 9 ) ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, pġ. 26.
( 10 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48.
( 11 ) ĠU L 257, tal-10.10.1996, pġ. 26.
( 12 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.
( 13 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.”
( 14 ) Ġ U L 49, tad-19.2.2004, p. 1.