2002R2368 — MT — 30.04.2016 — 034.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2368/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

(ĠU L 358 31.12.2002, p. 28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 254/2003 tal-11 ta' Frar 2003

  L 36

7

12.2.2003

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 257/2003 ta' 11 ta' Frar 2003

  L 36

11

12.2.2003

 M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 418/2003 of 6 March 2003 (*)

  L 64

13

7.3.2003

 M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 762/2003 tat- 30 ta' April 2003

  L 109

10

1.5.2003

 M5

COMMISSION REGULATION (EC) No 803/2003 of 8 April 2003 (*)

  L 115

53

9.5.2003

 M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) numru 1214/2003 tas-7 ta' Lulju 2003

  L 169

30

8.7.2003

 M7

COMMISSION REGULATION (EC) No 1536/2003 of 29 August 2003 (*)

  L 218

31

30.8.2003

 M8

COMMISSION REGULATION (EC) No 1768/2003 of 8 October 2003 (*)

  L 256

9

9.10.2003

 M9

COMMISSION REGULATION (EC) No 1880/2003 of 24 October 2003 (*)

  L 275

26

25.10.2003

 M10

COMMISSION REGULATION (EC) No 2062/2003 of 24 November 2003 (*)

  L 308

7

25.11.2003

 M11

COMMISSION REGULATION (EC) No 101/2004 of 21 January 2004 (*)

  L 15

20

22.1.2004

 M12

COMMISSION REGULATION (EC) No 657/2004 of 7 April 2004 (*)

  L 104

62

8.4.2004

 M13

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 913/2004 tad-29 ta' April 2004

  L 163

73

30.4.2004

 M14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1458/2004 tas-16 ta' Awissu 2004

  L 269

21

17.8.2004

 M15

COMMISSION REGULATION (EC) No 1459/2004 of 16 August 2004 (*)

  L 269

26

17.8.2004

 M16

COMMISSION REGULATION (EC) No 1474/2004 of 18 August 2004 (*)

  L 271

29

19.8.2004

 M17

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 522/2005 tal-1 ta’ April 2005

  L 84

8

2.4.2005

 M18

COMMISSION REGULATION (EC) No 718/2005 of 12 May 2005 (*)

  L 121

64

13.5.2005

 M19

COMMISSION REGULATION (EC) No 1285/2005 of 3 August 2005 (*)

  L 203

12

4.8.2005

 M20

COMMISSION REGULATION (EC) No 1574/2005 of 28 September 2005 (*)

  L 253

11

29.9.2005

 M21

COMMISSION REGULATION (EC) No 1486/2006 of 5 October 2006 (*)

  L 278

3

10.10.2006

 M22

COMMISSION REGULATION (EC) No 1636/2006 of 6 November 2006 (*)

  L 306

10

7.11.2006

 M23

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

 M24

COMMISSION REGULATION (EC) No 2026/2006 of 22 December 2006 (*)

  L 384

85

29.12.2006

 M25

COMMISSION REGULATION (EC) No 127/2007 of 9 February 2007 (*)

  L 41

3

13.2.2007

 M26

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 613/2007 tal-1 ta’ Ġunju 2007

  L 141

56

2.6.2007

 M27

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1038/2007 tas-7 ta’ Settembru 2007

  L 238

23

11.9.2007

 M28

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007

  L 277

7

20.10.2007

 M29

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 458/2008 tas-26 ta' Mejju 2008

  L 137

6

27.5.2008

 M30

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1268/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008

  L 338

39

17.12.2008

 M31

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1116/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011

  L 289

1

8.11.2011

►M32

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 947/2012 tat-12 ta’ Ottubru 2012

  L 282

27

16.10.2012

 M33

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

 M34

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013

  L 177

15

28.6.2013

 M35

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 789/2013 tas-16 ta’ Awwissu 2013

  L 222

1

20.8.2013

►M36

REGOLAMENT (UE) Nru 257/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

  L 84

69

20.3.2014

 M37

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1147/2014 tat-23 ta' Ottubru 2014

  L 308

61

29.10.2014

 M38

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1374 tas-7 ta' Awwissu 2015

  L 212

3

11.8.2015

 M39

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/91 tas-26 ta' Jannar 2016

  L 19

28

27.1.2016

►M40

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/557 tas-7 ta' April 2016

  L 96

8

12.4.2016

►M41

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/667 tas-27 ta' April 2016

  L 115

28

29.4.2016


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 148, 9.6.2007, p.  25 (613/2007)

 C2

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p.  61 (522/2005)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2368/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma



KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

▼M36

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni u ta’ kontrolli fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward ta’ djamanti mhux maħduma għall-għanijiet ta’ implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process.

Għall-għanijiet tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni, it-territorju tal-Unjoni u dak tal-Groenlandja għandhom jitqiesu bħala entità waħda mingħajr fruntieri interni.

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax jew jibdel xi dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ li jirrelataw mal-formalitajiet prattiċi u mal-kontrolli.

▼B

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “Kimberley Process” tfisser il-forum fejn fihom il-parteċipanti fasslu skema ta' ċertifikazzjoni internazzjonali għad-djamanti mhux maħduma;

(b) “Skema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process” (hawnhekk iżjed 'il quddiem “Skema ta' ċertifikazzjoni tal-KP”) tfisser l-iskema negozzjata ta' ċertifikazzjoni internazzjonali mill-Kimberley Process kif imniżżla fl-Anness I;

▼M1

(ċ) “Parteċipant” ifisser kull Stat, organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjunali, membru tal-WTO jew territorju tad-dwana separat li jaderixxi mal-kondizzjonijiet ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni KP, li jkun innotifika dan il-fatt lill-Presidenza ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni KP u li jkun jidher f'L-Anness II;

▼B

(d) “ċertifikat” tfisser dokumnet maħruġ u konfermat kif għandu jkun mill-awtorità kompetenti ta' parteċipant li tiddentifika merkanzija ta' djamanti mhux maħduma bħala waħda li żammet mal-ħtiġiet ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP;

(e) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nominata mill-parteċipant biex toħroġ, tikkonvalida jew tivverifika ċ-ċertifikati;

(f) “Awtorità tal-Komunità” tfisser awtorità kompetenti nominata minn Stat Membru u mniżżla fl-Anness III;

(g) “Ċertifikat tal-Komunità” tfisser ċertifikat li jikkorrispondi mal-kampjun fl-Anness IV u maħruġ minn xi Awtorità tal-Komunità;

(h) “kunflitt tad-djamanti” tfisser djamanti mhux maħduma kif imfissra taħt l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-KP;

(i) “djamant mhux maħdum” tfisser djamant li mhux maħdum jew sempliċiment maqtugħ, mifruq biċċa biċċa jew mhux irfinut u jaqa' taħt Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija 7102 10 , 7102 21 u 7102 31 (hawnhekk iżjed 'il quddiem “HS code”);

(j) “importazzjoni” tfisser id-dħul jew l-introduzzjoni materjali ta' oġett f'kull parti tat-territorju ġeografiku tal-parteċipant;

(k) “esportazzjoni” tfisser il-ħruġ fiżiku jew it-teħid 'il barra minn kuill parti tat-territorju ġeografiku tal-parteċipant;

(l) “merkanzija” tfisser pakkett wieħed jew aktar;

(m) “pakkett” tfisser djamant wieħed jew aktar ippakkjati flimkien;

(n) “pakkett ta' oriġini mħallta” tfisser pakkett li jkollu djamanti mhux maħduma minn żewġ pajjiżi ta' oriġini jew aktar:

(o) “Territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri għal-liema t-Trattat huwa applikabbli, taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin f'dak it-Trattat;

(p) “Ħażna ċertifikata” tfisser ħażna ta' djamanti mhux maħduma għal-liema dan ir-Regolament jgħodd u għal-liema lokalità, volum u valur, u tibdiliet fiha, ġew sottometti għas-supervissjoni effettiva ta' xi Stat Membru;

(q) “Transitu doganali” tfisser transitu kif provdut permezz ta' l-Artikoli 91 sa 97 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 29 13/92 ta' 12 ta' Orrubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 3 ).



KAPITOLU II

REĠIM TA' IMPORTAZZJONI

Artikolu 3

▼M36

L-importazzjoni ta’ djamanti mhux maħduma lejn it-territorju tal-Komunità ( 4 ) jew il-Groenlandja għandha tkun ipprojbita kemm-il darba l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ma jiġux sodisfatti:

▼B

(a) id-djamanti mhux maħduma huma akkompanjati b'ċertifikat ikkonfermat minn awtorità kompetenti tal-parteċipant;

(b) id-djamanti mhux maħduma ikunu ġewwa kontejer li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis, u s-siġilli applikati waqt l-esportazzjoni minn dak il-parteċipant mhumiex miksura;

(ċ) iċ-ċertifikat għandu jidentifika ċar il-kunsinna li jkun qed jirreferi għaliha.

Artikolu 4

▼M36

1.  Il-kontenituri u ċ-ċertifikati li jikkorrispondu magħhom għandhom, mingħajr dewmien, jiġu sottomessi għall-verifikazzjoni flimkien lil awtorità tal-Komunità jew tal-Istat Membru fejn ikunu qed jiġu importati jew tal-Istat Membru li għalih ikunu destinati, skont kif indikat fid-dokumenti ta’ akkompanjament. Il-kontenituri maħsubin għall-Groenlandja għandhom jitressqu għal verifika lil waħda mill-awtoritajiet tal-Komunità, jew fl-Istat Membru fejn ikunu qed jiġu importati, jew f’wieħed mill-Istati Membri l-oħra fejn tkun stabbilita awtorità tal-Komunità.

▼B

2.  F'każijiet fejn id-djamanti mhux maħduma huma importati fi Stat Membru fejn mhemmx awtorità tal-Komunità, għandhom ikunu intavolati lill-awtorità tal-Komunità kompetenti f'dak l-Istat Membru għal fejn huma destinati. Jekk ma teżistix awtorità tal-Komunità kompetenti la fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni l-anqas fl-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom ikunu ntavolati f'Awtorità tal-Komunità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

3.  L-Istat Membru fejn id-djamanti mhux maħduma huma importati għandhom jiżguraw is-sottmissjoni tagħhom lill-awtortià tal-Komunità kompetenti kif previst fil-paragrafi 1 u 2. Jistgħu jingħataw transiti doganali għaldaqshekk Jekk jingħata dan it-transitu doganali, il-verifikazzjoni prevista permezz ta' dan l-Artikolu għandha tiġi sospiża sal-wassla għand xi awtortià kompetenti tal-Komunità.

4.  L-importatur għandu jkun responsabbli għall-moviment kif suppost tad-djamanti mhux maħduma u l-ispejjeż tagħhom.

5.  L-awtorità tal-Komunità għandha tagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin sabiex tivverifika li l-kontenut tal-kontenitur jaqbel mal-partikolarijiet taċ-ċertifikat li jikkorispondu għalih:

(a) għandha tiftaħ kull kontenitur bil-ħsieb li tagħmel din il-verifikazzjoni; jew

(b) għandha tidentifika l-kontenituri li ser jinfetħu bil-ħsieb li tagħmel din il-verifikazzjoni fuq il-bażi ta' analizzar tar-riskju jew sistema ekwivalenti li tagħti dik il-konsiderazzjoni mistħoqqa lill-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma.

6.  L-awtortià tal-Komunità għandha tlesti l-verifikazzjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 5

1.  Jekk Awtorità tal-Komunutà tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet fl-Artikolu huma:

(a) imwettqa, hija għandha tikkonferma dan fuq iċ-ċertifikat oriġinali u tforni l-importatur b'kopja awtentika ta' dak iċ-ċertifikat ikkonfermat u li ma tkunx tista' tkun iffalsifikata. Din il-proċedura ta' konfermazzjoni għandha sseħħ fiż-żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni taċ-ċertifikat;

(b) mhumiex imwettqa, hija għandha ż-żomm il-merkanzija.

2.  Jekk awtorità tal-Komunità issib li n-nuqqas ta' twettiq tal-kondizzjonijiet ma sarx b'xi konsapevolezza jew intenzjoni jew hu riżultat ta' xi azzjoni ta' xi awtorità oħra fl-eżerċizzju tal-qadi tad-dmirijietha, hi tista' tipproċedi bil-konfermazzjoni u r-rilaxx tal-merkanzija, wara li jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa ta' rimedji sabiex ikun żgur li jintlaħqu l-kondizzjonijiet.

3.  L-awtorità tal-Komunità għandha, fiż-żmien xahar, tinforma lill-Kummissjoni u l-awtortià kompetenti dwar xi nuqqas fit-twettiq tal-kondizzjonijiet tal-parteċipant li intenzjonalment ħarġitlu jew ivalidatlu ċ-ċertifikat għall-merkanzija.

Artikolu 6

1.  Sad-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3), Stat Membru jista' jiċċertifika l-ħażniet tad-djamanti mhux maħduma li ġew impurtati jew qegħdin preżenti fit-territorju tal-Komunità qabel dik id-data. Wara dik id-data, djamanti mhux maħduma minn ħażniet iċċertifikati għandhom jiġu kkunsidrati li wettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  Fil-każijiet l-oħra kollha, awtorità tal-Komunità tista' toħroġ konfermazzjoni li hi tikkonsidra li djamanti mhux maħduma wettqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, jekk hi stabbilit li dawk id-djamanti kienu preżenti legalment fil-Komunità f'dik id-data u baqgħu hemm preżenti.

Artikolu 7

Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3, 4 u 5, awtorità tal-Komunità tiata' tħalli importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma jekk l-importatur iforni xhieda konklużiva li dawk id-djamanti kienu destinati għall-importazzjoni fil-Komunità u kienu esportati f'5 ijiem ta' xogħol jew anqas qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3).

F'dawn il-każijiet, l-awtorità tal-Komunità konċernata għandha toħroġ l-importatur konfermazzjoni ta' importazzjoni legali, b'effett li dawk id-djamanti għandhom jiġu kkunsidrati li wettqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3.

Artikolu 8

▼M36

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-parteċipanti dwar arranġamenti prattiċi biex l-awtorità kompetenti tal-parteċipant esportatur li kkonvalida xi ċertifikat tiġi pprovduta bil-konfermazzjoni tal-importazzjonijiet fit-territorju tal-Komunità jew il-Groenlandja.

▼B

2.  Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 22(2), tistabbilixxi regoli ta' gwidi għal din il-konfermazzjoni.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tforni lill-awtoritajiet tal-Komunità kampjuni awtentiċi taċ-ċertifikati tal-parteċipanti, l-ismijiet u d-dettalji l-oħra relevanti tal-parteċipanti li joħorġu u/jew awtoritajiet validi, kampjuni awtentikati ta' timbri jew firem li jikkonfermaw li ċ-ċertifikat ħareġ legalment jew ivvalidat u kull informazzjoni oħra relevanti li wieħed jirċievi bir-rispett għaċ-ċertifikati.

Artikolu 10

1.  Awtoritajiet tal-Komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport kull xahar fuq iċ-ċertifikati kollha li tressqu għall-verifika taħt l-Artikolu 4.

Għal kull ċertifikat dan ir-rapport għandu jniżżel ta' l-anqas:

(a) In-numru uniku taċ-ċertifikat,

(b) l-isem ta' l-awtoritajiet li joħorġu u jikkonvalidaw,

(ċ) id-data tal-ħruġ u tal-validità,

(d) id-data ta' l-għeluq tal-validità,

(e) il-pajjiż tal-provinċja,

(f) il-pajjiż ta' l-oriġini jekk magħruf,

(g) il-kodiċijiet tal-HS,

(h) il-piż tal-karat,

(i) il-valur,

(j) l-awtorità ta' verifika tal-Komunità,

(k) id-data ta' verifikazzjoni.

Il-Kummissjoni tista', skond il-proċeduri li hemm imniżżla fl-Artikolu 22(2), li jiddeterminaw il-format ta' dan ir-rapport sabiex tffaċilita l-kontroll ta' tħadim ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni.

2.  L-awtorità tal-Komunità għandha jżomm iċ-ċertifikati oriġinali previst taħt l-Artikolu 3(a) imressqa għall-verifikazzjoni għall-anqas għal tliet snin. Għandha tipprovdi lill-Kummissjoni jew persuni jew korpi magħżula mill-Kummissjoni għall-aċċess ta' dawn iċ-ċertifikati oriġinali partikolarment bil-għan għat-tweġib tal-mistoqsijiet imqajjma fil-qafas ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP.



KAPITOLU III

REĠIM TA' ESPORTAZZJONI

Artikolu 11

▼M36

L-esportazzjoni mit-territorju tal-Komunità jew il-Groenlandja ta’ djamanti mhux maħduma għandha tkun projbita sakemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ma jiġux sodisfatti:

▼B

(a) id-djamanti mhux maħduma huma akkumpanjati b'ċertifikat tal-Komunità li jikkorispondi għalihom maħruġ u validat minn awtorità tal-Komunità,

(b) id-djamanti mhux maħduma ikunu ġewwa kontenitur issiġillat skond l-Artikolu 12 u li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis.

Artikolu 12

1.  L-awtorità tal-Komunità tista' toħroġ ċertifikat tal-Komunità għall-esportatur meta tistabbilixxi li:

▼M36

(a) l-esportatur ipprovda prova konklużiva li:

(i) id-djamanti mhux maħduma li għalihom qed jintalab iċ-ċertifikat kienu importati skont il-liġi skont l-Artikolu 3; jew

(ii) id-djamanti mhux maħduma li għalihom qed jintalab iċ-ċertifikat kienu mminati jew estratti fil-Groenlandja f’każ li d-djamanti mhux maħduma ma kinux preċedentement esportati lil parteċipant għajr l-Unjoni.

▼B

(b) it-tagħrif l-ieħor mitlub fuq iċ-ċertifikat huwa korrett;

(ċ) id-djamanti mhux maħduma huma effettivament destinati għall-wassla fit-territorju tal-parteċipant, u

(d) id-djamanti mhux maħduma iridu jinġarru f'kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis.

2.  Awtorità tal-Komunità ma għandhiex tikkonvalida ċertifikat tal-Komunità sakemm hi tivverifika li l-kontenut tal-kontenitur jaqbel mal-partikolarijiet ta' fuq iċ-ċertifikat li jikkorispondi għalihom u li l-kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis u jkollu d-djamanti mhux maħduma sussegwentement gie ssiġillat fuq ir-responsabbilità ta' dik l-awtorità.

3.  Awtorità tal-Komunità għandha tagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin sabiex tivverifika li l-kontenut ta' kontenitur jaqbel mal-partikolaritajiet ta' fuq iċ-ċertifikat tiegħu:

(a) tivverifika l-kontenut ta' kull kontenitur; jew

(b) tiddentifika l-kontenituri, li l-kontenut tagħhom għandu jkun ivverifikat, fuq il-bażi li jkun analizzat ir-riskju jew sistema ekwivalenti li tagħti konsiderazzjoni denja tal-merkanzija ta' djamanti mhux maħduma.

4.  L-awtorità tal-Komunità għandha tforni lill-esportatur b'kopja awtentika li tkun tiflaħ għal kontra l-falsifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-Komunità li hi validat. L-esportatur għandu jżomm aċċessibli kull kopja għall-anqas għal tliet snin.

5.  Iċ-ċertifikat tal-Komunità għandu jkun validu għall-esportazzjoni għal mhux aktar minn xahrejn mid-data tal-ħruġ. Jekk id-djamanti mhux maħduma mhux esportati matul dan iż-żmien, iċ-ċertifikat tal-Komunità għandu jintradd lura lill-awtortià tal-Komunità li ħarġitu.

Artikolu 13

Jekk l-esportatur huwa membru ta' organizzazzjoni ta' djamanti mniżżla fl-Anness V, l-awtorità tal-Komunità tista' taċċetta bħala xhieda konklużiva tal-importazzjoni legali fil-Komunità dikjarazzjoni ffirmata mill-esportatur għaldaqshekk. Din id-dikjarazzjoni għandha jkollha għall-anqas it-tagħrif li jingħata fil-fattura taħt l-Artikolu 17(2)(a)(ii).

Artikolu 14

1.  Jekk awtorità tal-Komunità tistabbilixxi li xi merkanzija ta' djamanti mhux maħduma, li għalihom ċertifikat tal-Komunità huwa meħtieġ, ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 11,12, jew 13, dik l-awtorità għandha jżomm il-merkanzija.

2.  Jekk awtorità tal-Komunità issib li n-nuqqas li l-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti ma twettqux b'konsapevolezza jew intenzjonalment jew xi riżultat ta' azzjoni minn awtortià oħra fit-twettiq tad-doveri tagħha, tista' tirrilaxxa l-merkanzija u tmexxi bil-ħruġ u l-ikkonvalidazzjoni taċ-ċertifikat tal-Komunità, wara li jkunu ttieħdu l-miżuri u r-rimedji meħtieġa sabiex ikun żgur li jintlaħqu l-kondizzjonijiet.

3.  L-awtorità tal-Komunità għandha, fiż-żmien xahar, tinforma lill-Kummissjoni u l-awtortià kompetenti ta' xi nuqqas fit-twettiq tal-kondizzjonijiet tal-parteċipant li intenzjonalment ħarġitlu jew ivvalidatlu ċ-ċertifikat għall-merkanzija.

Artikolu 15

1.  L-awtoritajiet tal-komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport kull xahar dwar iċ-ċertifikati tal-Komunità kollha li nħarġu jew li ġew validati minnhom.

Dan ir-rapport għal kull ċertifikat għall-anqas għandu jniżżel:

(a) in-numru uniku taċ-ċertifikat,

(b) l-isem ta' l-awtoritajiet li joħorġu u jikkonvalidaw,

(ċ) id-data tal-ħruġ u tal-validità,

(d) id-data ta' l-għeluq tal-validità,

(e) il-pajjiż tal-provinċja,

(f) il-pajjiż ta' oriġini, fejn magħruf,

(g) il-kodiċijiet tal-HS,

(h) il-valur u l-piż tal-karat.

Skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-format tar-rapport sabiex tiffaċilita l-kontroll ta' tħadim ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

2.  L-awtoritajiet tal-Komunità għandhom iżommu għall-anqas sa tliet snin il-kopji awtentiki previsti taħt l-Artikolu 12(4) kif ukoll kull tagħrif ieħor imwassal minn esportatur sabiex jiġġustifika l-ħruġ u l-validità taċ-ċertifiakt tal-Komunità.

Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni jew persuni jew korpi nominati mill-Kummissjoni bl-aċċess għal dawk il-kopji awtentiki u dan it-tagħrif, partikolarment bil-ħsieb li jitwieġbu l-mistoqsijiet imqajma fil-qafas ta' l-iskema taċ-ċertifiakzzjoni tal-KP

Artikolu 16

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-parteċipanti dwar arranġamenti prattiċi sabiex ikollhom konfermazzjoni ta' l-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma esportati mill-Komunità koperti b'ċertifikat validat mill-awtorità tal-Komunità.

2.  Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(2), tfassal linji ta' gwida għal din il-konfermazzjoni.



KAPITOLU IV

INDUSTRIJA AWTOREGOLATA

Artikolu 17

1.  Organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw in-negozjanti tad-djamanti mhux maħduma li stabbilixxew sistema ta' garanziji u industrija auotregolata għall-għanijiet biex jimplimentaw l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-KP jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni direttament jew permezz ta' l-Awtorità kompetenti tal-Komunità sabiex jitniżżlu fl-Anness V.

2.  Meta organizzazzjoni tapplika biex titniżżel għandha:

(a) tforni xhieda konklużiva li r-regoli u r-regolamenti adottati fejn il-membri tagħha li jinnegozzjaw fid-djamanti mhux maħduma, kemm persuni naturali jew legali, jintrabtu li, mhux aktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3):

(i) jbiegħu biss djamanti mixtrija minn sorsi leġittimi li huma konformi mad-disposizzjonijiet relevanti tar-Risoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u jagħtu garanzija bil-miktub fuq il-fattura li takkumpanja kull bejgħ tad-djamanti mhux maħduma li, fuq il-bażi ta' l-għarfien tagħhom personali u/jew garanziji bil-miktub fornuti mill-fornitur ta' dawn id-djamanti mhux maħduma, id-djamanti mhux maħduma mibjugħa għaldaqstant mhumiex kunflitt tad-djamanti;

(ii) jaraw li kull bejgħ tad-djamanti mhux maħduma hu akkumpanjat minn fattura li jkollha fiha l-garanzija msemmija ffirmata li mingħajr dubju ta' xejn tiddentifika lill-bejjiegħ u x-xerrej u l-uffiċini reġistrati tagħhom, li jkollhom in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-bejjiegħ, fejn meħtieġ, il-kwantità/piż u l-kwalifikazzjoni ta' l-oġġetti mibjugħa, il-valur ta' l-operazzjoni u d-data ta' meta ntbagħat;

(iii) ma jixtrux djamanti mhux maħduma minn għand xi ħadd suspettat jew sorsi mhux magħrufa li jissupplixxu u/jew djamanti mhux maħduma li ġejjin minn parteċipanti li mhumiex fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP;

(iv) ma jixtrux minn għand sors li wara li jkun għadda proċeduri regolari jkun instab li kiser il-liġijiet jew regolamenti tal-pajjiż li jikkonċernaw in-negozju tal-kunflitt tad-djamanti;

(v) ma jixtrux djamanti mhux maħduma minn xi reġjun li huwa suġġett għal xi nota ta' avviż minn awtorità governattiva jew ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP li l-kunflitt tad-djamanti qed joħorġu minn, jew qegħdin għall-bejgħ, f'dak ir-reġjun;

(vi) mingħajr ma jafu jixtru, jbiegħu, jew jgħinu lill-oħrajn fix-xiri jew il-bejgħ ta' kunflitt ta' djamanti;

(vii) jiżguraw li l-ħaddiema kollha li jbiegħu jew jixtru djamanti mhux maħduma fil-kummerċ tad-djamanti huma magħrfa sew bir-reżoluzzjonijiet tal-kummerċ u regolamenti tal-gvern li jirrestrinġu l-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti;

(viii) joħolqu u jżomm għall-anqas għall-tliet snin reġistrazzjonijiet ta' fatturi mibgħuta mill-fornituri u maħruġa lill-klijenti;

(ix) jagħtu istruzzjonijiet lill-awditur indipendenti sabiex jiċċertifika li dawn ir-reġistrazzjonijiet inħolqu u nżammu kif suppost u l-anqas identifika xi operazzjoni li naqset li tħares ir-regoli msemmija fil-(i) sa (viii) jew kull operazzjoni li naqset milli tħares dawn ir-regoli ġiet rapurtata lill-awtorità kompetenti tal-Komunità;

u

(b) tforni xhieda konlużiva li adottat regoli u regolamenti li jobbligaw lill-organizzazzjoni:

(i) tkeċċi kull membru, li wara l-proċess denju ta' inkjesta mill-organizzazzjoni stess jinstab, li serjament kiser ir-regoli msemmija ta' hawn fuq; u

(ii) tippubblika t-tkeċċija ta' dak il-membru u tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan;

(iii) tagħmel magħruf lill-membri kollha tagħha l-liġijiet tal-pajjiż u ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP, regolamenti u linji ta' gwida li jirrigwardaw il-kunflitt tad-djamanti u l-ismijiet ta' persuni naturali jew legali misjuba ħatja, wara proċess legali vinkolanti, li kissru dawn il-liġijiet jew regolamenti;

u

(ċ) tforni lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-Komunità kompetenti bil-lista lesta tal-membri kollha tagħha li jinnegozjaw fid-djamanti mhux maħduma, magħduda ismijiet sħaħ, indirizzi, post, u tagħrif ieħor li jgħin biex ma jkunx hemm żbalji fl-identitajiet.

3.  Organizzazzjonijiet koperti b'dan l-Artikolu għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-Komunità ta' l-Istat Membru fejn huma residenti jew stabbilixxew it-tibdil kollu fl-isħubija tagħhom wara l-applikazzjoni biex jitniżżlu.

4.  Skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha tniżżel fl-Anness V kull organizzazzjoni li twettaq il-ħtiġiet ta' dan l-artikolu. Għandha tinnotifika l-awtoritajiet kollha tal-Komunità bl-ismijiet u l-partikolarajiet relevanti oħra tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet imniżżla u kull tibdil li jsir fihom.

5.  

(a) Organizzazzjoni mniżżla jew membru tagħha għandu jforni lill-awtorità relevanti tal-Komunità bl-aċċess għal kull tagħrif li jista' jkun meħtieġ sabiex tiġi stmata kif suppost l-funzjoni tas-sistema ta' garranziji u l-industrija awtoregolata. Meta ċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw, li l-awtorità tal-Komunità tista' tinħtieġ żidiet oħra ta' garanziji li organizzazzjoni kapaċi jżomm sistema kredibbli.

(b) L-awtorità tal-Komunità kompetenti għandha tirraporta l-istima tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

6.  Jekk, matul l-osservazzjonijiet tal-funzjoni kif suppost tas-sistema, awtorità tal-Komunità fi Stat Membru tikseb tagħrif ta' min jorbot fuqu, li organizzazzjoi mniżżla koperta b'dan l-Artikolu u stabbilita jew hija residenti f'dak l-Istat Membru, jew membru tagħha stabbilixxa ruħu jew hu residenti f'dak l-Istat Membru, qed jikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, hija għandha twettaq l-istħarriġ tagħha fil-każ sabiex tivverifika jekk effettivament tkissrux id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

7.  

(a) Jekk il-Kummissjoni għandha tagħrif ta' min joqgħod fuqu li organizzazzjoni mniżżla jew membru tagħha qed jikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, hija għandha titlob stima tas-sitwazzjoni mill-Awtorità tal-Komunità ta' l-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jew membru tagħha hu residenti jew stabbilit. Fuq din it-talba, l-awtorità relevanti tal-Komunità għandha minnufih tistħarreġ il-każ u għandha tgħarraf kif imiss lill-Kummissjoni b'dak li tkun sabet.

(b) Jekk il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-rapporti, stimi jew tagħrif ieħor relevanti, tasal għall-konklużżjoni li s-sistema ta' garranziji u l-industrija auto regolata ma tiffunzjonax kif suppost, u l-kwistjoni ma tkunx ġiet indirizzata kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu dawk il-miżuri meħtieġa skond il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(2).

8.  Jekk inkjesta twassal għall-konklużjoni li organizzazzjoni qed tikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtroità tal-Komunità ta' Stat Membru fejn l-organizzazzjoni hija residenti jew stabbilita tinnotifika lill-Kummissjoni tagħha mingħajr dewmien. F'dan il-każ, il-Kummissjoni, skond il-proċedura li hemme referenza għalihom fl-Artikolu 22(2), għandha tieħu l-miżuri xierqa bil-għan biex tneħħi dik l-organizzazzjoni mil-lista ta'l-Anness V.

9.  Jekk organizzazzjoni mniżżla jew wieħed jew aktar mill-membri tagħha huma stabbiliti jew residenti fi Stat Membru li ma innominax awtorità tal-Komunità għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun l-Awtorità tal-Komunità għal dik l-organizzazzjoni jew ta' dawk il-membri.

10.  Organizzazzjonijiet jew membri tagħhom koperti permezz ta' dan l-Artikolu li jaħdmu fit-territorju ta' parteċipant ieħor li ma tkunx il-Kummissjoni għandhom ikunu jkunsidrati li ħarsu d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jekk iżommu mar-regoli u r-regolamenti li dan il-parteċipant niżżel sabiex jimplimenta l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process.



KAPITOLU V

TRANSITU

▼M36

Artikolu 18

L-Artikoli 4, 11, 12, u 14 ma għandhomx jgħoddu għad-djamanti mhux maħduma li jidħlu fit-territorju tal-Komunità jew il-Groenlandja għall-għanijiet ta’ transitu biss għal parteċipant barra dawk it-territorji, bil-kondizzjoni li la l-kontenitur oriġinali fejn ikunu qegħqin jinġarru d-djamanti mhux maħduma u lanqas iċ-ċertifikat oriġinali ta’ akkumpanjament maħruġ minn awtorità kompetenti ta’ parteċipant ma jkun ġie mbagħbas fid-dħul jew il-ħruġ mit-territorju tal-Komunità jew il-Groenlandja, u l-għan ta’ transitu jkun jaqbel ċar maċ-ċertifikat ta’ akkumpanjament.

▼B



KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 19

1.  L-Istati Membri jistgħu jinnominaw waħda jew aktar awtoritajiet fit-territorju tagħhom bħala awtortià tal-Komunità u jistgħu jingħatawlhom kompiti differenti.

2.  L-Istati Membri li jinnominaw awtorità tal-Komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'dik l-informazzjoni li turi li l-awtoritajiet tal-Komunità nominati minnhom huma affidabbli, u li jwettqu l-kompiti meħtieġa ta' dan ir-Regolament fil-ħin, b'effiċjenza u kif suppost.

3.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numri ta' punti meta l-formalitajiet previsti f'dan ir-Regolamnet jistgħu jitlestew. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan. Ibbażat fuq it-tagħrif previst taħt il-paragrafi 1 u2 u skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha żżomm fl-Anness III il-lista ta' l-awtoritajiet tal-Komunità, il-lokazzjonijiet tagħhom u l-kompiti fdati lilhom.

4.  L-awtoritajiet tal-Komunità jistgħu jsaqsu operatur ta' l-ekonomija biex iħallas il-miżata għall-produzzjoni, il-ħruġ u/jew jagħmel legalment validu ċertifikat u għall-spezzjoni fiżika skond l-Artikoli 4 u 14. Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu l-ammont ta' dik il-miżata jaqbeż il-ħlasijiet li dik l-awtorità kompetenti tkun nefqet għall-operazzjoni konċernata. L-ebda imposti jew dazji simili ma għandhom jitħallsu fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom taħt l-Artikoli 4(5) u 12(3) jew ta' għażliet oħra li jiġu wara.

6.  Il-Kummissjoni tista' temenda l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikati tal-Komunità bil-ħsieb li ttejjeb is-sigurtà, l-ipproċessar u t-tħaddim tagħha, għall-għanijiet ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-KP.

▼M1

Artikolu 20

Fuq il-bażi tat-tagħrif rilevanti mogħti lill-Presidenza ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni KP u/jew mill-parteċipanti, il-Kummissjoni tista' temenda l-lista ta' parteċipanti u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

▼M36

Artikolu 21

1.  L-Unjoni, inkluża l-Groenlandja, għandha tkun parteċipant fl-iskema ta’ ċertifikazzjoni KP.

2.  Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-Unjoni, flimkien mal-Groenlandja, fl-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process, għandha timmira li tiżgura l-aqwa implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni KP, b’mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni bejn il-parteċipanti. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tiskambja l-informazzjoni mal-parteċipanti dwar il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma u, fejn xieraq, tikkoopera fil-monitoraġġ tal-attivitajiet u ssib soluzzjoni għat-tilwim li jista’ jinqala’.

▼B

Artikolu 22

1.  Waqt il-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħha taħt l-Artikoli 8, 10, 15, 16, 17 u 19, il-Kummissjoni għandha tkuna mgħejjuna minn Kumitat (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.  Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jġħoddu l-Artikoli minn 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

3.  Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri tiegħu.

▼M36

Artikolu 23

Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 jista’ jeżamina kull mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jitqajmu jew mill-President jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru jew tal-Groenlandja.

▼B

Artikolu 24

1.  Kull persuna naturali jew legali li jfornu servizzi diretti jew indiretti relatati ma' l-attivitajiet koperti bl-Artikoli 3, 4, 6, 7, 11, 12, 13, 17 u 18 għandha teżerċita l-ħila tagħha kif imiss sabiex tistabbilixxi li l-attivitajiet li hi tforni servizz għalihom iżommu mad-disposizzjonjijet ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-parteċipazzjoni, bil-konsapovolezza u intenzjonata, fl-attivitajiet, fejn l-ħsieb jew l-effett huma, direttament jew indirettament, sabiex jinħelsu mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu pprojbiti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata b'kull informazzjoni li tissuġġerixxi li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolamnet qegħdin, jew kienu qegħdin, skansati.

Artikolu 25

Tagħrif fornut skond dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li jkun inġabar għalih.

Tagħrif li mix-xejra tiegħu huwa wieħed konfidenzali jew li kien fornut fuq bażi konfidenzali għandu jkun kopert bl-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali. Ma għandux jinkixef mill-Kummissjoni mingħajr il-permess ta' dik il-persuna li fornitu. Madankollu komunikazzjoni ta' informazzjoni bħal din għandha titħalla meta l-Kummissjoni hija obbligata jew awtorizzata biex tagħmel hekk, partikolarment b'konnessjonijiet ma' proċeduri legali. Din il-komunikazzjoni għandha tieħu qies l-interessi legali tal-persuna konċernata li s-sigrieti kummerċjali tiegħu jew tagħha ma għandhomx jinkixfu.

Dan l-Artikolu ma għandux itellef mill-kxif ta' informazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni. Dan il-kxif ma għandux jitħalla jekk dan huwa inkompatibbli ma' l-għan oriġinali ta' din l-informazzjoni.

Fil-każ ta' ksur tal-konfidenzalità, minn ħoloq din l-informazzjoni għandu jkun jista' iħassarha, ma jagħtix kasha, jew jikkoreġiha, skond il-każ.

Artikolu 26

Tħaris ta' dan ir-Regolament ma jfissirx li kull persuna naturali jew legali ma għandhiex tħares bis-sħiħ jew parti, ma' xi obbligazzjoni oħra taħt xi liġi oħra tal-Komunità jew nazzjonali.

Artikolu 27

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta jinkisru d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu kapaċi li ma jħallux lil dawk responsabbli ta' xi ksur milli jieħdu xi benefiċċju ekonomiku mill-azzjonijiet tagħhom.

Sakemm l-adozzjoni għadha pendenti, meta meħtieġ, xi leġislazzjoni minn din in-naħa, is-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru għandhom, meta relevanti, ikunu dawk determinati mill-Istat Membru sabiex jingħata effett lill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 303/2002.

Artikolu 28

Dan ir-Regolament għandu jgħodd:

(a) fit-territorju tal-Komunità, jinkludi l-ispazju ta' l-ajru tagħha, abbord kull inġenji ta' l-ajru jew kull bastiment fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru;

(b) għal kull persuna ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri, u għal kull persuna legali, entità, jew korporazzjoni jew korp kostitwit taħt xi liġi ta' Stat Membru.

Artikolu 29

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.  Il-Kummissjoni għandha tirraporta kull sena jew meta meħtieġ kull żmien ieħor lill-Kunsill fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa għar-reviżjoni jew it-tħassir tar-Regolament.

▼M1

3.  L-Artikoli 3, 4, 5, 10, 11, 12, 13, 14, 15 u 18 għandhom japplikaw mill-1 ta' Frar 2003.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KIMBERLEY PROCESS

PREAMBOLU

PARTEĊIPANTI,

 JIRRIKONOXXU li l-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti huwa ta' materja serja u interess internazzjonali, li jista' jkun marbut direttament maż-żieda tal-kunflitt bl-armi, l-attivitajiet tal-movimenti tar-ribelli bil-għan li jdgħajju jew jwaqqgħu gvernijiet leġittimi, u t-traffikar illegali u żieda fl-armamenti, speċjalment fl-armi żgħar u armi ħfief;

 JIRRIKONOXXU AKTAR l-impatt devastanti tal-kunflitti sostnuti mill-kummerċ tal-kunflitt tad-djamanti dwar il-paċi, is-saħħa u s-sigurtà tal-popli fil-pajjiżi affettwati u l-ksur sistematiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu f'dawn il-kunflitti;

 JINNUTAW l-impatt negattiv ta' dawn il-kunflitti dwar l-istabbilità reġjonali u l-obbligazzjonijiet mitfugħa fuq l-istati bil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li jirrigwardaw il-ħarsien tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

 IŻOMMU F'MOĦĦHOM li hemm bżonn azzjoni urġenti internazzjonali biex ma tħallix il-kunflitt tad-djamanti milli jaffettwa negattivament il-kummerċ tad-djamanti leġittimi, li huwa ta' kontribuzzjoni siewja għall-ekonomija ta' ħafna stati li jipproduċu, jipproċessaw, jesportaw u jimportaw, speċjalment stati li qegħdin jiżviluppaw;

 JIFTAKRU fir-Riżoluzzjonijiet kollha relevenati tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, magħdudin id-dsiposizzjonijiet relevanti tar-Rizoluzzjonijiet 1173 (1998), 1295 (2000), 1306 (2000), u 1343 (2001), u li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni u jsostnu l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dawn ir-Riżoluzzjonijiet;

 JAGĦTU IMPORTANZA lir-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 (2000) dwar ir-rabta li hemm bejn il-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti u l-għajnuna li jagħti fil-kunflitt ta' l-armi, fejn sejjħet lill-komunità internazzjonali sabiex malajr kemm jista' jkun u bl-għaqal kollu tagħti konsiderazzjoni għall-ħolqien ta' miżuri effettivi u prammatiki sabiex jindirizzaw dan il-problema;

 JAGĦTU IMPORTANZA WKOLL lir-rakkomandazzjoni tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 li l-komunità internazzjonali żviluppat proposti dettaljati għall-skema sempliċi u taħdem ta' ċertifikazzjoni internazzjonali għad-djamanti mhux maħduma ibbażata primarjament fuq skemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u fuq qbil għal standards minimi internazzjonali;

 JIFTAKRU li l-Kimberley Process, li kien stabbilit biex isib soluzzjoni għall-problema internazzjonali tal-kunflitt tad-djamanti, kien jinkludi stake holders konċernati, stati l-aktar dwak li jipproduċu, jesportaw, u jimpurtaw, l-industrija tad-djamanti u s-soċjetà ċivili;

 KONVINTI li l-opportunità li għandu l-kunflitt tad-djamanti, fejn jilgħab parti fl-għajnuna tal-kunflitt ta' l-armi, tista' bis-serjetà titnaqqas billi tiddaħħal skema ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma imfassla biex twarrab il-kunflitt tad-djamanti mill-kummerċ leġittimu;

 JIFTAKRU li l-Kimberley Process ikkonsidra li skema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma, ibbażata fuq liġijiet u prattiċi nazzjonali u jilħqu l-istandards minimi internazzjonali miftiehma, tkun l-aqwa sistema effettiva sabiex tindirizza l-problema tal-kunflitt tad-djamanti;

 JIRRIKONOXXU l-inizjattivi importanti li ttieħdu sabiex tkun indirizzata dan il-problema, partikolarment mill-gvernijiet ta' Angola, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Guinea u Sierra Leone u b'pajjiżi oħra l-aktar dawk li jipproduċu, jesportaw, u jimpurtaw, kif ukoll bl-industrija tad-djamanti, partikolarment mill-Kunsill tad-Dinja tad-Djamanti, u mis-soċjetà ċivili;

 JILQGĦU inizjattivi volontarji autoregolati mħabbra mill-industrija tad-djamanti u jirrikonoxxu sistema volontarja awtoregolata li tikkontribwixxi sabiex tassigura sistema effettiva ta' kontroll intern tad-djamanti mhux maħduma ibbażata fuq l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma;

 JIRRIKONOXXU li s-sistema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma tista' tkun biss kredibbli jekk il-Parteċipanti kollha jistabbilixxu sistemi interni ta' kontroll imfassla biex ineħħu l-preżenza ta' kunflitt tad-djamanti mill-katina ta' produzzjoni, esportazzjoni u importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fit-territorji tagħhom, fil-waqt li jieħdu qies tad-differenzi fil-metodi ta' produzzjoni u prattiċi tal-kummerċ kif ukoll differenzi fil-kontrolli instituzzjonali tagħhom jistgħu jiħtieġu approwċ differenti biex jintlaħqu l-istandards minimi;

 JIRRIKONOXXU AKTAR li l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma għandha tkun konsistenti mal-liġi internazzjonali li tirregola l-kummerċ internazzjonali;

 JIRRIKONOXXU li s-sovranità ta' l-istat għandha tkun rispettata bis-sħiħ u għandhomm jinżammu sodi l-prinċipji ta' l-ugwaljanza, benefiċċji reċiproki u konsnesus,

IRRAKKOMANDAW ID-DISPOSIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

TAQSIMA I   Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “L-Iskema ta' ċertifikazzjoni”) jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

KUNFLITT TAD-DJAMANTI tfisser djamanti mhux maħduma użati mill-moviment tar-ribelli jew l-alleati tagħhom sabiex jiffinanzjaw kunflitt immirat biex idgħajjef gvernijiet leġittimi, bħalma ma huma mfissra fir-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) sakemm jibqgħu fis-seħħ, jew f'riżoluzzjonijiet oħra simili tal-UNSC li jistgħu jkunu adottati fil-futur, u bħalma ingħad u rikonoxxut fl-Assemblea Ġenerali ta' Nazzjonijiet Uniti (UNGA) ir-Riżoluzzjoni 55/56, jew f'riżoluzzjonijiet oħra simili ta' l-UNGA li jistgħu jkunu adottati fil-futur;

PAJJIŻ TA' ORIĠINI tfisser pajjiż fejn merkanzija ta' djamanti mhux maħduma tħaffret jew inħarġet;

PAJJIŻ TA' PROVENJENZA tfisser l-aħħar Parteċipant minn fejn kienet esportata merkanzija ta' djamanti mhux maħduma, kif reġistrata fuq id-dokumentazzjoni ta' importazzjoni;

DJAMANT tfisser minerali naturali li jkollu essenzalment karbon safi kristallizat fis-sistema isometrika, b'ebusija fuq il-Mohs (barxa) skala ta' 10, gravità speċifika ta' bejn wieħed u ieħor 3.52 u indiċi rifrattiv ta' 2.42;

ESPORTAZZJONI tfisser il-ħruġ/teħid 'il barra materjali ta' oġett minn kull parti tat-territorju ġeografiku ta' kull Parteċipant;

AWTORITÀ TA' L-ESPORTAZZJONI tfisser l-awtorità(ijiet) jew korp(korpi) nominati minn Parteċipant minn liema territorju l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma qiegħda titlaq, u li huma awtorizzati li jikkonfermaw iċ-Ċertifikat tal-Kimberley Process;

ŻONA ĦIELSA TAL-KUMMERĊ tfisser parti mit-territiroju tal-Parteċipant fejn id-dħul ta' oġġetti, sa fejn jikkonċerna taxxi u dazji ta' importazzjoni, huma meqjusa li qegħdin barra mit-territorju tad-dwana;

IMPORTAZZJONI tfisser id-dħul/l-introduzzjoni materjali ta' oġett f'xi parti tat-territorju ġeografiku ta' Parteċipant;

AWTORITÀ TA' IMPORTAZZJONI tfisser l-awtorità(ijiet) jew korp(i) nominati permezz ta' Parteċipant f'liema territorju merkanzija tad-djamanti mhux maħduma hija importata sabiex twettaq il-formalitajiet ta' l-importazzjoni kollha u partikolarment il-verifikazzjoni ta' l-akkumpanjament taċ-Ċertifikati tal-Kimberley Process;

ĊERTIFIKAT TAL-KIMBERLEY PROCESS tfisser dokument li jiflaħ għal kontra l-falsifikazzjoni b'format partikolari li jiddentifika l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma li huma konformi mal-ħtiġiet ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni;

OSSERVATUR tfisser rappreżentant tas-soċjetà ċivili, l-industrija tad-djamanti, organizzazzjonijiet internazzjonali u gvernijiet li mhumiex parteċipanti mistiedna biex jieħdu sehem fil-laqgħat Plenarji;

PAKKETT tfisser wieħed jew aktar djamanti li huma ppakkjati flimkien u li mhumiex individwalizzati;

PAKKETT TA' ORIĠINI MĦALLTA tfisser pakkett li jkollu djamanti mhux maħduma minn żewġ pajjiżi ta' oriġini jew aktar, imħallta flimkien;

PARTEĊIPANT tfisser stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali għall-liema l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni hi effettiva;

ORGANIZZAZZJONI TA' INTEGRAZZJONI EKONOMIKA REĠJONALI tfisser organizzazzjoni magħmula minn stati sovrani li trasferrew il-kompetenza tagħhom lil dik l-organizzazzjoni dwar materji regolati mill-Iskema ta' Ċertifikazzjoni;

DJAMANTI MHUX MAĦDUMA tfisser djamanti mhux maħduma jew sempliċiment maqtugħin, mifruqin f'biċċiet jew mhux irfinut u jaqgħu taħt Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija 7102 10 00 , 7102 21 00 u 7102 31 00 ;

MERKANZIJA tfisser pakkett wieħed jew aktar li huma fiżikament importati jew esportati;

TRANSIT tfisser il-passaġġ fiżiku minn naħa għal oħra tat-territorju tal-Parteċipant jew li mhux Parteċipant, bil jew mingħajr trasbord, magazzinaġġ jew bdil fil-metodu tat-trasport, meta dan il-passaġġ huwa biċċa biss mill-vjaġġ kollu li jibda u jintemm lil hinn mill-fruntieri tal-Parteċipant jew mhux Parteċipant mil-liema territorju l-merkanzija tgħaddi minn naħa għal oħra;

TAQSIMA II   IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KIMBERLEY PROCESS

Kull Parteċipant għandu jiżgura li:

(a) Ċertifikat tal-Kimberley Process (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ iċ-Ċertifikat) li jakkumpanja kull merkanzija tad-djamanti mhux maħduma fl-esportazzjoni;

(b) il-proċess dwar il-ħruġ taċ-Ċertifikati jilħaq l-istandards minimi tal-Kimberley Process kif imniżżla fit-Taqsima IV;

(ċ) Ċertifikati jilħqu l-ħtiġet minimi mniżżla fl-Anness I. Kemm-il darba jintlaħqu dawn il-ħtiġeit, Parteċipanti jistgħu fid-deskrizzjoni tagħhom jistabbilixxu karatteristiċi adizzjonali għaċ-Ċertifikati tagħhom, per eżempju l-forma tagħhom, data adizzjonali jew elementi ta' sigurtà;

(d) jinnotifika l-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza bil-karatteristiċi taċ-ċertifikati tiegħu bħalma huma speċifikati fl-Anness I, għall-għanijiet ta' validazzjoni.

TAQSIMA III   Impennji dwar il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma

Kull Parteċipant għandu:

(a) dwar il-merkanziji tad-djamanti mhux maħduma li huma esportati għall-Parteċipant, jeħtieġ li kull merkanzija hija akkumpanjata minn Ċertifikat validat kif suppost;

(b) dwar il-merkanziji tad-djamanti mhux maħduma importati minn Parteċipant:

 jeħtieġ Ċertifikat validat kif suppost;

 jiżgura li jibgħat malajr il-konfermazzjoni ta' l-irċevuta lill-Awtorità ta' l-Esportazzjoni relevanti. Il-konfermazzjoni għall-anqas għandha tirreferi għan-numru taċ-ċertifikat, in-numri ta' pakketti, il-piż tal-karat, u d-dettalji ta' l-importatur u l-esportatur;

 jeħtieġ li l-oriġinal taċ-Ċertifikat ikun aċċessibli għall-perjodu ta' mhux anqas minn tliet snin;

(ċ) jiżgura li l-ebda merkanzija ta' djamanti mhux maħduma hija importata minn jew esportata lil min mhux Parteċipant;

(d) jirrikonoxxi li Parteċipanti minn liema territorju jgħaddi t-transit tal-merkanzija mhumiex meħtieġa li jilħqu l-ħtiġiet tal-paragrafi (a) u (b) ta' hawn fuq, u tat-Taqsima II (a) sakemm l-awtoritajiet nominati tal-Parteċipant minn liema territorju tgħaddi l-merkanzija, jiżguraw li l-merkanzija titlaq it-territorju tagħhom fl-istess stat bħalma daħlet fit–territorju tagħhom (i.e. mhux miftuħa u mhux imbagħbsa).

TAQSIMA IV   Kontrolli Interni

Impennji mill-Parteċipanti

Kull Parteċipant għandu:

(a) jistabbilixxi sistema ta' kontrolli interni mfassla sabiex ineħħu l-preżenza tal-kunflitt tad-djamanti minn merkanziji tad-djamanti mhux maħduma impurtati fit-territorju u esportati mit-territorju tiegħu;

(b) jinnomina Awtorità(jiet) ta' Importazzjoni u Esportazzjoni;

(ċ) jiżgura li d-djamanti mhux maħduma huma importati u esportati f'kontenituri li jifilħu għal kontra t-tbagħbis;

(d) kif meħtieġ, jemendaw jew jgħaddu liġijiet xierqa jew regolamenti sabiex jimplimentaw u jinfurzaw l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni u jżommu penalitajiet disswassivi u proporzjonati għal min jikksirhom;

(e) jiġbru u jżommu data uffiċċjali relevanti tal-produzzjoni, importazzjoni u esportazzjoni, u jqabblu u jiskambjaw din id-data skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V;

(f) meta jistabbilixxu sistema interna ta' kontroll, għandhom jieħdu qies, meta xieraq, għażliet u rakommandazzjonijiet oħra għall-kontrolli interni kif elaborati fl-Anness II.

Prinċipji ta' l-Industrija Awtoregolata

Parteċipanti għandhom jifhmu li s-sistema volontarja ta' industrija awtoregolata, kif hemm referenza għaliha fil-Preambolu ta' dan id-Dokument, tipprovdi għal sistema ta' garanziji msaħħa permezz tal-verifikazzjonijiet ta' awdituri indipendenti ta' kumpanniji individwali u sostnuti minn penalitajiet interni mwaqqfa minn industrija, sabiex tgħin biex tiffaċilita t-traċċar kollu ta' l-operazzjonijiet tad-djamanti mhux maħduma mill-awtoritajiet tal-gvern.

TAQSIMA V   Koperazzjoni u trasparenza

Parteċipanti għandhom:

(a) ifornu lil xulxin permezz tal-Presidenza informazzjoni li tiddentifika l-awtoritajiet nominati tagħhom jew korpi responsabbli sabiex jimplimentaw id-disposizzjonijiet ta' din l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni. Kull Parteċipant għandu jagħti lill-Parteċipanti oħra permezz tal-Presidenza informazzjoni, preferibilment fil-format elettroniku, dwar il-liġijiet relevanti tiegħ, regolamenti, regoli, proċeduri u prattiċitajiet, u jaġġorna dik l-informazzjoni kif meħtieġ. Din għandha tinkludi sinopsi bl-Ingliż tal-kontenut essenzjali ta' din l-informazzjoni;

(b) jiġbru u jqiegħdu għad-disposizzjoni tal-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza d-data ta' l-istatistika skond il-prinċipji mniżżla fl-Anness III;

(ċ) jiskambjaw fuq bażi regolari esperjenzi u informazzjoni relevanti oħra, li jinkludu autovalutazzjoni sabiex jaslu għall-aqwa prattiċitajiet f'ċirkostanzi differenti;

(d) jikkonsidraw favorevolment talbiet minn Parteċipanti oħra għall-għajnuna sabiex titjieb aktar il-funzjoni ta' l-iskema taċ-Ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom;

(e) jinformaw Parteċipant ieħor permezz tal-Presidenza jekk huma jikkonsidraw li l-liġijiet, regolamenti, regoli, proċeduri u prattiċitajiet tal-Parteċipant l-ieħor ma jassigurawx fl-esportazzjoni tal-Parteċipant l-ieħor in-nuqqas tal-kunflitt tad-djamanti;

(f) jikoperaw mal-Parteċipanti l-oħra dwar it-tenttaiv biex isolvu problemi li jistgħu jqumu minn ċirkostanzi mhux intenzjonati u li jistgħu jwasslu għan-nuqqas tat-twettiq tal-ħtiġiet minimi dwar il-ħruġ u l-aċċettazzjoni taċ-Ċertifikati, u jinformaw lill-Parteċipanti l-oħra dwar ir-realtà tal-problemi u s-soluzzjonijiet misjuba;

(g) jinkoraġġixxu, permezz ta' l-awtoritajiet relevanti tagħhom, aktar koperazzjoni bejn aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet u bejn l-aġenziji tad-dwana tal-Parteċipanti.

IT-TAQSIMA VI   Materji Amministrattivi

LAQGĦAT

1. Parteċipanti u osservaturi jiltaqgħu Plenarjament kull sena, u f'okkażjonijiet oħra meta l-Parteċipanti jaraw li nqalgħet il-ħtieġa, sabiex jiddiskutu l-effetività ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

2. Parteċipanti għandhom għal dawn il-laqgħat jadottaw ir-Regoli ta' Proċedura fl-ewwel laqgħa Plenarja.

3. Il-laqgħat għandhom isiru f'dak il-pajjiż fejn il-Presidenza hi allokata, sakemm Parteċipanti jew organizzazzjoni internazzjonali joffru biex jospitaw il-laqgħa huma u tintlaqa' din l-istedina. Il-pajjiż ospitant għandu jiffaċilita l-formalitajiet tad-dħul għal dawk li jattendu dawn il-laqgħat.

4. Fl-aħħar ta' kull laqgħa Plenarja, tinħatar il-Presdenza sabiex tippresiedi l-laqgħat Plenarji kollha, tal-gruppi ta' xogħol ad hoc u tal-korpi sussidjarji oħra, li setgħu jkunu twaqqfu sat-tmiem tal-laqgħa Plenarja annwali li tkun imiss.

5. Parteċipanti għandhom jilħqu d-deċiżjonijiet permezz ta' konsensus. Il-Presidenza għandha twettaq konsultazzjonijiet, jekk jidher li hu impossibbli li jintlaħaq konsensus.

APPOĠĠ AMMINISTRATTIV

6. Għall-aħjar amministrazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, ikun meħtieġ appoġġ amministrattiv. Il-modi u l-funzjonijiet ta' dak l-appoġġ għandhom jkunu mitħaddta fl-ewwel laqgħa Plenarja, fejn wara jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU.

7. Appoġġ amministrattiv jista' jinkludi l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) iservi bħala strument ta' komunikazzjoni, qsim ta' informazzjoni u konsultazzjoni bejn il-Parteċipanti rigward materji previsti f'dan id-Dokument.;

(b) iżomm u jagħmel disponibbli għall-użu tal-Parteċipanti kollha ġabra ta' dawk il-liġijiet, regolamenti, regoli, proċeduri, prattiċi u statistiki notifikati skond it-Taqsima V;

(ċ) iħejji dokumenti u jforni appoġġ amministrattiv għal-laqgħat Plenari u tal-gruppi ta' xogħol;

(d) jieħu taħt idejh dawk ir-responsabbilitajiet adizzjonali mogħtija, mil-laqgħat Plenari, jew minn kull grupp ta' xogħol delegat permezz tal-laqgħat Plenarji.

PARTEĊIPAZZJONI

8. Parteċipazzjoni fl-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni hija miftuħa fuq bażi globali, u mhux diskriminatorja għal dawk l-Applikanti kollha li huma lesti u kapaċi jwettqu l-ħtiġiet ta' dik l-Iskema.

9. Kull applikant li jixtieq jieħu sehem fl-Isekma ta' Ċertifikazzjoni għandu jinforma bl-interss tiegħu lill-Presidenza permezz ta' notifika li għandha tgħaddi mill-kanali diplomatiċi. Din in-notifikazzjoni għandha tinkludi dak li hemm imniżżel fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V u għandha titqassam lill-Parteċipanti kollha fi żmien xahar.

10. Parteċipanti li beħsiebhom jistiednu rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-industrija tad-djamanti, gvernijiet li mhumiex parteċipanti u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jieħdu sehem bħala Osservaturi fil-laqgħat Plenari.

MIŻURI TAL-PARTEĊIPANTI

11. Parteċipanti qabel il-laqgħat Plenari annwali tal-Kimberley Process, iridu jħejju u jagħmlu disponibbli għall-Parteċipanti l-oħra, l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V fejn isemmu essenzalment kif il-ħtiġiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni qegħdin ikunu implimentati fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom.

12. L-agenda tal-laqgħat annwali Plenari għandha tinkludi parti fejn l-informazzjoni kif stipulata fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V hija riveduta u l-Parteċipanti jistgħu jfornu dettalji oħra tas-sistemi rispettivi tagħhom fuq talba tal-Plenari.

13. Meta aktar kjarifikazzjoni hija meħtieġa, Parteċipanti fil-laqgħat Plenari, fuq rakommandazzjoni tal-Presidenza, jistgħu jidentifikaw u jiddeċiedu sabiex itwettqu miżuri adizzjoanli ta' verifikazzjoni. Dawn il-miżuri jridu jkunu implimentati skond l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u internazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu, imma ma hemmx għalfejn ikunu limitati ġħall-miżuri bħal:

(a) talbiet għall-inforamzzjoni adizzjoanli u kjarifikazzjonijiet mill-Parteċipanti;

(b) reviżjoni ta' missjonijiet minn Parteċipanti oħra jew rappreżentanti tagħhom meta hemm indikazzjonijiet ta' min joqgħod fuqhom ta' nuqqas sinjifikanti tal-ħarsien ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni.

14. Reviżjoni tal-missjonijiet għandhom jitwettqu f'manjiera analitika, esperta u imparzjali bil-kunsens tal-Parteċipant konċernat. Id-daqs, komposizzjoni, termini ta' referenza u l-perjodu taż-żmien ta' dawn il-missjonijiet għandhom ikunu jbażati fuq iċ-ċirkostanzi u stabbilitti mill-Presidenza bil-kunsens tal-Parteċipant konċernat u bil-konsultazzjoni tal-Parteċipanti kollha.

15. Rapport fuq ir-riżultati dwar il-ħarsien tal-miżuri ta' verifikazzjoni għandu jintbagħat lill-Presidenza u lill-Parteċipant konċernat fi żmien tlett ġimgħat minn mindu titlesta l-missjoni. Kull kumment minn dak il-Parteċipant kif ukoll ir-rapport, għandhom jintbagħtu fuq il-website uffiċjali ta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni f'dik it-taqsima li l-aċċess għaliha huwa ristrett mhux aktar tard minn tlett ġimgħat wara li jkun intbagħat ir-rapport lill-Parteċipant konċernat. Parteċipanti u osservaturi għandhom jagħmlu kull sforz sabiex josservaw konfidenzalità stretta rigward il-kwistjoni u d-diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' konformità.

KONFORMITÀ U PREVENZJONI TAL-KONTROVERSJI

16. Meta tqum xi kwistjoni rigward il-kompetenza jew xi kwistjoni oħra rigward l-implimentazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, kull Parteċipant konċernat jista' jinforma lill-Presidenza, li mingħajr dewmien jinforma lill-Parteċipanti kollha dwar din il-kwistjoni u jidħol fi djalogu sabiex jara kif ser jindirizzaha. Parteċipanti u osservaturi għandhom jagħmlu kull sforz sabiex josservaw strettamnet il-konfidenzalità rigward il-kwistjoni u d-diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' konformità.

MODIFIKAZZJONIJIET

17. Dan id-dokument jista' jkun modifikat bil-kunsens tal-Parteċipanti.

18. Il-Parteċipanti kollha jistgħu jipproponu xi modifikazzjonijiet. Dawn il-proposti għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-Presidenza, ta' l-anqas disgħin ġurnata qabel il-laqgħa Plenari li jkun imiss, kemm-il darba ma jkunx hemm xi ftehim mod ieħor.

19. Il-Presidenza għandha ddawwar mingħajr dewmien mal-Parteċipanti u l-Osservaturi kollha kull modifikazzjoni proposta u tpoġġiha fuq l-aġenda tal-laqgħa Plenari li jkun imiss.

MEKKANIŻMU TA' REVIŻJONI

20. Il-Parteċipanti għandhom il-ħsieb li l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni għandha tkun suġġetta minn żmien għal ieħor għar-reviżjoni, sabiex iħallu l-Parteċipanti jwettqu analiżi profonda ta' l-elementi kollha li jinstabu fl-iskema. Ir-reviżjoni għandha tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-ħtiġiet kontinwi ta' din is-sistema, fid-dawl tal-perċezzjoni tal-Parteċipanti u ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u partikolarment tan-Nazzjonijiet Uniti, minħabba t-theddid kontinwu li ħolqu l-kunflitt tad-djamanti f'dak iż-żmien. L-ewwel reviżjoni bħal din għandha titwettaq mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data effettiva minn meta tibda l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. Il-laqgħa ta' reviżjoni għandha normalment taħbat mal-laqgħa Plenari ta' kull sena, kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim mod ieħor.

ID-DĦUL TA' L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ISKEMA

21. L-Iskema ta' Ċertifikazzjoni għandha tkun stabbilitta fil-Laqgħat Ministerjali ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process għad-Djamanti mhux maħduma fl-Interlaken tal-5 ta' Novembru 2002.




Anness I sa ANNESS I

ĊERTIFIKATI

A.   Il-ħtiġiet minimi għaċ-Ċertifikati

Ċertifikat għandu jilħaq il-ħtiġiet minimi li ġejjin:

 Kull Ċertifikat għandu jkollu t-Titolu

 “Iċ-Ċertifikat tal-Kimberley Process”

 u l-prospett li ġej:

  “Id-djamanti mhux maħduma f'din il-merkanzija kienu ttratati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Proċessar għad-djamanti mhux maħduma”

 Il-pajjiż ta' oriġini għall-merkanzija ta' paketti ta' oriġini (i.e. mill-istess) mhux imħallta

 Iċ-Ċertifikati jistgħu jinħarġu f'kull lingwa, iżda għandu jkun hemm inkorporata traduzzjoni bl-Ingliż

 Numerazzjoni Unika mal-kodiċi tal-pajjiż ta' l-Alpha 2, skond l-ISO 3166-1

 Jifilħu għal kontra t-tbagħbis u l-falsifikazzjoni

 Data tal-ħruġ

 Data ta' l-għeluq

 L-awtorità tal-ħruġ

 Identifikazzjonijiet ta' l-esportatur u l-importatur

 Karat piż/massa

 Valur fil-US$

 Numru ta' pakketti fil-merkanzija

 Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija

B.   Elementi Fakultattivi taċ-Ċertifikat

Ċertifikat jista' jinkludi l-elementi fakultattivi li ġejjin:

 Karatteristiċi taċ-Ċertifikat (per eżempju bħal-forma, data adizzjonali jew elementi ta' sigurtà)

 Karatteristiċi ta' kwalità tad-djamanti mhux maħduma fil-merkanzija

 Irċevuta ta' rakkommandazzjoni tal-konfermazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

 

Pajjiż ta' destinazzjoni

Identifikazzjoni ta' l-importatur

Karat/piz u valur fl-US$

Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija

Data ta' l-irċevuta mill-Awtortià ta' Importazzjoni

Awtentikazzjoni mill-Awtorità ta' Importazzjoni

C.   Proċeduri Fakultattivi

Djamanti mhux maħduma jistgħu jintbagħtu bil-baħar f'boroż tas-sigurtà trasparenti.

In-numru uniku taċ-Ċertifikat jista' jirrepeti ruħu fuq il-kontenitur.




L-Anness II sa L-ANNESS I

RAKKOMMANDAZZJONIJIET KIF PREVISTI FIT-TQASIMA IV, PARAGRAFU (F)

Rakkommandazzjonijiet Ġenerali

1.

Parteċipanti jistgħu jaħtru koodinatur(i) uffiċċjali sabiex jieħu l-inkarigu għall-implimentazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

2.

Parteċipanti jistgħu jikkunsidraw l-utilità li jikkumplimnetaw u/jew ikabbru l-kollezzjoni u l-pubblikazzjoni ta' l-istatistiki identifikati fl-Anness III ibbażati fuq il-kontenut taċ-Ċertifikati tal-Kimberley Process.

3.

Parteċipanti huma mħeġġa li jżommu l-informazzjoni u d-data meħtieġa mit-Taqsima V f'database kompjuterizzata.

4.

Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jibagħtu u jirċievu messaġġi elettroniċi sabiex jagħtu appoġġ lill-Iskema ta' Ċertifikazzjoni.

5.

Parteċipanti li jipproduċu djamanti u li għandhom gruppi ta' ribelli suspettati li jħaffru għad-djamanti fit-territorji tagħhom huma mħeġġa li jidentifikaw il-wesgħat ta' l-attività tat-tħaffir tad-djamanti u jfornu dan it-tagħrif lill-Parteċipanti l-oħra kollha. Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari.

6.

Parteċipanti huma mħeġġa li jagħmlu magħrufa lill-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza l-ismijijet ta' individwi u kumpanniji li weħħlu dwar ksur ta' attivatjiet relevanti ma' l-għanijiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

7.

Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-flus li bihom inxtraw id-djamanti mhux maħduma jgħaddu kif suppost mill-banek uffiċċjali, akkompanjati minn dokumenti verifikati.

8.

Parteċipanti li jipproduċu d-djamanti għandhom janalizzaw il-produzzjoni tad-djamanti tagħhom taħt it-titoli li ġejjin:

 Karatteristiċi tad-djamanti prodotti

 Produzzjoni attwali

Rakkommandazzjonijiet għall-Kontroll fuq il-Minjieri tad-Djamanti

9.

Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-minjieri kollha tad-djamanti huma liċenzati u jħallu biss dawk il-minjieri liċenzati għaldaqshekk sabiex iħaffru għad-djamanti.

10.

Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-kumpanniji prospettivi u ta' tħaffir iżommu standards ta' sigurtà effetivi sabiex jiżguraw li djamanti ta' kunflitt ma jikkontaminawx il-produzzjoni leġittima.

Rakkommandazzjonijiet għall-Parteċipanti bi Tħaffir tad-Djamanti

11.

Il-ħaddiema fil-mini tad-djamanti kollha sew artiġjanati u informali għandhom ikunu liċenzati u dawk il-persuni biss li huma liċenzati għaldaqshekk jistgħu jitħallew iħaffru għad-djamanti.

12.

Ir-reġistrazzjonijiet tal-liċenzi għandhom ikollhom l-informazzjoni minima li ġejja: isem, indirizz, nazzjonalità u/jew l-istat tar-residenza u ż-żona awtorizzata għall-attività tat-tħaffir tad-djamanti.

Rakkommandazzjonijiet għax-Xerrejja, Bejjiegħa, u Esportaturi

13.

Ix-xerrejja, bejjiegħa, esportaturi, aġenti u l-kurjers tal-kumpanniji kollha li huma mdaħħlin fil-ġarr tad-djamanti mhux maħduma għandhom ikunu reġistrati u liċenzati minn kull awtorità relevanti tal-Parteċipant.

14.

Ir-reġistrazzjonijiet tal-liċenzi għandhom ikollhom l-informazzjoni minima li ġejja: isem, indirizz, nazzjonalità u/jew l-istat tar-residenza.

15.

Il-bejjiegħa, ix-xerrejja u l-esportaturi kollha tad-djamanti mhux maħduma għandhom ikunu meħtieġa bil-liġi sabiex iżommu għall-ħames snin it-tagħrif tax-xiri, il-bejgħ u l-esportazzjoni ta' kuljum, iniżżlu l-isem tal-klijenti kemm xerrejja kif ukoll bejjiegħa, in-numru tal-liċenza tagħhom u l-ammont u l-valur tad-djamanti mibjugħin, esportati jew mixtrija.

16.

L-informazzjoni tal-paragrafu 14 ta' hawn fuq għandha tiddaħħal f'database kompjuterizzata, sabiex tagħmel eħffef il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet individwali tal-bejjiegħa u tax-xerrejja tad-djamanti mhux maħduma.

Rakkommandazzjonijiet dwar il-Process ta' l-Esportazzjoni

17.

Esportatur għandu jissottometti merkanzija ta' djamanti mhux maħduma lill-Awtorità relevanti ta' l-Esportazzjoni.

18.

L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni hija mħeġġa, li qabel ma tikkonvalida Ċertifikat, esportatur jeħtieġ li jforni dikjarazzjoni li d-djamanti mhux maħduma li qegħdin jkunu esportati m'humiex djamanti ta' kunflitt.

19.

Djamanti mhux maħduma għandhom ikunu ssiġillati ġo kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis flimkien ma' Ċertifikat jew kopja awtentika kif suppost. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni għandha tibgħat messaġġ dettaljat permezz ta' e-mail lill-Awtorità relevanti ta' l-Importazzjoni li jkollu fih informazzjoni fuq il-piż tal-karat, valur, il-pajjiż ta' oriġini jew provinċja, l-importatur u n-numru tas-serje taċ-Ċertifikat.

20.

L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma f'database kompjuterizzata.

Rakkommandazzjonijiet dwar il-Process ta' l-Importazzjoni

21.

L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tirċievi messaġġ permezz ta' e-mail, jew qabel jew mal-wasla tal-merkanzija. Il-messaġġ għandu jkollu dettalji bħall-piż tal-karat, valur, pajjiż ta' oriġini jew provinċja, esportatur jew in-numru tas-serje taċ-Ċertifikat.

22.

L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tispezzjona l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma sabiex tivverifika li s-siġilli tal-kontenitur ma tbagħbsux u l-esportazzjoni twettqet skond l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

23.

L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tiftaħ u tispezzjona l-kontenut tal-merkanzija sabiex tivverifika d-dettalji dikjarati fuq iċ-Ċertifikat.

24.

L-Awtorità ta' l-Importazzjoni fejn hu xieraq u meta mitluba, għandha tibgħat lura l-islippa jew il-kupun tal-konfermazzjoni ta' l-importazzjoni lill-Awtorità relevanti ta' l-Esportazzjoni.

25.

L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma f'database kompjuterizzata.

Rakkommandazzjonijiet dwar il-Merkanziji għal u minn Żoni Hielsa ta' Kummerċ

26.

Merkanziji tad-djamanti mhux maħduma għal u minn żoni ħielsa ta' kummerċ għandhom ikunu proċessati mill-awtoritajiet nominati.




ANNESS III sa ANNESS I

STATISTIKA

Jirrikonoxxu li data mqabbla u ta' min joqgħod fuqha dwar il-produzzjoni u l-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma hija għodda essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, u partikolarment għall-identifikazzjonijiet ta' xi rregolaritajiet jew anomaliji li jindikaw li djamanti ta' kunflitt qegħdin isibu ruħhom fil-kummerċ leġittimu, Parteċipanti waqt li jagħtu kas il-ħtieġa li tkun protetta informazzjoni kummerċjali sensittiva, jagħtu appoġġ qawwi lill-prinċipji li ġejjin:

(a) iżommu u jppubblikaw fi żmien xahrejn tal-perjodu ta' referenza u permezz ta' format standard, l-istatistika meħuda komplessivament ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-djamanti mhux maħduma għal kull tliet xhur tas-sena, kif ukoll in-numri taċ-ċertifikati validati għall-esportazzjoni, u ta' merkanziji importati akkumpanjati biċ- ċertifikati;

(b) iżommu u jippubblikaw statistika dwar l-esportazzjoni u importazzjoni, fejn hu possibbli permezz tal-pajjiż ta' oriġini jew provinċja; bil-piż tal-karat u l-valur: u taħt il-klassifikazzjonijiet tas-Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija (HS) 7102 10 ; 7102 21 ; 7102 31 ;

(ċ) iżommu u jippubblikaw fuq bażi ta' nofs sena u fiż-żmien xahrejn tal-perjodu ta' referenza ta' l-istatistiki dwar il-produzzjoni tad-djamanti mhux maħduma permezz tal-piż tal-karat u l-vlaur. Fil-każ li Parteċipant ma jkunx jista' jippubblika dawn l-istatistiċi għandu jinforma mill-ewwel b'dan lill-Presidenza;

(d) jiġbru u jippubblikaw dawn l-istatistiċi billi l-ewwel joqogħdu fuq proċessi nazzjonali eżistensi u metodoloġiji;

(e) jagħmlu dawn l-istatistiċi disponibbli lill-korpi intergovernattivi jew lill-mekkaniżmu ieħor adattat identifikat mill-Parteċipanti għal (1) ġbir u pubblikazzjoni fuq bażi ta' tliet xhur fis-sena dwar l-esportazzjoni u importazzjoni, u (2) fuq bażi ta' kull nofs sena dwar il-produzzjoni. Dawn l-istatistiċi għandhom ikunu disponibbli għall-analiżi mill-partijiet interessati u mill-Parteċipanti, kollettivament u individwalment, skond it-termini ta' referenza kif jistgħu jkunu stabbilitti mill-Parteċipanti;

(f) jikkonsidraw fil-laqgħat annwali Plenari informazzjoni statistika li tolqot il-kummerċ internazzjonali fi u l-produzzjoni tad-djamanti mhux maħduma, bil-ħsieb li jindirizzaw kwistjonijiet relatati, u appoġġ effettiv għall-implimetazzjoni ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni.

▼M40




ANNESS II

Il-lista tal-parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, maħtura kif xieraq, kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20

L-ANGOLA

Ministry of Geology and Mines

Rua Hochi Min

C.P # 1260

Luanda

Angola

L-ARMENJA

Department of Gemstones and Jewellery

Ministry of Trade and Economic Development

M. Mkrtchyan 5

Yerevan

Armenia

L-AWSTRALJA

Department of Foreign Affairs and Trade

Trade Development Division

R.G. Casey Building

John McEwen Crescent

Barton ACT 0221

Awstralja

IL-BANGLADESH

Export Promotion Bureau

TCB Bhaban

1, Karwan Bazaar

Dhaka

Bangladesh

Il-BELARUSSJA

Ministry of Finance

Department for Precious Metals and Precious Stones

Sovetskaja Str., 7

220010 Minsk

Republic of Belarus

IL-BOTSWANA

Ministry of Minerals, Energy and Water Resources

PI Bag 0018

Gaborone

Botswana

IL-BRAŻIL

Ministry of Mines and Energy

Esplanada dos Ministérios — Bloco “U” — 4o andar

70065 — 900 Brasilia — DF

Brazil

IL-KAMBODJA

Ministry of Commerce

Export-Import Department

#19-61, MOC Road (1138 Road)

Phum Teuk Thla, Sangkai Teuk Thla, Khan Sen Sok,

Phnom Penh

Cambodia

IL-KAMERUN

National Permanent Secretariat for the Kimberley Process

Ministry of Mines, Industry and Technological Development

Intek Building

Navik Street

P.O. Box 8390

Yaoundé

Cameroon

IL-KANADA

Internazzjonali:

Department of Foreign Affairs, Trade and Development

Human Rights, Governance and Indigenous Affairs Policy Division — MIH

125 Sussex Drive Ottawa, Ontario K1 A 0G2

Kanada

For General Enquiries at Natural Resources Kanada:

Kimberley Process Office

Minerals and Metals Sector (MMS)

Natural Resources Kanada (NRCan)

580 Booth Street, 10th floor

Ottawa, Ontario

Kanada K1 A 0E4

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

Secrétariat Permanent du Processus de Kimberley

BP 26

Bangui

Central African Republic

IĊ-ĊINA, Ir-Repubblika tal-Poplu ta'

Department of Inspection and Quarantine Clearance

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine (AQSIQ)

9 Madiandonglu

Haidian District, Beijing 100088

People's Republic of China

IL-COTE D'IVOIRE

Ministère de l'Industrie et des Mines

Secrétariat Permanent de la Représentation en Côte d'Ivoire du Processus de Kimberley (SPRPK-CI)

Abidjan-Plateau, Immeuble les Harmonies II

Abidjan

Côte d'Ivoire

HONG KONG, Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Department of Trade and Industry

Hong Kong Special Administrative Region

Peoples Republic of China

Room 703, Trade and Industry Tower

700 Nathan Road

Kowloon

Hong Kong

China

IL-KONGO, Ir-Repubblika Demokratika ta'

Centre d'Expertise, d'Evaluation et de Certification

des Substances Minérales Précieuses et Semi-précieuses (CEEC)

3989, av des cliniques,

Kinshasa/Gombe

Democratic Republic of Congo

IL-KONGO, Ir-Repubblika ta'

Bureau d'Expertise, d'Evaluation et de Certification

des Substances Minérales Précieuses (BEEC)

BP 2787

Brazzaville

Republic of Congo

UNJONI EWROPEA

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belgium

IL-GHANA

Precious Minerals Marketing Company (Ltd)

Diamond House,

Kinbu Road,

Box M. 108

Accra

Ghana

IL-GUINEA

Ministry of Mines and Geology

BP 2696

Conakry

Guinea

IL-GUYANA

Geology and Mines Commission

P O Box 1028

Upper Brickdam

Stabroek

Georgetown

Guyana

L-INDJA

Department of Commerce

Ministry of Commerce & Industry

Udyog Bhawan

Maulana Azad Road

New Delhi 110 011

India

L-INDONEŻJA

Directorate-General of Foreign Trade

Ministry of Trade

JI M.I. Ridwan Rais No. 5

Blok I Iantai 4

Jakarta Pusat Kotak Pos. 10110

Jakarta

Indonesia

IŻRAEL

Ministry of Industry, Trade and Labor

Office of the Diamond Controller

3 Jabotinsky Road

Ramat Gan 52520

Israel

IL-ĠAPPUN

United Nations Policy Division

Foreign Policy Bureau

Ministry of Foreign Affairs

2-2-1 Kasumigaseki, Chiyoda-ku

100-8919 Tokyo, Japan

Japan

IL-KAŻAKISTAN

Ministry of Economy and Budget Planning

Orynbor str., 8, entrance 7

Administrative building ‘The house of ministries’

010000 Astana

Kazakhstan

IL-KOREA, Ir-Repubblika ta'

Export Control Policy Division

Ministry of Knowledge Economy

Government Complex

Jungang-dong 1, Gwacheon-si

Gyeonggi-do 427-723

Seoul

Korea

IL-LAOS, Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta'

Department of Import and Export

Ministry of Industry and Commerce

Vientiane

Laos

IL-LIBANU

Ministry of Economy and Trade

Lazariah Building

Down Town

Beirut

Lebanon

IL-LESOTO

Department of Mines

Corner Constitution and Parliament Road

P.O. Box 750

Maseru 100

Lesotho

IL-LIBERJA

Government Diamond Office

Ministry of Lands, Mines and Energy

Capitol Hill P.O.

P.O. Box 10-9024

1000 Monrovia 10

Liberia

IL-MALASJA

Ministry of International Trade and Industry

Trade Cooperation and Industry Coordination Section

Block 10

Komplek Kerajaan Jalan Duta

50622 Kuala Lumpur

Malaysia

IL-MALI

Ministère des Mines

Bureau d'Expertise d'Evaluation et de Certification des Diamants Bruts

Zone Industrielle Ex. DNGM

Bamako

République du Mali

MAURITIUS

Import Division

Ministry of Industry, Small & Medium Enterprises, Commerce & Cooperatives

4th Floor, Anglo Mauritius Building

Intendance Street

Port Louis

Mauritius

IL-MESSIKU

Secretaría de Economía

Dirección General de Política Comercial

Alfonso Reyes No. 30, Colonia Hipodromo Condesa, Piso 16.

Delegación Cuactemoc, Código Postal: 06140 México, D.F.

Mexico

IN-NAMIBJA

Diamond Commission

Directorate of Diamond Affairs

Ministry of Mines and Energy

Private Bag 13297

1st Aviation Road (Eros Airport)

Windhoek

Namibia

NEW ZEALAND

Certificate Issuing authority:

Middle East and Africa Division

Ministry of Foreign Affairs and Trade

Private Bag 18 901

Wellington

New Zealand

Import and Export Authority:

New Zealand Customs Service

PO Box 2218

Wellington

New Zealand

IN-NORVEĠJA

Section for Public International Law

Department for Legal Affairs

Royal Ministry of Foreign Affairs

P.O. Box 8114

0032 Oslo

Norway

IL-PANAMA

General Direction of International Economic Affairs

Ministry of Foreign Affairs

San Felipe, Calle 3

Palacio Bolívar, Edificio 26

Panamá 4

Republic of Panama

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

Internazzjonali:

Ministry of Finance

9, Ilyinka Street,

109097 Moscow

Russia

Import and Export Authority:

Gokhran of Russia

14, 1812 Goda St.

121170 Moscow

Russia

SIERRA LEONE

Ministry of Mineral Resources

Gold and Diamond Office (GDO)

Youyi Building

Brookfields

Freetown

Sierra Leone

SINGAPORE

Ministry of Trade and Industry

100 High Street

#09-01, The Treasury,

Singapore 179434

L-AFRIKA T'ISFEL

South African Diamond and Precious Metals Regulator

SA Diamond Centre

251 Fox Street

Johannesburg 2000

South Africa

IS-SRI LANKA

National Gem and Jewellery Authority

25, Galleface Terrace

Colombo 03

Sri Lanka

IS-SWAZILAND

Office for the Commissioner of Mines

Ministry of Natural Resources and Energy

Mining department

Lilunga House (3rd floor, Wing B)

Somhlolo Road

PO Box 9,

Mbabane H100

Swaziland

L-IŻVIZZERA

State Secretariat for Economic Affairs (SECO)

Sanctions Unit

Holzikofenweg 36

CH-3003 Berne/Switzerland

IT-TAJWAN, PENGU, KINMEN U MATSU, TERRITORJU DOGANALI SEPARAT

Export/Import Administration Division

Bureau of Foreign Trade

Ministry of Economic Affairs

1, Hu Kou Street

Taipei, 100

Taiwan

IT-TANZANIJA

Commission for Minerals

Ministry of Energy and Minerals

PO Box 2000

Dar es Salaam

Tanzania

IT-TAJLANDJA

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

44/100 Nonthaburi 1 Road

Muang District, Nonthaburi 11000

Thailand

IT-TOGO

Ministry of Mine, Energy and Water

Head Office of Mines and Geology

216, Avenue Sarakawa

B.P. 356

Lomé

Togo

IT-TURKIJA

Foreign Exchange Department

Undersecretariat of Treasury

T.C. Bașbakanlık Hazine

Müsteșarlığı İnönü Bulvarı No:36

06510 Emek — Ankara

Turkey

Import and Export Authority:

Istanbul Gold Exchange

Rıhtım Cad. No:81

34425 Karaköy — İstanbul

Turkey

L-UKRAJNA

Ministry of Finance

State Gemological Center

Degtyarivska St. 38-44

Kiev 04119

Ukraine

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

U.A.E Kimberley Process Office

Dubai Multi Commodities Center

Dubai Airport Free Zone

Emirates Security Building

Block B, 2nd Floor, Office # 20

P.O. Box 48800

Dubai

United Arab Emirates

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

United States Kimberley Process Authority

11 West 47 Street 11th floor

New York, NY 10036

United States of America

U.S. Department of State

Room 4843 EB/ESC

2201 C Street, NW

Washington D.C. 20520

United States of America

IL-VJETNAM

Ministry of Industry and Trade

Import Export Management Department

54 Hai Ba Trung,

Hoan Kiem

Hanoi

Vietnam

IŻ-ŻIMBABWE

Principal Minerals Development Office

Ministry of Mines and Mining Development

Private Bag 7709, Causeway

Harare

Zimbabwe

▼M41




ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie, Dienst Vergunningen.

Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale, Service Licence.

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. +32 22775459

Fax +32 22775461

Posta elettronika: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju l-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi:

The Diamond Office,

Hovenierstraat 22

2018 Antwerpen

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. +420 261333841, +420 261333859, mowbajl +420 737213 793

Fax +420 261333870

Posta elettronika: diamond@cs.mfcr.cz

Servizz permanenti fl-uffiċċju doganali magħżul — Praha Ruzyně

Tel. +420 220113788 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa -7:30am — 15:30pm)

Tel. +420 220119678 (Sibtijiet, Ħdud u l-bqija — 15:30pm — 7:30am)

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tal-UE, isiru biss mill-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraβe 197

55743 Idar-Oberstein

Tel. +49 678156270

Fax +49 6781562719

Posta elettronika: poststelle.za-idar-oberstein@zoll.bund.de

Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Generalzolldirektion

— Direktion VI —

Recht des grenzüberschreitenden Warenverkehrs/Besonderes Zollrecht

Krelingstraβe 50

D-90408 Nürnberg

Tel. +49 9113763754

Fax +49 9113762273

Posta elettronika: DVIA3.gzd@zoll.bund.de

IL-PORTUGALL

Autoridade Tributária e Aduaneira

Direção de Serviços de Regulação Aduaneira

R. da Alfândega, 5

1149-006 Lisboa

Tel. +351 218813888/9

Fax +351 218813941

Posta elettronika: dsra@at.gov.pt

Fil-Portugall il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi:

Alfândega do Aeroporto do Lisboa

Aeroporto de Lisboa,

Terminal de Carga, Edifício 134

1750-364 Lisboa

Tel. +351 210030080

Fax +351 210037777

Indirizz tal-posta elettronika: aalisboa-kimberley@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

(L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur)

1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România

(72 Aviatorilor Bvd., settur 1, Bucharest, ir-Rumanija)

Cod postal (Kodiċi postali) 011865

Tel. +40 213184635 / 3129890 / 3121275

Fax +40 213184635 / 3143462

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Conflict Department

Room WH.1.163

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

Londra

SW1 A 2AH

Tel. +44 2070086903 / 5797

Fax +44 2070083905

Posta elettronika: KPUK@fco.gov.uk

▼M32




ANNESS IV

Ċertifikat tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 2

Skont il-bidliet ippromulgati permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, li bih l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea, it-terminu “ċertifikat tal-UE” għandu jirreferi għaċ-Ċertifikat Komunitarju kif definit fl-Artikolu 2(g) ta' dan ir-Regolament.

Iċ-Ċertifikat tal-UE għandu jkollu l-elementi li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikati li joħorġu għandhom ikunu identiċi. Minħabba f'hekk għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kampjuni taċ-Ċertifikati li ser joħorġu.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jistampaw iċ-Ċertifikati tal-UE. Iċ-Ċertifikati tal-KE jistgħu jkunu stampati minn stampaturi nominati mill-Istat Membru fejn huma stabbilitti. Fl-aħħar każ, referenza għall-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull Ċertifikat tal-UE. Kull Ċertifikat tal-UE għandu jkollu indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka minn fejn jista' jiġi identifikat l-istampatur. L-istampatur għandu jkun Stampatur tal-Għola Sigurtà tal-Flus tal-Bank. L-istampatur għandu jipprovdi referenzi xierqa minn klijenti governamentali u kummerċjali.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet tal-UE kampjuni taċ-Ċertifikati oriġinali tal-UE.

Materjali

 Dimensjonijiet: A4 (210 mm × 297 mm);

 B'watermark b'fibri tal-UV inviżibbli (safra/ħamra);

 Sensittiv għas-solventi;

 UV mhux ċar (l-elementi fid-dokument għandhom joħorġu ċari meta jitqiegħdu taħt id-dawl ta' lampa Ultra-violet);

 karta 95 g/m2.

Stampar

 Sfond bl-ilwien tal-qawsalla (sensittiv għas-solventi);

 L-effett tal-“qawsalla” għandu sfond ta' sigurtà li ma jidhirx meta jkun iffotokopjat.

 Il-linka użata għandha tkun “sensittiva għas-solventi” sabiex tipproteġi d-dokument kontra kimiċi użati sabiex ibiddlu xi kitba, bħall-bliċ.

 1 L-isfond sfumat ikkulurit (permanenti u li jirreżisit għad-dawl);

 Assigura li “Qawsalla” sekondarja hija stampata sabiex ma tħallix iċ-Ċertifikati jiġrilhom xi ħsara fid-dawl tax-xemx.

 Xogħol inviżibbli tal-UV (l-istilel tal-Bandiera tal-UE);

 L-istampatur tas-sigurtà għandu japplika l-piż eżatt tal-linka sabiex jiżgura li l-element tal-UV jibqa' inviżibbli fid-dawl normali.

 Il-bandiera tal-UE: Stampata b'kulur id-deheb u l-blu Ewropew;

 Xifer Intaljat;

 Linka Intaljata li tista' tintmess hija waħda mill-element l-aktar importanti fid-dokument.

 Linja ta' Tipa Żgħira Ħafna li taqra “Ċertifikat tal-Kimberley Process”;

 Xbiha moħbija: KP;

 Mikro-test li jaqra “KPCS”;

 Id-dokument irid jinkorpora fih elementi ta' antikopja (“Medallion”) fl-istampar tal-linji fini tal-isfond.

Numerazzjoni

 Kull Ċertifikat tal-KE għandu jkollu numru tas-serje uniku, wara l-kodiċi: EU.

 Il-Kummissjoni għandha tagħti n-numri tas-serje lil dawk l-Istati Membri li beħsiebhom joħorġu ċ-Ċertifikati tal-UE.

 Għandu jkun hemm żewġ tipi ta' numri li jaqblu – viżibbli u inviżibbli:

 L-ewwel = 8 ċifri sekwenzali, darba fuq il-partijiet kollha tad-dokument, stampati iswed

 L-istampatur għandu jerfa' r-responabilità kollha għan-numerazzjoni taċ-Ċertifikati kollha.

 L-istampatur għandu jżomm ukoll bażi tad-dejta ta' kull numerazzjoni.

 It-tieni = numri stampati inviżibbli sekwenzali ta' 8 ċifri (li jaqblu ma' hawn fuq), li jidhru taħt dawl UV.

Lingwa

L-Ingliż u, fejn relevanti, l-ilsien jew l-ilsna tal-Istati Membri kkonċernati.

It-tqassim u l-konklużjoni

Elementi obbligatorji

Xaqq ipperforat fil-pożizzjoni 1, imqatta' wieħed wieħed fid-daqs A4, b 100 mm mit-tarf tal-lemin.

(a) in-naħa tax-xellug:

image

(b) in-naħa tal-lemin:

image




ANNESS V

Lista tal-organizzazzjonijiet tad-djamanti li jimplementaw is-sistema ta' garanziji u industrija awtoregolata msemmijin fl-Artikoli 13 u 17

Antwerpsche Diamantkring CV

Hoveniersstraat 2 bus 515

B-2018 Antwerpen

Beurs voor Diamanthandel CV

Pelikaanstraat 78

B-2018 Antwerpen

Diamantclub van Antwerpen CV

Pelikaanstraat 62

B-2018 Antwerpen

Vrije Diamanthandel NV

Pelikaanstraat 62

B-2018 Antwerpen

The London Diamond Bourse and Club

100 Hatton Garden

London EC1N 8NX

United Kingdom



( 1 ) ĠU L 47, tad-19.2.2002, p. 8.

( 2 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 3 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

( 4 ) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009 t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea introduċa ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni”.