2002R1019 — MT — 01.07.2009 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1019/2002

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

(ĠU L 155, 14.6.2002, p.27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1964/2002 ta’ l-4 ta’ Novembru 2002

  L 300

3

5.11.2002

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1176/2003 tal-1 ta’ Lulju 2003

  L 164

12

2.7.2003

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 406/2004 ta’ l-4 ta’ Marzu 2004

  L 67

10

5.3.2004

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1750/2004 tal-8 ta’ Ottubru 2004

  L 312

7

9.10.2004

 M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1044/2006 tas-7 ta' Lulju 2006

  L 187

20

8.7.2006

 M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 632/2008 tat-2 ta' Lulju 2008

  L 173

16

3.7.2008

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1183/2008 tat-28 ta' Novembru 2008

  L 319

51

29.11.2008

►M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 182/2009 tas-6 ta’ Marzu 2009

  L 63

6

7.3.2009




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1019/2002

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa



IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 ( 2 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu,

Billi:

(1)

Iż-żejt taż-żebbuġa għandu ċerti kwalitajiet, b’mod partikolari kwalitajiet organoleptiċi u ta’ nutriment, li, waqt li jingħata kont tan-nefqa tal-produzzjoni, jippermetti d-dħul tiegħu f’suq fejn il-prezzijiet huma relattivament għolja meta mqabbla ma’ xaħmijiet oħra veġetali. Meħud kont ta’ din is-sitwazzjoni tas-suq, għandhom jiġu stabbiliti livelli ġodda ta’ marketing għas-suq għaż-żejt taż-żebbuġa li jkun fih, b’mod partikolari, regoli speċifiċi ta’ tikkettjar li jisupplimentaw dawk stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimizzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 3 ), kif emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE ( 4 ), u b’mod partikolari r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 2 tagħha.

(2)

Biex tiġi ggarantita l-awtentiċità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħa, l-ippakkeġġjar għall-bejgħ bl-imnut għandu jkun żgħir u jkollu sistema adegwata kif jingħalaq. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw pakkeġġjar akbar għal stabbilimenti kollettivi.

(3)

Minbarra d-deskrizzjonijiet obbligatorji għall-kategoriji varji ta’ żejt taż-żebbuġa pprovduti fl-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 136/66/KEE, il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati dwar it-tipi ta’ żejt taż-żebbuġa offruti.

(4)

Bħala riżultat tat-tradizzjonijiet agrikoli u l-prattiċi ta’ estrazzjoni u taħlit ta’ żjut verġni taż-żebbuġa introdotti direttament fis-suq jistgħu jkunu ta’ togħma u kwalità pjuttost differenti skond l-oriġini ġeografika tagħhom. Dan jista’ jwassal għal differenzi fil-prezz fl-istess kategorija li jfixklu s-suq. M’hemm ebda differenzi sostanzjali marbuta ma’ l-oriġini f’kategoriji oħrajn ta’ żejt taż-żebbuġa li jista’ jittiekel, u għalhekk jekk jiġi indikat il-post ta’ l-oriġini fuq l-ippakkeġġjar immedjat ta’ żejt bħal dak dan jista’ jwassal lill-konsumatur li jaħseb li jeżistu xi differenzi fil-kwalità. Biex ma jkunx hemm disturb fis-suq taż-żjut taż-żebbuġa li jittieklu, għandhom għalhekk jiġu stabbiliti standards tal-Komunità li jindikaw l-oriġini. Dawn għandhom ikunu ristretti għaż-żjut extra verġni u ż-żjut verġni taż-żebbuġa li jissodisfaw kondizzjonijiet preċiżi. L-għan huwa li jkun hemm sistema li tesiġi li jintwera b’mod obbligatorju l-oriġini għal dawk il-kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa. Madankollu, billi ma jeżistu ebda faċilitajiet biex jiġu intraċċjati u vverifikati il-kwantitajiet kollha ta’ żejt taż-żebbuġa fiċ-ċirkolazzjoni, mhux possibbli li llum tiġi introdotta sistema bħal dik, u għalhekk għandhom jiġu introdotti provvedimenti mhux obbligatorji għaż-żjut extra verġni u verġni taż-żebbuġa.

(5)

Trejd marks eżistenti inklużi referenzi ġeografiċi jistgħu jibqgħu jintużaw basta kienu ġew irreġistrati uffiċjalment fil-passat skond l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trejd marks ( 5 ), kif emendata bid-Deċiżjoni 92/10/KEE ( 6 ), jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ 20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trejd mark tal-Komunità ( 7 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3288/94 ( 8 ).

(6)

Indikazzjoni reġjonali ta’ l-oriġini tista’ tkun koperta b’indikazzjoni protetta ta’ oriġini (PDO) jew indikazzjoni protetta ġeografika (PGI) taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet u l-ismijiet tal-postijiet ta’ oriġini għall-prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel ( 9 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 ( 10 ). Indikazzjonijiet li juri oriġini reġjonali għandhom ikunu riżervati għall-PDOs jew il-PGIs biex tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi li tista’ twassal għal tfixkil fis-suq. Fil-każ ta’ żjut taż-żebbuġa importati, ir-regoli dwar oriġini mhux preferenzjali pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxu l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità ( 11 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), għandhom jiġu mħarsa.

(7)

Jekk l-indikazzjoni taż-żejt verġni taż-żebbuġa tkun tirreferi għall-Komunità jew għal Stat Membru, wieħed għandu jżomm f’moħħu li mhux biss iż-żebbuġ użat iżda wkoll it-teknika u l-prattiċi ta’ l-estrazzjoni jaffettwaw il-kwalità u t-togħma taż-żejt. L-indikazzjoi ta’ l-oriġini għandha għalhekk tkun tirreferi għaż-żona ġeografika li minnha ż-żejt taż-żebbuġa kien miksub, li hija ġeneralment ż-żona li fiha ż-żejt kien estratt miż-żebbuġ. Madankollu, f’ċerti każi ż-żejt jiġi estratt f’lok li ma jkunx l-istess bħal dak fejn ikun sar il-qtugħ taż-żebbuġ u dan it-tagħrif għandu jiġi ddikjarat fuq l-ippakkeġġjar jew it-tikketti mwaħħla ma’ l-ippakkeġġjar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux ingannati u s-suq fiż-żejt taż-żbbuġa ma jiġix imfixkel.

(8)

Fil-Komunità u fl-Istati Membri proporzjon prinċipali taż-żejt verġni taż-żebbuġa fis-suq huwa magħmul minn taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa, biex b’hekk tiġi ggarantita kwalità kostanti u l-karatteristiċi tipiċi organoleptiċi mistennija mis-suq. Il-karatteristiċi tipiċi taż-żejt verġni taż-żebbuġa fl-erji kkonċernati huma ggarantiti minkejja, jew kultant minħabba, iż-żieda ta’ proporzjon żgħir ta’ żejt taż-żebbuġa li jkun joriġina f’żona oħra. Sabiex ikunu jistgħu jsiru provvisti regolari għas-suq skond ix-xejriet tradizzjonali tal-kummerċ u biex jingħata kont tat-tlugħ u nżul fil-volumi ta’ produzzjoni speċifiċi għat-tkabbir taż-żebbuġ, għalhekk, l-indikazzjoni ta’ l-oriġini li ssemmi l-Komunità jew Stat Membru għandha tinżamm meta l-prodott ikun taħlita li jkun fiha proporzjon żgħir ta’ żejt taż-żebbuġa minn żoni oħra. Madankollu, l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati f’każi bħal dawk li l-prodott ma joriġinax kollu kemm hu miż-żona koperta bl-indikazzjoni ta’ oriġini.

(9)

Taħt id-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjonijiet murija fuq it-tikketti ma jistgħux iqarrqu bix-xerrej, partikolarment fir-rigward tal-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa konċernat, jew billi jattribwixxu lilu kwalitajiet li ma jkollux, jew billi jissuġġerixxu li jkun fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt il-parti l-kbira taż-żjut ikollhom dawk il-karatteristiċi. Ċerti indikazzjonijiet użati komunement, li m’humiex obbligatorji li huma speċifiċi għaż-żejt taż-żebbuġa jeħtieġu wkoll regoli armonizzati biex jiddefinixxu eżatt dikjarazzjonijiet bħal dawk u jiżguraw li dak li qiegħed jingħad dwarhom ikun jista’ jiġi vverifikat. Għalhekk, il-kunċetti ta’ “tagħsir kiesaħ” u “estrazzjoni kiesħa” għandhom jikkorrispondu ma’ metodu teknikament definit ta’ produzzjoni tradizzjonali. Kwalitajiet organoleptiċi għandhom ikunu bbażati fuq sejbiet oġġettivi. Ir-referenza għall-aċidità fl-iżolament tissuġerixxi skorrettement skala ta’ kwalità assoluta li tqarraq bil-konsumatur billi dan il-fattur jirrappreżenta valur kwalitattiv biss b’relazzjoni mal-karatteristiċi l-oħra taż-żejt taż-żebbuġa kkonċernat. Konsegwentement, minħabba l-proliferazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet u s-sinjifikanza ekonomika tagħhom, kriterji oġġettivi għall-użu tagħhom għandhom jiġu stabbiliti sabiex tiġi introdotta l-kjarezza fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

(10)

Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li oġġetti ta’ l-ikel li jkun fihom iż-żejt taż-żebbuġa ma jiħdux vantaġġ mill-konsumaturi billi jenfasizzaw ir-reputazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr ma jispeċifikaw b’mod ċar il-kompożizzjoni reali tal-prodott. Il-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa u ċerti indikazzjonijiet speċifiċi għall-prodotti li jkunu jikkonsistu esklussivament minn taħlita ta’ żjut veġetali għandu għalhekk ikun jidher b’mod ċar fuq it-tikketta. B’żieda, għandu jingħata kont tad-dispożizzjonijiet speċjali mniżżla f’ċerti regolamenti speċifiċi għall-prodotti miż-żejt taż-żebbuġa.

(11)

L-ismijiet tal-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa jikkorrispondu ma’ karatteristiċi fiżiko-kimiċi u organoleptiċi li huma mniżżla fl-Anness li jinsab mar-Regolament Nru 136/66/KEE u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal miż-żejt taż-żebbuġa u l-metodi relevanti ta’ analiżi ( 13 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 796/2002 ( 14 ). L-indikazzjonijiet l-oħra kollha li jidhru fuq it-tikketta għandhom ikunu kkorraborati minn elementi oġġettivi sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u li l-kompetizzjoni fis-swieq taż-żjut konċernati ma tiġix iddisturbata.

(12)

Fi ħdan il-qafas tas-sistema ta’ verifiki stabbilit fl-Artikolu 35a(2) tar-Regolament Nru 136/66/KEE, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-evidenza li għandha tiġi pprovduta u l-penalitajiet finanzjarji imposti fil-każ tat-termini differenti li jistgħu jintużaw fuq it-tikketti. Mingħajr ma jiġu skartati xi possibiltajiet a priori, evidenza bħal dik tista’ tinkludi fatti stabbiliti, ir-riżultati ta’ analiżi jew xhieda ta’ min jorbot fuqha, u informazzjoni amministrattiva jew ta’ accounting.

(13)

Billi l-verifiki fuq l-intrapriżi responsabbli għall-ittikkettjar għandhom isiru fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, għandu jkun hemm proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fejn iż-żejt ikun għall-bejgħ fis-suq.

(14)

Sabiex jiġu vvalutati l-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri konċernati għandhom jirrapportaw dwar iċ-ċirkostanzi u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.

(15)

Sabiex jiġi permess perjodu ta’ aġġustament għall-istandards il-ġodda u l-ħolqien tal-mezzi meħtieġa biex dawn jiġu applikati, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2815/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar livelli ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa ( 15 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2152/2001 ( 16 ), għandu jiġi mtawwal u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita.

(16)

Il-Kumitat Amministrattiv għaż-Żjut u x-Xaħmijiet ma tax opinjoni fiż- żmien preskritt mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

▼M8

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ( 17 ), dan ir-Regolament jistabbilixxi livelli speċifiċi għall-marketing fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għaż-żjut taż-żebbuġa u għaż-żjut mill-ilbieba taż-żebbuġ imsemmija fil-punti 1(a) u (b), 3 u 6 tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

▼B

2.  Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-istadju tal-bejgħ bl-imnut tfisser il-bejgħ lill-konsumatur finali taż-żejt kif riferit fil-paragrafu 1, ippreżentat fl-istat naturali tiegħu jew inkorporat f’oġġetti ta’ l-ikel.

Artikolu 2

Żjut kif riferiti fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu ppreżentati lill-konsumatur finali f’pakkeġġjar ta’ kapaċità massima ta’ ħames litri. Ippakkeġġjar bħal dak għandu jkun iffittjat b’sistema ta’ ftuħ li ma tistax terġa’ tiġi ssiġillata wara li jinfetaħ l-ewwel darba u għandu jkun ittikkettjat skond l-Artikoli 3 sa 6.

Madankollu, fil-każ ta’ żjut maħsuba għall-konsum f’ristoranti, sptarijiet, canteens u stabbilimenti oħra simili kollettivi, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw kapaċità massima li teċċedi l-ħames litri għall-ippakkeġġjar skond it-tip ta’ stabbiliment li jkun.

Artikolu 3

▼M8

Deskrizzjonijiet skont l-Artikolu 118 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitqiesu bħala l-isem li bih jinbiegħ il-prodott kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.

▼M8

It-tikkettar taż-żjut li jissemmew fl-Artikolu 1(1) għandu jkollhom, b’ittri ċari u li ma jitħassrux, minbarra d-deskrizzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, iżda mhux neċessarjament, viċin tagħha, l-informazzjoni li ġejja dwar il-kategorija taż-żejt:

▼B

(a) żejt

extra

verġni taż-żebbuġa

“żejt taż-żebbuġa ta’ kategorija superjuri miksub direttament minn żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi;”

(b) żejt verġni taż-żebbuġa

“żejt taż-żebbuġa miksub direttament minn żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi;”

(ċ) żejt taż-żebbuġ magħmul minn żjut raffinati taż-żebbuġa u żjut verġni taż-żebbuġa:

“żejt magħmul esklussivament minn żjut taż-żebbuġa li jkunu għaddew minn proċess ta’ raffinar u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ;”

(d) żejt mill-ilbieba taż-żebbuġ:

“żejt magħmul esklussivament minn żjut miksuba billi l-prodott miksub jiġi ttrattat wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ,”

jew

“żejt magħmul esklussivament minn żjut miksuba bl-ipproċessar ta’ żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ;”

Artikolu 4

 

Żejt ekstra verġni u żejt verġni taż-żebbuġa kif definiti fil-punti 1(a) u (b) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkollhom id-denominazzjoni tal-oriġini fuq it-tikketta.

Il-prodotti definiti fil-punti 3 u 6 tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandu jkollhom l-ebda denominazzjoni tal-oriġini fuq it-tikketta.

 ◄

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament “indikazzjoni ta’ l-oriġini” tfisser referenza għaż-żona ġeografika fuq l-ippakkeġġjar jew it-tikketta mwaħħla ma’ l-ippakkeġġjar.

▼M8

2.  Id-denominazzjonijiet tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu biss minn:

(a) fil-każ taż-żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, minn Stat Membru wieħed jew pajjiż terz, referenza għall-Istat Membru, jew għall-Komunità jew għall-pajjiż terz, kif xieraq, jew,

(b) fil-każ ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, minn aktar minn Stat Membru wieħed jew pajjiż terz, waħda minn dawn it-tismijiet li ġejjin, kif xieraq:

(i) “taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa Komunitarji” jew referenza għall-Komunità,

(ii) “taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa mhux Komunitarji”, jew referenza għal oriġini mhux Komunitarja,

(iii) “taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa Komunitarji kif ukoll mhux Komunitarji”, jew referenza għal oriġini Komunitarja kif ukoll mhux Komunitarja, jew

(ċ) denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta msemmija fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott konċernat.

▼B

3.  L-ismijiet ta’ brands jew ditti li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet saret mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 taħt id-Direttiva 89/104/KEE jew mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2002 taħt ir-Regolament (KE) Nru 40/94 m’għandhomx jitqiesu li jkunu indikazzjonijiet ta’ oriġini koperti b’dan ir-Regolament.

4.  Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiż terz, l-indikazzjoni ta’ l-oriġini għandha tiġi stabbilita skond l-Artikoli 22 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

5.  L-indikazzjoni ta’ oriġini li ssemmi Stat Membru jew il-Komunità għandha tikkorrispondi għaż-żona ġeografika li fiha nqata’ ż-żebbuġ in kwistjoni jew li fiha kienet tinsab il-mitħna fejn kien estratt iż-żejt miż-żebbuġ.

Jekk iż-żebbuġ kien maqtugħ fi Stat Membru jew pajjiż terz ħlief għal dak li fih kienet tinsab il-mitħna li fiha ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ, l-indikazzjoni ta’ l-oriġini għandu jkun fiha l-kliem li ġej: “żejt (extra) verġni taż-żebbuġa miksub fil-(Komunità jew l-isem ta’ l-Istat Membru jew il-pajjiż ikkonċernat) minn żebbuġ maqtugħ fil-(Komunità jew l-isem ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż ikkonċernat)”.

▼M8 —————

▼B

Artikolu 5

Fost l-indikazzjonijiet obbligatorji li jistgħu jidhru fuq it-tikketti taż-żejt kif riferit fl-Artikolu 1(1), dawk stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet rispettivi li ġejjin:

(a) l-indikazzjoni “l-ewwel ippressar kiesaħ” tista’ tidher biss għal żjut verġni jew extra verġni taż-żebbuġa miksuba f’temperatura taħt is-27 °C mill-ewwel ippresar mekkaniku tal-pasta taż-żebbuġ minn sistema tradizzjonali ta’ estrazzjoni bl-użu ta’ presses idrawliċi;

(b) l-indikazzjoni “estrazzjoni kiesħa” tista’ tidher biss għal żjut verġni jew extra verġni taż-żebbuġa miksuba f’temperatura taħt is-27 °C permezz ta’ perkolazzjoni jew ċentrifugazzjoni tal-pasta taż-żebbuġ;

▼M8

(ċ) indikazzjonijiet ta’ kwalitajiet organolettiċi marbuta ma’ togħma u/jew ma’ riħa jistgħu jidhru biss fil-każ taż-żjut ekstra verġni u verġni taż-żebbuġa; it-termini msemmija fil-paragrafu 3.3 tal-Anness XII għar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni li tkun saret permezz tal-metodu pprovdut fl-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 2568/91;

▼B

(d) l-indikazzjoni ta’ l-aċidità jew ta’ l-aċidità massima tista’ tidher biss jekk tkun akkumpanjata b’indikazzjoni, f’ittri ta’ l-istess daqs u fl-istess firxa viżwali, bil-valur tal-peroxide, il-kontenut ta’ xemgħa u l-assorbiment ultraviolet, stabbiliti skond ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

▼M8

Prodotti mibjugħa taħt trejdmarks li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom tkun saret mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2008 u li fihom talanqas wieħed mit-termini msemmija fil-paragrafu 3.3 tal-Anness XII għar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 sal-1 ta’ Novembru 2011.

▼B

Artikolu 6

1.  Fejn il-preżenza ta’ żjut kif riferiti fl-Artikolu 1(1) f’taħlita ta’ żejt taż-żebbuġa u żjut oħra veġetali tkun enfasizzata fuq it-tikketta f’banda’oħra li ma tkunx fil-lista ta’ l-ingredjenti, bl-użu ta’ kliem, stampi jew grafika, it-taħlita kkonċernata għandha ġġorr id-deskrizzjoni tal-kummerċ li ġejja: “Taħlita ta’ żjut veġetali (jew l-ismijiet speċifiċi taż-żjut veġetali kkonċernati) u żejt taż-żebbuġa”, direttament segwita bil-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa fit-taħlita.

Il-preżenza ta’ żejt taż-żebbuġa tista’ tiġi enfasizzata permezz ta’ stampi jew grafika fuq it-tikketta tat-taħlita kif riferit fl-ewwel subparagrafu biss fejn tkun tagħti kont għal aktar minn 50 % tat-taħlita kkonċernata

▼M8

L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa u żjut veġetali oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-konsum intern. Madankollu, ma jistgħux jipprojbixxu l-marketing fit-territorju tagħhom ta’ taħlitiet bħal dawn minn pajjiżi oħra u ma jistgħux jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ tali taħlitiet għal marketing fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni.

▼B

 

Ħlief għat-tonn fiż-żejt taż-żebbuġa li jissemma fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 ( 18 ) u s-sardin fiż-żejt taż-żebbuġa li jissemma fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 ( 19 ), meta bl-użu ta’ kliem, immaġnijiet jew grafiċi, tkun enfasizzata fuq it-tikketta l-preżenza ta’ żjut f’ikel kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’post ieħor minbarra fejn ikun hemm il-lista tal-ingredjenti, id-deskrizzjoni kummerċjali tal-ikel għandha tkun segwita immedjatament bil-perċentwali taż-żjut kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament skont il-piż nett totali tal-ikel.

 ◄

Il-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa miżjud relattiv għall-piż nett totali ta’ l-oġġett ta’ l-ikel jista’ jiġi sostitwit bil-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa miżjud relattiv għall-piż totali ta’ xaħmijiet, billi jiżdied il-kliem persentaġġ ta’ xaħmijiet.

▼M8

3.  Id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 jistgħu jinbidlu bil-kliem “żejt taż-żebbuġa” fuq it-tikkettar tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, meta jkun hemm il-preżenza tal-ilbieba taż-żebbuġ, il-kliem “żejt taż-żebbuġa” għandhom jinbidlu bil-kliem “żejt mill-ilbieba taż-żebbuġ”.

▼M8

4.  L-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 mhixmeħtieġa fuq it-tikkettar tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 7

Fuq it-talba ta’ l-Istat Membru li fih ikun sitwat l-indirizz tal-manifattur, ta’ dak li jippakkja jew il-bejjiegħ li jidher fuq it-tikketta, il-parti konċernata għandha tipprovdi dokumentazzjoni li ssostni l-indikazzjonijiet riferiti fl-Artikoli 4, 5, u 6, ibbażata fuq element wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) elementi fattwali jew fatti stabbiliti b’mod xjentifiku,

(b) ir-riżultati ta’ analiżi jew ir-rekordjar awtomatiku meħud fuq kampjuni rappreżentattivi;

(ċ) tagħrif amministrattiv jew ta’ accounting miżmum skond ir-regoli tal-Komunità u/jew dawk nazzjonali.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jippermetti tolleranza bejn l-indikazzjonijiet riferiti fl-Artikoli 4, 5 u 6 u li jidhru fuq it-tikketta, u l-konkluzjonijiet milħuqa a bażi tad-dokumentazzjoni in sostenn ippreżentata u/jew l-opinjonijiet komparattivi ta’ l-esperti, waqt li jingħata kont ta’ l-akkuratezza u r-rata ta’ repetizzjoni ta’ l-opinjonijiet komparattivi ta’ l-esperti.

Artikolu 8

1.  Kull Stat Membru għandu jibgħat l-isem u l-indirizz tal-korp jew korpi responsabbli għall-immonitorjar ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lil kull parti interessata li hekk titlob.

2.  L-Istat Membru li fih ikun sitwat l-indirizz tal-manifattur, dak li jippakkja jew il-bejjiegħ li jidher fuq it-tikketta għandu, wara talba ghal verifika, jieħu kampjuni qabel l-aħħar tax-xahar li jiġi wara dak li fih issir it-talba u jivverifika l-verità ta’ l-indikazzjonijiet fuq it-tikketta konċernata. Din it-talba tista’ tintbagħat minn:

(a) id-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni;

▼M8

(b) organizzazzjoni ta’ operaturi f’dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 125 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

▼B

(ċ) il-korp ta’ kontroll ta’ Stat Membru ieħor.

3.  It-talbiet kif riferiti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu akkumpanjati bit-tagħrif kollu meħtieġ għall-verifika mitluba, u b’mod partikolari:

(a) id-data tal-kampjunar jew dik tax-xiri taż-żejt in kwistjoni;

(b) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz ta’ l-intrapriża fejn ikun ittieħed il-kampjun jew fejn kien inxtara ż-żejt konċernat;

(ċ) in-numru tal-lottijiet konċernati;

(d) kopja tat-tabelli kollha li jidhru fuq l-ippakkeġġjar taż-żejt konċernat;

(e) ir-riżultati ta’ l-analiżi jew ta’ l-opinjonijiet komparattivi l-oħra ta’ l-esperti li jindikaw il-metodi użati u l-isem u l-indirizz tal-laboratorju jew ta’ l-espert konċernat;

(f) fejn japplika, l-isem tal-persuna li tagħmel il-provvista taż-żejt in kwistjoni kif iddikjarat mill-istabbiliment li jimmarkettjah fis-suq.

4.  Qabel l-aħħar tat-tielet xahar li jiġi wara dak li fih issir it-talba riferita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lil min jagħmel it-talba bin-numru tar-referenza allottjat lilu u l-azzjoni meħuda.

Artikolu 9

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, inklużi dawk fir-rigward tas-sistema tal-penalitajiet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda għal dak il-għan mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2002, u bl-emendi għal dawk il-miżuri qabel l-aħħar ta’ kull xahar li jiġi wara dak li fih ikunu ġew addottati.

▼M3

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni dwar il-miżuri meħuda għal dan il-fini qabel it-tmiem tax-xahar ta’ wara dak li fih ikunu adottati.

▼B

 

Għall-għan tal-verifika tal-indikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri konċernati jistgħu jintroduċu arranġamenti għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti li l-faċilitajiet tal-ippakkjar tagħhom jinsabu fit-territorju tagħhom.

 ◄

L-approvazzjoni għandha tingħata u identifikazzjoni alfanumerika tingħata lil kull stabbiliment li hekk jitlob li jkun jikkonformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikollu faċilitajiet ta’ l-ippakkeġġjar;

(b) jintrabat li jiġbor u jżomm id-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa mill-Istat Membru skond l-Artikolu 7;

(ċ) ikollu sistema ta’ ħażna li tagħmilha possibbli li tiġi vverifikata l-provenjenza taż-żjut li jkunu jġorru indikazzjoni ta’ oriġini, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru konċernat.

It-tikketta għandha, fejn japplika, iġorr l-identifikazzjoni alfanumerika ta’ l-impjant approvat ta’ ppakkeġġjar.

3.  L-Istati Membri jistgħu jkomplu jikkonsidraw stabbilimenti approvati, approvati għall-ippakkeġġjar ta’ żjut b’indikazzjoni ta’ oriġini skond ir-Regolament (KE) Nru 2815/98 bħala konformi mal-ħtiġijiet ta’ l-approvazzjoni għas-sena tas-suq 2001/02.

Artikolu 10

L-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, rapport li jkun fih it-tagħrif li ġej dwar is-sena ta’ qabel:

(a) talbiet għall-verifiki riċevuti skond l-Artikolu 8(2);

(b) il-verifiki magħmula u dawk mibdija fis-snin ta’ qabel fis-suq u li għadhom ma ġewx mitmuma;

(ċ) l-insegwiment tal-verifiki magħmula u l-penalitajiet applikati.

Ir-rapport għandu jippreżenta dan it-tagħrif skond is-sena li fiha tkun saret il-verifika u skond il-kategorija tal-ksur tal-liġi. Fejn huwa applikabbli, għandu jelenka xi diffikultajiet speċifiċi li wieħed ikun iltaqa’ magħhom u proposti għal titjib tal-kontrolli.

Artikolu 11

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEC) Nru 2815/98, id-data “30 ta’ Ġunju 2002” hija sostitwita b’ “31 ta’ Ottubru 2002”.

Artikolu 12

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

▼M2

2.  Għandu jgħodd mill-1 ta’ Novembru 2002.

L-Artikolu 2 u 3, l-Artikolu 5(a), (b) u (d) u l-Artikolu 6 għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Novembru 2003.

▼M7

L-Artikolu 5(c) huwa applikabbli mill-1 ta' Lulju 2009.

▼M2

L-Artikolu 11 għandu jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2002.

Madankollu, prodotti li huma fabbrikati legalment u tikkettati fil-Komunità jew importati legalment fil-Komunità u tkun f’ċirkolazzjoni libera qabel l-1 ta’ Novembru 2003 jistgħu ikun imqiegħda fis-suq sakemm il-ħażniet jintużaw kollha.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

( 2 ) ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.

( 3 ) ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

( 4 ) ĠU L 310, tat-28.11.2001, p. 19.

( 5 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 1.

( 6 ) ĠU L 6, tal-11.1.1992, p. 35.

( 7 ) ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994, p. 1.

( 8 ) ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 83.

( 9 ) ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1.

( 10 ) ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26.

( 11 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

( 12 ) ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

( 13 ) ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1.

( 14 ) ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 8.

( 15 ) ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 56.

( 16 ) ĠU L 288, ta’ l-1.11.2001, p. 36.

( 17 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

( 18 ) ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1.

( 19 ) ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79.