2002L0095 — MT — 10.09.2011 — 009.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2002/95/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2003

dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku

(ĠU L 037, 13.2.2003, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Awwissu 2005

  L 214

65

19.8.2005

 M2

COMMISSION DECISION of 13 October 2005 (*)

  L 271

48

15.10.2005

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-21 ta’Ottubru 2005

  L 280

18

25.10.2005

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta' April 2006

  L 115

38

28.4.2006

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta' Ottubru 2006

  L 283

47

14.10.2006

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-12 ta’ Ottubru 2006

  L 283

48

14.10.2006

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta' Ottubru 2006

  L 283

50

14.10.2006

►M8

DIRETTIVA 2008/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

67

20.3.2008

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-24 ta’ Jannar 2008

  L 136

9

24.5.2008

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta’ Ġunju 2009

  L 139

32

5.6.2009

 M11

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-10 ta’ Ġunju 2009

  L 148

27

11.6.2009

 M12

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Frar 2010

  L 49

32

26.2.2010

►M13

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta’ Settembru 2010

  L 251

28

25.9.2010

►M14

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Settembru 2011

  L 234

44

10.9.2011


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 275  (618/2005)

 C2

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 295  (747/2005)

 C3

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 469  (691/2006)

►C4

Rettifika, ĠU L 254, 29.9.2010, p. 48  (571/2010)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

DIRETTIVA 2002/95/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2003

dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-8 ta’ Novembru 2002 ( 4 ),

Billi:

(1)

Id-disparitajiet bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri rigward ir-restrizzjoni ta’ l-użu tas-sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku jista’ joħloq ostakoli għall-kummerċ u jgħawweġ il-kompetizzjoni fil-Komunità u jista’ b’hekk ikollu impatt dirett fuq li jiġi stabbilit u kif jiffunzjona s-suq intern. Jidher għalhelkk meħtieġ li l-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-kamp jitqarrbu lejn xulxin u jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-irkupru tat-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart u d-disponiment minnu ambjentalment sodi.

(2)

Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f’Nizza fis-7, 8 u 9 ta’ Diċembru 2000 endorsja r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-prinċipju prekawzjonarju.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar ir-rivista ta’ l-istrateġija Komunitarja għat-tensjonijiet tal-ġestjoni ta’ l-iskart il-ħtieġa li jitnaqqas il-kontenut tas-sustanzi ta’ riskju fl-iskart u turi l-benefiċċji potenzali tar-regoli mal-Komunità kollha li jillimitaw il-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fil-prodotti u fil-proċessi tal-produzzjoni.

(4)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988 dwar programm ta’ azzjoni Komunitarja għalbiex tikkumbatti l-inkwinament ambjentali mill-kadmju ( 5 ) tistieden lill-Kummissjoni li ssegwi mingħajr dewmien l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi għal programm bħal dan. Is-saħħa tal-bniedem ukoll trid tiġi protetta u għandha għalhekk tiġi implimentata strateġija ġenerali li b’mod partikolari tirrestrinġi l-użu tal-kadmju u tistimula r-riċerka fis-sostituti. Ir-Riżoluzzjoni tenfasizza illi l-użu tal-kadmju għandu jiġi limitat għall-każijiet fejn ma jeżistux alternattivi xierqa u ta’ siġurtà ikbar.

(5)

Ix-xiehda disponibbli tindika illi l-miżuri dwar il-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ u d-disponiment mit-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart (WEEE) kif iddikjarati fid-Direttiva al-Kunsill dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart ( 6 ) għalbiex inaqqsu l-problemi tal-ġestjoni ta’ l-iskart marbuta mal-metalli t-tqal interessati u r-retardanti tal-fjammi tan-nar interessati. Minkejja dawn il-miżuri, madankollu, partijiet sinifikanti tal-WEEE jridu jissoktaw jinstabu fir-rotot tad-disponiment korrenti. Saħansitra jekk il-WEEE jiġi miġbur separatament u sottomess għall-proċessi tar-riċiklaġġ, il-kontenut tal-merkurju, tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-kromju VI, tal-PBE u tal-PDBE x’aktarx li joħolqu riskji għas-saħħa jew għall-ambjent.

(6)

Filwaqt li titqies il-probabbiltà teknika u ekonomika tas-suċċess, l-iktar manjiera effettiva għalbiex jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk is-sustanzi li jistgħu jiksbu l-livell magħżul ta’ protezzjoni fil-Komunità hija s-sostituzjoni ta’ dawn i-sustanzi fit-tagħmir elettriku u elettroniku b’materjali żguri jew iktar żguri. Ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ dawn is-sustanzi ta’ riskju x’aktarx li ttejjeb il-possibbiltajiet u l-profittabbiltà ekonomika tar-riċiklaġġ tal-WEEE u tnaqqas l-impatt negattiv fuq is-saħħa tal-ħaddiema fl-impjanti tar-riċiklaġġ.

(7)

Is-sustanzi koperti b’din id-Direttiva huma rriċerkati tajjeb xjentifikament kemm fil-livell Komunitarju u kemm fil-livell nazzjonali.

(8)

Il-miżuri pprovvduti f’din id-Direttiva jqisu l-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet internazzjonali eżistenti u huma msejsa fuq stima tat-tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli. Il-miżuri huma meħtieġa għalbiex jinkiseb il-livell magħżul tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-ambjent, filwaqt li jingħata qies tar-riskji li n-nuqqas tal-miżuri x’aktarx li joħloq fil-Komunità. Il-miżuri għandhom jinżammu taħt rivista u, jekk meħtieġ, aġġustati sabiex iqisu t-tagħrif tekniku u xjentifiku disponibbli.

(9)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja għall-ħtiġiet tas-sigurtà u tas-saħħa u għal-leġislazzjoni Komunitarja speċifika tal-ġestjoni ta’ l-iskart, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 91/157/KEE tat-18 ta’ Marzu 1991 dwar il-batteriji u l-akkumulaturi li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi ( 7 ).

(10)

Għandu jitqies l-iżvilupp tekniku tat-tagħmr elettriku u elettroniku mingħajr il-metalli t-tqal, il-PDBE u l-PBB. Hekk kif ix-xiehda xjentifika tkun disponibbli u filwaqt li jitqies il-prinċipju prekawzjonarju, għandha tiġi eżaminata l-projbizzjoni ta’ sustanzi oħra ta’ riskju u s-sostituzzjoni tagħhom b’alternattivi bonarji għall-ambjent li jiżguraw għall-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni lill-konsumaturi.

(11)

L-eżenzjonijiet mill-ħieġa tas-sostituzzjoni għandhom jiġu permessi jekk is-sostituzzjoni ma tkunx possibbli mil-lat xjentifiku u tekniku jew jekk l-impatti negattivi ambjentali u fuq is-saħħa kkawżati mis-sostituzzjoni x’aktarx li jegħilbu l-benefiċċji umani u ambjentali tas-sostituzzjoni. Is-sostituzzjoni tas-sustanzi ta’ riskju fit-tagħrif elettriku u elettroniku għandha toitwettaq ukoll hekk li tkun komptibbli mas-saħħa u s-sigurtà ta’ l-utenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE).

(12)

Billi l-użu mill-ġdid, l-arranġament mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodott huma ta’ benefiċċju, għandhom ikunu disponibbli l-i spare parts.

(13)

L-addattament għall-progress xjentrifiku u tekniku ta’ l-eżenzjonijiet mill-ħtiġiet li jirrigwardaw it-tmiem iggradat u l-projbizzjoni tas-sustanzi ta’ riskju għandu jiġi effettwat mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta’ kumitat.

(14)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 8 ).

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Għanijiet

Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jitqarrbu lejn xulxin il-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet ta’ l-użu ta’ sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku u li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-irkupru tat-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart u d-disponiment minnu ambjentalment sodi.

Artikolu 2

L-Iskop

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tapplika għat-tagħmir elettriku u elettroniku li jidħol fil-kategoriji 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7 u 10 iddikjarati fl-Anness IA mad-Direttiva Nru 2002/96/KE (WEEE) u għall-bozoz ta’ l-elettriku, u l-luminarji fid-djar.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-ħtiġiet tas-sigurtà u tas-saħħa u l-leġislazzjoni Komunitarjka speċifika dwar il-ġestjoni ta’ l-iskart.

3.  Din id-Direttiva ma tapplikax għall-i spare parts għat-tiswija, jew għall-użu mill-ġdid tat-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006.

Artikolu 3

Id-Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” ifisser it-tagħmir li huwa dipendenti fuq il-kurrenti ta’ l-elettriku jew l-oqsma elettromanjetiċi għalbiex jaħdmu kif xieraq u t-tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ dawn il-kurrenti u oqsma li jidħlu fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness IA mad-Direttiva 2002/96/KE (WEEE) u ddisinjati għall-użu ma ’ għoti tar-rata lill-voltaġġ li ma jaqbiżx il-1 000 volt għall-kurrent li jalterna u l-1 500 volt għall-kurrent dirett;

(b) “produttur” ifisser kull persuna li, irrispettivament mill-mod tat-teknika tal-bejgħ li tuża, inkluż permezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod skond id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward il-kuntratti mill-bogħod ( 9 ):

(i) tiffabbrika u tbigħ taħmir elettriku u elettroniku bil-marka tagħha tal-fabbrika;

(ii) tbigħ mill-ġdid it-tagħmir bil-marka tagħha tal-fabbrika prodott minn fornituri oħra, filwaqt li bejjiegħ ma jitqiesx bħala l-“produttur” jekk il-marka tal-fabbrika tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif ipprovvdut fis-sub-punt (i); jew

(iii) timporta jew tesporta t-tagħmir eletriku u eletroniku fuq bażi professjonali fi Stat Membru.

Kulmin jipprovdi b’mod eskluzziv il-finanzjament taħt jew skond kull ftehim finanzjarju ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk jaġixxi wkoll bħala produttur fit-tifsira tas-sub-punti minn (i) sa (iii).

Artikolu 4

Il-Prevenzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tagħmir elettriku u elettroniku l-ġdid imqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċomb, merkurju, kadmju, kromju essavalenti, bifenili ppolibrominatati (PBB) jew eteri tad-difenil polibominatat (PBDE). Jistgħu jinżammu sa l-1 ta’ Lulju 2006 il-miżuri nazzjonali restrittivi jew li jipprojbixxu l-użu ta’ dawn is-sustanzi fit-tagħmir elettriku u elettroniku li kienu adottati f’linja mal-leġislazzjoni Komunitarja qabel l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandhux japplika għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness.

3.  Fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu, hekk kif tkun disponibbli x-xiehda xjentifika, u skond il-prinċipji dwar il-politika tal-kimiċi kif stabbilita fis-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali, dwar il-projbizzjoni ta’ sustanzi oħra ta’ riskju u s-sostitituzzjoni tagħhom minn alternattivi iktar bonarji għall-ambjent li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni lill-konsumaturi.

Artikolu 5

L-Addattament għall-progress xjentifiku u tekniku

▼M8

1.  Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa biex tadatta l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku għall-iskopijiet li ġejjin għandha tiġi adottata:

▼B

(a) għalbiex tistabbilixxi, kif meħtieġ, il-valuri massimi tal-konċentrazzjoni safejn għandha tiġi ttollerata l-preżenza tas-sustanzi riferiti fl-Artikolu 4(1) rigward il-materjali speċifiċi u l-komponenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku;

(b) sabiex teżenta l-materjali u l-komponenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku mill-Artikolu 4(1) jekk l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz tal-bidliet fid-disinn jew tal-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda waħda mill-materjali u s-sustanzi riferiti fih ma jkunux teknikament jew xjentrifikament prattikabbli, jew meta l-impatti negattivi ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sigurtà tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni x’aktarx li jegħilbu l-benefiċċji ambjentali, tas-saħħa u għas-sigurtà tal-konsumatur ta’ dawn;

(ċ) sabiex titwettaq rivista ta’ kull eżenzjoni fl-Anness mill-inqas kull erba’ snin jew erba’ snin wara li oġġett jiġi miżjud fil-lista bil-għan li jiġi kkunsidrat it-tħassir tal-materjali u l-komponenti tat-tagħmir elettriku jew elettroniku mill-Anness jekk l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz tat-tibdiliet fid-disinn jew il-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda waħda mill-materjali jew is-sustanzi riferiti fl-Artikolu 4(2) ma jkunu possibbli teknikament jew xjentifikament, sakemm l-impatti negattivi ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sigurtà tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni ma jegħilbux il-benefiċċji possibbli ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sigurtà tal-konsumatur ta’ dawn.

▼M8

Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).

▼B

2.  Qabel ma jiġi emendat l-Anness skond il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha fost ħwejjeġ oħra tikkonsulta lill-produtturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku, lir-riċiklaturi, lill-operaturi tat-trattament, lill-organizzazzjonijiet ambjentali u lill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-konsumaturi. Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kumitat riferit fl-Artikolu 7(1)i. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rendikont tat-tagħrif li tirċievi.

Artikolu 6

Ir-rivista

Qabel it-13 ta’ Frar 2005, il-Kummissjoni għandha tagħmel rivista tal-miżuri pprovvduti għal din id-Direttiva sabiex titqies ix-xiehda xjentifika ġdida, kif meħtieġ.

B’mod partikolari l-Kummussjoni għandha, sa din id-data, tippreżenta proposti sabiex tinkludi fl-iskop ta’ din id-Direttiva t-tagħmir li jidħol fil-kategoriji 8 u 9 iddikjarati fl-Anness IA mad-Direttiva 2002/06/KE (WEEE).

Il-Kummissjoni għandha wkoll tistudja l-ħtieġa li taddatta l-lista tas-sustanzi ta’ l-Artikolu 4(1), fuq il-bażi tal-fatti xjentifiċi u filwaqt li tqis il-prinċipju prekawzjonarju, u tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dawn l-addattamenti, jekk approprjat.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari matul ir-rivista lill-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem mis-sustanzi u l-materjali l-oħra ta’ riskju wżati fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-probabbiltà tas-suċċess meta jiġu mibdula dawn is-sustanzi u għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex testendi l-iskop ta’ l-Artikolu 4, kif approprjat.

▼M8

L-Artikolu 7

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart ( 10 ).

2.  Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 8

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penali hekk ipprovvduti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

Artikolu 9

It-Trasposizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-13 ta’ Awissu 2004. Għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 10

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M13




ANNESS



Applikazzjonijiet eżentati mill-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1)

Eżenzjoni

Ambitu u dati tal-applikabbiltà

1

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti b’kappa waħda (kompatta) li ma jaqbiżx (għal kull burner):

 

L-Artikolu 1(a)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W: 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull burner; Wara l-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom jintużaw 2,5 mg għal kull burner

1(b)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 30 W and < 50 W: 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull burner

1(c)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 50 W u < 150 W: 5 mg

 

1(d)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 150 W: 15 mg

 

1(e)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali b’forma strutturali ċirkolari jew kwadra u dijametru tat-tubu ≤ 17 mm

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 7 mg għal kull burner

1(f)

Għal skopijiet speċjali: 5 mg

 

2(a)

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti lineari b’kappa doppja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull bozza):

 

2(a)(1)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu < 9 mm (eż. T2): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 4 mg għal kull bozza

2(a)(2)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu ≥ 9 mm u ≤ 17 mm (eż. T5): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3 mg għal kull bozza

2(a)(3)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 17 mm u ≤ 28 mm (eż. T8): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza

2(a)(4)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T12): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012; Wara l-31 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza

▼C4

2(a)(5)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja twil (≥ 25 000 siegħa): 8 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 5 mg għal kull bozza

▼M13

2(b)

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti oħra li ma jaqbiżx (għal kull bozza):

 

2(b)(1)

Bozoz lineari tal-alofosfati b’dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T10 u T12): 10 mg

Tiskadi fit-13 ta’ April 2012

2(b)(2)

Bozoz mhux lineari tal-alofosfati (id-dijametri kollha): 15 mg

Tiskadi fit-13 ta’ April 2016

2(b)(3)

Bozoz mhux lineari b’sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’dijametru tat-tubu > 17 mm (eż. T9)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza

2(b)(4)

Bozoz għal skopijiet oħra ta’ illuminazzjoni ġenerali u speċjali (eż. bozoz ta’ induzzjoni)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza

3

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti b’katodu kiesaħ u bozoz fluworexxenti b’elettrodu estern (CCFL u EEFL) għal skopijiet speċjali li ma jaqbiżx (għal kull lampa):

 

3(a)

Tul qasir (≤ 500 mm)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza

3(b)

Tul medju (> 500 mm u ≤ 1 500 mm)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 5 mg għal kull bozza

3(c)

Tul twil (> 1 500 mm)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 13 mg għal kull bozza

4(a)

Il-merkurju f’bozoz oħra b’discharge taħt pressjoni baxxa (għal kull bozza):

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza

4(b)

Il-merkurju f’bozoz tas-Sodju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner) f’bozoz b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60:

 

4(b)-I

P ≤ 155 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 30 mg għal kull burner

4(b)-II

155 W < P ≤ 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner

4(b)-III

P > 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner

4(c)

Il-merkurju f’bozoz oħra tas-Sodju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner):

 

4(c)-I

P ≤ 155 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 25 mg għal kull burner

4(c)-II

155 W < P ≤ 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 30 mg għal kull burner

4(c)-III

P > 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner

4(d)

Il-merkurju f’bozoz tal-Merkurju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja (HPMV)

Tiskadi fit-13 ta’ April 2015

4(e)

Il-merkurju f’bozoz tal-alid tal-metall (MH)

 

4(f)

Il-merkurju f’bozoz oħra b’discharge għal skopijiet speċjali mhux imsemmija speċifikament f’dan l-Anness

 

5(a)

Iċ-ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi vakwi

 

5(b)

Ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi fluworexxenti li ma jaqbiżx 0,2 % skont il-piż

 

6(a)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni (machining) u fl-azzar galvanizzat sa 0,35 % ċomb skont il-piż

 

6(b)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar f’aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż

 

6(c)

Liga tar-ram li jkun fiha sa 4 % ċomb skont il-piż

 

7(a)

Iċ-ċomb fi stann tat-tip li jdewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % ċomb jew aktar skont il-piż)

 

7(b)

Iċ-ċomb fi stann ta’ oġġetti li jservu, sistemi ta’ ħżin u ta’ wiri ordnat tal-ħżin, tagħmir tal-infrastrutturi tan-netwerks għas-swiċċjar, is-sinjalar, it-trażmissjoni u l-ġestjoni tan-netwerks għat-telekomunikazzjoni

 

7(c)-I

Komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew ċeramika għajr iċ-ċeramika dielettrika fil-kapaċitaturi, eż. apparat pjeżoelettroniku, jew f’kompost b’matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika

 

7(c)-II

Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla

 

7(c)-III

Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013

▼M14

7(c)-IV

Ċomb fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika bbażati fuq il-PZT f’kapasiters li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti

 

▼M13

8(a)

Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’apparat ta’ interruzzjoni termali f’darba tat-tip b’pelit.

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2012 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2012

8(b)

Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’kuntatti elettriċi

 

9

Il-kromju eżavalenti bħal aġent kontra l-korrożjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-karbonju u l-azzar fi friġġijiet tal-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż fis-soluzzjoni tat-tkessiħ

 

9(b)

Iċ-ċomb f’ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings għal kompressuri li jkun fihom refriġerant għall-applikazzjoniet ta’ tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR)

 

11(a)

Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi mas-C-press.

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

11(b)

Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet oħra li ma jkunux dawk konformi mas-C-press

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013

12

Iċ-ċomb bħala materjal għall-kisi għall-modulu ta’ trażmissjoni termali C-ring

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

13(a)

Ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi

 

13(b)

Il-kadmju u ċ-ċomb fi ħġieġ li jiffiltra u ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza

 

14

Iċ-ċomb fl-istann li jikkonsisti f’aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il-pinnijiet u l-pakkett tal-mikroproċessuri b’kontenut ta’ ċomb ta’ 80 % jew aktar u anqas minn 85 % skont il-piż

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2011 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2011

15

Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u carrier fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip

 

16

Iċ-ċomb f’bozoz inkandexxenti lineari b’tubi miksija bis-silikat

Tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2013

17

L-alid taċ-ċomb bħala aġent jiddi f’bozoz b’discharge ta’ intensità għolja (HID) użat għal applikazzjonijiet ta’ reprografija professjonali

 

18(a)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala bozoz speċjali fir-reprografija tal-istampar bid-diażo, il-litografija, in-nases tal-insetti, il-proċessi fotokimiċi u ta’ vulkanizzazzjoni li fihom il-fosfri bħall-SMS ((Sr,Ba)2MgSi2O7:Pb)

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013

18(b)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala lampi għat-tismir li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb)

 

19

Iċ-ċomb bil-PbBiSn-Hg u l-PbInSn-Hg f’kompożizzjonijiet speċifiċi bħala amalgamu prinċipali u bil-PbSn-Hg bħala amalgamu awżiljarju f’bozoz li jiffrankaw l-enerġija (ESL) kompatti ħafna

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

20

L-ossidu taċ-ċomb fil-ħġieġ użat biex jgħaqqad flimkien is-sustrati ta’ quddiem u ta’ wara tal-bozoz fluworexxenti ċatti użati fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD)

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

21

Iċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta’ enamels fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tal-ġir sodat (soda lime).

 

23

Iċ-ċomb f’finituri ta’ komponenti fine pitch li ma jkunux konnetturi b’pitch ta’ 0,65 mm jew inqas

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

24

Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ma’ kapaċitaturi b’aktar minn saff wieħed diskojdali, b’toqob imħaffra fihom

 

25

L-ossidu taċ-ċomb li jintuża fl-iskrins li jemettu l-elettroni permezz tat-trażmissjoni mas-superfiċje (SED) li jintużaw f’elementi strutturali, notevolment fil-frit tas-siġillar u ċ-ċirku tal-frit

 

26

L-ossidu taċ-ċomb fl-envelop tal-ħġieġ ta’ bozoz blu b’dawl iswed

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

27

Il-ligi taċ-ċomb bħala stann għat-transdutturi li jintużaw fi spikers qawwija (deżinjati biex joperaw għal diversi sigħat f’livelli ta’ qawwa akustika ta’ 125dB SPL u aktar)

Skadiet fl-24 ta’ Settembru 2010

29

Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (Il-kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (1)

 

30

Il-ligi tal-kadmju użati bħala ġonot tal-istann elettriċi/mekkaniċi għal kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transdutturi użati fi spikers qawwija b’livelli ta’ pressjoni ta’ ħoss ta’ 100 dB (A) jew aktar

 

31

Iċ-ċomb f’materjali tal-issaldjar f’bozoz fluworexxenti ċatti mingħajr merkurju (li pereżempju jintużaw għal skrins tal-kristalli likwidi, iddisinjar jew f’dawl industrijali)

 

32

L-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton

 

33

Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ta’ wajers irqaq tar-ram ta’ dijametru ta’ 100 μm u anqas fit-transformers tal-enerġija

 

34

Iċ-ċomb fl-elementi ta’ potenzjometru trimmer abbażi taċ-ċermit

 

36

Il-merkurju użat bħala inibitur tat-textix tal-katodu fl-iskrins tal-plażma DC li jkun fihom sa massimu ta’ 30 mg għal kull skrin

Skadiet fl-1 ta’ Lulju 2010

37

Iċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta’ diodes ta’ vultaġġ għoli abbażi ta’ korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu

 

38

Il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju f’pejsts b’rita ħoxna użati fuq ossidu tal-berilju marbut mal-aluminju

 

39

Il-kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta’ medda li tarmi d-dawl) għall-użu f’sistemi ta’ stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija

Tiskadi fl-1 ta’ Lulju 2014

▼M14

40

Kadmju fil-fotoreżisturi f’akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013

▼M13

(1)   ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36.

Nota: Għall-finijiet tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2002/95/KE, għandu jkun tollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % skont il-piż f’materjali omoġenji għaċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominatati (PBB) u l-eteri tad-difenil polibrominati (PBDE) u ta’ 0,01 % skont il-piż f’materjali omoġenji għall-kadmju.



( 1 ) ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 195 u ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, p. 303.

( 2 ) ĠU C 116, tal-20.4.2001, p. 38.

( 3 ) ĠU C 148, tat-18.5.2001, p. 1.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2001 (ĠU C 34 E, tas-7.2.2002, p. 109), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2001 (ĠU C 90 E, tas-16.4.2002, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2002 u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002.

( 5 ) ĠU C 30, ta’ l-4.2.1988, p. 1.

( 6 ) Ara l-paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 7 ) ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 38. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1).

( 8 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 9 ) ĠU L 144, ta’ 1-4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16).

( 10 ) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).