2002R2306 — MT — 01.01.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2306/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti impurtati tas-sajd

(ĠU L 348, 21.12.2002, p.94)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2306/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti impurtati tas-sajd



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, ( 1 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 29(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ li l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni regolarment dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti reġistrati fis-swieq jew inkella fil-portijiet tagħhom.

(2)

Għandha tkun stabbilita lista ġdida tas-swieq u l-portijiet li fihom l-importazzjonijiet jiġu reġistrati biex ikun kunsidrat il-volum attwali ta' l-importazzjonijiet.

(3)

Għandha ssir disposizzjoni għat-trasmissjoni mgħaġġla, f'format elettroniku ġdid, tad-data meħtieġa biex ikunu sorveljati l-prezzijiet ta' referenza.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2211/94 tat-12 ta' Settembru 1994, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti tas-sajd impurtati ( 2 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2805/1999 ( 3 ), għandu għalhekk jitħassar.

(5)

Il-miżuri li hemm previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet tal-prodotti li hemm imniżżla fl-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000, li għal dawn il-prodotti, li qed jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, hemm stabbilit prezz ta' referenza. Din l-informazzjoni għandha tkun maqsuma bil-kodiċi TARIC u bid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-importazzjoni.

2.  Il-kriterju li dawn għandhom javżaw lill-Kummissjoni għandu jkun jgħodd għal minn ta' l-anqas il-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-swieq u l-portijiet imniżżla fit-Tabella 3 ta' l-Anness.

3.  In-notifika għandha ssir sal-25 jum ta' kull xahar jew l-ewwel jum ta' xogħol minn dakinhar għall-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-ewwel u l-15-il jum tax-xahar, u sa l-għaxar jum tax-xahar ta' wara jew l-ewwel jum ta' xogħol minn dakinhar għall-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn is-sittax-il jum u l-aħħar ġurnata tax-xahar. Il-Kummissjoni għandha tkun avżata bil-posta elettronika fil-format muri fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2211/94 qed ikun imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

1.   Format tad-data



Nru tar-rekord

Identifikazzjoni tar-rekord

Id-data involuta

Format tad-data

Daqs Mass.

Valuri possibbli tad-data

l-ewwel

<TTL>

L-identifikazzjoni tal-messaġġ

Test

9

MK-IMPORT

it-tieni

<RMS>

L-Istat Membru

Text

3

Ara t-Tabella 1

it-tielet

<DSE>

Data ta' meta ntbagħat

SSSSXXJJ;

8

 (1)

ir-raba'

<MTYP>

Tip ta' messaġġ (2)

Test;

19

NOTIFIKAZZJONI INS

NOTIFIKAZZJONI SUP

NOTIFIKAZZJONI REP

NOTIFIKAZZJONI INS IN

NOTIFIKAZZJONI SUP IN

il-ħames

<LOTT>

Kodiċi ta' l-identifikazzjoni tal-messaġġ (mhux obbligatorju)

Test;

16

 (3)

is-sitt

<MON>

Kodiċi tal-munita

Test;

3

Ara t-Tabella 2 (4)

is-seba' u ta' wara

<DAT>

—  Data ta' l-importazzjoni

SSSSXXJJ;

8

 

—  Pajjiż kunsinnatarju (mhux obbligatorju)

Test;

3

 (7)

—  Il-Pajjiż ta' l-oriġini

Test;

3

 (7)

—  Nomenklatura magħquda u l-kodiċi Taric

Test;

10

 (5)

—  Kodiċi Taric I Addizzjonali

Test;

4

 (5)

—  Kodiċi Taric II Addizzjonali

Test;

4

 (5)

—  Valur Impurtat

Numru sħiħ;

15

 (4) (6)

—  Kwantità impurtata, f'kg

Numru sħiħ;

15

 (6)

—  Il-port tad-dħul (mhux obbligatorju)

Test;

8

Ara t-Tabella 3

(1)   Din għandha tkun id-data meta l-messaġġ ikun ġie ġenerat. Użat għall-verifika meta jkun hemm messaġġi aġġornati li jiġu wara.

(2)   Uża NOTIFIKAZZJONI INS għar-rappurtar ta' messaġġi ġodda. Valuri oħra jippermettu għal messaġġi mibgħutin qabel u li għandhom jiġu modifikati jew kanċellati.

(3)   Jekk użat, dan għndu jidentifika biss il-messaġġi kollha minn Stat Membru partikolari. L-ebda żewġ messaġġi tat-tip NOTIFIKAZZJONI INS li jkunu ġejjin mill-istess RMS ma jistgħu jużaw l-istess LOTT. Jekk ma jintużax, għandu jkun iġġenerat kodiċi alternattiv ta' identifikazzjoni permezz tas-sistema FIDES. Aktar dettalji tekniċi qed jingħataw fil-Vade Mecum.

(4)   Ir-rekord MON juri l-munita użata fil-messaġġ. Il-valuri kollha fil-linji kollha DAT għandhom ikunu espressi f'dik il-munita.

(5)   It-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric) (ĠU C 104 u C 104 A, tat-30.4.2002).

(6)   Id-deċimali m'humiex permessi. Per eżempju, 43,56 għandu jsir 44.

(7)   In-nomenklatura tal-pajjiż għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/01 tal-15 ta' Ottubru 2001) (ĠU L 273, tas-16.10.2001, p. 6).

2.   Il-Format tal-messaġġ

2.1.   FIDES Format I

Għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri li ma jagħmlux użu sħiħ mill-FIDES II, għandu jintuża l-format li ġej. Il-fajl irid ikun wieħed ta' test magħmul minn seba' rekords separati:

 Kull ħaġa-waħda tad-data għandha tkun mifruda mill-ħaġa-waħda li tiġi warajha permezz ta' punt u virgola.

 Kull linja tal-messaġġ għandha tkun segwita b'għafsa tal-buttuna tat-treġġigħ lura.

 Dan għandu jkun jidher kif ġej:

 

<TTL>MK-IMPORT

<RMS>C(3)

<DSE>SSSSXXJJ;

<MTYP>C(19);

<LOTT>C(16);

<MON>C(3);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

2.2.   FIDES Format II

Għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jagħmlu użu sħiħ mill-FIDES II, għandu jintuża il-format li ġej:

<FIDES>2

<HEAD>

<TALBA.ISEM>MK-IMPORT

<TALBA. PAJJIŻ.ISO-A3>C(3)

<HEAD>

<KORP>

<DSE>SSSSXXJJ;

<MTYP>C(19);

<LOTT>C(16);

<MON>C(3);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

</KORP>

</FIDES 2>

3.   Kodiċi



Tabella 1

Kodiċi ta' l-Istati Membri

Kodiċi

L-Istat Membru

AUT

L-Awstrija

BEL

Il-Belġju

▼M1

BGR

Bulgaria

▼B

DEU

Il-Ġermanja

DNK

Id-Danimarka

ESP

Spanja

FIN

Il-Finlandja

FRA

Franza

GBR

Ir-Renju Unit

GRC

Il-Greċja

IRL

L-Irlanda

ITA

L-Italja

LUX

Il-Lussemburgu

NLD

L-Olanda

PRT

Il-Portugall

▼M1

ROU

Romania

▼B

SWE

L-Isvezja



Tabella 2

Kodiċi tal-muniti kurrenti

Kodiċi

Muniti kurrenti

▼M1

BGN

Bulgarian lev

▼B

DKK

Krone Daniż

EUR

Euro

SEK

Krone Svediż

▼M1

RON

Romanian new leu

▼B

GBP

Lira Sterlina



Tabella 3

Il-portijiet tad-dħul

L-Istat Membru

Kodiċi

Port

Il-Belġju

BE001

Oostende

BE002

Brugge

BE003

Zeebrugge

BE004

Antwerpen

Id-Danimarka

DK001

Hirtshals

DK002

Skagen

DK003

Neksø

DK004

Hanstholm

Il-Ġermanja

L-uffiċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera

Il-Greċja

GR000304

Ateni l-Ajruport ta' Spata

GR000701

Patras

GR000731

Aigio

GR000832

Oinofyta Voiotias

GR001102

Elefsina

GR001902

Irákleio

GR002002

Tessaloniki It-tieni Uffiċċju Doganali

GR002005

Tessaloniki Il-ħames Uffiċju Doganali, l-Ajruport

GR002202

Ioannina

GR002302

Kavala

GR002602

Korfù

GR004005

Piraeus Il-ħames Uffiċċju Doganali

Spanja

ES001

La Coruña

ES002

Vigo-Marín

ES003

Barċellona

ES004

Irún

ES005

Bilbao

ES006

Madrid

ES007

Valenza

ES008

Alicante

ES009

Algeciras

ES010

Cádiz

ES011

La Junquera

ES012

Las Palmas

Franza

FR001

Bayonne

FR002

Bordeaux

FR003

Boulogne-sur-Mer

FR004

La Rochelle-Rochefort

FR005

Le Havre

FR006

Lorient

FR007

Marsilja

FR008

L-Ajruport ta' Roissy

FR009

d'intérêt de Rungis

FR010

St-Denis-de-la-Réunion

FR011

St Malo

L-Irlanda

IE001

Dublin

IE002

Killybegs

L-Italja

IT001

Ġenova

IT002

Livorno

IT003

Salerno

IT004

La Spezia

IT005

Ancona

IT006

Fortezza

IT007

Bari

IT008

Ruma 1o centrale

IT009

Palermo

L-Olanda

L-uffiċċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera

Il-Portugall

PT001

Viana do Castelo

PT002

Oporto

PT003

Aveiro

PT004

Peniche

PT005

Lisbona

PT006

Portimão

PT007

Olhão

PT008

Funchal (Madeira)

PT009

Horta (Ilha do Faial, Açores)

PT010

Praia da Vitória (Ilha Terceira, Açores)

PT011

Ponta Delgada (Ilha de S. Miguel, Açores)

Ir-Renju Unit

GB001

Grimsby

GB002

Hull

GB003

Aberdeen

GB004

Immingham

Il-Finlandja

FI001

Helsinki

FI002

Tornio

FI003

Turku

L-Isvezja

SE001

Karlskrona

SE002

Svinesund

L-Awstrija

L-uffiċċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera

Il-Lussemburgu

L-uffiċċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera

▼M1

Bulgaria

All customs offices involved in the release of goods into free circulation

Romania

All customs offices involved in the release of goods into free circulation.



( 1 ) ĠU L 17, tal-21.2.2000, p. 22.

( 2 ) ĠU L 238, tat-13.09.1994, p. 1.

( 3 ) ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 51.