2002L0020 — MT — 19.12.2009 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA 2002/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta' Marzu 2002 (ĠU L 108, 24.4.2002, p.21) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 337 |
37 |
18.12.2009 |
||
ID-DIRETTIVA 2002/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Marzu 2002
dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara l-kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:|
(1) |
Ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni ta' l-1999 tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif rifless fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-26 ta' April 2000, u s-sejbiet rapportati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoniiet tagħha fuq il-ħames u s-sitt rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett regolatorju tat-telekomunikazzjonijiet, ikkonferma l-ħtieġa ta' regolament aktar armonizzat u anqas oneruż dwar aċċess għas-suq għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi mal-Komuntà kollha. |
|
(2) |
Il-konverġenza bejn n-networksta' komunikazzjonijiet differenti elettroniċi u servizzi u t-teknoloġiji tagħhom teħtieġ l-istabbiliment ta' sistema ta' awtorizzazzjoni li tkopri s-servizzi komparabbli kollha bl-istess mod, irrispettivament mit-teknoloġija wżata. |
|
(3) |
Il-mira ta' din id-Direttiva hija li jinħoloq qafas legali biex tiġi żgurata l-libertà li jiġu provduti networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, suġġetti biss għall-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u għal kull restrizzjoni b'konformità ma' Artikolu 46(1) tat-Trattat, b'mod partikolari miżuri li jirrigwardaw il-politika pubblika, s-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika. |
|
(4) |
Din id-Direttiva tkopri l-awtorizzazzjoni għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi sew jekk provduti lill-pubbliku sew jekk le. Dan huwa mportanti biex jiġi żgurat li ż-żewġ kategoriji ta' fornituri jistgħu jibbenefikaw minn drittijiet, kondizzjonijiet u proċeduri oġġettivi, trasparenti, non-diskriminatorji u proporzjonati. |
|
(5) |
Din id-Direttiva tapplika biss għall-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju fejn dak l-użu jinvolvi l-forniment ta' network jew servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, normalment bi ħlas. L-użu minn persuna stess ta' tagħmir terminali tar-radju, bażat fuq l-użu mhux esklussiv ta' frekwenzi speċifiċi tar-radju minn utent u mhux relatati ma' attività ekonomika, bħall-użu ta' firxa taċ-ċittadin mid-dilettanti tar-radju, ma tikkonsistix fil-forniment ta' network jew servizz ta' komunikazzjonijiet elttroniċi u huwa għalhekk mhux kopert b'din id-Direttiva. Dak l-użu huwa kopert bid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom ( 4 ). |
|
(6) |
Dispożizzjonijiet fir-rigward ta' moviment ħieles ta' sistemi kondizzjonati ta' aċċess u l-forniment liberu ta' servizzi protetti ibbażati fuq dawk is-sistemi huma stipulati fid-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' servizzi bbażati fuq jew li jikkonsistu f'aċċess kondizzjonat ( 5 ). L-awtorizzazzjoni ta' dawk is-sistemi u servizzi għahekk ma teħtieġx li jkunu koperti b'din id-Direttiva. |
|
(7) |
Is-sistema ta' awtorizzazzjoni l-anqas oneruża possibbli għandha tintuża biex tippermetti l-forniment ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi sabiex tistimula l-iżvilupp ta' servizzi ġodda ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u networks u servizzi pan-Ewropej ta' komunikazzjonijiet u biex tippermetti li l-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' l-iskala tas-suq uniku. |
|
(8) |
Dawk il-miri jistgħu jinkisbu l-aħjar b'awtorizzazzjoni ġenerali tan-networks u servizzi kollha ta' komunikazzjonijiet elettroniċi mingħajr ma tkun meħtieġa xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv mill-awtorità regolatorja nazzjonali u billi kull ħtieġa proċedurali tkun limitata għal notifikazzjoni biss. Fejn l-Istati Membri jeħtieġu notifikazzjoni mill-fornituri ta' networks jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi meta jibdew l-attivitajiet tagħhom, jistgħu wkoll jeħtieġu prova li dik in-norifikazzjoni tkun ġiet magħmula permezz ta' xi konferma legali postali rikonoxxuta jew elettronika li notifikazzjoni kienet riċevuta. Dik il-konferma għandha f'kull każ ma tkunx tikkonsisti fi jew teħtieġ xi att amministrattiv mill-awtorità regolatorja nazzjonali li lilha għandha ssir in-notifikazzjoni. |
|
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġu nklużi d-drittijiet u l-obbligi ta' impriżi taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali espliċitament f'dawk l-awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali mal-Komunità kollha u biex jiġi faċilitat in-negozjar trans-konfini ta' interkonnessjoni ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet. |
|
(10) |
L-awtorizzazzjoni ġenerali tagħti dritt lill-impriżi li jipprovdu networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku li jinnegozjaw l-interkonnessjoni taħt il-kondizzjonijiet tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' Aċċess) ( 6 ). Impriżi li jipprovdu networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi barra minn dawk għall-pubbliku jistgħu jinnegozjaw interkonnessjoni fuq kondizzjonijiet kummerċjali. |
|
(11) |
L-għoti ta' drittijiet speċifiċi jista' jibqa' jkun meħtieġ għall-użu ta' frekwenzi tar-radju u numri, nklużi kodiċi qosra, mill-pjan nazzjonali ta' numerar. Id-drittijiet għan-numri jista' wkoll jiġi allokat minn pjan Ewropew tan-numerar, inkluż per eżempju l-kodiċi virtwali tal-pajjiż “3883” li ġie attribwit lill-pajjiżi membri tal-Konferenza Ewropea għall-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet (CEPT). Dawk id-drittijiet ta' użu m'għandhomx jiġu ristretti ħlief fejn dan ikun inevitabbli minħabba l-iskarsezza tal-frekwenzi tar-radju u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tagħhom. |
|
(12) |
Din id-Direttiva ma tippreġudikax jekk il-frekwenzi tar-radji humiex assenjati direttament lill-fornituri ta' networks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew lill-entitajiet li jużaw dawn in-networks jew servizzi. Dawk l-entitajiet jistgħu jkunu fornituri ta' kontenut ta' xandir bir-radju jew televiżjoni. Mingħajr preġudizzju għall-kriterji speċifiċi u proċeduri adottati mill-Istati Membri biex jagħtu drittijiet ta' użu għal frekwenzi tar-radju lill-fornituri ta' servizzi ta' kontenut ta' xandir birçradju jew televiżjoni, li jsegwu miri ta' interess ġenerali b'konformità mal-liġi tal-Komunità, il-proċedura għall-assenjar ta' frekwenzi tar-radju għandha f'kull każ tkun oġġettiva, trasparenti, non-diskriminatorja u proporzjonata. Skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull restrizzjoni nazzjonali fuq id-drittijiet garantiti b'Artikolu 49 tat-Trattat għandha tkun oġġettivament ġustifikata, proporzjonata u m'għandhiex teċċedi dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-miri ta' interess ġenerali kif definiti mill-Istati Membri b'konformità mal-liġi tal-Komunità. Ir-responsabbiltà għall-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati għad-dritt ta' użu ta' frekwenza tar-radju u l-kondizzjonijiet relevanti stipulati f'awtorizzazzjoni ġenerali għandhom f'kull każ ikunu r-responsabbiltà ta' l-impriża li lilha d-dritt ta' użu għall-frekwenza tar-radju jkun ingħata. |
|
(13) |
Bħala parti mill-proċedura ta' l-applikazzjoni għall-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenza tar-radju, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk l-applikant ikunx kapaċi li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fi drittijiet bħal dawk. Għal dan il-għan l-applikant jista' jintalab li jibgħat l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova tal-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma' dawn il-kondizzjonijiet. Fejn dik l-informazzjoni ma tiġix provduta, l-applikazzjoni għad-dritt ta' l-użu ta' frekwenza tar-radju tista' tiġi miċħuda. |
|
(14) |
L-Istati Membri la huma obbligati li jagħtu u lanqas miżmuma milli jagħtu drittijiet għall-użu ta' numri mill-pjan nazzjonali ta' innumerar jew drittijiet biex jistallaw faċilitajiet lill-impriżi barra minn fornituri ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. |
|
(15) |
Il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġi stipulati f'awtorizzazzjoni ġenerali u għad-drittijiet speċifiċi ta' użu, għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mal-ħtiġiet u l-obbligi taħt il-liġi tal-Komunità u l-liġi nazzjonali skond il-liġi tal-Komunità. |
|
(16) |
Fil-każ ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi mhux fornuti lill-pubbliku huwa xieraq li jiġu mposti kondizzjonijiet anqas u aktar ħfief minn dawk ġustifikati għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi offruti lill-pubbliku. |
|
(17) |
L-obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu mposti fuq il-fornituri ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skond il-liġi tal-Komunità bis-saħħa tas-saħħa sinjifikanti tagħhom fis-suq kif definita fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) għandhom jiġi mposti separatament mid-drittijiet u obbligi ġenerali taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali. |
|
(18) |
L-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jkun fiha biss kondizzjonijiet li huma speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. M'għandhiex tkun suġġetta għal kondizzjonijiet li huma diġà applikabbli bis-saħħa ta' xi liġi nazzjonali oħra eżistenti li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Madanakollu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jinfurmaw lill-operaturi tan-networks u lill-fornituri tas-servizzi dwar leġislazzjoni oħra li għandha x'taqsam man-negozji tagħhom, per eżempju permezz ta' referenzi fuq il-website tagħhom. |
|
(19) |
Il-ħtieġa li jiġu publikati deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi jew numri, tista' tiġi sodisfatta billi dawn id-deċiżjonijiet jintgħamlu pubblikament aċċessibbli permezz ta' website. |
|
(20) |
L-istess impriża, per eżempju operatur tal -cable, jista' joffri kemm servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bħat-twassil ta' sinjali tat-televiżjoni, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħal kommerċjalizzazzjoni ta' offerta għal servizzi ta' kontenut għax- xandir bil-ħoss jew televiżjoni, u għalhekk obbligi addizzjonali jistgħu jiġu mposti fuq din l-impriża b'relazzjoni ma' l-attività tagħha bħala fornitur tal-kontenut jew distributur, skond id-dispożizzjonijiet ta' Direttivi oħra barra minn dawk ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-lista tal-kondizzjonijiet stipulata fl-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva. |
|
(21) |
Meta jagħtu drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju, numri jew drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, l-awtoritajiet relevanti jistgħu jinfurmaw lill-impriżi li lilhom ikunu taw dawk id-drittijiet bil-kondizzjonijiet relevanti fl-awtorizzazzjoni ġenerali. |
|
(22) |
Fejn it-talba għal frekwenzi tar-radju f'firxa speċifika teċċedi d-disponibiltà tagħhom, proċeduri xierqa u trasparenti għandhom jiġu segwiti għall-assenjar ta' dawk il-frekwenzi sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni u biex jiġi ottimizzat l-użu ta' dawk ir-riżorsi skarsi. |
|
(23) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw, fl-istabbiliment tal-kriterji għall-proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi, li l-miri f'Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) jiġu mħarsa. Għalhekk ma jkunx kuntrarju għal din id-Direttiva jekk kriterji ta' għażla oġġettivi, mhux diskriminatorji u proporzjonati biex jippromvovu l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jkollhom l-effett li jeskludu ċerti impriżi minn proċedura ta' għażla kompetittiva jew komparattiva għal-frekwenz partikolari tar-radju. |
|
(24) |
Fejn l-assenjazzjoni armonizzata ta' frekwenzi tar-radju lil impriżi partikolari tkun ġiet miftiehma f'livell Ewropew, l-Istati Membri għandhom strettament jimplimentaw dawk il-ftehim fl-għoti tad-drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju mill-pjan nazzjonali għall-użu tal-frekwenzi. |
|
(25) |
Il-fornituri ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jeħtieġu konferma tad-drittijiet tagħhom taħt awtorizzazzjoni ġenerali fir-rigward ta' l-interkonnesjoni u d-dritt ta' passaġġ, b'mod partikolari biex jiġu faċilitati n-negozjati ma' livelli oħra ta' gvern reġjonali jew lokali jew ma' fornituri ta' servizz fi Stati Membri oħra. Għal dan il-għan l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet lill-impriżi jew fuq talba jew alternattivament bħala tweġiba awtomatika għal notifikazzjoni taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali. Dawk id-dikjarazzjonijiet m'għandhomx weħidhom jikkostitwixxu jedd għal drittijiet u lanqas m'għandhom xi drittijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet ta' użu jew l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet jiddependu fuq dikjarazzjoni. |
|
(26) |
Fejn l-impriżi jsibu li l-applikazzjonijiet tagħhom għal drittijiet biex jinstallaw faċilitajiet ma jkunux ġew ittrattati skond il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) jew fejn dawk id-deċiżjonijiet jiġu indebitament ittardjati, għandu jkollhom dritt ta' appell kontra d-deċiżjonijiet jew dewmien f'dawn id-deċiżjonijiet skond dik id-Direttiva. |
|
(27) |
Is-sanzjonijiet għan-non-konformità mal-kondizzjonijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali għandhom ikunu proporzjonati man-nuqqas. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunx proporzjonat li jiġi sospiż jew irtirat id-dritt għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew id-dritt għall-użu ta' frekwenzi tar-radju jew numri fejn l-impriża ma' kkonformatx ma' waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri aktar urġenti li l-awtoritajiet relevanti fl-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa li jieħdu fil-każ ta' theddid serju għas-sigurtà, is-sigurtà jew is-saħħa pubblika jew għall-interessi ekonomiċi u operazzjonali ta' impriżi oħra. Din id-Direttiva għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għal xi prestensjonijiet bejn impriżi għall-kumpens għal danni taħt il-liġi nazzjonali. |
|
(28) |
L-issuġġettar ta' fornituri ta' servizzi għal obbligi li jirrapportaw u jipprovdu informazzjoni, jista' jkun tqil, kemm għall-impriża kif ukoll għall-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata. Dawk l-obbligi għandhom ikunu għalhekk proporzjonati, oġġettivament ġustifikati u limitati għal dak li hu strettament meħtieġ. Mhux meħtieġ li tiġi meħtieġa prova sistematika u regolari tal-konformità ma' l-obbligi kollha taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew stipulati mad-drittijiet ta' użu. L-impriżi għandhom id-dritt li jkunu jafu l-għanijiet li għalihom l-informazzjoni li għandhom jipprovdu għandha tintuża. Il-forniment ta' informazzjoni m'għandhiex tkun kondizzjoni għall-aċċess tas-suq. Għall-għanijiet ta' statiska notifikazzjoni tista' tkun meħtieġa mill-fornituri ta' networks jew servizzi ta' komunkazzjonijiet elettroniċi meta dawn jieqfu mill-attivitajiet tagħhom. |
|
(29) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa għad-difiża ta' l-interessi tal-Komunità fil-kuntest ta' ftehim internazzjonali. Din id-Direttiva għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' rapportar taħt leġislazzjoni li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħal-liġi tal-kompetizzjoni. |
|
(30) |
Ħlasijiet amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali fl-amministrazzjoni tas-sistema ta' awtorizzazzjoni u fl-għoti ta' drittijiet ta' użu. Dawk il-ħlasijiet għandhom ikunu limitati li jkopru in-nefqa amministrattiva attwali għal dawk l-attivitajiet. Għal dan il-għan għandha tinħoloq trasparenza fid-dħul u n-nefqa ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali permezz ta' rapportar ta' kull sena dwar is-somma totali ta' ħlasijiet miġbura u n-nefqiet amministrattivi magħmula. Dan jippermetti li l-impriżi jivverifikaw li n-nefqiet għall-amministrazzjoni u l-ħlasijiet ikunu jibbilanċjaw. |
|
(31) |
Is-sistemi għall-ħlasijiet amministrattivi m'għandhomx joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew joħolqu xkiel għad-dħul fis-suq. B'sistema ġenerali ta' awtorizzazzjoni m'għandux ikun aktar possibbli li l-ispejjeż amministrattivi u b'hekk il-ħlasijiet jiġu attribwiti lil impriżi individwali ħlief għall-għoti tad-drittijiet ta' użu tan-numri, frekwenzi tar-radju u għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet. Kull ħlas amministrattiv applikabbli għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' sistema ġenerali ta' awtorizzazzjoni. Eżempju ta' alternattiva ġusta, sempliċi u trasparenti għal dawn il-kriterji ta' attribuzzjoni tal-ħlasijiet tista' tkun formula ta' distribuzzjoni relatata mal-qligħ fuq il-bejgħ.. Fejn il-ħlasijiet amministrattivi jkun baxxi ħafna, ħlasijiet b'rata fissa, jew ħlasijiet li jikkombinaw bażi ta' rata fissa ma' l-element relatat mal-qligħ fuq il-bejgħ tista' wkoll tkun adatta. |
|
(32) |
Minbarra l-ħlasijiet amministrattivi, tariffi għall-użu jistgħu jiġu imposti fuq l-użu ta' frekwenzi tar-radju u numri bħala strument li jiżgura l-aħjar użu ta' dawn ir-riżorsi. Dawk it-tariffi m'għandhomx ifixklu l-iżvilupp ta' servizzi innovattivi u l-kompetizzjoni fis-suq. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-għan li għalih it-tariffi għad-drittijiet ta' użu jintużaw. Dawk it-tariffi jistgħu per eżempju jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li ma jistgħux jiġu koperti bil-ħlasijiet amministrattivi. Fejn, fil-każ ta' proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi, tariffi għad-drittijiet ta' użu ta' frekwenzi tar-radu jikkonsistu kollha kemm huma jew parzjalment f' ammont ta' darba biss, l-arranġamenti tal-ħlas għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi fil-prattika ma jwasslux għal għażla fuq il-bażi ta' kriterji li m'humiex relatati mal-mira li jiġi żgurat l-aħjar użu tal-frekwenzi tar-radju. Il-Kummissjoni tista' tippublika fuq bażi regolari studji komparattivi fir-rigward ta' l-aħjar prattiċi għall-assenjament tal-frekwenzi tar-radju, l-assenjament ta' numri jew l-għoti ta' drittijiet ta' passaġġ. |
|
(33) |
L-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa li jemendaw id-drittijiet, kondizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet u tariffi li jirrelataw ma' l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet ta' użu fejn dan ikun oġġettivament ġustifikat. Dak it-tibdil għandu jiġi debitament notifikat lill-partijiet kollha interessati fi żmien biżżejjed, li jagħtihom opportunità adegwata li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar kull emenda bħal dawk. |
|
(34) |
Il-mira tat-trasparenza teħtieġ li l-fornituri tas-servizzi, konsumaturi u partijiet oħra nteressati jkollhom aċċess faċli għal kull informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet, kondizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet, tariffi u deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, drittijiet ta' użu ta' frekwenzi tar-radju u numri, drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, pjani għall-użu ta' frekwenzi nazzjonali u pjani għan-numerar nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom kompitu importanti filli jfornu ta' dik l-informazzjoni u jżommuha aġġornata. Fejn dawk id-drittijiet huma amministratti minn livelli oħra tal-gvern l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu kull sforz biex joħolqu strument faċli li jintuża għall-aċċess ta' l-informazzjoni dwar dawk id-drittijiet. |
|
(35) |
Il-funzjonament sew tas-suq uniku fuq il-bażi tas-sistemi ta' awtorizzazzjoni nazzjonali taħt din id-Direttiva għandu jiġi sorveljat mill-Kummissjoni. |
|
(36) |
Sabiex wieħed jasal għal data waħda ta' l-applikazzjoni ta' l-elementi kollha tal-qafas regolatorju ġdid għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, huwa mportanti li l-proċess tat-trasposizzjoni nazzjonali ta' din id-Direttiva u l-allinjament tal-liċenzi eżistenti mar-regoli l-ġodda iseħħ b'mod parallel. Madankollu, f'każi speċifiċi fejn is-sostituzzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva bl-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet individwali ta' użu skond din id-Direttiva tista' twassal għal żieda fl-obbligi għall-fornituri ta' servizzi li joperaw taħt awtorizzazzjoni eżistenti jew għal tnaqqis tad-drittijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jutillizzaw żmien addizzjonali ta' disa' xhur wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-allinjament ta' dawk il-liċenzi, sakemm dan ma jkollux effett negattiv fuq id-drittijiet u l-obbligi ta' impriżi oħra. |
|
(37) |
Jista' jkun hemm ċirkostanzi li taħthom l-abolizzjoni ta' kondizzjoni ta' awtorizzazzjoni fir-rigward ta' aċċess għal networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi toħloq tbatija serja għal impriża waħda jew aktar li jkunu bbenefikaw minn dik-il-kondizzjoni. F'każi bħal dawn aktar perjodi transitorji jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni, fuq it-talba ta' Stat Membru. |
|
(38) |
Minħabba li l-mira ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ma jistgħux suffiċjentement jinkisbu mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkisbu aħjar f'livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proprozjonalità kif stipulat f'dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dawk il-miri, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Mira u kamp ta' applikazzjoni
1. L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li jiġi mplimentat suq intern fin-networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta' l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-regoli u l-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni sabiex jiġi faċilitat il-forniment tagħhom mal-Komunità kollha.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
Artikolu 2
Tifsiriet
1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, t-tifsiriet stipulati f'Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) għandhom japplikaw.
2. Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll:
“awtorizzazzjoni ġenerali” tfisser il-qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet biex ikunu provduti n-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jippreskrivi l-obbligi speċifiċi tas-settur li jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, skont din id-Direttiva.
Artikolu 3
Awtorizzazzjoni ġenerali ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw il-libertà ta' forniment ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri m'għandhomx jipprevjenu impriża milli tforni networks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief fejn dan ikun meħtieġ għar-raġunijiet stipulati f'Artikolu 46(1) tat-Trattat.
2. Il-forniment ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jista', mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija f'Artikolu 6(2) jew għad-drittijiet ta' użu msemmija f'Artikolu 5, biss ikun suġġett għal awtorizzazzjoni ġenerali. L-impriża konċernata tista' tkun meħtieġa li tissottometti notifikazzjoni iżda m'għandhiex tkun meħtieġa li tikseb deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor mill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma teżerċita d-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni. Man-notifikazzjoni, fejn meħtieġa, impriża tista' tibda l-attività, fejn meħtieġ suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' użu f'Artikoli 5, 6 u 7.
L-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika transkonfinali għal impriżi li jinsabu f’numru ta’ Stati Membri m’għandhomx jiġu meħtieġa jressqu aktar minn notifika waħda għal kull Stat Membru kkonċernat.
3. In-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni minn persuna legali jew naturali lill-awtorità regolatorja nazzjonali ta' l--intenzjoni li tibda l-forniment ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni ta' l-informazzjoni minima li hija meħtieġa li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li żżomm reġistru jew lista tal-fornituri ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Din l-informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-fornitur, bħan-numri tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, u l-persuni ta' kuntatt tal-fornitur, l-indirizz tal-fornitur, deskrizzjoni qasira tan-network jew is-servizz, u d-data li fiha jkun mistenni li jibda l-attività.
Artikolu 4
Lista minima tad-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni ġenerali
1. Impriżi awtorizzati bis-saħħa ta' Artikolu 3, għandu jkollhom id-dritt:
(a) li jfornu networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;
(b) ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa biex jinstallaw faċilitajiet kunsidrata skond Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).
2. Fejn dawk l-impriżi jfornu networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet lill-pubbliku l-awtorizzazzjoni ġenerali għandha wkoll tagħtihom id-dritt:
(a) li jinnegozjaw l-interkonnessjoni ma' u fejn japplika li jiksbu aċċess għal jew interkonnessjoni minn fornituri oħra ta' networks pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet u servizzi koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali f'kull post fil-Komunità taħt il-kondizzjonijiet ta' u skond id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' l-Aċċwss);
(b) jingħataw opportunità li jiġu nominati biex jipprovdu elementi differenti ta' servizz universali u/jew li jkopru partijiet tat-territorju nazzjonali skond id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Direttiva ta' Servizz Universali ( 7 ).
Artikolu 5
Id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri
1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-użu ta’ frekwenzi tar-radju taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali. Fejn hu neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet individwali ta’ użu sabiex:
— tkun evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara;
— tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz;
— ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru; jew
— jiġu issodisfati għanijiet oħrajn ta’ interess ġenerali kif definiti mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi Komunitarja.
2. Fejn huwa meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali ta’ użi ta’ frekwenzi tar-radju u numri, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, meta mitluba, lil kull impriża għall-provvista ta’ netwerks jew servizzi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 3, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7 u 11(1)(c) ta’ din id-Direttiva u kull regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi skont id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).
Mingħajr preġudizzju għal kriterji u proċeduri speċifiċi adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju lil fornituri ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali skont il-liġi Komunitarja, id-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju u numri għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali, u, fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). Tista’ tapplika eċċezzjoni għall-ħtieġa ta’ proċeduri miftuħa f’każijiet fejn l-għoti ta’ drittijiet individwali ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju lill-fornuturi ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi Komunitarja.
Meta jagħtu d-drittijiet ta’ użu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet. Fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, tali dispożizzjoni għandha tkun skont l-Artikoli 9 u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).
Fejn Stati Membri jagħtu drittijiet ta’ użu għal perijodu ta’ żmien limitat, id-durata għandha tkun adattata għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-objettiv segwit, u jitqies b’mod xieraq il-bżonn li jkun hemm lok għal perijodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta’ investiment.
Fejn id-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jingħataw għal għaxar snin jew aktar, u ma jistgħux ikunu trasferiti jew mikrija bejn l-impriżi skont l-Artikolu 9b tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas), l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji għall-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu jibqgħu jiġu applikati u rispettati għal kemm iddum il-liċenzja b’mod partikolari fuq talba ġustifikata tad-detentur tad-dritt. Jekk dawk il-kriterji ma jkunux japplikaw iżjed, id-dritt individwali ta’ użu għandu jinbidel f’awtorizzazzjoni ġenerali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, suġġett għall-avviż minn qabel u wara perijodu raġonevoli ta’ żmien, jew għandu jiġi trasferit jew mikri b’mod ħieles bejn l-impriżi skont l-Artikoli 9b tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).
3. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għandhom jittieħdu, jkunu komunikati u magħmula pubbliċi malajr kemm jista’ jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien tliet gimgħat fil-każ tan-numri li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi ġewwa l-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ tal-frekwenzi tar-radju li kienu allokati biex jintużaw minn servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ġewwa l-pjan nazzjonali għall-frekwenzi. Il-limitu ta’ żmien tal-aħħar għandu jkun bla ħsara għal kull ftehim internazzjonali li jkun japplika u li jkun relatat mal-użu tal-frekwenzi tar-radju jew ta’ pożizzjonijiet orbitali.
4. Fejn ikun ġie deċiż, wara li kienu kkonsultati l-partijiet konċernati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas), li d-drittijiet għall-użu tan-numri ta’ valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta’ proċeduri ta’ għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta’ tliet ġimgħat b’mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra.
Fir-rigward ta’ proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi għall-frekwenzi tar-radju, l-Artikolu 7 għandu japplika.
5. L-Istati Membri ma għandhom jillimitaw l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju skont l-Artikolu 7.
6. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-frekwenzi tar-radju jintużaw b’mod effiċjenti u effettiv skont l-Artikoli 8(2) u 9(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). Huma għandhom jiżguraw li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta mill-ebda trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju. Għal tali finijiet, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri adatti bħall-obbligu ta’ bejgħ jew kiri ta’ drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju.
Artikolu 6
Il-kondizzjonijiet stipulati ma' l-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi
1. L-awtorizzazzjoni ġenerali biex ikunu pprovduti n-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, u d-drittijiet għall-użu tan-numri, tista’ tkun soġġetta biss għall-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fil-każ ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju, għandhom ikunu skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).
2. L-obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu mposti fuq fornituri ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi taħt Artikoli 5(1), 5(2), 6 u 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' l-Aċċess) ►M1 l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) ◄ jew fuq dawk nominati biex ifornu servizz universali taħt l-imsemmija Direttiva għandhom ikunu legalment separati mid-drittijiet u l-obbligi ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali. Sabiex tinkiseb it-trasparenza għall-impriżi, il-kriterji u l-proċeduri għall-imposizzjoni ta' dawk l-obbligi speċifiċi fuq impriżi ndividwali għandhom ikunu msemmija fl-awtorizzazzjoni ġenerali.
3. L-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jkun fiha biss kondizzjonijiet li huma speċifiċi għal dak is-settur u li huma mniżżla fit-Taqsima A ta' l-Anness u m'għandhiex tidduplika kondizzjonijiet li huma applikabbli għal impriżi bis-saħħa ta' xi leġislazzjoni nazzjonali oħra.
4. L-Istati Membri m'għandhomx jidduplikaw il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali meta jagħtu drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju jew numri.
Artikolu 7
Proċedura biex jiġi limitat in-numru ta' drittijiet ta' użu li għandhom jingħataw għall-frekwenzi tar-radju
1. Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra jillimitax in-numru tad-drittijiet għall-użu li jridu jingħataw għall-frekwenzi tar-radju, jew jekk iġeddidx il-validità ta’ drittijiet eżistenti jekk mhux skont it-termini speċifikati f’dawk id-drittijiet, għandu inter alia:
(a) jieħu kont debitu tal-ħtieġa li jimmasimizza l-benefiċċji għall-utenti u li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kompetizzjoni;
(b) jagħti lill-partijiet kollha nteressati, nklużi utenti u konsumaturi, l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kull limitazzjoni skond Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);
(c) jippubblika kull deċiżjoni biex jillimita l-għoti tad-drittijiet għall-użu jew it-tiġdid tad-drittijiet għall-użu, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan;
(d) wara li jkunu stabbilixxa il-proċedura, jistieden applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' użu; u
(e) jirrevedi l-limitazzjoni f'intervalli raġonevoli jew fuq it-talba raġonata ta' l-impriżi affettwati.
2. Fejn Stat Membru jikkonkludi li aktar drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju jistgħu jingħataw, għandu jippublika dik il-konklużjoni u jistieden applikazzjonijiet għal dawk id-drittijiet.
3. Fejn l-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jeħtieġ li ma jkunx limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li jridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Kull wieħed minn dawn il-kriterji tal-għażla jrid jagħti l-importanza li tistħoqq lill-kisba tal-għanijiet li jidhru fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) u tar-rekwiżiti li jidhru fl-Artikolu ta’ dik id-Direttiva.
4. Fejn proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi għandhom jintużaw, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu massimu ta' sitt ġimgħat imsemmi f'Artikolu 5(3) sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li dawk il-proċeduri jkunu ġusti, raġonevoli, miftuħa u trasparenti għall-partijiet kollha nteressati, iżda b'mhux aktar minn tmien xhur.
Dawn il-termini ta' żmien għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim internazzjonali applikabbli li jirrelata ma' l-użu ta' frekwenzi u l-koordinazzjoni tas-satelliti.
5. Dan Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment tad-drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju skond ►M1 Artikolu 9b ◄ tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).
Artikolu 8
Assenjament armonizzat ta' frekwenzi tar-Radju
Fejn l-użu ta' frekwenzi tar-radju jkun ġie armonizzat, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta' l-aċċess jkunu ġew miftiehma, u l-impriżi li lilhom il-frekwenzi tar-radju għandhom jiġu assenjati jkunu ntagħżlu skond ftehim internazzjonali u r-regoli tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jagħtu d-dritt ta' użu għal dawk il-frekwenzi tar-radju skond dan. Sakemm il-kondizzjonijiet nazzjonali kollha stipulati mad-dritt ta' użu għall-frekwenzi tar-radju konċernati jkunu ġew sodisfatti fil-każ ta' proċedura komuni ta' għażla, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu xi kondizzjonijiet, kriterji addizzjonali jew proċeduri oħra li jirrestrinġu, ibiddlu jew idewmu l-implimentazzjoni korretta ta' l-assenjament komuni ta' dawk il-frekwenzi tar-radju.
Artikolu 9
Dikjarazzjonijiet biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' installazzjoni ta' faċilitajiet u drittijiet ta' interkonnessjoni
Fuq it-talba ta' impriża, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fi żmien ġimgħa, joħroġu dikjarazzjonijiet standardizzati, li jikkonfermaw, fejn japplika, li l-impriża tkun bagħtet notifikazzjoni taħt Artikolu 3(2) u jagħtu dettalji dwar taħt liema ċirkostanzi impriża li tforni networks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi taħt awtorizzazzjoni ġenerali jkollha d-dritt li tapplika għall-drittijiet biex tinstalla faċilitajiet, biex tinnegozja interkonnessjoni, u/jew tikseb aċċess jew interkonnessjoni sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet per eżempju f'livelli oħra tal-gvern jew b'relazzjoni ma' impriżi oħra. Fejn xieraq dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu wkoll jinħarġu bħala risposta awtomatika wara n-notifikazzjoni msemmija f'Artikolu 3(2).
Artikolu 10
Konformità mal-kondizzjonijiet ta' l- awtorizzazzjoni ġenerali jew ta' drittijiet ta' użu u ma'obbligi speċjali
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet għall-użu u tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skont l-Artikolu 11.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ivverifikata l-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skont l-Artikolu 11.
2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jirriżultalha li impriża ma tkunx qed tosserva waħda jew iżjed mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), hija għandha tinnotifika lill-impriża b’dak ir-riżultat u tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, f’limitu ta’ żmien raġonevoli.
3. L-awtorità rilevanti għandha jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 jew minnfih jew f’limitu ta’ żmien raġonevoli u għandha tieħu l-miżuri xierqa u proporzjonati bl-iskop li tiżgura l-osservanza.
F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti li jimponu:
(a) pieni finanzjarji disswasivi fejn xieraq, li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b’effett retroattiv; kif ukoll
(b) ordnijiet ta’ twaqqif jew ta’ dewmien ta’ servizz jew grupp ta’ servizzi li, jekk jitkomplew, jirriżultaw fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi ta’ aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).
Il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom huma jkunu bażati għandhom ikunu komunikati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli għall-impriżi biex dawn jiġu konformi mal-miżura.
4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità rilevanti s-setgħa li timponi sanzjonijiet finanzjarji, fejn xieraq, fuq impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skont l-obbligi imposti fl-Artikolu 11(1)(a) jew (b) ta’ din id-Direttiva, jew skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta’ Aċċess), f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.
5. Fil-każi ta’ ksur serju jew ripetut tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), meta jkunu fallew il-miżuri immirati biex jiżguraw l-osservanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu ma jħallux lill-impriża tkompli tipprovdi n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew jissospendu jew jirtiraw id-drittijet għall-użu. Is-sanzjonijiet u l-pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kull ksur, ukoll jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rettiffikat.
6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 5, meta l-awtorità rilevanti jkollha l-evidenza ta’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għall-protezzjoni pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika jew li jkun se joħloq problemi ekonomiċi u operattivi serji għal oħrajn li jipprovdu jew jużaw in-netwerks u s-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika jew utenti oħra tal-ispettru tar-radju, hija tista’ tieħu miżuri temporanji urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali. L-impriża kkonċernata għandha wara dan tingħata opportunita raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità rilevanti għandha tikkonferma l-miżuri interim, li għandhom ikunu validi għal massimu ta’ 3 xhur, iżda li jistgħu, f’ċirkostanzi fejn ma jkunux intemmu l-proċeduri ta’ infurzar, jiġu estiżi għal perijodu ulterjuri sa mhux aktar minn tliet xhur.
7. L-impriżi għandu jkollhom id-dritt ta' appell kontra l-miżuri meħuda taħt dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).
Artikolu 11
L-informazzjoni meħtieġa taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali, għal drittijiet ta' użu u għal obbligi speċifiċi
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' informazzjoni u rapportar taħt il-leġislazzjoni nazzjonali barra mill-awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu biss jeħtieġu lill-impriżi li jipprovdu nformazzjoni taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali, għal drittijiet ta' użu jew l-obbligi speċifiċi msemmija f'Artikolu 6(2) li hija proporzjonata u oġġettivament ġustifikata għal:
(a) verifika sistematika jew każ b’każ tal-konformità mal-kondizzjonijiet 1 u 2 tal-Parti A, mal-kondizzjonijiet 2 u 6 tal-Parti B u mal-kondizzjonijiet 2 u 7 tal-Parti C tal-Anness u tal-konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 6(2);
(b) verifikazzjoni każ b'kaz tal-konformità mal-kondizzjonijiet kif stipulati fl-Anness fejn ikun ġie riċevut ilment jew meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha raġunijiet għaliex temmen li kondizzjoni ma tkunx qed titħares jew f'każ ta' xi investigazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali fuq l-inizjattiva tagħha stess;
(ċ) proċeduri għal u stima tat-talbiet għall-għoti ta' drittijiet ta' użu;
(d) il-pubblikazzjoni ta' rapporti komparattivi tal-kwalità u l-prezz ta' servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;
(e) għanijiet statistiċi definiti b'mod ċar;
(f) analiżi tas-suq għall-għanijiet tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' Aċċess) jew id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali);
(g) is-salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju;
(h) l-evalwazzjoni ta’ żviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi ta’ bl-ingrossa li jkunu disponibbli għall-kompetituri.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e), (f), (g) u (h) tal-ewwel subparagrafu ma tistax tintalab qabel jingħata, jew bħala kundizzjoni ta’, l-aċċess għas-suq.
2. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġu li impriżi jipprovdu informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinfurmawhom bl-għan speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha tiġi wżata.
Artikolu 12
Ħlasijiet amministrattivi
1. Kull ħlas amministrattiv impost fuq impriżi li jfornu servizz jew network taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ikun ingħata dritt ta' użu, għandu:
(a) fit-total, ikopri biss l-ispejjeż amministrattivi magħmula fl-amministrazzjoni, kontroll u infurzar ta' l-iskema ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet ta' użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija f'Artikolu 6(2), li jistgħu jinkludu spejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, armonizzazzjoni u standardizzazzjoni, analiżi tas-suq, solveljanza tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta' leġislazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u
(b) jiġi mpost fuq impriżi ndividwali b'mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jimminimizza spejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet li jġibu magħhom.
2. Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu ħlasijiet amministrattivi, għandhom jippublikaw rapport ta' kull sena ta' l-ispejjeż amministrattivi tagħhom u tas-somma totali ta' ħlasijiet miġbura. Fid-dawl tad-differenza bejn is-somma totali tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.
Artikolu 13
Tariffi għad-drittijiet ta' użu u drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità relevanti li timponi tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju jew numri jew drittijiet li jiġu stallati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta' dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b'relazzjoni ma' l-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri f'Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).
Artikolu 14
Emendi tad-drittijiet u l-obbligi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet għall-użu jew id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jistgħu jkunu emendati biss fil-każi li jkunu oġġettivament ġustifikati u b’mod proporzjonat, b’kont meħud, fejn adatt, tal-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju. Ħlief fejn l-emendi proposti huma minuri u ntlaħaq qbil dwarhom mad-detentur tad-drittijiet jew l-awtorizzazzjoni ġenerali, għandu jingħata avviż b’mod adatt tal-intenzjoni li se jsiru dawn l-emendi u l-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom perijodu biżżejjed ta’ żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti, li dan m’għandux ikun inqas minn erba’ xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
2. L-Istati Membri m’għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jew id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju qabel ma jagħlaq il-perijodu li għalih huma kienu ngħataw ħlief meta dan ikun iġġustifikat u jkun applikabbli b’konformità mal-Anness u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.
Artikolu 15
Pubblikazzjoni ta' informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta’ drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet għall-użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b’mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.
2. Fejn l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 hija miżmuma f'livelli differenti tal-gvern, b'mod partikolari nformazzjoni dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet fuq drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli, waqt li tieħu kont ta' l-ispejjeż involuti, biex toħloq sintesi faċli biex tiftiehem ta' dik l-informazzjoni kollha, nkluża nformazzjoni f'livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet responsabbli, sabiex jiġu faċilitati l-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' l-installazzjoni ta' faċilitajiet.
Artikolu 16
Proċeduri ta' reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi l-funzjonament tas-sistemi nazzjonali ta' awtorizzazzjoni u l-iżvilupp tal-forniment ta' servizz transkonfini fil-Komunità u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-ewwel okkażżjoni mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva msemmija f'Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mill-Istati Membri, li għandha tiġi provduta mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 17
Awtorizzazzjonijiet eżistenti
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet individwali ta’ użu li diġà jkunu eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 2009 għandhom jinġiebu konformi mill-Istati Membri mal-Artikoli 5, 6, 7, u mal-Anness ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 19 ta’ Diċembru 2011.
2. Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 twassal għal tnaqqis fid-drittijiet jew estensjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew drittijiet individwali ta’ użu diġà eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet jew drittijiet sat-30 ta’ Settembru 2012, sakemm id-drittijiet ta’ impriżi oħra skont il-liġi tal-Komunità ma jiġux affettwati bihom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn l-estensjonijiet lill-Kummissjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għalihom.
3. Fejn l-Istat Membru konċernat jista' jagħti prova li l-abolizzjoni ta' kondizzjoni ta' awtorizzazzjoni fir-rigward ta' aċċess għal networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, li kienet fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, toħloq diffikultajiet eċċessivi għal impriżi li jkunu bbenefikaw minn aċċess obbligatorju għal network ieħor, u fejn ma jkunx possibbli għal dawn l-impriżi li jinnegozjaw ftehim ġodda b'kondizzjonijiet kummerċjali raġonevoli qabel id-data ta' applikazzjoni msemmija f'Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu prolongazzjoni temporanja tal-kondizzjoni/jiet relevanti. Dawk it-talbiet għandhom jiġu sottomessi sad-data ta' applikazzjoni msemmija f'Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu, l-aktar tard, u għandhom jispeċifikaw il-kondizzjoni/jiet u l-perjodu li għalihom il-prolongazzjoni temporanja qed tintalab.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni bir-raġunjiet għat-talba ta' dik il-prolongazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra dik it-talba waqt li tieħu kont tas-sitwazzjoni partikolari fl-Istat Membru u l-impriża/i konċernata/i, u l-ħtieġa li jiġi żgurat ambjent regolatorju koerenti f'livell tal-Komunità. Għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk tilqax jew tiċħadx it-talba, u fejn tiddeċiedi li tilqa' t-talba, fuq il-kamp ta' appléikazzjoni u t-tul tal-prolongazzjoni li għandha tingħata. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru konċernat fi żmien sitt wara li tirċievi l-applikazzjoni għall-prolongazzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 18
Transposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa' l-24 ta' Lulju 2003 l-aktar tard. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-25 ta' Lulju 2003.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva u ta' kull emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.
Artikolu 20
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Il-kundizzjonijiet elenkati f’dan l-Anness jipprovdu l-lista massima ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali (il-Parti A), id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju (il-Parti B) u d-drittijiet għall-użu tan-numri (il-Parti C) kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 11(1)(a), fil-limiti permessi skont l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).
A. Kondizzjonijiet li jistgħu jiġi stipulati ma' awtorizzazzjoni ġenerali
|
1. |
Kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-iffinanzjar ta' servizz universali b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali). |
|
2. |
Ħlasijiet amministrattivi skond Artikolu 12 ta' din id-Direttiva. |
|
3. |
Interoperabilità ta' servizzi u interkonnessjoni ta' networks b'konformità mad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' Aċċess). |
|
4. |
L-aċċessibilità mill-utenti aħħarija għan-numri mill-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri, numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika, n-Numri ta’ Telefonati Bla Ħlas Internazzjonali Universali u fejn, teknikament u ekonomikament fattibbli, minn pjani għall-għoti tan-numri ta’ Stati Membri oħrajn, u l-kondizzjonijiet f’konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali). |
|
5. |
Ħtiġiet ambjentali u ta' l-ippjanar urban u rurali, kif ukoll ħtiġiet u kondizzjonijiet marbuta ma' l-għoti ta' aċċess għal u ma' l-użu ta' art pubblika jew privata u kondizzjonijiet marbuta mal-ko-lokazzjoni u qsim tal-faċilità b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Kwadru) u nkluż, fejn japplika, kull garanzija finanzjarja jew teknika, meħtieġa biex tiġi żgurata l-esekuzzjoni xierqa ta' xogħlijiet ta' infrastruttura. |
|
6. |
Obbligi ta' trasmissjoni “must carry” b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali). |
|
7. |
Id-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza speċifiċi għas-settur tal- komunikazzjoni elettronika konformi mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( 8 ). |
|
8. |
Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi l-kundizzjonijiet konformi mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċessibilità għall-utenti b’diżabilità skont l-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva. |
|
9. |
Restrizzjonijiet b'relazzjoni għall-trasmissjonijiet b'kontenut illegali, skond id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta' servizzi ta' soċjeta ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari kummerċ elettroniku, fis-suq intern ( 9 ) u restrizzjonijiet b'relazzjoni mat-trasmissjoni ta' kontenut ta' ħsara skond Artikolu 2a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta' attivitajiet tax-xandir tat-televiżjoni ( 10 ). |
|
10. |
L-informazzjoni li għandha tiġi provduta taħt proċedura ta' notifikazzjoni skond Artikolu 3(3) ta' din id-Direttiva u għal għanijiet oħra kif inklużi f'Artikolu 11 ta' din id-Direttiva. |
|
11. |
Tippermetti l-interċettar legali mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b'konformità mad- ►M1 Direttiva 2002/58/KE ◄ u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-moviment liberu ta' dak it-tagħrif ( 11 ). |
|
11a. |
Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b’theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta’ katastrofi serju. |
|
12. |
It-termini ta’ użu waqt diżastri kbar jew emerġenzi nazzjonali biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bejn is-servizzi ta’ emerġenza u l-awtoritajiet. |
|
13. |
Miżuri rigward il-limitazzjoni ta' esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampielettromanjetiċi kawżati minn networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skond il-liġi tal-Komunità. |
|
14. |
Obbligi għal aċċess barra minn dawk previsti f'Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva li japplikaw għal impriżi li jfornu networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, f'konformità mad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' Aċċess). |
|
15. |
Il-manutenzjoni ta' l-integrità ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet skond id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' Aċċess) u d-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali) inkluż b'kondizzjonijiet li jipprevjenu l-interferenza elettromanjetika bejn networks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-kompatibilità elettromanjetika ( 12 ). |
|
16. |
Is-sigurtà ta’ netwerks pubbliċi kontra aċċess mhux awtorizzat skont id-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-Privatezza u l-komunikazzjoni elettronika). |
|
17. |
Kondizzjonijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju, b'konformità ma' Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/5/KE, fejn dak l-użu mhux magħmul suġġett għall-għoti ta' drittijiet individwali ta' użu skond Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva. |
|
18. |
Miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità ma' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). |
|
19. |
Obbligi ta’ trasparenza għall-fornituri ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet pubbliku li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi disponibbli għall-pubbliku sabiex tiġi żgurata konnettività end-to-end, f’konformità mal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, żvelar rigward kwalunkwe kundizzjoni li tillimita l-aċċess għal servizzi u/jew l-użu tagħhom u applikazzjonijiet fejn kundizzjonijiet bħal dawn huma permessi mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi Komunitarja, u fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex jiġi vverifikat dan l-iżvelar. |
B. Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma' drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju
|
1. |
L-obbligu li jkun provdut servizz jew li tintuża tip ta’ teknoloġija li jkun ingħata għalihom id-dritt għall-użu tal-frekwenza, inklużi, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura u ta’ kwalita’. |
|
2. |
L-użu effettiv u effiċjenti ta’ numri f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). |
|
3. |
Il-kondizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex tiġi evitata nterferenza ta' ħsara u għall-limitazzjoni ta' esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi, fejn dawk il-kondizzjonijiet huma differenti minn dawk inklużi fl-awtorizzazzjoni ġenerali. |
|
4. |
Id-dewmien massimu b'konformità ma' Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, suġġett għal kull bidla fil-pjan ta' frekwenzi nazzjonali. |
|
5. |
It-trasferiment tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kondizzjonijiet għal dak it-trasferiment b'konformità mad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). |
|
6. |
It-tariffi għall-użu skond Artikolu 13 ta' din id-Direttiva. |
|
7. |
Kull impenn li l-impriża li tikseb id-dritt ta' użu tkun għamlet fil-kors ta' proċedura ta' għażla kompetittiva jew komparattiva. |
|
8. |
L-obbligi taħt xi ftehim internazzjonali relevanti li jirrelataw ma' l-użu tal-frekwenzi. |
|
9. |
L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali tal-frekwenzi tar-radju. |
Ċ. Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati mad-drittijiet ta' użu tan-numri
|
1. |
L-identifikazzjoni tas-servizzi li għalihom in-numri għandhom jintużaw, inkluża kull ħtieġa marbuta mal-forniment ta’ dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kull dubju, prinċipji ta’ tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw fis-serje ta’ numri speċifiċi bl-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur skont l-Artikolu 8(4)(b) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). |
|
2. |
L-użu effettiv u effiċjenti ta' numri b'konformità mad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). |
|
3. |
Ħtiġiet għall-portabilità tan-numri b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali). |
|
4. |
Obbligu li jiġi provdut għall-abbonati ta' direttorji pubbliċi it-tafħrif għall-għanijiet ta' Artikoli 5 u 25 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali). |
|
5. |
Dewmien massimu b'konformità ma' Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, suġġett għal kull bidla fil-pjan nazzjonali ta' innumerar. |
|
6. |
It-trasferiment tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kondizzjonijiet għal dak it-trasferiment b'konformità mad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). |
|
7. |
It-tariffi għall-użu skond Artikolu 13 ta' din id-Direttiva. |
|
8. |
Kull impenn li l-intrapriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun għamlet fil-kors ta' proċedura ta' għażla kompetittiva jew komparattiva. |
|
9. |
Obbligi taħt xi ftehim internazzjonali relevanti li jirrelataw ma' l-użu tan-numri. |
( 1 ) ĠU Ċ 365 E, tad-19.12.2000, p. 230 u ĠU Ċ 270 E, tal-25.9.2001, p. 182.
( 2 ) ĠU Ċ 123, tal-25.4.2001, p. 55.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' 2001 (ĠU Ċ 277, ta' l-1.10.2001, p. 116), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2001 (ĠU Ċ 337, tat-30.11.2001, p. 18) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2002.
( 4 ) ĠU L 91, 07.4.1999, p. 10.
( 5 ) ĠU L 320, tat-28.11.1998, p. 54.
( 6 ) Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 7 ) Ara paġna 51 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 8 ) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
( 9 ) ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1.
( 10 ) ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60).
( 11 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.
( 12 ) ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).