2002R2099 — MT — 20.07.2012 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Novembru ta' l-2002

li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti

(ĠU L 324, 29.11.2002, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 415/2004 tal-5 ta' Marzu 2004

  L 68

10

6.3.2004

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 93/2007 tat-30 ta’ Jannar 2007

  L 22

12

31.1.2007

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 188

14

18.7.2009

►M4

REGOLAMENT (UE) Nru 530/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2012

  L 172

3

30.6.2012




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Novembru ta' l-2002

li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),

Billi:

(1)

Il-miżuri li jimplimentaw ir-Regolamenti u d-Direttivi eżistenti fil-qasam tas-sigurtà marittima kienu adottati skond proċedura regolatorja li tinvolvi l-Kumitat stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta' Settembru ta' l-1993 li jikkonċernaw il-ħtiġiet minimi għal bastimenti diretti lejn jew li jħallu portijiet tal-Komunità u li qegħdin iġorru merkanzija perikoluża jew li tniġġeż ( 5 ) u, f'ċerti każijiet, kumitat ad hoc. Dawn il-kumitati kienu rregolati bir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju ta' l-1987 li tistabbilixxi dawn il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 6 ),

(2)

Bir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju ta' l-1993 dwar politika komuni dwar ibħra protetti ( 7 ), il-Kunsill approva fil-priċipju l-istabbiliment ta' Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta biex jiġi stabbilit dan il-Kumitat,

(3)

Ir-rwol tas-COSS hi li jiġu ċentralizzati x-xogħolijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-protezzjoni ta' l-għixien u l-kondizzjonijiet ta' xogħol abbord il-bastimenti u sabiex jassistu u jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar il-materji kollha ta' sigurtà marittima u prevenzjoni jew tnaqqis ta' tniġġis ta' l-ambjent permezz ta' attivitajiet tan-navigazzjoni.

(4)

Skond ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju ta' l-1993, Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri għandu jiġi stabbilit u mogħti xogħolijiet li qabel kienu jaqgħu għall-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni msemmija qabel. Il-leġislazzjoni Komunitarja ġdida kollha adottata fil-qasam ta' sigurtà marittima għandha tistipula rikors għall-Kumitat hekk stabbilit.

(5)

Id-Deċiżjoni 87/373/KEE ġiet ssostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 8 ), li d-disposizzjonijiet tagħhom għandhom għalhekk jiġu applikati għas-COSS. L-iskop tad-deċiżjoni ta' l-aħħar huwa li jiġu definiti l-proċeduri tal-Kumitat applikabbli u li tiġi assigurata informazzjoni iktar komprensiva lill-Parlament Ewropew u lill-pubbliku dwar ix-xogħol tal-kumitati.

(6)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata l-leġislazzjoni msemmija għandhhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(7)

Il-leġislazzjoni msemmija għandha wkoll tiġi emendata sabiex tissostitwixxi COSS għall-Kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva 93/75/KEE jew, meta xieraq, għall-kumitat ad hoc stabbilit taħt kwalunkwe att partikolari. Dan ir-Regolament għandu partikolarment jemenda d-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 ta' l-4 ta' Marzu ta' l-1991 dwar it-trasferiment ta' vapuri minn reġistru wieħed għall-ieħor fil-Komunità ( 9 ), (KE) Nru 2978/94 tal-21 ta' Novembru ta' l-1994 dwar l-implimentazzjoni tar-Reżoluzzjoni IMO A.747(18) dwar l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tunnellaġġ ta' spazji ta' saborra f'tankijiet segregati ta' żejt ta' saborra ( 10 ), (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru ta' l-1995 dwar l-amministrazzjoni sikura ta' ferries tal-passiġġieri roll-on/roll-off (ferries ro-ro) ( 11 ) u r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar ta' l-2002 dwar il-phasing-in aċċellerat tal-buq doppju tal-jew ħtiġiet ta' diżinn ekwivalenti għal tankijiet taż-żejt ta' buq singolu u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 ( 12 ), sabiex tiġi inserita referenza għas-COSS u tiġi stipulata l-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(8)

Barra minn hekk, il-leġislazzjoni hawn fuq imsemmija hija bbażata fuq l-applikazzjoni ta' regoli li jirriżultaw minn strumenti internazzjonali li huma fis-seħħ fid-data ta' adozzjoni ta' l-att tal-Komunità in kwistjoni, jew fid-data speċifikata minn ta' l-aħħar. Bħala konsegwenza, l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw l-emendi sussegwenti għal dawn l-istrumenti internazzjonali sakemm id-Direttivi tal-Komunità jew ir-Regolamenti jiġu emendati. Dan għandu żvantaġġi maġġuri minħabba d-diffikultà ta' l-assigurazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-emendi f'livell internazzjonali li tikkoinċidi ma' dik tar-Regolament li jintegra din l-emenda mal-liġi Komunitarja, mhux inqas l-applikazzjoni bir-ritard fil-Komunità ta' l-istandards ta' sigurtà internazzjonali l-iktar reċenti u l-iktar ħarxa.

(9)

Madankollu, huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn id-disposizzjonijiet ta' att Komunitarju li jagħmel referenza, għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tagħhom, għal strument internazzjonali u disposizzjonijiet Komunitarji li jirripproduċi kompletament jew parzjalmenmt strument internazzjonali. Fl-aħħar każ, l-iktar emendi reċenti għall-istrumenti internazzjonali ma jistgħu f'ebda każ isiru applikabbli sakemm id-disposizzjonijiet Komunitarji kkonċernati jkunu ġew emendati.

(10)

L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew japplikaw l-iktar disposizzjonijiet reċenti ta' strumenti internazzjonali, bl-eċċezzjoni ta' dawk espliċitament inkorporati f'att Komunitarju. Dan jista' jsir billi jiġi dikjarat li l-konvenzjoni internazzjonali applikabbli għall-iskopijiet tad-Direttiva jew ir-Regolament ikkonċernat huwa dak “fil-verżjoni aġġornata proprja”, mingħajr ma tissemma d-data.

(11)

Għal raġunijiet ta' trasparenza, l-emendi relevanti għall-istrumenti internazzjonali li huma integrati mal-leġislazzjoni marittima Komunitarja għandhom jiġu magħmula pubbliċi fil-Komunità permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitjiet Ewropej.

(12)

Proċedura speċifika ta' kontroll ta' konformità għandha, madanakollu tiġi stabbilita sabiex il-Kummissjoni tkun tista', wara konsultazzjoni ma' COSS, tieħu kwalunkwe miżuri jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġi eskluż ir-riskju li emendi għall-istrumenti internazzjonali jkunu inkompatibbli mal-leġislazzjoni msemmija qabel jew politika Komunitarja dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri u l-protezzjoni ta' kondizzjonijiet ta' għixien u ta' xogħol abbord il-bastimenti li huma fis-seħħ jew ma' l-objettivi li tissodisfa dik il-leġislazzjoni. Din il-proċedura għandha wkoll tipprevjeni emendi internazzjonali milli jbaxxu l-istandard tas-sigurtà marittima milħuq fil-Komunità.

(13)

Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità tkun kompletament effettiva biss jekk il-miżuri ppjanati huma adottati malajr kemm jista' jkun, iżda jiġri x'jiġri qabel l-iskadenza tad-deadline għad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda internazzjonali. B'konsegwenza, il-ħin disponibbli għall-Kunsill sabiex jaġixxi fuq il-miżuri proposti skond l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun xahar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-kamp ta' l-applikazzjoni

Il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2(2) dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-vapuri:

(a) Billi jiġu ċċentralizzati x-xogħolijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u ssostitwiti b'dan ir-Regolament billi jiġi stabbilit Kumitat wieħed dwar ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Bastimenti, magħruf bħala s-COSS;

(b) Billi jiġi aċċellerat l-aġġornament ta', u jiġu ffaċilitati emendi sussegwenti għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fid-dawl ta' żviluppi fl-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

1. “strumenti internazzjonali” għandhom ifissru l-konvenzjonijiet, il-protokolli, ir-riżoluzzjonijiet, il-kodiċijiet, il-kompendja ta' regoli, ċirkolarijiet, l-istandards u d-disposizzjonijiet adottati minn konferenza internazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew il-partijiet għall-memorandum ta' ftehim imsemmi fid-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fis-seħħ;

2. “Leġislazzjoni marittima Komunitarja” għandha tfisser l-atti tal-Komunità fis-seħħ hawn taħt:

(a) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91;

(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE;

(ċ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94;

(d) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru ta' l-1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjoniet marittimi ( 13 );

(e) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju ta' l-1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat ( 14 );

(f) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95;

(g) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE ta' l-20 ta' Diċembru ta' l-1996 dwar it-tagħmir marittimu ( 15 );

(h) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru ta' l-1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar ( 16 );

(i) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu ta' l-1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri ( 17 );

(j) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju ta' l-1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità ( 18 );

(k) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April ta' l-1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorji għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi ta' l-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri ( 19 );

(l) Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru ta' l-2000 dwar faċilitajiet għal skart li ġej mill-vapuri u residwi tal-merkanzija ( 20 );

(m) Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April ta' l-2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ ta' baħħara ( 21 );

(n) Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru ta' l-2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa ( 22 );

(o) Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

▼M1

(p) Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar formalitajiet ta' rrapportar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunit ( 23 );

(q) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema ta' mmonitorjar u informazzjoni tat-traffiku ta' bastimenti u tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE ( 24 );

(r) Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni ta' komposti ta' organotin fuq bastimenti ( 25 );

(s) Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar rekwiżiti speċifiċi ta' stabbilita għal bastimenti tal-passiġġieri ro-ro ( 26 );

▼M2

(t) Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 ( 27 );

(u) Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur ( 28 );

(v) Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 ( 29 ).

▼M3

Artikolu 3

Twaqqif ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-COSS).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 4

Integrazzjoni ta' emendi għal strumenti internazzjonali fil-liġi Komunitarja

Għall-iskopijiet tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, l-instrumenti internazzjonali applikabbli għandhom ikunu dawk li daħlu fis-seħħ, inklużi l-iktar emendi reċenti għalihom, bl-eċċezzjoni ta' l-emendi esklużi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja li jirriżultaw mill-proċedura ta' kontroll ta' konformità stabbilita bl-Artikolu 5.

Artikolu 5

Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità

1.  Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u bl-iskop li jitnaqqsu r-riskji ta' konflitt bejn il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-istrumenti internazzjonali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw, permezz ta' laqgħat ta' koordinazzjoni u/jew mezzi oħra approprjati, sabiex ifissru, kif xieraq, pożizzjoni komuni jew approċ fil-fora internazzjonali kompetenti.

2.  Proċedura ta' kontroll ta' konformità hija hawnhekk stabbilita sabiex teskludi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja kull emenda għal strument internazzjonali biss jekk, abbażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju manifest li l-emenda internazzjonali, fl-iskop tar-Regolamenti jew id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 2(2), ibaxxu l-istandard ta' sigurtà marittima, ta' prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti jew tal-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-bastimenti stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, jew ikunu inkompattibbli ma' ta' l-aħħar.

Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità tista' tintuża biss biex isiru emendi għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fl-oqsma espressament koperti mill-proċedura regolatorja u strettament fil-kwadru ta' eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

3.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-proċedura ta' kontroll ta' konformità għandha tinbeda mill-Kummissjoni, li, meta xieraq tista' taġixxi fuq talba ta' Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-COSS, mingħajr dewmien, wara l-adozzjoni ta' emenda għall-istrument internazzjonali proposta għal miżuri bl-iskop li l-emenda in kwistjoni tiġi eskluża mit-test Komunitarju kkonċernata.

Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità, inklużi, jekk applikabbli, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni ta' l-1999/468/KE, għandha tiġi kompletata għall-inqas xahar qabel ma jiskadi l-perjodu stabbilit internazzjonalment għall-aċċettazzjoni taċita ta' l-emenda kkonċernata jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta' din l- emenda.

4.  Fl-eventwalità ta' riskju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura, tul il-perjodu ta' proċedura ta' kontroll ta' konformità, minn kull inizjattiva intiża sabiex tintegra l-emenda fil-leġislazzjoni nazzjonali jew sabiex tapplika l-emenda għall-istrument internazzjonali kkonċernat.

Artikolu 6

Informazzjoni

L-emendi relevanti kollha għall-istrumenti internazzjonali li huma integrati fil-leġislazzjoni marittima Komunitarja, skond l-Artikoli 4 u 5, għandhom jiġu ppubblikati, għall-iskopijiet ta' informazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

▼M3

Artikolu 7

Il-Poteri tal-COSS

Il-COSS għandu jeżerċita l-poteri mogħtija lilu bil-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. L-Artikolu 2(2) jista’ jiġi emendat f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 3(2) sabiex jinkludi referenza għall-atti Komunitarji li jagħtu poteri ta’ implimentazzjoni fuq il-COSS li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(3).

▼B

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91

Ir-Regolament (KEE) Nru 613/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(a) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(a) ‘Konvenzjonijiet’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fil-Baħar ta' l-1974 (1974 Solas), il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija (LL66) ta' l-1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (Marpol 73/78), fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom, u riżoluzzjonijiet irrelatati ta' status mandatorja adottati mill-Oganizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).”

2. L-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastyimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( 30 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 31 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/48/KE għandu jkun stabbilit f'xahrejn.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 7

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 9

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94

Ir-Regolament (KE) Nru 2978/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(g) għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:

“(g) ‘Marpol 73/78’ ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973, kif emendat bil-Protokoll ta' l-1978 li jirrelata għalih, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom.”

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 6:

“L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( 32 ).

3. L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:

“Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) maħluqa permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 33 ) għandhom japplikaw, b' qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 10

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 3051/95

Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 9:

“L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) ( 34 ).

2. L-Artikolu 10 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:

“Artikolu 10

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 35 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit f'xaharejn.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 12

Id-Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU Ċ 365 E, tad-19.12.2000, p. 276.

( 2 ) ĠU Ċ 139, tal-11.5.2001, p. 21.

( 3 ) ĠU Ċ 253, tat-12.9.2001, p. 1.

( 4 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar ta' l-2001 (ĠU Ċ 276, 1.10.2001, p. 42), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kuunsill tas-27 ta' Mejju ta' l-2002 (ĠU Ċ 170 E, 16.7.2002, p. 37) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Settembru ta' l-2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 5 ) ĠU L 247, 5.10.1993, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98.74.KE (ĠU L 276, 13.10.1998, p. 7).

( 6 ) ĠU Ċ 197, tat-18.7.1987, p. 33.

( 7 ) ĠU Ċ 271, tas-7.10.1993, p. 1.

( 8 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 9 ) ĠU L 68, tal-15.3.1991, p. 1.

( 10 ) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 1.

( 11 ) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 179/98 (ĠU L tad-19, 24.1.1998, p. 35).

( 12 ) ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 1.

( 13 ) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/105/KE (ĠU L 19, tat-22.1.2001, p. 9).

( 14 ) ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2001/106/KE (ĠU L 19, 22.1.2002, p. 17).

( 15 ) ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 25. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/75/KE (ĠU L 254, 23.9.2002, p. 1).

( 16 ) ĠU L 34, tad-9.2.1998, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/35/KE (ĠU L 112, tas-27.4.2002, p. 21).

( 17 ) ĠU L 144, tal-15.5.1998, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/25/KE (ĠU L 98, tal-15.4.2002, p. 1).

( 18 ) ĠU L 188, tat-2.7.1998, p. 35.

( 19 ) ĠU L 138, ta' 1.6.1999, p. 1.

( 20 ) ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 81.

( 21 ) ĠU L 136, tat-18.5.2001, p. 17.

( 22 ) ĠU L 13, tas-16.1.2002, p. 9.

( 23 ) ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 31.

( 24 ) ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10.

( 25 ) ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 1.

( 26 ) ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 22.

( 27 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.

( 28 ) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.

( 29 ) ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.

( 30 ) ĠU l 324, 29.11.2002, p. 1.

( 31 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”

( 32 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

( 33 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”

( 34 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

( 35 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”