02002R2099 — MT — 26.07.2019 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 (ĠU L 324 29.11.2002, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 415/2004 tal-5 ta' Marzu 2004 |
L 68 |
10 |
6.3.2004 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 93/2007 tat-30 ta’ Jannar 2007 |
L 22 |
12 |
31.1.2007 |
|
|
REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009 |
L 188 |
14 |
18.7.2009 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 530/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2012 |
L 172 |
3 |
30.6.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/103 tas-27 ta' Jannar 2016 |
L 21 |
67 |
28.1.2016 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta' Novembru ta' l-2002
li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti
Artikolu 1
Il-kamp ta' l-applikazzjoni
Il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2(2) dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-vapuri:
(a) Billi jiġu ċċentralizzati x-xogħolijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u ssostitwiti b'dan ir-Regolament billi jiġi stabbilit Kumitat wieħed dwar ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Bastimenti, magħruf bħala s-COSS;
(b) Billi jiġi aċċellerat l-aġġornament ta', u jiġu ffaċilitati emendi sussegwenti għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fid-dawl ta' żviluppi fl-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(1).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
1. “strumenti internazzjonali” għandhom ifissru l-konvenzjonijiet, il-protokolli, ir-riżoluzzjonijiet, il-kodiċijiet, il-kompendja ta' regoli, ċirkolarijiet, l-istandards u d-disposizzjonijiet adottati minn konferenza internazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew il-partijiet għall-memorandum ta' ftehim imsemmi fid-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fis-seħħ;
2. “Leġislazzjoni marittima Komunitarja” tfisser l-atti t'hawn taħt:
(a) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-implimentazzjoni tar-Reżoluzzjoni tal-IMO A.747(18) dwar l-applikazzjoni tal-kejl ta' tunnellaġġ ta' spazji ta' saborra f'tankers taż-żejt bis-saborra segregata ( 1 )
(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE, tal-20 ta' Diċembru 1996, dwar it-tagħmir marittimu ( 2 )
(c) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar ( 3 )
(d) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità ( 4 )
(e) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda id-Direttiva 93/12/KEE ( 5 ) għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(d)(2) tagħha.
(f) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri ( 6 )
(g) Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija ( 7 )
(h) Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa ( 8 )
(i) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE ( 9 )
(j) Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti ( 10 )
(k) Id-Direttiva Nru 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar ħtiġijiet speċifici ta' stabbiltà għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro ( 11 )
(l) Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 ( 12 )
(m) Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inkluż sanzjonijiet kriminali għal reati ta' tniġġis ( 13 )
(n) Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 ( 14 )
(o) Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara ( 15 )
(p) Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi ( 16 )
(q) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port ( 17 )
(r) Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 )
(s) Id-Direttiva Nru 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ( 19 )
(t) Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri ( 20 )
(u) Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' aċċidenti ( 21 )
(v) Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri ( 22 )
(w) Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed ( 23 )
(x) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 )
(y) Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE ( 25 ).
Artikolu 3
Twaqqif ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-COSS).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.
▼M6 —————
Artikolu 4
Integrazzjoni ta' emendi għal strumenti internazzjonali fil-liġi Komunitarja
Għall-iskopijiet tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, l-instrumenti internazzjonali applikabbli għandhom ikunu dawk li daħlu fis-seħħ, inklużi l-iktar emendi reċenti għalihom, bl-eċċezzjoni ta' l-emendi esklużi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja li jirriżultaw mill-proċedura ta' kontroll ta' konformità stabbilita bl-Artikolu 5.
Artikolu 5
Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità
1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u bl-iskop li jitnaqqsu r-riskji ta' konflitt bejn il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-istrumenti internazzjonali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw, permezz ta' laqgħat ta' koordinazzjoni u/jew mezzi oħra approprjati, sabiex ifissru, kif xieraq, pożizzjoni komuni jew approċ fil-fora internazzjonali kompetenti.
2. Proċedura ta' kontroll ta' konformità hija hawnhekk stabbilita sabiex teskludi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja kull emenda għal strument internazzjonali biss jekk, abbażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju manifest li l-emenda internazzjonali, fl-iskop tar-Regolamenti jew id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 2(2), ibaxxu l-istandard ta' sigurtà marittima, ta' prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti jew tal-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-bastimenti stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, jew ikunu inkompattibbli ma' ta' l-aħħar.
Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità tista' tintuża biss biex isiru emendi għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fl-oqsma espressament koperti mill-proċedura regolatorja u strettament fil-kwadru ta' eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.
3. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-proċedura ta' kontroll ta' konformità għandha tinbeda mill-Kummissjoni, li, meta xieraq tista' taġixxi fuq talba ta' Stat Membru.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-COSS, mingħajr dewmien, wara l-adozzjoni ta' emenda għall-istrument internazzjonali proposta għal miżuri bl-iskop li l-emenda in kwistjoni tiġi eskluża mit-test Komunitarju kkonċernata.
Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità, inklużi, jekk applikabbli, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni ta' l-1999/468/KE, għandha tiġi kompletata għall-inqas xahar qabel ma jiskadi l-perjodu stabbilit internazzjonalment għall-aċċettazzjoni taċita ta' l-emenda kkonċernata jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta' din l- emenda.
4. Fl-eventwalità ta' riskju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura, tul il-perjodu ta' proċedura ta' kontroll ta' konformità, minn kull inizjattiva intiża sabiex tintegra l-emenda fil-leġislazzjoni nazzjonali jew sabiex tapplika l-emenda għall-istrument internazzjonali kkonċernat.
Artikolu 6
Informazzjoni
L-emendi relevanti kollha għall-istrumenti internazzjonali li huma integrati fil-leġislazzjoni marittima Komunitarja, skond l-Artikoli 4 u 5, għandhom jiġu ppubblikati, għall-iskopijiet ta' informazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 7
Is-setgħat tas-COSS u l-emendi
Is-COSS għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu permezz tal-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni fis-seħħ.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7a li jemendaw il-punt 2 tal-Artikolu 2 sabiex jiġu inklużi referenza għall-atti tal-Unjoni li jagħtu setgħat lis-COSS illi daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 26 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 8
Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91
Ir-Regolament (KEE) Nru 613/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 1(a) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:
“(a) ‘Konvenzjonijiet’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fil-Baħar ta' l-1974 (1974 Solas), il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija (LL66) ta' l-1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (Marpol 73/78), fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom, u riżoluzzjonijiet irrelatati ta' status mandatorja adottati mill-Oganizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).”
2. L-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:
“Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastyimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( *1 ).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *2 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/48/KE għandu jkun stabbilit f'xahrejn.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 7
L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
Artikolu 9
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94
Ir-Regolament (KE) Nru 2978/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 3(g) għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:
“(g) ‘Marpol 73/78’ ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973, kif emendat bil-Protokoll ta' l-1978 li jirrelata għalih, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom.”
2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 6:
“L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( *3 ).
3. L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:
“Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) maħluqa permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *4 ) għandhom japplikaw, b' qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.
Il-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 10
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 3051/95
Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:
1. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 9:
“L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) ( *5 ).
2. L-Artikolu 10 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:
“Artikolu 10
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *6 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu stabbilit fl-artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit f'xaharejn.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
▼M4 —————
Artikolu 12
Id-Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 1.
( 2 ) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.
( 3 ) ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1.
( 4 ) ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.
( 5 ) ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.
( 6 ) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.
( 7 ) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.
( 8 ) ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9.
( 9 ) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.
( 10 ) ĠU L 115, 9.5.2003, p. 1.
( 11 ) ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.
( 12 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.
( 13 ) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.
( 14 ) ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.
( 15 ) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
( 16 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.
( 17 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.
( 18 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.
( 19 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132.
( 20 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.
( 21 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.
( 22 ) ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.
( 23 ) ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3.
( 24 ) ĠU L 214, 19.7.2014, p. 12.
( 25 ) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.
( 26 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( *1 ) ĠU l 324, 29.11.2002, p. 1.
( *2 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”
( *3 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”
( *4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”
( *5 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”
( *6 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”