2002R1221 — MT — 01.07.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1221/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Ġunju 2002

dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur ta' l-amministrazzjoni pubblika

(ĠU L 179, 9.7.2002, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1221/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Ġunju 2002

dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur ta' l-amministrazzjoni pubblika



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ( 4 ), (ESA 95), fiha l-qafas ta' referenza ta' regoli ta' standards, definizzjonijiet, klassifiki u kontijiet komuni biex jinkitbu l-kontijiet ta' l-Istati Membri għar-rekwiżiti ta' statistika tal-Komunità, biex jinkisbu riżultati komparabbli bejn Stati Membri.

(2)

Ir-rapport mill-Kumitat Monetarju dwar rekwiżiti ta' informazzjoni, endorsjat mill-Kunsill ta' l-Ecofin fit-18 ta' Jannar 1999, enfasizza li, għall iffunzjonar kif imiss ta' l-unjoni ekonomika u monetarja u s-suq uniku, sorveljanza effettiva u kordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi huma ta' importanza kbira u li dan jirrikjedi sistema komprensiva ta' informazzjoni statistika li tipprovdi lil dawk li jagħmlu l-politika bid-data meħtieġa li fuqha jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Ir-rapport iddkjara wkoll li prijorita għolja għandha tingħata lil statistiċi ta' finanzi pubbliċi fuq terminu qasir għal Stati Membri, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fl-unjoni ekonomika u monetarja, u li l-għan kien il-kompilazzjoni ta' kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur issimplifikati għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika li tirriżulta minn avviċinament pass pass.

(3)

Huwa xieraq li jkunu ddefiniti kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur issimplifikati għal amministrazzjoni pubblika b'referenza għal-lista tal-kategoriji ta' l-ESA 95 ta' spiża u introjtu tal-gvern iddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2000 ta' l-10 ta' Lulju 2000 li jimpliment r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward l-ispiża u introjtu ta' l-amministrazzjoni pubblika ( 5 ).

(4)

Il-prijorita fl-avviċinament pass pass ingħata lit-taxxi, kontribuzzjonijiet soċjali attwali u benefiċċji soċjali barra minn trasferimenti soċjali f'oġġetti, bħala kategoriji li jirrapreżentaw indikaturi ta' min joqgħod fuqhom ta' tendenzi fil-finanzi pubbliċi li huma diġa disponibbli fil-ħin (l-ewwel pass).

(5)

It-trasmissjoni ta' l-ewwel sett ta' kategoriji fuq bażi ta' kull tliet xhur, minn Ġunju 2000, fl-Istati Membri kollha hija koperta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2000 tat-3 ta' Frar 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2223/96 rigward statistiċi finanzjarji pubbliċi ta' termini qosra ( 6 ).

(6)

Huwa meħtieġ li l-ewwel pass ikun issupplimentat b'sett ieħor ta' kategoriji biex tinkiseb il-lista sħiħa ta' kategoriji li jikkostitwixxu l-ispiża u l-introjtu tal-amministrazzjoni pubblika.

(7)

Il-kredibilita tad-data ta' kull tliet xhur li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament rigward id-data annwali għandha tkun stmata (ivvalutata). Rapport dwar il-kwalità tad-data ta' kull tliet xhur għandu għalhekk isir qabel tmiem l-2005.

(8)

L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 jippreskrivu l-kondizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista' tadotta emendi għall-metodoloġija ta' l-ESA 95 biex tiċċara u ttejjeb il-kontenut tagħha. Il-kompilazzjoni ta' kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għall amministrazzjoni pubblika għandu jirrikjedi riżorsi addizzjonali fl-Istati Membri. It-trasmissjoni tagħhom lill-Kummissjoni għalhekk għandha tkun ittrattata permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(9)

Il-Kumitat dwar il-Programm Statistiku (SPC), imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 7 ), u l-Kumitat dwar Statistiċi Monetarji, Finanzjarji u Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB), imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/115/KEE ( 8 ), kien kull wieħed minnhom ikkonsultat skond l-Artikolu 3 ta' dawk id-Deċiżjonijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddefinixxi l-kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika, jippreskrivi l-lista ta' kategoriji ta' l-ESA 95 li għandha tintbagħat lil Stati Membri mit-30 ta' Ġunju 2002 u jispeċifika l-karatteristiċi prinċipali ta' dawn il-kategoriji.

Artikolu 2

Kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika

Il-kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika huwa ddefinit fl-Anness b'referenza għal lista ta' kategoriji ta' l-ESA 95 li jikkostitwixxu l-ispiża u l-introjtu tal-amministrazzjoni pubblika.

Artikolu 3

Kategoriji kkonċernati bit-trasmissjoni ta' data ta' kull tliet xhur

1.  Stati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) data ta' kull tliet xhur għall-kategoriji jew grupp ta' kategoriji inklużi fil-lista pprovduta fl-Anness, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-kategoriji li għalihom id-data għandha tkun trasmessa skond ir-Regolament (KE) Nru 264/2000.

2.  Data ta' kull tliet xhur għandha tkun trasmessa għall-kategoriji (jew gruppi ta' kategoriji) ta' spiża u introjtu ta' amministrazzjoni pubblika li ġejjin:

(a) spiża:

 konsum intermedju (P.2)

 formazzjoni ta' kapital gross + Akkwisti naqqas ir-rimi ta' assi mhux finanzjarji mhux prodotti (P.5 + K.2)

 formazzjoni tal-kapital fiss gross (P.51)

 kumpens lill-impjegati (D.1)

 taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29)

 sussidji, pagabbli (D.3)

 introjtu minn proprjeta (D.4)

 imgħax (D.41)

 taxxi kurrenti fuq introjtu, ġid eċċ. (D.5)

 trasferimenti soċjali f'oġġetti konnessi ma' spiża fuq prodotti forniti lil djar via produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131)

 trasferimenti kurrenti oħra (D.7)

 aġġustament għat-tibdil f'net equity ta' djar fir-riżervi ta' fondi tal-pensjoni (D.8)

 taxxi kapitali + Għotjiet għall-investimenti + trasferimenti kapitali oħra, pagabbli (D.91 + D.92 + D.99).

(b) introjtu:

 prodott tas-suq + Prodott għal użu finali proprju + Pagamenti għall-prodott mhux tas-suq l-ieħor (P.11 + P.12 + P.131)

 sussidji oħra fuq il-produzzjoni, riċevibbli (D.39)

 introjtu minn proprjeta (D.4)

 kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti (D.612)

 trasferimenti oħra kurrenti (D.7)

 għotjiet għall-investimenti + Trasferimenti oħra kapitali, riċevibbli (D.92 + D.99).

3.  Transazzjonijiet D.41, D.7, D.92 u D.99 jkunu kkonsolidati ġewwa s-settur tal-amministrazzjoni pubblika. It-transazzjonijiet l-oħra m'humiex ikkonsolidati.

Artikolu 4

Kompilazzjoni tad-data ta' kull tliet xhur: sorsi (għejun) u metodi

1.  Data ta' kull tliet xhur konnessi ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2001 'il quddiem għandha tkun ikkompilata skond ir-regoli li ġejjin:

(a) data ta' kull tliet xhur għandhom ikunu bbażati kemm jista' jkun fuq informazzjoni diretta minn sorsi bażiċi, bil-għan li jitnaqqsu, għal kull tliet xhur, id-differenzi bejn l-ewwel estimi u ċ-ċifri finali;

(b) l-informazzjoni diretta għandha tintemm b'aġġustamenti ta' kopertura, jekk meħtieġa, u b'arranġamenti konċettwali biex id-data ta' kull tliet xhur tinġieb taqbel mal-konċetti ta' l-ESA 95;

(ċ) id-data ta' kull tliet xhur u d-data annwali korrispondenti għandhom ikunu konsistenti.

2.  Data ta' kull tliet xhur konnessi ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-1999 sar-raba' tliet xhur ta' l-2000 għandhom ikunu kkompilati skond is-sorsi u metodi li jiżguraw konsistenza bejn id-data ta' kull tliet xhur u d-data annwali korrispondenti.

Artikolu 5

Skeda taż-żmien għat-trasmissjoni tad-data ta' kull tliet xhur

1.  Data ta' kull tliet xhur li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat) l-iktar tard fi żmien tliet xhur wara t-tmiem tat-tliet xhur li magħhom id-data jkunu konnessi.

Kull reviżjoni tad-data ta' kull tliet xhur għal kwarti ta' sena ta' qabel għandha tintbagħat fl-istess żmien (ħin).

2.  L-ewwel trasmissjoni ta' data ta' kull tliet xhur għandha tirrigwarda data għall-ewwel tliet xhur ta' l-2002. Stati Membri għandhom jibagħtu dawn id-data mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2002. ►M1  Għar-Repubblika tal-Kroazja, l-ewwel trasmissjoni ta’ dejta ta’ kull tliet xhur għandha tirrigwarda dejta għall-ewwel tliet xhur tal-2012. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tibgħat tali dejta mhux aktar tard mill-aħħar tal-ewwel tliet xhur wara d-data tal-adeżjoni. ◄

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tikkonċedi deroga, li ma teċċedix iktar minn sena, dwar id-data ta' l-ewwel trasmissjoni tad-data ta' kull tliet xhur għall-ewwel tliet xhur ta' l-2002 'il quddiem, sakemm is-sistema ta' statistika nazzjonali jirrikjedu adattazzjonijiet kbar.

Artikolu 6

Trasmissjoni ta' backdata

1.  Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) backdata ta' kull tliet xhur għall-kategoriji li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, billi jibdew mill-ewwel tliet xhur ta' l-1999. ►M1  Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tibgħat lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta b’lura ta’ kull tliet xhur għall-kategoriji li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, billi jibdew mill-ewwel tliet xhur tal-2002. ◄

2.  Data ta' kull tliet xhur konnessi ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-1999 sar-raba' tliet xhur ta' l-2001 għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2002. ►M1  Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tibgħat lill-Kummissjoni (Eurostat) dejta ta’ kull tliet xhur konnessa mal-ewwel tliet xhur tal-2002 sar-raba’ tliet xhur tal-2011 mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Diċembru 2015. ◄

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tikkonċedi deroga, li ma teċċedix iktar minn sena, dwar id-data ta' l-ewwel trasmissjoni tad-data ta' kull tliet xhur mill-ewwel tliet xhur ta' l-1999 'il quddiem, sakemm is-sistema ta' statistika nazzjonali jirrikjedu adattazzjonijiet kbar.

Artikolu 7

Implimentazzjoni

1.  Stati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'deskrizzjoni tas-sorsi u metodi użati biex jikkompilaw id-data ta' kull tliet xhur li jirreferi għaliha l-Artikolu 3 (deskrizzjoni inizzjali), fl-istess ħin li jibdew jittrasmettu data ta' kull tliet xhur skond l-iskeda taż-żmien li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2).

2.  Kull reviżjoni tad-deskrizzjoni inizjali tas-sorsi u metodi użati biex jikkompilaw id-data ta' kull tliet xhur għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) meta d-data riveduti jkunu mibgħuta.

3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm lill-SPC u lill-CMFB informati bis-sorsi u metodi użati minn kull Stat Membru.

Artikolu 8

Rapport

Fuq il-bażi tad-data trasmessi għall-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 3, u wara li tkun ikkonsultat mal-SPC, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, sal-31 ta' Diċembru 2005 l-iktar tard, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih stima tal-kredibilita tad-data ta' kull tliet xhur mibgħuta minn Stati Membri.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  Stati Membri li m'humiex f'pożizzjoni jittrasmettu, matul il-perjodu transizzjonali li jipprovdi għalih il-paragrafu 4, data ta' kull tliet xhur mill-ewwel tliet xhur ta' l-2001 'il quddiem skond is-sorsi u metodi li jipprovdi għalihom l-Artikolu 4(1) u l-iskeda ta' żmien li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(1) għandhom japplikaw il-paragrafu 2.

2.  L-Istati Membri li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) “l-aħjar estimi ta' kull tliet xhur” tagħhom (jiġifieri, billi jinkorporaw l-informazzjoni ġdida kollha li ssir disponibbli matul il-proċess ta' l-ikkompilar ta' sistema mtejba ta' kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika) skond l-iskeda ta' żmien li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(1).

Huma għandhom jindikaw fl-istess ħn liema passi baqagħlhom jittieħdu biex ikunu osservati s-sorsi u metodi li jipprovdi għalihom l-Artikolu 4(1).

3.  Matul il-perjodu transizzjonali li jipprovdi għalih il-paragrafu 4, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha teżamina l-progress magħmul minn Stati Membri lejn l-osservanza sħiħa ta' l-Artikolu 4(1).

4.  Il-perjodu transizzjonali għandu jibda mid-data ta' l-ewwel trasmissjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) u għandu jintemm fil-31 ta' Marzu 2005 l-iktar tard.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS

Kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika

Kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika huma ddefiniti b'referenza għal-lista ta' spiża u introjtu tal-gvern inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1500/2000.

Spiża tal-amministrazzjoni pubblika tikkomprendi kategoriji ta' l-ESA 95 irreġistrati taħt in-naħa ta' l-użu, jew il-bidliet fin-naħa ta' l-assi jew bidliet fin-naħa ta' djun u siwi nett tas-sekwenza ta' kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika, bl-eċċezzjoni ta' D.3 li hija rreġistrata taħt in-naħa ta' riżorsi tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika.

Introjtu tal-amministrazzjoni pubblika jikkomprendi l-kategoriji ta' l-ESA 95 irreġistrati taħt in-naħa tar-riżorsi jew bidliet fid-djun fis-siwi nett tas-sekwenza tal-kontijiet mux finanzjarji għall-amministrazzjoni pubblika, bl-eċċezzjoni ta' D.39 li hija rreġistrata taħt in-naħa ta' l-użu tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika.

B'definizzjoni, id-differenza bejn l-introjtu tal-amministrazzjoni pubblika u spiża tal-amministrazzjoni pubblika, kif iddefinita hawn iktar 'il fuq, hija tislif nett (+)/self nett (-) tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika.

It-transazzjonijiet D.41, D.7, D.92 u D.99 huma kkonsolidati ġewwa s-settur tal-amministrazzjoni pubblika. It-transazzjonijiet l-oħra m'humiex ikkonsolidati.

It-tabella hawn iktar 'l isfel turi kategoriji ESA 95 li jikkostitwixxu l-ispiża u introjtu tal-amministrazzjoni pubblika. Il-kategoriji murija f'korsiv huma diġa suġġetti għal trasmissjoni fuq bażi ta' kull tliet xhur fil-kuntest tar-Regolament tal Kummissjoni (KE) Nru 264/2000.



Kodiċijiet ESA 95

Spiża tal-amministrazzjoni pubblika

P.2

Konsum intermedju

P.5 + K.2

Formazzjoni ta' kapital gross + akkwisti naqqas rimi ta' assi mhux finanzjarji mhux prodotti

P.51

Formazzjoni ta' kapital fiss gross

D.1

Kumpens ta' l-impjegati

D.29

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

D.3

Sussidji, pagabbli

D.4

Introjtu minn proprjeta

D.41

Imgġax

D.5

Taxxi kurrenti fuq introjtu, ġid eċċ.

D.62 + D.6311 + D.63121 + D.63131

Benefiċċji soċjali barra trasferimenti soċjali f'oġġetti + trasferimenti soċjali f'oġġetti konnessi għal spiża fuq prodotti forniti lil djar via produtturi tas-suq

D.7

Trasferimenti kurrenti oħra

D.8

Aġġustament għall-bidla fin-net equity tal-fondi ta' pensjoni riżervi

D.9

Trasferimenti kapitali, pagabbli



Kodiċijiet ESA 95

Introjtu tal-amministrazzjoni pubblika

P.11 + P.12 + P.131

Prodott tas-suq + prodott għal użu finali proprju + pagamenti għall-prodott mhux tas-suq l-ieħor

D.2

Taxxi fuq produzzjoni u importazzjonijiet

D.39

Sussidji oħra fuq il-produzzjoni

D.4

Introjtu minn proprjeta

D.5

Taxxi kurrenti fuq introjtu, ġid eċċ.

D.61

Kontribuzzjonijiet soċjali

D.611

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali

D.612

Kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti(?)

D.7

Trasferimenti kurrenti oħra

D.9 (1)

Trasferimenti kapitali, riċevibbli

D.91

Taxxi kapitali

B.8g

Tifdil, gross

B.9

Tislif nett/self nett

(1)   Aġġustamenti għal taxxi u kontrbuzzjonijiet soċjali assessjati imma qatt ma nġabru, meta rreġistrati taħt D.9, jitqiesu bħala introjtu negattiv.



( 1 ) ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 300.

( 2 ) ĠU C 131, tat-3.5.2001, p. 6.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2001 (ĠU C 65 E, ta' l-14.3.2002, p. 33) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju.

( 4 ) ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 359/2002 (ĠU L 58, tat-28.2.2002, p. 1).

( 5 ) ĠU L 172, tat-12.7.2000, p. 3.

( 6 ) ĠU L 29, ta' l-4.2.2000, p. 4.

( 7 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

( 8 ) ĠU L 59, tas-6.3.1991, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/174/KE (ĠU L 51, ta' l-1.3.1996, p. 48).

( 9 ) Aġġustamenti għal taxxi u kontrbuzzjonijiet soċjali assessjati imma qatt ma nġabru, meta rreġistrati taħt D.9, jitqiesu bħala introjtu negattiv.