2002E0960 — MT — 07.06.2007 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Diċembru 2002

dwar miżuri ristrettivi kontra s-Somalja

(2002/960/PESK)

(ĠU L 334, 11.12.2002, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/94/PESK tat-12 ta’ Frar 2007

  L 41

19

13.2.2007

►M2

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/391/PESK tas-7 ta’ Ġunju 2007

  L 146

23

8.6.2007




▼B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Diċembru 2002

dwar miżuri ristrettivi kontra s-Somalja

(2002/960/PESK)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat ta' Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 ta' l-istess,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Jannar 1992 il-Kunsill tas-Sigurtá tal-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 733(1992), hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “UNSCR 733 (1992)”, li timponi embargo ġenerali u sħiħ fuq il-kunsinnji ta' armi u tagħmir militari lis-Somalja (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “l-embargo ta' l-armi”).

(2)

Fid-19 ta' Ġunju 2001 il-Kunsill tas-Sigurtá tal-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 356 (2001), li tagħti permess għal ċerti eżenzjonijiet fuq l-embargo ta' l-armi.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2002 il-Kunsill tas-Sigurtá tal-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1425 (2002), li testendi l-embargo ta' l-armi sabiex jipprojbixxi l-fornitura dirett jew indirett ta' parir tekniku, għajnuna finanzjara u għajnuna oħra, u stħarriġ relatat ma' attivitajiet militari lis-Somalja.

(4)

Fit-22 ta' Lulju 2002, il-Kunsill ikkonferma l-appoġġ kontinwu tiegħu għar-riżoluzzjonijiet ta' l-24 ta' Novembru 2000 u tal-11 ta' Jannar 2000 ta' l-Awtoritá Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD) li jipprovdu qafas ġenerali għall-proċess tar-rikonċiljazzjoni fis-Somalja, u li jagħtu l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-Somalja.

(5)

Fil-15 ta' Ottubru 2002 f' Eldoret, fil-Kenja, il-Proċess ta' Paċi u Rekonċiljazzjoni ġie varat u segwit fis-27 ta' Ottubru 2002 minn dikjarazzjoni ta' waqfien mill-ġlied u ta' adozzjoni ta' l-istrutturi u l-prinċipji tal-proċess mill-partijiet Somali bħala pass fundamentali li għandu jiżgura bażi wiesa' għall-kunsens, dan ġie milħuq mill-Unjoni Ewropea.

(6)

Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:



Artikolu 1

1.  Il-fornitura jew bejħ ta' armi u materjali relatati ta' kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet tar-rikambju ta' dawn imsemmija iktar 'il fuq, lis-Somalja minn ċittadini ta' l-Istati Membri jew mit-territorji ta' l-Istati Membri għandu jiġi projbit sewwa jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sewwa jekk le.

2.  Il-fornitura diretta jew indiretta ta' parir tekniku, għajnuna finanzjara u għajnuna oħra, u stħarriġ relatat ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari stħarriġ jew għajnuna tekniku relatat mal-provvista, fabbrikazzjoni, manteniment jew użu ta' l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, minn ċittadini ta' l-Istati Membri jew mit-territorji ta' l-Istati Membri għandha tiġi projbita.

▼M2

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw:

(a) għall-forniment jew bejgħ ta’ armi u materjal relatat tat-tipi kollha u għall-għoti dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari maħsuba biss għall-appoġġ tal-missjoni jew għall-użu mill-missjoni kif stipulat fil-paragrafu 4 ta’ l-UNSCR 1744 (2007);

(b) għall-forniment jew bejgħ ta’ armi u materjal relatat tat-tipi kollha u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika maħsuba biss għall-iskop li jgħin l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà, konsistenti mal-proċess politiku mniżżel fil-paragrafu 1, 2, u 3 ta’ l-UNSCR 1744 (2007) u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 ta’ l-UNSCR 751 (1992) fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma mir-riċeviment tan-notifika rilevanti;

(c) għall-fornimenti ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew ta’ materjal maħsub għal programmi, ta’ żvilupp ta’ istituzzjonijiet, mwettqa mill-Unjoni, mill-Komunità jew mill-Istati Membri, anke fil-qasam tas-sigurtà, fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni, kif ġie approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 ta’ l-UNSCR 751 (1992), u lanqas għandhom japplikaw għal ħwejjeġ protettivi, inkluż ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati b’mod temporanju lejn is-Somalja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, minn rappreżentanti tal-media u minn ħaddiema umanitarji u fuq l-iżvilupp u minn persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss.

▼B

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u l-Kummissjoni tal-miżuri meħuda taħt din il-Pożizzjoni Komuni u għandhom jagħtu lill-xulxin kull tagħrif ieħor rilevanti fid-dispożizzjoni tagħhom li għandu x'jaqsam ma' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta tiġi adottata.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.