02002F0465 — MT — 10.03.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Ġunju 2002

dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti

2002/465/JHA)

(ĠU L 162 20.6.2002, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2022/211 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Frar 2022

  L 37

1

18.2.2022




▼B

ID-DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Ġunju 2002

dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti

2002/465/JHA)



Artikolu 1

skwadri ta' investigazzjoni konġunti

1.  
Bi ftehim reċiproku, l-awtoritajiet kompetenti ta' tnejn jew aktar Stati Membru jistgħu jwaqqfu skwadra ta' investigazzjoni konġunta għal skop speċifiku u perjodu limitat, li jista' jiġġedded permezz ta' kunsens bejn xulxin, biex iwettqu investigazzjonijiet kriminali f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri li waqqfu l-skwadra. Il-kompożizzjoni tat-skwadra għandha ikun stabbilit fil-ftehim.

Skwadra ta' investigazzjoni konġunta tista' b'mod partikolari, titwaqqaf meta:

(a) 

l-investigazzjonijiet ta' l-Istat Membru f'reati kriminali jitolbu investigazzjonijiet diffiċli u ta' ċertu impenn li għandhom rabtiet ma' Stati Membri oħra;

(b) 

numru ta' Stati Membri qiegħdin jagħmlu investigazzjonijiet dwar reati kriminali fejn iċ-ċirkustanzi tal-każ jitolbu azzjoni kkordinati u flimkien fl-istati Membri involuti.

Talba biex titwaqqaf skwadra ta' investigazzjoni konġunta magħmul minn xi Stati Membri kkonċernati. L-iskwadra għandha tkun imwaqqfa f'wieħed mill-Istati Membri fejn huma mistennija li jsiru l-investigazzjonijiet.

2.  
Minbarra din l-informazzjoni msemmija fid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Għajnuna Reċiproka dwar Materji Kriminali u l-Artikolu 37 dwar it-Trattat tal-Benelux tas-27 ta' Ġunju 1962, kif emendat bil-Protokoll tal-11 ta' Mejju 1974, talbiet biex jitwaqqfu skwadri ta' investigazzjoni konġunti għandhom jinkludu l-proposti għall-kompożizzjoni ta' l-iskwadra.
3.  

Skwadra ta' investigazzjoni konġunta għandha topera fit-territorju ta' l-Istati Membri li jwaqqfu l-iskwadra skond il-kondizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a) 

Il-mexxej ta' l-iskwadra għandhu jkun rappreżentant ta' l-awtorità kompetenti li tipparteċipa f'investigazzjonijiet kriminali mill-Istat Membri li fih topera l-iskwadra. Il-kap ta' l-iskwadra għandu jaġixxi fl-ambitu tal-limiti tal-kompetenza tiegħu taħt il-liġi nazzjonali.

(b) 

L-iskwadra għandha tagħmel twettaq l-operazzjonijiet tagħha skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fiha topera. Il-membri ta' l-iskwadra għandhom iwettqu x-xogħolijiet tagħhom taħt it-tmexxija tal-persuna msemmija fis-subparagrafu (a), waqt li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet tagħhom fil-ftehim dwar it-twaqqif ta l-iskwadra.

(ċ) 

l-Istat Membr fejn topera l-iskwadra għandha tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex dan ikun jista' jagħmel dan.

4.  
F'din id-Deċiżjoni Kwadru, membri ta' l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta minn Stati Membri minbarra l-Istat Membru fejn topera l-iskwadra issir referenza għalihom bħalha li huma “mislufa” lill-iskwadra.
5.  
Il-membri mislufa ta' l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta għandhom ikollhom id-dritt li jkunu preżenti meta l-miżuri investigattivi jittieħdu mill-Istat Membru ta' operazzjoni. Madankollu, il-kap ta' l-iskwadra jista', għal raġunijiet partikolari, skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn topera l-iskwadra, jiddeċiedi mod ieħor.
6.  
Il-membri mislufa lill-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta jistgħu, skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn topera l-iskwadra, jingħataw il-kompitu mill-kap ta' l-iskwadra li jieħdu ċertu miżuri investigattivi fejn dan kien approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' operazzjoni u l-Istat Membru li jsellef il-membri.
7.  
Fejn l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta jkollha bżonn li jittieħdu miżuri investigattivi f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri li qiegħdin iwaqqfu skwadra, il-membri mislufa ta' l-skwadra minn dak l-Istat Membru jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jieħdu dawk il-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu meqjusa minn dak l-Istati Membri skond il-kondizzjonijiet li kieku japplikaw li kieku kienu mitluba minn investigazzjoni nazzjonali.
8.  
Fejn l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta jkollha bżonn għajnuna minn Stat Membru minbarra dawk li jkunu waqqfu skwadra, jew minn pajjiż terz, it-talba għall-għajnuna tista' issir mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat ta' l-operazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat l-ieħor ikkonċernat skond l-istrumenti jew l-arranġamenti relevanti.
9.  
Membru ta' l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta jista', skond il-liġi nazzjonali tiegħu jew tagħha u skond il-limiti tal-kompetenza tiegħu jew tagħha, jipprovdi lill-iskwadra bl-informazzjoni disponibbli fl-Istat Membru li bagħtu għal-iskop ta' l-investigazzjonijiet kriminali li saru mill-iskwadra.
10.  

L-informazzjoni li tinkiseb b'mod legali minn membru jew mnn membru misluf waqt li jkun parti mill-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta li ma kienetx tkun disbonibbli b'mod ieħor lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati tista' tintuża għall-iskopijiet li ġejjin:

(a) 

għall-iskopijiet li għalihom twaqqfet l-iskwadra;

(b) 

bla ħsara għall-kunsens minn qabel ta' l-Istat Membru fejn inkisbet l-Informazzjoni sabiex jinstabu, ikunu investigati u għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali oħra. Dan il-kunsens jista' jinżamm biss f'każijiet fejn dan l-użu jista' joħloq periklu lill-investigazzjonijiet kriminali fl-Istat Membru konċernat jew lil lejh l-Istat Membru jista' jirrifjuta li jagħti għajnuna reċiproka;

(ċ) 

biex ikun evitat theddid immedjat u serju lis-sigurtà pubblika, u mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b) jekk sussegwentament tinfetaħ investigazzjoni kriminali;

(d) 

għal skopijiet oħra li dwarhom jaqblu l-Istati Membri li jkunu qiegħdin iwaqqfu l-iskwadra.

▼M1

Sa fejn l-informazzjoni użata għall-finijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c) u (d) tinkludi data personali, din għandha tiġi pproċessata biss f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 9(1) u (3) tagħha.

▼B

11.  
Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tkun mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet oħra eżistenti jew arranġamenti dwar it-twaqqif jew l-operat ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti.
12.  
Sakemm dawk il-liġijiet ta' l-Istati Membri kkonċernati jew id-dispożizzjonijiet ta' xi strument legali applikabbli bejniethom jippermetti, jistgħu jkunu maqbula arranġamenti għall-persuni oħra minbarra r-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jwaqqaf l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta biex jieħu sehem fl-attivitajiet ta' l-iskwadra. Dawn il-persuni jistgħu, per eżempju, jinkludu uffiċjali ta' għaqdiet imwaqqfa skond it-Trattat. Id-drittijiet mogħtija lill-membri jew il-membri l-mislufa ta' l-iskwadra permezz ta' din id-Deċiżjoni Kwadru mhux ser japplikaw għal dawn il-persuni sakemm il-ftehim ma' jgħidx espressament mod ieħor.

Artikolu 2

Responsabbiltà kriminali ta' l-uffiċjali

Matul l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-uffiċjali minn Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' operazzjoni għandhom jitqiesu bħala uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' operazzjoni fir-rigward ta' reati li twettqu kontrihom jew minnhom.

Artikolu 3

Responsabbiltà ċivili ta' l-uffiċjali

1.  
Fejn, skond l-Artikolu 1, l-uffiċjali ta' Stat Membru ikunu qegħdin joperaw fi Stat Membru ieħor, l-ewwel Stat Membru għandu jkun responsabbli għal xi ħsara kawżata minnhom matul l-operat tagħhom, skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huma jkunu qiegħdin joperaw.
2.  
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun saret il-ħsara msemmija fil-paragrafu 1 għandu jagħmel tajjeb għal din il-ħsara skond il-kondizzjonijiet applikabbli għall-ħsara kkawżata mill-uffiċjali tiegħu stess.
3.  
l-Istat Membru li l-uffiċjali tiegħu ikunu kawżaw il-ħsara lil xi persuna fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom jagħtu lura lil dan ta' l-aħħar is-somom li huwa jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni li jkollhom id-dritt għan-nom tagħhom.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet rigward terzi persuni u bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu jieqaf milli, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, jitlob ħlas lura tad-danni li huwa sofra minn Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni sa l-1 ta' Jannar 2003.
2.  
L-Istati Membri għandhom jibgħatu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet kollha li jimplimentaw fil-liġi nazzjonali l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Deċiżjoni Kwadru. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni u xi informazzjon oħra, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Lulju 2004, tagħti rapport lill-Kunsill dwar l-operat ta' din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-Kunsill għandu jagħmel stima ta' kemm l-Istati Membri ikunu kkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali. Din għandha tieqaf fis-seħħ meta l-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tkun daħlet fis-seħħ fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).