2002R2246 — MT — 25.07.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2246/2002

tas-16 ta’ Diċembru 2002

dwar id-drittijiet pagabbli lill-Ufficju għall-Armonizazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ disinni Komunitarji

(ĠU L 341, 17.12.2002, p.54)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 877/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

  L 193

16

25.7.2007




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2246/2002

tas-16 ta’ Diċembru 2002

dwar id-drittijiet pagabbli lill-Ufficju għall-Armonizazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ disinni Komunitarji



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinni Komunitarji ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 107 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl ta’ l-Artikolu 139 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarju ( 2 ), kif emendat mir- Regolament (KE) Nru 3288/94 ( 3 ) li bis-saħħa ta’ l-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 huwa wkoll applikabbli għal dan ir-Regolament, l-ammonti tad-drittijiet għandhom ikunu ffissati f’ livell li jassigura li d-dħul minnhom huwa fil-prinċipju suffiċjenti biex il-budget ta’ l-Uffiċju jkun ibbilanċjat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinni Komunitarji ( 4 ) wkoll jitratta l-kondizzjoniet li taħthom id-drittijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 6/2002 għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju.

(3)

Sabiex jassigura l-flessibilità neċessarja, il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jkun mogħti s-setgħa, taħt ċerti kondizzjoniet, li jiddeċiedi l-ħlasijiet li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju fir-rigward ta’ servizzi li jagħti, il-ħlasijiet għall-aċċess tad-databases ta’l-Uffiċju u għad-disponibbilità tal-kontenut ta’ dawn id-databases f’forma li tista tinqara minn magni, u li jiddetermina l-ħlasijiet għall-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet ta’l-Uffiċċju.

(4)

Sabiex jiffaċilita l-ħlas ta’ drittijiet u ħlasijiet, il-President għandu jkun mogħti s-setgħa li jawtorizza metodi ta’ pagament li huma addizzjonali ma’ dawk espliċitament previsti f’dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti u regoli għal pagament ta’ dan li ġej:

▼M1

(1) drittijiet pagabbli lil:

(a) l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (minn hawn ‘il quddiem l-‘Uffiċċju’) fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u r-Regolament (KE) Nru 2245/2002;

(b) il-Bureau Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali fuq il-bażi ta’ l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem ‘l-Att ta’ Ġinevra’) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/954/KE ( 5 );

(2) il-ħlasijiet stabbiliti mill-President ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Id-drittijiet

1.  Id-drittijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 u r-Regolament (KE) Nru 2245/2002 li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.  Id-drittijiet individwali ta’ denominazzjoni pagabbli lill-Bureau Internazzjonali fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 7(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra flimkien ma’ l-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u l-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament u l-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 3

Ħlasijiet imposti mill-President

1.  Il-President għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas għal servizzi mogħtija mill-Uffiċċju minbarra dawk speċifikati fl-Anness.

2.  Il-President għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas għall-Bullettin tad-Disinni Komunitarji kif ukoll għal kwalunkwe pubblikazzjoni oħra maħruġa mill-Uffiċċju.

3.  L-ammonti tal-ħlasijiet għandhom ikunu stabbiliti fl-euro.

4.  L-ammonti tal-ħlasijiet kif stabbiliti mill-President skond paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Uffiċċju.

Artikolu 4

Data ta’ l-għeluq għal drittijiet u ħlasijiet

1.  Drittijiet u ħlasijiet li għalihom l-aħħar jum għall-ħlas mhuwiex speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jew fir-Regolament (KE) Nru 2245/2002 għandhom ikunu dovuti fil-jum li tasal it-talba għas-servizz li għalih id-dritt jew ħlas ikun impost.

2.  Il-President jista’ jiddeċidi li ma jagħmilx servizzi msemmija f’paragrafu 1 dependenti fuq il-ħlas bil-quddiem tad-drittijiet jew ħlasijiet relattivi.

Artikolu 5

Pagament ta’ drittijiet u ħlasijiet

▼M1

1.  Drittijiet u ħlasijiet dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bl-euro permezz ta’ pagament jew trasferiment f’kont bankarju f’isem l-Uffiċċju.

▼B

2.  Il-President jista’ jiddetermina metodi ta’ pagament diversi minn dawk elenkati f’paragrafu 1, partikolarment permezz ta’ depożiti f’kontijiet kurrenti, miżmuma ma’ l-Uffiċċju. Dawk il-metodi għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 6

Partikolaritajiet dwar il-pagament

1.  Kull pagament għandu jindika l-isem tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-pagament u għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-Uffiċċju jistabbilixxi minnufih l-iskop tal-pagament. Partikolarment, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta:

(a) meta d-dritt tar-reġistrazzjoni jitħallas, l-iskop tal-pagament, jiġifieri “dritt tar-reġistrazzjoni” u, fejn xieraq, ir-referenza pprovduta mill-applikant fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju;

(b) meta d-dritt tal-pubblikazzjoni jitħallas, l-iskop tal-pagament, jiġifieri “id-dritt tal- pubblikazzjoni” u, fejn ikun xieraq, ir-referenza pprovduta mill-applikant fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju;

(ċ) meta d-dritt tal-pubblikazzjoni jitħallas kif previst f’ l-Artikolu 50(4) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002, l-iskop tal-pagament, jiġifieri “id-dritt tal-pubblikazzjoni” u n-numru tar-reġistrazzjoni;

(d) meta d-dritt għad-diferiment ta’ pubblikazzjoni titħallas, l-iskop tal-pagament, jiġifieri “id-dritt għal diferiment” u, fejn ikun xieraq, ir-referenza pprovduta mill-applikant fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju;

(e) meta d-dritt għal invalidità jitħallas, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-isem tal-possessur tad-disinn Komunitarju reġistrat li kontrieh l-applikazzjoni tkun indirizzata, u l-iskop tal-pagament, jiġifieri “dritt għall-invalidità”.

2.  Jekk l-iskop tal-pagament ma jistax ikun minnufih stabbilit, l-Uffiċċju għandu jesiġi li l-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-pagament tinnotifikaha bil-miktub dwar dan l-iskop fi żmien perjodu skond kif jistipula. Jekk il-persuna ma tikkonformax mat-talba fiż-żmien dovut, il-pagament għandu jkun ikkonsidrat bħal li ma sarx. L-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat.

Artikolu 7

Data Meqjusa tal- pagament

▼M1

1.  Id-data li fiha jitqies li sar kwalunkwe pagament lill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha proprju jiddaħħal l-ammont tal-pagament fil-kont bankarju ta’ l-Uffiċċju.

▼B

2.  Fejn il-President jippermetti, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(2), metodi oħra ta’ ħlas ta’ drittijiet diversi minn dawk elenkati fl-Artikolu 5(1), huwa għandu jiddetermina d-data li fiha tali pagamenti għandhom ikunu kkonsidrati li saru.

3.  Fejn, skond paragrafi 1 u 2, pagament ta’ xi dritt ma jkunx ikkonsidrat li sar sa meta jkun skada il-perjodu meta kien dovut, għandu jkun ikkonsidrat li dan il-periodu ġie osservat jekk evidenza tkun pprovduta lill-Uffiċċju li l-persuna li għamlet il-pagament:

▼M1

(a) ingħatat ordni kif jixraq lil stabbiliment tas-servizzi bankarji biex jittrasferixxi l-ammont tal-pagament fi Stat Membru fil-perjodu li fih kellu jsir il-pagament; u

▼B

(b) ħallas somma addizzjonali ta’ 10 % fuq id-dritt jew id-drittijiet rilevanti, imma mhux aktar minn EUR 200;

l-ebda somma addizzjonali ma hija dovuta jekk xi kondizzjoni skond subparagrafu (a) tkun giet imwettqa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel l-għeluq tal-perjodu għall-pagament.

4.  L-Uffiċċju jista’ jitlob lill-persuna li tkun għamlet il-pagament biex tipproduċi evidenza dwar id-data meta xi kondizzjoni skond paragrafu 3(a) kienet imwettqa u, fejn jinħtieġ, li tħallas is-somma addizzjonali msemmija f’paragrafu 3(b), f’perjodu li jkun speċifikat minnu. Jekk il-persuna tonqos milli tikkonforma ma’ din it-talba jew jekk l-evidenza ma tkunx suffiċjenti, jew jekk is-somma addizzjonali mitluba ma titħallasx fiż-żmien dovut, il-perjodu għall-pagament għandu jkun ikkonsidrat li ma ġiex osservat.

Artikolu 8

Insuffiċjenza ta’ l-ammont imħallas

1.  Limitu ta’ żmien għall-pagament għandu, fil-prinċipju, ikun ikkonsidrat li kien osservat biss jekk l-ammont kollu tad-dritt ikun tħallas fiż-żmien dovut. Jekk id-dritt ma jitħallasx kollu, l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat wara li l-perjodu għall-pagament ikun għalaq.

2.  L-Uffiċċju jista’, madankollu, sa fejn dan ikun possibbli fiż-żmien li jkun baqa’ qabel ma jagħlaq il-perjodu, jagħti lill-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament l-opportunità li tħallas l-ammont nieqes jew, fejn ikun kkonsidrat gustifikat, iċedi kwalunkwe ammonti żgħar neqsin mingħajr preġudizzju għall-jeddijiet tal- persuna li tkun qiegħda tħallas.

Artikolu 9

Rimborż ta’ ammonti insinifikanti

1.  Fejn somma eċċessiva hija mħallsa biex tkopri dritt jew ħlas, l-eċċess m’għandux ikun rimborżat jekk l-ammont ikun insinifikanti u l-parti kkonċernata ma tkunx espressament talbet rimborż.

Il-President għandu jiddetermina x’jikkostitwixxi ammont insinifikanti.

2.  Deċiżjonijiet mill-President skond paragrafu 1 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS



(f’euro)

1.  Dritt tar-Reġistrazzjoni (L-Artikolu 36(4) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

230

▼M1

1a.  Dritt tad-Denominazzjoni Individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali (l-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; L-Artikolu 7(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra - (għal kull disinn)

62

▼B

2.  Dritt addizzjonali tar- reġistrazzjoni għal kull disinn addizzjonali inkluż f’ kull applikazzjoni multipla (L-Artikolu 37(2) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002):

 

(a)  jew kull disinn mit-tieni sa l-għaxar disinn;

115

(b)  jew kull disinn li jkun mill-ħdax-il wieħed ’il quddiem;

50

3.  Dritt tal-pubblikazzjoni (L-Artikolu 36(4) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002):

120

4.  Dritt addizzjonali tal-pubblikazzjoni għal kull disinn addizzjonali inkluż f’applikazzjoni multipla (L-Artikolu 37(2) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002):

 

(a)  għal kull disinn mit-tieni sa l-għaxar disinn;

60

(b)  għal kull disinn mill-ħdax-il-wieħed ’il quddiem

30

5.  Dritt għal diferiment ta’ pubblikazzjoni (L-Artikolu 36(4) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 6(1)(b) ta’ Regolament (KE) Nru 2245/2002):

40

6.  Dritt għal diferiment ta’ pubblikazzjoni għal kull disinn addizzjonali inkluż f’applikazzjoni multipla soġġett għad-diferiment ta’ pubblikazzjoni l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002):

 

(a)  għal kull disinn mit-tieni sa l-għaxar disinn;

20

(b)  għal kull disinn mill-ħdax- il-wieħed ’il quddiem

10

7.  Dritt għal ħlas tard ta’ dritt tar-reġistrazzjoni (L-Artikolu 107(2)(a) tar- Regolament (KE) No 6/2002; l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

60

8.  Dritt għal ħlas tard ta’ dritt ta’ pubblikazzjoni (L-Artikolu 107(2)(b) ta’ Regolament (KE) No 6/2002; l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 15(4) ta’ Regolament (KE) Nru 2245/2002)

30

9.  Dritt għal ħlas tard ta’ dritt ta’ diferiment ta’ pubblikazzjoni (L-Artikolu 107(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 10(3) tar- Regolament (KE) Nru 2245/2002)

10

10.  Dritt għal ħlas tard ta’ dritt addizzjonali għal applikazzjoni multipla kif imsemmijin f’ 2, 4 u 6 ta’ dan l-anness (L-Artikolu 107(2)(d) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 15(4) ta’ Regolament (KE) Nru 2245/2002)

25 % tad-dritt addizzjonali

11.  Dritt għal tiġdid (L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 22(2) (a) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002) għal kull disinn, inkluż jew mhuwiex f’reġistrazzjoni multipla:

 

(a)  għal l-ewwel perjodu ta’ tiġdid;

90

(b)  għat-tieni perjodu ta’ tiġdid;

120

(ċ)  għat-tielet perjodu ta’ tiġdid;

150

(d)  għar-raba’ perjodu ta’ tiġdid;

180

▼M1

11a.  Dritt ta’ tiġdid individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali (l-Artikolu 13(1) u 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; L-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 għal kull disinn:

 

(a)  għall-ewwel perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

(b)  għat-tieni perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

(c)  għat-tielet perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

(d)  għar-raba’ perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

▼B

12.  Dritt għal ħlas tard ta’ dritt għal tiġdid jew is-sottomissjoni ittardjata ta’ talba ta’ tiġdid (L-Artikolu 13(3) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 22(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

25 % tad-dritt għat-tiġdid

13.  Dritt għal applikazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità (L-Artikolu 52(2) ta’ Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 28(2) ta’ Regolament (KE) Nru 2245/2002):

350

14.  Dritt għal appell (L-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

800

15.  Dritt għal restitutio in integrum (L-Artikolu 67(3) tar- Regolament (KE) Nru 6/2002)

200

16.  Dritt għal reġistrar ta’ trasferta ta’ xi applikazzjoni għal disinn Komunitarju (L-Artikoli 34(2) u 107(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 23(7) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

200 għal kull disinn suġġett għal massimu ta’ 1 000 fejn talbiet multipli huma sottomessi fl-istess applikazzjoni għall-irrekordjar ta’ trasferiment jew fl-istess żmien

17.  Dritt tar-reġistrazzjoni tat-trasferta ta’ disinn Komunitarju rreġistrat (L-Artikolu 107(2)(f) tar- Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

200 għal kull disinn suġġett għal massimu ta’ 1 000 fejn talbiet multipli huma sottomessi fl-istess applikazzjoni għall-irrekordjar ta’ trasferiment jew fl-istess żmien

18.  Dritt tar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew dritt ieħor dwar disinn rreġistrat fil-Komunità (L-Artikolu 107(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002) jew xi applikazzjoni disinn Komunitarju (L-Artikoli 34(2) u 107(2)(g) tar- Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 23(3); l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(4) tar- Regolament (KE) Nru 2245/2002):

(a)  għoti ta’ liċenzja;

(b)  trasferiment ta’ liċenzja;

(ċ)  ħolqien ta’ dritt in rem;

(d)  trasferiment ta’ dritt in rem;

(e)  taxxa ta’ esekuzzjoni

200 għal kull disinn suġġett għal massimu ta’ 1 000 fejn talbiet multipli huma sottomessi fl-istess applikazzjoni għall-irrekordjar ta’ trasferiment jew fl-istess żmien

19.  Dritt għal kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew dritt ieħor (L-Artikolu 107(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

200 għal kull disinn suġġett għal massimu ta’ 1 000 fejn talbiet multipli huma sottomessi fl-istess applikazzjoni għall-irrekordjar ta’ trasferiment jew fl-istess żmien

20.  Dritt għal ħruġ ta’ kopja ta’l-applikazzjoni għal disinn Komunitarju irreġistrat (L-Artikolu 107(2)(n) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 74(5) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002), kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni (L-Artikolu 107(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 17(2) tar- Regolament (KE) Nru 2245/2002), jew xi estratt mir-reġistru (L-Artikolu 107(2)(i) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 69(6) tar- Regolament (KE) Nru 2245/2002):

 

(a)  kopja mhux ċertifikata jew estratt;

10

(b)  kopja ċertifikata jew estratt

30

21.  Dritt għal ispezzjoni tal-fajls (L-Artikolu 107(2)(j) tar- Regolament (KE) Nru 6/2002; L-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

30

22.  Dritt għal ħruġ ta’ kopji ta’ dokumenti mill-fajls (L-Artikolu 107(2)(k) tar-Regolament (KE) Nru 62/002; l-Artikolu 74(5) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002):

 

(a)  kopja mhux ċertifikata;

10

(b)  kopja ċertifikata,

30

u għal kull paġna, aktar minn 10

1

23.  Dritt għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni ġo xi fajl (L-Artikolu 107(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 75 tar- Regolament (KE) Nru 2245/2002):

10

u għal kull paġna, aktar minn 10

1

24.  Dritt għar-reviżjoni ta’ kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ proċedura li għandhom ikunu rimborżati (L-Artikolu 107(2)(m) tar- Regolament (KE) Nru 6/2002; l-Artikolu 79(4) tar-Regolament (KE) No 2245/2002).

100



( 1 ) ĠU L 3, tal-5.1.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 11, ta' l-14.1.1994, p. 1.

( 3 ) ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 83.

( 4 ) Ara paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 5 ) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 28.