02003L0025 — MT — 26.07.2019 — 003.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►C1 DIRETTIVA 2003/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ April 2003 dwar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro ◄ (ĠU L 123 17.5.2003, p. 22) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 48 |
19 |
19.2.2005 |
||
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 |
L 311 |
1 |
21.11.2008 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2003/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ April 2003
dwar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-għan
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi livell uniformi tal- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄ għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jridu jippromwovu l-abbiltà tas-sopravivenza ta' dan it-tip ta' vapur fil-każ ta' ħsara minn kolliżjoni u tipprovdi livell għoli tas-sigurtà lill-passiġġieri u lill-ekwipaġġ
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-għan ta' din id-Direttivam għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“vapur ro-ro tal-passiġġieri” ifisser vapur li jġorr mill-inqas 12-il pasiġġier, u li għandu spazji jew kategoriji ta' spazji għat-tagħbija tar-ro-ro, kif iddefinit fir-Regolament II-2/3 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS, kif emendata;
“vapur ġdid” ifisser vapur li l-karina tiegħu titqiegħed fl-1 ta' Ottubru 2004 jew wara, jew li jkun fi stadju simili tal-bini: stadju simili tal-bini jfisser l-istadju li fih:
tibda l-kostruzzjoni li tista' tiġi identifikata bħala ta' vapur speċifikat; u
ikun beda l-muntaġġ ta' mill-inqas 5 tunnellati metriċi jew 1 % tal-massa stmata tal-materjal tal-kostruzzjoni ta' dan il-vapur, liema minnhom tkun l-inqas;
“vapur eżistenti” ifisser vapur li mhux vapur ġdid;
“passiġġier” huwa kull persuna għajr il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew persuni oħra impjegati jew jaħdmu f'kull kapaċità abbord vapur fil-kummerċ ta' dan il-vapur u għajr tarbija taħt l-età ta' sena;
“Konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni tas-SOLAS), u l-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1966 dwar il-Linji tat-Tagħbija, flimkien mal-Protokolli u l-emendi tagħhom fis-seħħ;
“servizz regolari” ifisser serje ta' salpiet ta' vapur tar-ro-ro tal-passiġġieri li jservi t-traffiku bejn żewġ portijiet jew iktar, li jitħaddem jew:
skond skeda ippubblikata taż-żmien; jew
b'salpiet hekk regolari jew ta' spiss illi jikkostitwixxu serje sistematika li tista' tingħaraf;
“il-Ftehim ta' Stokkolma” ifisser il-Ftehim konkluż fi Stokkolma fit-28 ta' Frar 1996 skond ir-Riżoluzzjoni 14 “Ftehimijiet reġjonali dwar il- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄ tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri” tal-Konferenza tas-SOLAS 95, adottata fid-29 ta' Novembru 1995;
“l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera” tfisser l-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istat li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri huwa intitolat li jtajjar;
“l-Istat ospitatur” ifisser Stat Membru li vapur ro-ro tal-passiġġieri jkun fuq servizz regolari lejn jew mill-portijiet tiegħu;
“vjaġġ internazzjonali” ifisser vjaġġ minn port ta' Stat Membru lejn port 'il barra minn dan l-Istat Membru, jew bil-maqlub;
“il-għoli sinifikanti tal-mewġ” (“hs”) huwa l-għoli medju ta' l-ogħla terz għoli tal-mewġ osservat fuq perjodu mogħti taż-żmien;
“spazju ħieles residwali” (“fr”) huwa d-distanza minima bejn il-ġverta tar-ro-ro li tkun bil-ħsara u l-linja finali ta' l-ilma (baħar) fil-lokazzjoni tal-ħsara, mingħajr ma jitqies l-effett addizzjonali ta' l-ilma baħar akkumulat fuq il-gverta tar-ro-ro bil-ħsara.
Artikolu 3
Il-kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 4
Il-għoli sinifikanti tal-mewġ
Għandu jintuża l-għoli sinifikanti tal-mewġ (hS) sabiex jiġi stabbilit il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta tal-karozzi meta jiġu applikati l- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄ li jinsabu fl-Anness I. Iċ-ċifri tal-għoli sinifikanti tal-mewġ għandhom ikunu dawk li ma jinqabżux bi probabbiltà ta' iktar minn 10 % fuq il-bażi ta' kull sena.
Artikolu 5
Iż-żoni ta' l-ibħra
Artikolu 6
Il- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄
Artikolu 7
L-introduzzjoni tal- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄
Il-vapuri ro-ro eżistenti tal-passiġġieri li fis-17 ta' Merjju 2003 jkunu jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-regolament imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandhom jikkoformaw mal-ħtiġiet speċifiċi kif iddikjarati fl-Anness I mhux iktar tard mill-1 ta' Ottubru 2015.
Artikolu 8
Iċ-ċertifikati
Dan iċ-ċertifikat, li għandu jinħareġ mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera u magħqud maċ-ċertifikati l-oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu, irid jindika l-għoli sinifikanti tal-mewġ li għalih il-vapur jista' jissodisfa l- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄ .
Iċ-ċertifikat għandu jibqa' validu sakemm il-vapur idum jopera fiż-żona bl-istess valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ jew iktar baxx.
Artikolu 9
Il-ħidmiet staġjonali u fuq perjodi qosra taż-żmien
Artikolu 10
Emenda tal-Annessi
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a li jemendaw l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fl-OMI, u biex tittejjeb l-effettività ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku.
Artikolu 10a
Eżerċizzju tad-delega
▼M3 —————
Artikolu 12
Il-Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-penali li jistagħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovvduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.
Artikolu 13
L-implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni qabel is-17 ta' Novembru 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 14
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL- ►C1 REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-ISTABBILTÀ ◄ GĦALL-VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI KIF IMSEMMI
Artikolu 6
|
1. |
B'żieda mal-ħtiġiet tar-Regolament II-1/B/8 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS li għandu x'jaqsam mas-subdiviżjoni (fil-vapur) li ma jgħaddix ilma minnha u l-istabbiltà fil-vapuri f'kondizzjoni ta' ħsara, il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dan l-Anness.
|
|
2. |
Sabiex jiġi stmat l-effett tal-volum ta' l-ilma baħar preżunt akkumulat fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara fil-paragrafu 1, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3. |
Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit il-għoli sinifikanti tal-mewġ, għandu jintuża l-għoli tal-mewġ mogħti fuq il-mapep jew il-lista taż-żoni ta' l-ibħra stabbilita mill-Istati Membri f'linja ma' l-Artikolu 5 ta' din id-Ditrettiva.
|
|
4. |
It-testijiet mudell għandhom jiġu kondotti skond l-Appendiċi. |
Appendiċi
Il-Metodu tat-Test Mudell
1. L-għanijiet
Dan il-metodu tat-test mudell rivedut huwa reviżjoni tal-metodu li jinsab fl-Appendiċi għall-Anness għar-Riżoluzzjoni 14 tal-Konferenza ta’ SOLAS 1995. Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stokkolma saru għadd ta’ testijiet mudelli skond il-metodu tat-test fis-seħħ qabel. Matul dawn it-testijiet, ġew identifikati għadd ta’ rfinamenti fil-proċeduri. Dan il-metodu tat-test mudell il-ġdid jimmira li jinkludi dawn l-irfinamenti u, flimkien man-Noti ta’ Gwida mehmuża, jipprovdi proċedura aktar robusta għall-evalwazzjoni tas-sopravivenza ta’ vapur tal-passiġġieri ro-ro li jġarrab ħsara fil-baħar. Fit-testijiet provduti fil-paragrafu 1.4 tar-rekwiżiti ta’ l-istabbilità inklużi fl-Anness I, il-vapur għandu jkun kapaċi li jissopravivi fi triq tal-baħar kif iddefinita fil-paragrafu 4.1 hawn taħt f’xenarju tal-każ ta’ l-agħar ħsara.
2. Id-definizzjonijiet
|
LBP |
huwa t-tul bejn il-perpendikolari |
|
HS |
l-għoli sinjifikanti tal-mewġa |
|
B |
il-wisa’ ffurmat tal-vapur |
|
TP |
huwa l-aqwa perjodu |
|
TZ |
huwa l-perjodu ta’ l-inkroċjatura żero |
3. Il-mudell tal-vapur
|
3.1. |
Il-mudell għandu jikkopja l-vapur attwali kemm għall-konfigurazzjoni fuq barra kif ukoll l-arranġament intern, b’mod partikolari l-ispazji kollha bil-ħsara li għandhom effett fuq il-proċess ta’ għargħar u bligħ ta’ l-ilma. Għandhom jintużaw fond fl-ilma intatt, trimmjatura, mejl u KG operattiva li tillimita li jikkorrispondu għall-każ ta’ l-agħar ħsara. Barra minn dan, il-każ(ijiet) ta’ test li għandu jitqies/għandhom jitqiesu għandhom jirrappreżentaw il-każ(ijiet) ta’ l-agħar ħsara definit(i) skond ir-regolament ta’ SOLAS II-1/8.2.3.2 (SOLAS 90) fir-rigward ta’ l-arja kollha taħt il-kurva GZ pożittiva u l-linja ċentrali tal-ftuħ tal-ħsara għandha tinsab fil-firxa li ġejja:
|
|
3.2. |
Il-mudell għandu jħares is-segwenti:
|
|
3.3. |
Il-mudell fil-kondizzjoni ta’ l-ekwilibriju mgħarraq għandu jkun immejjel minn angolu addizzjonali li jikkorrispondi għal dak indott mill-mument tal-mejl Mh = max (Mpass; Mlaunch)-Mwind, iżda fl-ebda każ il-mejl finali ma għandu jkun inqas minn 1o lejn il-ħsara. Mpass, Mlaunch and Mwind huma kif speċifikat fir-regolament ta’ SOLAS II-1/8.2.3.4. Għall-vapuri eżistenti dan l-angolu jista’ jittieħed bħala 1o. |
4. Il-proċedura għall-esperimenti
|
4.1. |
Il-mudell għandu jiġi ttestjat f’triq tal-baħar irregolari b’mewġa twila għamla ta’ għalla ddefinita mill-ispettru JONSWAP b’għoli sinjifikanti tal-mewġ HS, fattur ta’ l-aqwa titjib γ = 3.3 u l-aqwa perjodu Barra minn dan,
|
|
4.2. |
Il-mudell għandu jkun ħieles li jimxi mal-kurrent u jitqiegħed bil-baħar għaż-żaqq (iħares 90°) bit-toqba tal-ħsara li tiffaċċja l-mewġ li ġej, bl-ebda sistema ta’ rmiġġ imwaħħla permanenti mal-mudell użat. Biex tinżamm direzzjoni tal-baħar għaż-żaqq ta’ madwar 90° matul it-test mudell, għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
4.3. |
Għandhom isiru għall-inqas 10 esperimenti. Il-perjodu tat-test għal kull esperiment għandu jkun idum tant li jintlaħaq stat ta’ waqfa, iżda mhux inqas minn 30 minuta fi skala sħiħa. Għandha tintuża sensiela ta’ realizzazzjoni ta’ mewġ differenti għal kull esperiment. |
5. Il-kriterji tas-sopravivenza
Il-vapur għandu jitqies sopraviventi jekk jintlaħaq stat ta’ waqfa fil-provi suċċessivi tat-test kif meħtieġ mill-paragrafu 4.3. Il-mudell għandu jitqies li nqeleb jekk ikun hemm l-angolu tal-mejl minn ġenb għall-ieħor ta’ aktar minn 30° kontra l-assi vertikali jew inklinazzjoni (medja) mingħajr moviment ta’ aktar minn 20° għal perjodi ta’ aktar minn 3 minuti fi skala sħiħa, ukoll jekk jintlaħaq stat ta’ waqfien.
6. Id-dokumentazzjoni tat-test
|
6.1 |
Il-programm tat-test mudell għandu jiġi approvat mill-Amministrazzjoni minn qabel. |
|
6.2. |
It-testijiet għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapport u vidjo jew rekords oħrajn viżwali li fihom l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-mudell u r-riżultati tat-test, li għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni. Dawn għandhom jinkludu, bħala minimu, il-ispettri tal-mewġ teoretiċi u mkejla u l-istatistiċi tagħhom (HS, TP, TZ) ta’ l-elevazzjoni tal-mewġ fit-3 postijiet differenti fit-tank għal realizzazzjoni rappreżentattiva, u għat-testijiet bil-mudell, is-serje ta’ ħin ta’ l-istatistiċi ewlenin ta’ l-elevazzjoni tal-mewġ imkejla qrib il-magna li tagħmel il-mewġ u r-rekords tal-moviment mudell tar-rotazzjoni minn ġenb għall-ieħor, ta’ l-għoli tal-pruwa u tar-rotazzjoni mill-pruwa għall-poppa, u tal-veloċità tal-moviment tal-kurrent. |
ANNESS II
IL-LINJI GWIDI INDIKATTIVI GĦALL-AMMINISTRAZZJONIJIET NAZZJONALI KIF IMSEMMI
fl-artikolu 6(3)
L-EWWEL PARTI
L-APPLIKAZZJONI
F'linja mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) ta' din id-Direttiva, dawn il-linji gwida għandhom jintużaw mill-amministrazzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri meta japplikaw il- ►C1 rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà ◄ ddikjarati fl-Anness I, safejn u sakemm dan ikun prattikabbli u kompatibbli mad-disinn tal-vapur fil-kwistjoni. In-numri tal-paragrafi li jidhru hawn taħt jikkorrispondu għal dawk fl-Anness I.
Il-Paragrafu 1
Bħalsa l-ewwel pass il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva jridu jikkonformaw ma' l-istandard tas-SOLAS 90 ta' l-istabbiltà residwali kif tapplika għall-vapuri kollha tal-passiġġieri mibnija fid-29 ta' April 1990 jew wara. Hija l-applikazzjoni ta' din il-ħtieġa li tiddefinixxi l-ipazju residwali (fr), meħtieġ għall-kalkolu meħtieġ fil-paragrafu 1.1.
Il-Paragrafu 1.1
1. Dan il-paragrafu jindirizza l-applikazzjoni ta' ammont ipotetiku ta' l-ilma akkumlat fuq il-gverta (tar-ro-ro) tal-paratija. L-ilma huwa preżunt li jkun daħal fil-gverta permezz ta' ftuħ magħmul bil-ħsara. Dan il-paragrafu jeħtieġ illi l-vapur, b'żieda mal-konforma mal-ħtiġiet sħaħ ta' l-istandard tas-SOLAS 90, jissokta jikkonforma ma' dik il-parti tal-kriterji tas-SOLAS 90 li jinsabu fil-punti minn 2.3 sa 2.3.4 tar-Regolament II-1/B/8 bl-ammont ddefinit ta' l-ilma fuq il-gverta. Għal dan il-kalkolu ma hemm għalfejn jitqiesu l-ebda ħtiġiet oħra tar-Regolament II-1/B/8. Per eżempju, għal dan il-kalkolu, il-vapur ma għandux għalfejn jikkonforma mal-ħtiġiet dwar l-angoli ta' l-ekwilibrija u n-nuqqas ta' għadis tal-linja tal-marġini.
2. L-ilma akkumulat jiġi miżjud bħala tagħbija likwida b'wiċċ komuni wieħed ġewwa l-kompartimenti kollha li jkunu preżunti mgħaddra fuq il-gverta tal-karozzi. Il-għoli (hw) ta' l-ilma fuq il-gverta jiddependi mill-ispazju ħieles residwali (fr) wara l-ħsara u jitkejjel permezz tal-ħsara (ara l-Figura 1). L-ispazju ħieles residwali huwa d-distanza minima bejn il-gverta ro-ro bil-ħsara u l-linja finali tal-baħar mal-vapur (wara l-miżuri ta' egwalizzazzjoni, jekk jittieħdu minnhom) permezz tal-ħsara preżunta wara li jiġu eżaminati x-xenarji kollha possibbli tal-ħsara waqt li tkun qiegħda tiġi stbbilita l-konformità ma' l-istandard tas-SOLAS 90 kif meħtieġ fil-paragrafu 1 ta' l-Anness I. Ma għandu jitqies l-ebda effett tal-volum ipotetiku ta' l-ilma preżunt li jkun ġie akkumulat fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara meta jkun qiegħed jiġi kkalkola il-fr.
3. Jekk il-fr huwa ta' 2,0 m jew iktar, jiġi preżunt li ma jkun akkumula l-ebda ilma fuq il-gverta ro-ro. Jekk il-fr huwa ta' 0,3 m jew inqas, allura l-għoli hw jiġi preżunt li jkun ta' 0,5 m. Il-għoli intermedju jinkiseb bl-interpolazzjoni lineari (are l-figura 2).
Il-Paragrafu 1.2
Il-mezzi sabiex ineħħu l-ilma jistgħu jiġu kkunsidrati biss bħala effettivi jekk dawn il-mezzi jkunu ta' kapaċità li jipprevjienu milli jakkumulaw ammonti kbar ta' l-ilma fuq il-gverta, jiġifieri ħafna eluf ta' tunnellati metriċi kull siegħa li huwa 'l bogħod ħafna mill-kapaċitajiet imgħammra fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' dawn ir-regolamenti. Sistemi ta' effikaċja għolja bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati u approvati fil-futur (imsejsa fuq il-linji gwida li jridu jiġu żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazjonli Marittima).
Il-Paragrafu 1.3
1. L-ammont ta' l-ilma akkumulat preżunt fuq il-gverta, b'żieda ma' kull tnaqqis skond il-paragrafu 1.1, jista' jitnaqqas għall-ħidmiet f'żoni ristretti ddefiniti geografikament. Dawn iż-żoni huma ddenominati skond il-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs) li jiddefinixxu ż-żona f'linja mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.
2. Jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs), fiż-żona interessata, huwa ta' 1,5 m jew inqas, allura jiġi preżunt illi ma jkun akkumula l-ebda ilma addizzjonali fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara. Jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ fiż-żona interessata huwa 4,0 m jew iktar, allura il-għoli ta' l-ilma akkumulat preżunt għandu jkun il-valur ikkalkolat skond il-paragrafu 1.1. Il-valuri intermedji li jridu jiġu kkalkolati bl-interpolazzjoni lineari (ara l-figura 3).
3. Il-għoli hw jinżamm kostanti, għalhekk l-ammont ta' l-ilma miżjud huwa varjabbli billi jkun dipendenti fuq l-angolu tal-mejl u sewwa jekk f'angolu partikolari tal-mejl it-tarf tal-gverta jkun taħt l-ilma u sewwa jekk le (ara l-figura 4). Għandu jiġi nnotat illi il-permeabbiltà preżunta ta' l-ispazji fuq il-gverta tal-karozzi trid tittieħed bħala 90 % (kif imsemmi fiċ-Ċirk. MSC 649), fil-waqt li l-permeabbiltajiet ta' l-ispazji migħaddra l-oħra huma dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni tas-SOLAS.
4. Jekk il-kalkoli sabiex juru l-konformità ma' din id-Deċiżjoni jkollhom x'jaqsmu ma' għoli sinifikanti tal-mewġ inqas minn 4,0 m dan il-għoli sinifikanti tal-mewġ li jirrestrinġi jrid jiġi rreġistrat fuq iċ-ċertifikat tas-siġurtà tal-vapur tal-passiġġieri tal-vapur.
Il-Paragrafi 1.4 u 1.5
Bħala alternattiva għall-konforma mal-ħtiġiet ġodda dwar l-istabbiltà fil-paragrafi 1.1 jew 1.3 amministrazzjoni tista' taċċetta prova tal-konformità permezz tat-testijiet mudell. Il-ħtiġiet tat-testijiet mudell huma ddettaljati fl-Appendiċi ma' l-Annes I. In-noti ta' gwida dwar it-testijiet mudell jinsabu fil-Tieni Parti ta' dan l-Anness.
Il-Paragrafu 1.6
L-istandard tas-SOLAS 90 idderivat konvenzjonalment li jillimta l-kurva/i (KG jew GM) jistgħu ma jibqgħux applikabbli fil-każijiet meta jiġi preżunt “l-ilma fuq il-gverta” taħt it-termini ta' din id-Direttiva u jista' jkun jeħtieġ li tiġi stabbilta kurva jew jiġu stabbiliti kurvi li jqisu l-effetti ta' dan l-ilma miżjud. Għal dan l-effett iridu jitwettqu kalkoli biżżejjed li jikkorrispondu ma' numru adegwat ta' ħidmiet dwar kemm ikun fond il-vapur fl-ilma u t-trimmjatura.
Nota:
Il-Kurvi rriveduti KG/GM li jillimtaw il-ħidma jistgħu jiġi dderivati bl-iterazzjoni fejn l-eċċess minimu GM li jirriżulta mill-kalkoli dwar l-istabbiltà jiġi miżjud ma' l-input KG (jew imnaqqas mill-KG) użat sabiex jistabbilixxi l-ispazjijiet ħielsa (fr), li fuqhom ikunu msejsa l-kwantitajiet ta' l-ilma fuq il-gverta, b'dan il-proċess jiġi mtenni sakemm l-eċċess GM isir negliġibbli.
Huwa antiċipat illi l-operaturi jibdew din l-iterazzjoni bil-massimu KG/minimu GM li jista' jiġi sostnut raġjonevolment fis-servizz u jfittxu li jimmanipulaw l-arranġament tal-paratija tal-gverta li jirriżulta sabiex jimminimizzaw l-eċċess GM idderivat mill-kalkoli ta' l-istabbiltà tal-ħsara bl-ilma fuq il-gverta.
Il-Paragrafu 2.1
Rigward il-ħtiġiet tal-ħsara tas-SOLAS konvenzjonali il-paratiji 'il ġewwa mil-linja B/5 jiġu kkunsidrati intatti fil-każ ta' ħsara minn kolliżjoni fuq il-ġenb.
Il-Paragrafu 2.2
Jekk jiġu mwaħħla sporġaturi strutturali mal-ġenb sabiex jgħinu l-konforma mar-Regolament II-1/B/8, u bħala konsegwenza jkun żieda fil-wisa' (B) tal-vapur u b'hekk id-distanza B/5 tal-vapur, din il-modifika ma għandha tikkawża r-rilokazzjoni ta' l-ebda parti strutturali eżistenti jew ta' penetrazzjonijiet eżistenti fil-paratiji transversali prinċipali li minnhom ma jistax jgħaddi l-ilma taħt il-gverta tal-paratiji (are l-fiġura 5).
Il-Paragrafu 2.3
1. Il-paratiji/ostakoli transversali jew lonġitudinali li jkunu mwaħħla u jitqiesu sabiex jikkonfinaw il-moviment ta' l-ilma akkumulat preżunt fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara ma għandux ikun strettament li “ma jħallux l-ilma jgħaddi”. Jistgħu jiġu permessi ammonti żgħar ta' tnixxija bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tneħħija ta' l-ilma jkunu kapaċi jipprevjienu akkumulazzjoni ta' l-ilma fuq “in-naħa l-oħra” tal-paratija/ostakolu. F'dawn il-każijiet meta t-toqob mal-ġenb tal-vapur biex l-ilma joħroġ għal fuq il-gverta ma jibqgħux jaħdmu b'riżultat tat-telf tad-differenza pożittiva tal-livelli ta' l-ilma, iridu jiġu pprovvduti mezzi oħra ta' drenaġġ passiv.
2. Il-għoli (Bh) tal-paratiji/ostakoli transversali u lonġitudonali għandhom ikunu mhux inqas minn (8 x hw) metri, fejn il-hw huwa l-għoli ta' l-ilma akkumulat kif ikkalkolat bl-applikazzjoni ta' l-ispazju ħieles residwali u l-għoli sinifikanti tal-mewġ (kif imsemmi fil paragrafi 1.1 u 1.3). Madankollu, fl-ebda każ il-għoli tal-paratija/ostakolu ma jrid ikun inqas minn dak li hu l-ikbar minn:
2,2 metri; jew
il-għoli bejn il-gverta tal-paratiji u l-punt iktar baxx ta' l-istruttura tan-naħa ta' taħt tal-gverti intermedji jew li jiddendlu, meta dawn ikunu fil-pożizzjoni mniżżla. Għandu jiġi nnotat illi kull spazju bejn ix-xifer ta' fuq tal-paratija u n-naħa ta' taħt tal-pjanċi jrid ikun “ippjanċat” fid-direzzjoni transverali jew lonġitudonali kif xieraq (ara l-figura 6).
Jistgħu jiġu aċċettati paratiji/ostakoli b'għoli inqas minn dak speċifikat hawn fuq jekk it-testijiet mudell jitwettqu skond it-Tieni Parti ta' dan l-Anness sabiex jikkonfermaw illi d-disinn alternattiv jiżgura l-istandard xieraq tal-kapaċità tas-sopravivenza. Teħtieġ l-attenzjoni meta jkun qiegħed jiġi ffissat il-għoli tal-paratija/ostakolu hekk illi l-għoli għandu jkun ukoll biżżejjed sabiex jipprevjieni l-għargħar progrssiv ġewwa l-firxa meħtieġa ta' l-istabbiltà. Din il-firxa ma għandiex tiġi ppreġudikata mit-testijiet mudell.
Nota:
Il-firxa tista' tiġi mnaqqsa b'10 gradi sakemm iż-żona korrispondenti taħt il-kurva tiġi miżjuda (kif imsemmi fil-MSC 64/22).
Il-Paragrafu 2.5.1
Iż-żona “A” għandha x'taqsam mal-fetħiet permanenti. Għandu jiġi nnotat illi l-għażla tal-“fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma” mhix tajba għall-vapuri li jeħtieġu l-galleġġjment ta' parti mis-sovrastruttura jew tas-sovrastruttura kollha sabiex tissodisfa l-kriterji. Din il-ħtieġa hija li l-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jrid ikollhom purtelli li jingħalqu mwaħħla magħhom sabiex jipprevjienu li jidħol l-ilma, imma li jħalli l-ilma jiskula.
Il-purtelli ma jridux jidependu minn mezzi attivi. Iridu jaħdmu minnhom infushom u jrid jiġi muri i;li ma jirrestrinġux il-ħruġ ta' l-ilma bi grad sinifikanti. Kull tnaqqis sinifikanti fl-effikaċja jrid jiġi kkumpensat b'fetħiet addizzjonali sabiex tinżamm iż-żona meħtieġa.
Il-Paragrafu 2.5.2
Sabiex il-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jiġu kkunsidrati effettivi, id-distanza minima mix-xifer ta' isfel tal-fetħa tal-ħelsien mill-ilma sal-linja tal-baħar bil-ħsara għandha tkun ta' mill-inqas 1,0 m.
Il-Paragrafu 2.5.3
Il-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jridu jkunu lokati fil-baxx kemm jista' jkun fil-paratija tal-ġenb jew il-pjanċi tal-qoxra. Ix-xifer ta' isfel tal-fetħiet tal-ħelsien ta' l-ilma ma jridux ikunu ogħla minn 2 ċm 'l fuq mill-gverta tal-paratiji u x-xifer ta' fuq tal-fetħa ma jridx ikun ogħla minn 0,6 m (ara l-figura 8).
Nota:
L-ispazji li għalihom japplika l-paragrafu 5, jiġifieri dawk l-ispazji li jkun fihom il-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jew fetħiet bħalhom, ma għandhomx jiġu inklużi bħala spazji intatti fid-derivazzjoni tal-kurvi ta' l-istabbiltà intatta u ta' bil-ħsara.
Il-Paragrafu 2.6
1. Il-kobor statutorju tal-ħsara jrid jiġi applikat mat-tul tal-vapur. Jiddependi mill-istandard tas-subdiviżjoni, il-ħsara tista' ma taffettwa l-ebda paratija jew tista' taffettwa paratija taħt il-gverta tal-paratiji jew biss il-paratija 'l fuq mill-gverta tal-paratiji jew għaqdiet varji ta' dawn.
2. Il-paratiji/ostakoli kollha transversali jew lonġitudonali li jirrestrinġu l-ammont preżunt akkumulat ta' l-ilma jridu jkunu f'posthom u marbuta sewwa l-ħin kollu meta l-vapur ikun fuq il-baħar.
3. F'dawk il-każijiet meta l-paratija/ostakolu transversali tiġrilhom il-ħara l-ilma akkumulat fuq il-gverta għandu jkollu livell komuni tal-wiċċ fuq iż-żewġ naħat tal-paratija/ostakolu bil-ħsara fil għoli hw (ara l-figura 9).
PARTI II
IT-TESTIJIET MUDELL
L-għan ta’ dawn il-linji gwida huwa li jiżguraw l-uniformità fil-metodi wżati fil-kostruzzjoni u fil-verifika tal-mudell kif ukoll fit-twettiq u fl-analiżi tat-testijiet mudell.
Il-kontenut tal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness I jitqiesu li jispjegaw lilhom infushom
Il-Paragrafu 3 — il-Mudell tal-Vapur
|
3.1. |
Il-materjal li minnhu huwa magħmul il-mudell mhuwiex importanti fih innifsu, kemm-il darba l-mudell kemm fil-kondizzjoni intatta kif ukoll dik bil-ħsara jkun riġidu biżżejjed li jiżgura li l-kwalitajiet idrostatiċi tiegħu huma l-istess bħal dawk tal-vapur attwali u wkoll li r-reazzjoni flessurali tal-buq fil-mewġ hija negliġibbli. Huwa wkoll importanti li jiġi żgurat li l-kompartimenti bil-ħsara huma mmudellati preċiż kemm jista’ jkun prattikabbli, sabiex jiġi żgurat li jkun irrappreżentat il-volum korrett ta’ ilma ta’ l-għargħar. Ladarba d-dħul ta’ l-ilma (ukoll ammonti żgħar) fil-partijiet intatti tal-mudell se jaffettwa l-imġiba tiegħu, għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li dan id-dħul ma jseħħx. Fit-testijiet mudell li jinvolvu l-agħar ħsarat ta’ SOLAS ħdejn it-truf tal-vapur, ġie osservat li l-għargħar progressiv ma kienx possibbli minħabba t-tendenza ta’ l-ilma fuq il-gverta li jakkumula ħdejn il-ftuħ tal-ħsara u għalhekk jiskula ’l barra. Minħabba li dawn il-mudelli kienu kapaċi jissopravivu stati ta’ baħar għoli ħafna, filwaqt li nqelbu fi stati ta’ baħar inqas baxx bi ħsarat ta’ SOLAS inqas onerużi, ’il bogħod mit-truf, ġie introdott il-limitu ta’ ± 35 % sabiex dan jiġi mrażżan. Ir-riċerka estensiva li saret sabiex jiġu żviluppati kriterji xierqa għal vapuri ġodda wriet b’mod ċar li minbarra li l-GM u l-ispazju ħieles huma parametri importanti fl-abbiltà tal-vapuri tal-passiġġieri jissopravivu, l-erja taħt il-kurva ta’ l-istabbiltà residwali hija fattur ewlieni ieħor. Għalhekk, fl-għażla ta’ l-agħar ħsara taħt SOLAS għall-ħarsien tar-rekwiżit tal-paragrafu 3.1, l-agħar ħsara għandha tittieħed bħala dik li tagħti l-inqas erja taħt il-kurva ta’ l-istabbiltà residwali. |
|
3.2. |
Id-dettalji tal-mudell
|
|
3.3. |
Fil-metodu tat-test mudell oriġinali tar-riżoluzzjoni 14 tal-Konferenza ta’ SOLAS 1995 l-effett tal-mejl indott mill-mument massimu dderivat minn kwalunkwe ffollar tal-passiġġieri, twaddib tad-dgħajjes ta’ salvataġġ, riħ u tidwar ma ma ġiex meqjus għalkemm dan l-effett kien parti minn SOLAS. Ir-riżultati minn investigazzjoni wrew, madankollu, li jkun prudenti li jitqiesu dawn l-effetti u li jinżamm il-minimu ta’ mejl ta’ 1° lejn il-ħsara għal skopijiet prattiċi. Għandu jiġi nnutat li l-mejl minħabba t-tidwir tqies li mhuwiex rilevanti. |
|
3.4. |
Fil-każijiet fejn hemm marġinu fil-GM fil-kondizzjonijiet attwali ta’ tagħbija mqabbla mal-kurva GM li tillimita (derivata minn SOLAS 90), l-Amministrazzjoni tista’ taċċetta li jittieħed vantaġġ minn dan il-marġinu fit-test mudell. F’dawn il-każijiet il-kurva GM li tillimita għandha tiġi aġġustata. Dan l-aġġustament jista’ jsir kif ġej: d = dS–0,6 (dS–dLS) fejn: dS huwa l-fond fl-ilma tas-subdiviżjoni; u dLS huwa l-fond fl-ilma tal-bastiment ankrat. Il-kurva aġġustata hija linja dritta bejn il-GM użat fit-test mudell fil-fond ta’ l-ilma tas-subdiviżjoni u l-intersezzjoni tal-fond ta’ l-ilma oriġinali ta’ SOLAS 90, d. |
Il-Paragrafu 4 — Il-Proċedura għall-esperimenti
4.1. L-ispettri tal-mewġ
L-ispettru ta’ JONSWAP għandu jintuża għaliex dan jiddeskrivi l-ibħra b’tul limitat u b’dewmien limitat li jikkorrispondu mal-maġġoranza tal-kondizzjonijiet fid-dinja kolha. F'dan ir-rigward huwa importanti mhux biss li jiġi vverifikat l-aqwa perjodu taż-żmien tas-sensiela tal-mewġ imma wkoll illi jkun korrett il-perjodu taż-żmien ta' l-inkroċjatura żero.
Huwa meħtieġ li għal kull test, l-ispettru tal-mewġ huwa rrekordjat u ddokumentat. Il-kejl għandu jittieħed ħdejn is-sonda tal-mewġ li hija l-aktar qrib il-magna li tagħmel il-mewġ.
Huwa wkoll meħtieġ li l-mudell iġorr strumenti sabiex jiġu mmonitorjati u rreġistrati l-movimenti tiegħu (il-mejl, il-għoli tal-pruwa u l-għadsa tal-pruwa) kif ukoll l-imġiba tiegħu (fil-mejl, fil-għads u fit-trimmjatura) matul it-test kollu.
Instab illi mhux prattiku li jiġu ffissati l-limiti assoluti għal għoli sinjifikanti tal-mewġ, għall-aqwa perjodi u għall-perjodi ta' l-inkroċjatura żero ta' l-ispettri tal-mewġ tal-mudell. Għalhekk, ġie introdott marġinu aċċettabbli.
|
4.2. |
Sabiex tiġi evitata interferenza tas-sistema ta’ l-irmiġġ mad-dinamiċi tal-vapur, il-karretta ta’ l-irmonk (li miegħu hija mwaħħla s-sistema ta’ l-irmiġġ) għandha ssegwi l-mudell fil-veloċità attwali tal-moviment tiegħu mal-kurrent. Fi stat ta’ baħar b’mewġ irregolari, il-veloċità tal-moviment tal-kurrent ma tkunx kostanti; veloċità kostanti tal-karretta tirriżulta fi frekwenza baxxa, oxxillazzjonijiet kbar ta’ amplitudni tal-moviment tal-kurrent, li jistgħu jaffettwaw l-imġiba tal-mudell. |
|
4.3. |
Huwa meħtieġ għadd suffiċjenti ta’ testijiet b’sensieli differenti ta’ mewġ sabiex tiġi żgurata d-dipendibbiltà statistika, jiġifieri l-għan huwa li jiġi ddeterminat b’livell għoli ta’ kunfidenza li vapur mhux sikur jinqeleb fil-kondizzjonijiet magħżula. Minimu ta’ 10 darbiet jitqies li jipprovdi livell raġonevoli ta’ dipendibbiltà. |
Il-Paragrafu 5 — Il-kriterji tas-sopravivenza
Il-kontenut ta' dan il-paragrafu jitqies li jispjega lilu nnifsu.
Il-Paragrafu 6 — L-appovazzjoni tat-test
Id-dokumenti li ġejjin għandhom jagħmlu parti mir-rapport lill-amministrazzjoni:
il-kalkoli tal-ħsara lill-istabbiltà għall-agħar ħsara skond is-SOLAS u f'nofs il-vapur (jekk differenti);
it-tpinġija ta’ l-arranġament ġenerali tal-mudell flimkien mad-dettalji tal-kostruzzjoni u l-istrumentazzjoni;
l-esperiment ta’ l-inklinazzjoni u l-kejl tar-radji tal-ġirazzjoni;
l-ispettri nominali u mkejla tal-mewġ (fit-3 postijiet differenti għal realizzazzjoni rappreżentanti u għat-testijiet bil-mudell mis-sonda eqreb għall-magna li tagħmel il-mewġ);
rekord rappreżentattiv tal-movimenti tal-mudell, l-attitudni u l-moviment tal-kurrent;
ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo rilevanti.
Nota:
It-testijiet kollha għandhom jiġu mixhuda mill-amministrazzjoni.
( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.