2002D0187 — MT — 04.06.2009 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-28 ta' frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 063, 6.3.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 245 |
44 |
29.9.2003 |
||
|
L 138 |
14 |
4.6.2009 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta' frar 2002
li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja
(2002/187/JHA)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 34(2)(ċ) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali ta-Ġermanja u dik tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika Franċiża, tar-Renju ta' l-Isvezja u tar-Renju tal-Belġju ( 1 ),
Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );
Billi:|
(1) |
Hu neċessarju li tittejjeb aktar il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra forom serji ta' kriminalità li sikwit ikunu x-xogħol ta' organizzazzjonijiet transnazzjonali. |
|
(2) |
It-titjib effettiv tal-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri jeħtieġ l-adozzjoni immedjata ta' miżuri strutturali fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea biex tiġi faċilitata l-aħjar kordinazzjoni ta' azzjoni għall-investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jkopru t-territorju ta' iktar minn Stat Membru wieħed bir-rispett kollu lejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. |
|
(3) |
Bil-għan li terġa' tissaħħaħ l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja, il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u tas-16 ta Ottubru 1999, b'mod partikolari fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, iddeċieda dwar l-istabbiliment ta' unità (Eurojust) magħmula minn prosekuturi, maġistrati jew uffiċjali tal-pulizija b'kompetenza ekwivalenti. |
|
(4) |
Din l-unità Eurojust hi stabbilita b'din id-Deċiżjoni bħala korp ta' l-Unjoni Ewropea b'natura legali u finanzjata mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, barra fir-rigward ta' salarji tal-membri nazzjonali u ta' l-assistenti tagħhom, li jieħu ħsiebhom l-Istat Membru li joriġinahom. |
|
(5) |
L-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ( 3 ) huma rilevanti wkoll għall-Eurojust. Il-Kulleġġ Eurojust għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni neċessarji biex jinkisbu dawn l-għanijiet. Għandu jiġi kkunsidrat ix-xogħol sensittiv magħmul mill-Eurojust fil-kuntest ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet. F'dan il-kuntest, OLAF m'għandux jingħata aċċess għal dokumenti, prova, rapporti, noti jew informazzjoni, f'kwalunkwe forma, li huma miżmuma jew maħluqa matul dawn l-attivitajiet, kemm jekk għadhom qed isiru kif ukoll jekk diġà konklużi, u għandha tkun ipprojbita t-trasmissjoni ta' dawn id-dokumenti, provi, rapporti, noti u informazzjoni għal OLAF. |
|
(6) |
Bil-għan li jkunu jistgħu jintlaħqu l-iskopijiet bil-mod l-aktar effiċjenti, Eurojust għandha twettaq il-kompiti tagħha jew permezz ta' waħda jew aktar mill-membri nazzjonali jew bħala Kulleġġ. |
|
(7) |
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jbiddlu l-informazzjoni ma' Eurojust skond l-arranġamenti li jservu u li josservaw l-interessi tas-servizz pubbliku. |
|
(8) |
Il-ġurisdizzjoni tal-Eurojust hi mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Komunità li tipproteġi l-interessi finanzjarji proprji tagħha u hi ukoll mingħajr preġudizzju għal konvenzjonijiet u ftehim ġa eżistenti, b'mod partikolari il-Konvenzjoni Ewropea dwar Assistenza Reċiproka f'Kwistjonijiet Kriminali (Kunsill ta' l-Ewropa) iffirmat fi Strasbourg fl-20 t'April 1959, u wkoll il-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fuq Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ( 4 ) adotatti mill-Kunsill fid-29 ta' Mejju 2000, u l-Protokoll ( 5 ) tiegħu adottat fis-16 t'Ottubru 2001. |
|
(9) |
Bil-għan li tikseb l-għanijiet tagħha, Eurojust tipproċessa informazzjoni personali b'mezzi awtomatiċi jew f'fajls manwali strutturali. Għalhekk għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi żgurat livell ta' protezzjoni ta' l-informazzjoni li jikkorrespondi mill-inqas ma' dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Informazzjoni Personali (Kunsill ta' l-Ewropa) iffirmata fi Strasbourg fit-28 ta' Jannar 1981, flimkien ma' l-emendi sussegwenti tagħha, b'mod partikolari l-Protokoll miftuħ għall-firma fit-8 ta' Novembru 2001, meta dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ bejn l-Istati Membri. |
|
(10) |
Għal kontribuzzjoni ta' garanzija u ta' kontroll biex l-informazzjoni personali tiġi proċessata sew mill-Eurojust, għandu jiġi stabbilit korp konġunt ta' sorveljanza li, minħabba l-kompożizzjoni tal-Eurojust, għandu jikkonsisti f'imħallfin jew, jekk is-sistema kostituzzjonali jew nazzjonali ta' Stat Membru teħtieġ hekk, f'persuni li jeżerċitaw funzjoni ekwivalent li tagħtihom indipendenza suffiċjenti. Il-poteri ta' dan il-korp konġunt ta' sorveljanza għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali jew għall-arranġamenti għal xi appelli li jistgħu jinġiebu quddiemu. |
|
(11) |
Biex tiġi żgurata kordinazzjoni armonizzata ta' l-attivitajiet varji magħmula mill-Unjoni u mill-Komunità u wara li kkunsidrat l-Artikolu 29 u l-Artikolu 36(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tkun kompletament involuta fix-xogħlijiet tal-Eurojust dwar mistoqsijiet ġenerali u mistoqsijiet li ġejjin mill-kompetenza tagħha. Ir-regoli u l-proċedura tal-Eurojust għandhom jagħtu dettalji dwar l-arranġament għall-Kummissjoni biex tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Eurojust f'żoni fil-ġurisdizzjoni tagħha. |
|
(12) |
Għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-Eurojust u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ( 6 ) jistabbilixxu u jżommu koperazzjoni fil-qrib. |
|
(13) |
Eurojust u n-Network Ġudizzjarja Ewropea stabbiliti bl-Azzjoni Konġunta 98/428/JHA ( 7 ) għandhom ikollhom rapport privileġġat. Għal dak il-għan, is-segretarjat tan-Network għandu jitpoġġa fis-segretarjat tal-Eurojust. |
|
(14) |
Biex jiġu faċilitati l-attivitajiet tal-Eurojust, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw wieħed jew aktar korrispondenti nazzjonali. |
|
(15) |
Sakemm hu neċessarju fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, għandu jkun possibbli għall-Eurojust li tibda koperazzjoni ma' Stati mhux Membri u biex jiġu milħuqa ftehim għal dak il-għan, primarjament ma' pajjiżi kandidati għal adeżjoni fl-Unjoni u pajjiżi oħra li ntlaħaq ftehim magħhom. |
|
(16) |
Peress li l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni tfisser li miżuri leġislattivi ġodda importanti għandhom ikunu approvati fl-Istati Membri, għandhom isiru disposizzjonijiet għal ċerti disposizzjonijiet transitorji. |
|
(17) |
Il-punt 57 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Laeken ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2001 provda għall-Eurojust biex tkun tista' tibda operazzjonijiet fl-Aja, sakemm jintlaħaq ftehim ġenerali dwar is-sede ta' ċerti aġenziji. |
|
(18) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat u riflessa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Stabbiliment u Natura Ġuridika
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi unità, imsejħa bħala “Eurojust”, bħala korp ta' l-Unjoni.
L-Eurojust għandha natura ġuridika.
Artikolu 2
Kompożizzjoni tal-Eurojust
1. L-Eurojust għandha jkollha membru nazzjonali wieħed sekondat minn kull Stat Membru konformement mas-sistema ġuridika tiegħu, li jkun prosekutur, imħallef jew uffiċjal tal-pulizija ta’ kompetenza ekwivalenti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kontribut kontinwu u effikaċi għall-kisba mill-Eurojust tal-għanijiet tagħha taħt l-Artikolu 3. Sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet:
(a) il-membru nazzjonali għandu jiġi mitlub li jkollu l-post regolari tax-xogħol tiegħu fis-sede tal-Eurojust;
(b) kull membru nazzjonali għandu jkun assistit minn deputat wieħed u minn persuna oħra bħala assistent. Id-deputat u l-assistent jista’ jkollhom il-post regolari tax-xogħol tagħhom fil-Eurojust. Aktar deputati jew assistenti jistgħu jassistu lill-membru nazzjonali u jistgħu, jekk meħtieġ u bi qbil mal-Kulleġġ, ikollhom il-post regolari tax-xogħol tagħhom fil-Eurojust.
3. Il-membru nazzjonali għandu jkollu pożizzjoni li tagħtih is-setgħat imsemmija f’din id-Deċiżjoni sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.
4. Il-membri nazzjonali, id-deputati u l-assistenti għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom fir-rigward l-istatus tagħhom.
5. Id-deputat għandu jissodisfa l-kriterji previsti fil-paragrafu 1 u jkun kapaċi jaġixxi f’isem jew jissostitwixxi l-membru nazzjonali. Assistent jista’ jaġixxi wkoll f’isem jew jissostitwixxi l-membru nazzjonali jekk dan jissodisfa l-kriterji previsti fil-paragrafu 1.
6. L-Eurojust għandha tkun konnessa mas-sistema ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust skond l-Arikolu 12.
7. L-Eurojust għandha jkollha l-possibbiltà li tassenja maġistrati ta’ kollegament fi Stati terzi konformement ma’ din id-Deċiżjoni.
8. L-Eurojust għandha, konformement ma’ din id-Deċiżjoni, ikollha Segretarjat immexxi minn Direttur Amministrattiv.
Artikolu 3
Għanijiet
1. Fil-kuntest ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, li jikkonċernaw tnejn jew aktar Stati Membri, ta' imġieba kriminali msemmija fl-Artikolu 4 rigward kriminalità serja, partikolarment meta hi organizzata, l-għanijiet tal-Eurojust għandhom ikunu li:
(a) jistimolaw u jtejbu l-kordinazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri, waqt li tiġi kunsidrata kull talba li toħroġ mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru u kull informazzjoni mogħtija minn korp kompetenti fis-sens tad-disposizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati;
(b) itejbu koperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari li tiġi faċilitata l-eżekuzzjoni ta' ►M2 talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż dwar strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ◄ ;
(ċ) li jappoġġaw altrimenti l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza ta' l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom.
2. Skond ir-regoli stabbiliti b'din id-Deċiżjoni u fuq talba ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, l-Eurojust tista' tassisti wkoll f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet dwar dak l-Istat Membru biss u Stat mhux Membru fejn ftehim li jistabbilixxi koperazzjoni skond ►M2 fl-Artikolu 3(2) ◄ ġie konkluż ma' l-istess Stat jew fejn f'każ speċifiku jkun hemm interess essenzali li tiġi provduta din l-assistenza.
3. Skond ir-regoli stabbiliti b'din id-Deċiżjoni u fuq talba jew ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Eurojust tista' tassisti wkoll f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet dwar dak l-Istati Membri biss u l-Komunità.
Artikolu 4
Kompetenzi
1. Il-kompetenza ġenerali tal-Eurojust għandha tkopri:
(a) il-forom ta’ delitti u r-reati li fir-rigward tagħhom l-Europol ikun f’kull ħin kompetenti li jaġixxi ( 8 );
▼M2 —————
(ċ) offiżi oħra magħmula flimkien ma' forom oħra ta' reati u ma' l-offiżi msemmija ►M2 fil-punt (a) ◄ .
2. Għal forom ta' reati għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, l-Eurojust tista' wkoll, skond l-għanijiet tagħha, tassisti f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fuq talba ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.
Artikolu 5
Funzjonijiet ta' l-Eurojust
1. Biex l-Eurojust tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Eurojust għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha:
(a) permezz ta' wieħed jew aktar membri nazzjonali konċernati skond l-Artikolu 6, jew
(b) bħala Kulleġġ skond l-Artikolu 7:
(i) meta mitluba hekk minn wieħed jew aktar membri nazzjonali konċernati b'każ ittrattat minn Eurojust, jew
(ii) meta l-każ jinvolvi investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li għandhom riperkussjonijiet fil-livell ta' l-Unjoni jew li jistgħu jolqtu Stati Membri għajr dawk li huma direttament konċernati, jew
(iii) meta hi involuta kwistjoni ġenerali rilatata mal-kisba ta' l-għanijiet tagħha, jew
(iv) meta altrimenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
2. Meta twettaq il-funzjonijiet tagħha, l-Eurojust għandha tindika jekk hiex taġixxi permezz ta' wieħed jew aktar membri nazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 6 jew bħala Kulleġġ fis-sens ta' l-Artikolu 7.
Artikolu 5a
Sistema Permanenti ta’ Koordinazzjoni
1. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha f’każijiet urġenti, l-Eurojust għandha tistabbilixxi Sistema Permanenti ta’ Koordinazzjoni (On-call Coordination, OCC) kapaċi li tirċievi u tipproċessa f’kull ħin talbiet indirizzati lilha. L-OCC għandha tkun kuntattabbli, permezz ta’ punt ta’ kuntatt OCC uniku fl-Eurojust, fuq bażi ta’ 24 siegħa għal sebat ijiem fil-ġimgħa.
2. L-OCC għandha sserraħ fuq rappreżentant wieħed (rappreżentant OCC) għal kull Stat Membru, li jista’ jkun jew il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu, jew assistent intitolat li jissostitwixxi l-membru nazzjonali. Ir-rappreżentant OCC għandu jkun jista’ jaġixxi fuq bażi ta’ 24 siegħa għal sebat ijiem fil-ġimgħa.
3. Meta f’każijiet urġenti, talba għal, jew deċiżjoni dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward l-istrumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, jeħtieġ li titwettaq fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtorità kompetenti rikjedenti jew emittenti tista’ tgħaddiha lill-OCC. Il-punt ta’ kuntatt OCC għandu jgħaddiha immedjatament lir-rappreżentant OCC tal-Istat Membru minn fejn tkun oriġinat it-talba u, jekk espliċitament mitlub mill-awtortià trasmittenti jew emittenti, lir-rappreżentanti OCC tal-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom tiġi eżegwita t-talba. Ir-rappreżentanti OCC għandhom jaġixxu mingħajr dewmien, b’rabta mal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom, permezz tal-eżerċizzju tal-kompiti jew is-setgħat disponibbli għalihom, kif imsemmija fl-Artikolu 6 u l-Artikoli 9a sa 9f.
Artikolu 6
Funzjonijiet tal-Eurojust meta taġixxi permezz tal-membri nazzjonali tagħha
►M2 1. ◄ Meta l-Eurojust taġixxi permezz tal-membri nazzjonali kkonċernati tagħha, hi:
(a) tista’ titlob, filwaqt li tagħti raġunijiet, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati sabiex:
(i) iwettqu investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ atti speċifiċi;
(ii) jaċċettaw li waħda minnhom tista’ tkun f’pożizzjoni aħjar li twettaq investigazzjoni jew li tħarrek atti speċifiċi;
(iii) jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati;
(iv) jistabbilixxu skwadra investigattiva konġunta; bl-istrumenti rilevanti ta’ koperazzjoni;
(v) jipprovduha b’kull informazzjoni li tkun neċessarja biex taqdi l-funzjonijiet tagħha;
(vi) jieħdu miżuri speċjali ta’ investigazzjoni;
(vii) jieħdu kull miżura oħra ġustifikata għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni;
(b) għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati jinformaw lil xulxin b'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li ġiet informata bihom;
(ċ) għandha tgħin lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex tiġi żgurata l-aħjar koperazzjoni possibbli fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet;
(d) għandha tagħti għajnuna biex tittejjeb il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
(e) għandha tikkopera u tikkonsula man-Network Ġudizzjarja Ewropea, billi tuża u tagħti kontribut għat-titjib tal-bażi ta' informazzjoni dokumentata;
(f) għandha, fil-każijiet imniżżla fl-Artikolu 3(2) u (3) u bi ftehim mal-Kulleġġ, tgħin f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed biss.
▼M2 —————
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirreaġixxu mingħajr dewmien inġustifikabbli għal talbiet magħmulin taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Funzjonijiet ta' l-Eurojust meta taġixxi bħala Kulleġġ
►M2 1. ◄ Meta l-Eurojust taġixxi bħala Kulleġġ:
(a) tista', għall-forom ta' kriminalità u offiżi msemmija fl-Artikolu 4(1) issaqsi lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, waqt li tagħti r-raġunijiet tagħha:
(i) biex jibdew investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' atti speċifiċi;
(ii) biex jaċċettaw li waħda minnhom tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li tibda investigazzjoni jew biex tħarrek atti speċifiki;
(iii) biex jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati;
(iv) biex jistabbilixxu grupp ta' investigazzjoni konġunt b'konformità ma' l-istrumenti rilevanti ta' koperazzjoni;
(v) biex jipprovduha b'kull informazzjoni neċessarja għal qadi tal-funzjonijiet tagħha;
(b) għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jinformaw lil xulxin bl-investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li ġew informati dwarhom u li għandhom riperkussjonijiet fuq livell ta' l-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw Stati Membri għajr dawk li huma direttament ikkonċernati;
(ċ) għandha tassisti 'l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex tiżgura l-aħjar koperazzjoni possibli f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet;
(d) għandha tagħti għajnuna biex ittejjeb il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari dwar l-analiżi ta' l-Europol;
(e) għandha tikkopera u tikkonsulta man-Networks Ġudizzjarji Ewropej, li tinkludi tagħmel użu minn u tikkontribwixxi għat-titjib tal-bażi ta' informazzjoni dokumentarja;
(f) tista' tassisti lill-Europol, b'mod partikolari billi tipprovdiha b'opinjonijiet ibbażati fuq analiżi magħmula minn Europol;
(g) tista' tagħti appoġġ loġistiku f'każijiet imsemmija fil-punti (a), (ċ) u (d) hawn fuq. Dan l-appoġġ loġistiku jista' jinkludi għajnuna għal traduzzjoni, interpretazzjoni u l-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' kordinazzjoni.
2. Fejn żewġ membri nazzjonali jew aktar ma jistgħux jaqblu dwar kif isolvu każ ta’ konflitt ta’ ġurisdizzjoni fir-rigward it-teħid ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet taħt l-Artikolu 6 u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(c), il-Kulleġġ għandu jintalab jagħti opinjoni mhux vinkolanti bil-miktub dwar il-każ, dment li l-każ ma kienx jista’ jiġi solvut permezz ta’ qbil reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti konċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri konċernati. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1(a)(ii).
3. Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fi kwalunkwe strument adottat mill-Unjoni Ewropea rigward il-koperazzjon ġudizzjarja, awtorità kompetenti tista’ tirrapporta lill-Eurojust ċaħdiet rikorrenti jew diffikultajiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja inkluż dwar strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, u titlob lill-Kulleġġ sabiex joħroġ opinjoni mhux vinkolanti bil-miktub dwar il-kwistjoni, dment li din ma tkunx tista’ tiġi solvuta permezz ta’ qbil reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew permezz tal-involviment tal-membri nazzjonali konċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri konċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri konċernati.
Artikolu 8
Segwitu għal talbiet u opinjonijiet tal-Eurojust
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma’ talba msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) jew fl-Artikolu 7(1)(a), jew jiddeċiedu li ma jsegwux opinjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2) u (3), huma għandhom jinformaw lill-Eurjust mingħajr wisq dewmien dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha. Fejn ma jkunx possibbli li jingħataw raġunijiet għaċ-ċaħda tal-konformità ma’ talba minħabba li jekk isir hekk dan ikun ta’ ħsara għall-interessi tas-sigurtà nazzjonali essenzjali jew jipperikola s-sikurezza ta’ xi individwi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiċċitaw raġunijiet operattivi.
Artikolu 9
Membri nazzjonali
1. It-tul tal-mandat ta’ membru nazzjonali għandu jkun ta’ mill-anqas erba’ snin. L-Istati Membri ta’ oriġini jistgħu jġeddu l-mandat. Il-membru nazzjonali m’għandhux jitneħħa qabel l-aħħar ta’ mandat mingħajr ma’ l-Kunsill ikun informat minn qabel bit-tneħħija u bir-raġuni għal dan. Fejn membru nazzjonali jkun President jew Viċi-President tal-Eurojust, il-mandat tiegħu għandu tal-anqas ikun tali li hu jkun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu bħala President jew Viċi-President għall-mandat elett kollu.
2. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-Eurojust u l-Istati Membri għandha tiġi trasmessa permezz tal-membru nazzjonali.
3. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Eurojust, il-membru nazzjonali għandu jkollu tal-inqas aċċess ekwivalenti għal jew tal-inqas ikun jista’ jikseb id-data fit-tipi ta’ reġistri li ġejjin tal-Istat Membru tiegħu kif tkun disponibbli lilu fir-rwol tiegħu bħala prosekutur, imħallef jew uffiċjal tal-pulizija, abbażi ta’ liema jkun applikabbli, fuq livell nazzjonali:
(a) records kriminali;
(b) reġistri ta’ persuni arrestati;
(c) reġistri ta’ investigazzjoni;
(d) reġistri tad-DNA;
(e) reġistri oħrajn tal-Istat Membru tiegħu fejn iqis din id-data meħtieġa għalih biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.
4. Membru nazzjonali jista’ jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu direttament.
Artikolu 9a
Setgħat tal-membru nazzjonali konferiti lilu fil-livell nazzjonali
1. Fejn il-membru nazzjonali jeżerċita s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9b, 9c u 9d, huwa jagħmel dan fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità nazzjonali kompetenti u jaġixxi taħt il-liġi nazzjonali u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 9a sa 9e. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-membru nazzjonali għandu, fejn xieraq, jgħarraf jekk huwa jkun qiegħed jaġixxi konformement mas-setgħat mogħtija lill-membru nazzjonali taħt dan l-Artikolu u l-Artikoli 9b, 9c u 9d.
2. Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi n-natura u l-estent tas-setgħat li huwa jagħti lill-membru nazzjonali tiegħu fir-rigward ta’ koperazzjoni ġudizzjarja rigward dak l-Istat Membru. Madankollu, kull Stat Membru għandu jikkonferixxi lill-membru nazzjonali tiegħu mill-anqas is-setgħat deskritti fl-Artikolu 9b u, suġġett għall-Artikolu 9e, is-setgħat deskritti fl-Artikoli 9c u 9d, li jkunu disponsibbli għalih bħala mħallef, prosekutur jew uffiċjal tal-pulizija, abbażi ta’ liema jkun applikabbli, fil-livell nazzjonali.
3. Meta jaħtar lill-membru nazzjonali tiegħu u fi kwalunkwe ħin ieħor jekk ikun meħtieġ, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Eurojust u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bid-deċiżjoni tiegħu rigward l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn. L-Istati Membri għandhom jintrabtu li jaċċettaw u li jirrikonoxxu l-prerogattivi mogħtija sa fejn ikunu konformi ma’ l-impenli internazzjonali.
4. Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi d-dritt għal membru nazzjonali li jaġixxi fir-rigward tal-awtoritajiet ġudizzjarji barranin, konformement ma’ l-impenji internazzjonali tiegħu.
Artikolu 9b
Setgħat ordinarji
1. Il-membri nazzjonali, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom ikunu intitolati li jirċievu, jittrasmettu, jiffaċilitaw, jagħmlu segwitu u jipprovdu data supplimentari relatata mal-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Fejn ikunu eżerċitati s-setgħat imsemmija f’dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata minnufih.
2. Fil-każ ta’ eżekuzzjoni parzjali jew inadegwata ta’ talba għal koperazzjoni ġudizzjarja, il-membri nazzjonali, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom ikunu intitolati li jitolbu lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru tagħhom għal miżuri supplimentari sabiex it-talba tiġi eżegwita kompletament.
Artikolu 9c
Setgħat eżerċitati bi qbil ma’ awtorità nazzjonali kompetenti
1. Il-membri nazzjonali jistgħu, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bi qbil ma’ awtorità nazzjonali kompetenti, jew fuq talba tagħha u abbażi ta’ każ b’każ, jeżerċitaw is-setgħat li ġejjin:
(a) l-emissjoni u t-tlestija ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;
(b) l-eżekuzzjoni fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;
(c) l-emissjoni tal-ordni fl-Istat Membru tagħhom ta’ miżuri investigattivi meqjusa bħala meħtieġa f’laqgħa ta’ koordinazzjoni organizzata mill-Eurojust biex tiġi pprovduta assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti konċernati minn investigazzjoni konkreta u li għaliha l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti konċernati mill-investigazzjoni jkunu mistiedna jipparteċipaw;
(d) l-awtorizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kunsinni kkontrollati fl-Istat Membru tagħhom.
2. Is-setgħat imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom, fil-prinċipju, ikunu eżerċitati minn awtorità nazzjonali kompetenti.
Artikolu 9d
Setgħat eżerċitati f’każijiet urġenti
Fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-membri nazzjonali għandhom, f’każijiet urġenti u sa fejn ma jkunx possibbli għalihom li jidentifikaw jew li jikkuntattjaw l-awtorità nazzjonali kompetenti tempestivament, ikunu intitolati:
(a) li jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsinni kkontrollati fl-Istat Membru tagħhom;
(b) li jeżegwixxu, fir-rigward tal-Istat Membru tagħhom, talba għal, jew deċiżjoni dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.
Hekk kif l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun identifikata jew ikkuntattjata, hija għandha tkun infurmata bl-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 9e
Talbiet minn membri nazzjonali fejn ma jistgħux jiġu eżerċitati setgħat
1. Il-membru nazzjonali, fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità nazzjonali kompetenti, għandu tal-anqas ikun kompetenti biex jissottometti proposta lill-awtorità kompetenti għat-twettiq tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9c u 9d meta l-konferiment ta’ tali setgħat lill-membru nazzjonali imur kontra:
(a) regoli kostituzzjonali,
jew
(b) aspetti fundamentali tas-sistema tal-ġustizzja kriminali:
(i) dwar id-diviżjoni ta’ setgħat bejn il-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin;
(ii) dwar id-diviżjoni funzjonali ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni;
jew
(iii) relatati mal-istruttura federali tal-Istat Membru konċernat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, it-talba emessa mill-membru nazzjonali tkun trattata mingħajr dewmien inutli mill-awtorità kompetenti nazzjonali.
Artikolu 9f
Parteċipazzjoni ta’ membri nazzjonali fi skwadri investigattivi konġunti
Il-membri nazzjonali għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fi skwadri investigattivi konġunti, inkluż fl-istabbiliment tagħhom, taħt l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar skwadri investigattivi konġunti ( 9 ) li tikkonċerna l-Istat Membru tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni tal-membru nazzjonali suġġetta għall-qbil tal-awtorità nazzjonali kompetenti. Il-membri nazzjonali, id-deputati tagħhom jew l-assistenti tagħhom, għandhom ikunu mistiedna jipparteċipaw fi kwalunkwe skwadra investigattiva konġunta li tinvolvi l-Istat Membru tagħhom u li għaliha jingħata finanzjament Komunitarju skont l-istrumenti finanzjarji applikabbli. Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi jekk il-membru nazzjonali jipparteċipax fl-iskwadra investigattiva konġunta bħala awtorità nazzjonali kompetenti jew f’isem l-Eurojust.
Artikolu 10
Kulleġġ
1. Il-Kulleġġ għandu jikkonsisti fil-membri nazzjonali kollha. Kull membru nazzjonali għandu jkollu vot wieħed.
2. ►M2 Il-Kunsill għandu, b’maġġoranza kwalifikata, japprova r-Regoli ta’ Proċedura tal-Eurojust fuq proposta mill-Kulleġġ. Il-Kulleġġ għandu jadotta l-proposta tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi wara konsultazzjoni mal-Bord Konġunt ta’ Sorveljanza previst fl-Artikolu 23 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ data personali. ◄ Id-disposizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' informazzjoni personali jistgħu jkunu bla ħsara għal approvazzjoni separata mill-Kunsill.
3. ►M2 Meta jaġixxi taħt l-Artikolu 7(1)(a), (2) u (3) ◄ , il-Kulleġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu fuq maġġoranza ta' żewġ terzi. Deċiżjonijiet oħra tal-Kulleġġ għandhom jittieħdu skond ir-regoli tal-proċedura.
Artikolu 11
Rwol tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata għalkollox ma' l-operat ta' l-Eurojust, skond l-Artikolu 36(2) tat-Trattat. Għandha tipparteċipa f'dak ix-xogħol li hu fil-qasam tal-kompetenza tagħha.
2. Rigward xogħol magħmul mill-Eurojust dwar il-kordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tkun mistiedna biex tipprovdi l-kompetenza tagħha.
3. Bil-għan li tkabbar il-koperazzjoni bejn Eurojust u l-Kummissjoni, l-Eurojust tista' taqbel fuq arranġamenti prattiċi neċessarji fil-Kummissjoni.
Artikolu 12
Sistema ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent nazzjonali wieħed jew aktar għall-Eurojust.
2. Kull Stat Membru għandu, qabel l-4 ta’ Ġunju 2011 jistabbilixxi sistema ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust biex tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-ħidma mwettqa minn:
(a) il-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust;
(b) il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu;
(c) il-korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew u sa tliet punti ta’ kuntatt oħra tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;
(d) membri nazzjonali jew punti ta’ kuntatt tan-Network għal Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta u n-Networks stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi network Ewropew ta’ punti ta’ kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra ( 10 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-koperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru ta’ l-Assi ta’ l-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha ( 11 ) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/852/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar network ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni ( 12 ).
3. Il-persuni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iżommu l-pożizzjoni u l-istatus tagħhom skond il-liġi nazzjonali.
4. Il-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust għandhom ikunu responsabbli għall-funzjonament tas-sistema ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust. Meta jinħatru diversi korrispondenti għall-Eurojust, wieħed minnhom għandu jkun responsabbli għall-funzjonament tas-sistema ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust.
5. Is-sistema ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust għandha tiffaċilita, fl-Istat Membru, it-twettiq tal-kompiti tal-Eurojust, partikolarment billi:
(a) tiżgura li s-Sistema tal-Ġestjoni ta’ Każijiet imsemmija fl-Artikolu 16 tirċievi data relatata mal-Istat Membru konċernat b’mod effiċjenti u affidabbli;
(b) tassisti sabiex jiġi determinat jekk każ għandux jiġi ttrattat bl-assistenza tal-Eurojust jew tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;
(c) tassisti lill-membru nazzjonali fl-identifikazzjoni tal-awtoritajiet pertinenti għall-eżekuzzjoni tat-talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, kopkoperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;
(d) iżżomm relazzjonijiet mill-qrib mal-Unità Nazzjonali tal-Europol.
6. Sabiex jiksbu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 5, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2(a), (b) u (c) għandhom, u l-persuni msemmija fil-paragrafu 2(d) jistgħu, ikunu konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet konformement ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikoli 16, 16a, 16b u 18 kif ukoll mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Eurojust. Il-konnessjoni mas-Sistema ta’ Ġesjoni tal-Każijiet għandha titħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
7. Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jinftiehem li jinċidi fuq il-kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kif previst fi strumenti dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja, bħall-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Affarijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet bejn il-membru nazzjonali u l-korrispondenti nazzjonali m’għandhomx jipprekludu kuntatti diretti bejn il-membru nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti tiegħu.
Artikolu 13
Skambju ta’ data mal-Istati Membri u bejn membri nazzjonali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw mal-Eurojust kull data meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha konformement mal-Artikoli 4 u 5 kif ukoll konformement mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Din għandha tinkludi mill-inqas id-data msemmija fil-Paragrafi 5, 6 u 7.
2. It-trasmissjoni tad-data lill-Eurojust għandha tkun interpretata bħala talba għal assistenza tal-Eurojust fil-każ konċernat biss jekk ikun speċifikat hekk mill-awtorità kompetenti.
3. Il-membri nazzjonali tal-Eurojust għandhom ikunu awtorizzati li jiskambjaw kull data meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurojust, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, fosthom jew mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tagħhom. B’mod partikolari l-membri nazzjonali għandhom ikunu infurmati minnufih b’każ li jikkonċernahom.
4. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal obbligi oħrajn rigward it-trasmissjoni ta’ data lill-Eurojust, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ data u l-koperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi ( 13 ).
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali jkunu informati dwar l-istabbiliment ta’ skwadra investigattiva konġunta, kemm jekk stabbilita taħt l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk taħt id-Deċiżjoni Qafas 2002/465/ĠAI, u dwar ir-riżultati tal-ħidma ta’ dawn l-iskwadri.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom ikun infurmat mingħajr dewmien inutli b’kull każ li fih ikunu involuti direttament mill-anqas tliet Stati Membri u li t-talbiet għalih jew id-deċiżjonijiet dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku jkunu ntbagħtu lil mill-anqas żewġ Stati Membri u
(a) ir-reat involut ikun punibbli fl-Istat Membru rikjedenti jew emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-anqas ħames jew sitt snin, li jrid jiġi deċiż mill-Istat Membru konċernat, u hu inkluż fil-lista li ġejja:
(i) it-traffikar tal-bnedmin;
(ii) sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografjia bi tfal;
(iii) traffikar ta’ droga;
(iv) traffikar tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon;
(v) korruzzjoni;
(vi) frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;
(vii) falsifikazzjoni tal-euro;
(viii) money laundering;
(ix) attakki kontra sistemi informatiċi;
jew
(b) ikun hemm indikazzjonijiet fattwali li tkun involuta organizzazzjoni kriminali;
jew
(c) ikun hemm indikazzjonijiet li l-każ jista’ jkollu dimensjoni transkonfinali serja jew riperkussjonijiet fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew jista’ jinċidi fuq Stati Membri oħrajn minbarra dawk direttament involuti.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom jkun informat ukoll dwar:
(a) każijiet fejn jitqajjem jew jaf jitqajjem konflitt ta’ ġurisdizzjoni;
(b) kunsinni kkontrollati li jolqtu mill-anqas tliet Stati, li mill-anqas tnejn minnhom huma Stati Membri;
(c) diffikultajiet jew ċaħdiet ripetuti rigward l-eżekuzzjoni tat-talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż rigward strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.
8. L-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx ikunu obbligati f’każ partikolari li jagħtu xi data jekk dan ikun ifisser:
(a) li ssir ħsara lill-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali; jew
(b) li tiġi pperikolata s-sigurtà ta’ individwi.
9. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’kull ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri u Stati terzi inkużi kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti minn Stati terzi dwar l-użu ta’ data ladarba tkun ingħatat.
10. Id-data mibgħuta mill-Eurojust taħt il-paragrafi 4, 5 u 8 għandha mill-anqas tinkludi, fejn disponibbli, it-tipi ta’ data li tinsab fil-lista prevista fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
11. L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha tinbagħat lill-Eurojust f’mod strutturat.
12. Sal-4 ta’ Ġunju 2014 (13) , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, abbażi tad-data mibgħuta mill-Eurojust, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, akkumpanjat minn kwalunkwe proposta li hija tqis adegwata, inkluż bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata emenda għall-paragrafi 5, 6 u 7 u l-Anness.
Artikolu 13a
Informazzjoni provduta mill-Eurojust lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
1. L-Eurojust għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’informazzjoni u reazzjoni dwar ir-riżultati tal-ipproċċessar tal-informazzjoni, inkluża l-eżistenza ta’ kollegamenti ma’ każijiet diġà maħżunin fis-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet.
2. Barra minn hekk, fejn awtorità nazzjonali kompetenti titlob lill-Eurojust biex tipprovdiha b’informazzjoni, l-Eurojust għandha tibgħatha fiż-żmien mitlub minn dik l-awtorità.
Artikolu 14
Proċessar ta' informazzjoni personali
1. Sakemm hu neċessarji li tikseb l-għanijiet tagħha, l-Eurojust tista', fil-qafas tal-kompetenza tagħha u biex taqdi l-funzjonijiet tagħha, tipproċessa informazzjoni personali, b'mezzi awtomatiċi jew f'fajls manwali strutturati.
2. Eurojust għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiggarantixxi livell ta' protezzjoni għal informazzjoni personali minn ta' l-inqas ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 u emendi sussegwenti tagħha meta huma fis-seħħ fl-Istati Membri.
3. Informazzjoni personali proċessata mill-Eurojust għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva rigward l-iskop ta' l-ipproċessar, u waqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew soċji oħra ►M2 taħt l-Artikoli 13, 26 u 26a ◄ , eżatta u aġġornata. Informazzjoni personali proċessata mill-Eurojust għandha tiġi proċessata b'mod onest u legali.
▼M2 —————
Artikolu 15
Restrizzjonijet fuq l-ipproċessar ta' informazzjoni personali
1. Meta tkun qed tiġi proċessata informazzjoni skond l-Artikolu 14(1), Eurojust tista' tipproċessa biss l-informazzjoni personali li ġejja fuq persuni li, skond il-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri konċernati, ►M2 huma suspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat kriminali li fir-rigward tiegħu l-Eurojust hija kompetenti jew li ġew ikkundannati b’tali reat. ◄ :
(a) kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet mogħtija u psewdonimi jew ismijiet foloz;
(b) informazzjoni u post tat-twelid;
(ċ) nazzjonalità;
(d) sess;
(e) post ta' residenza, professjoni u post ta' waqfien tal-persuna konċernata;
(f) in-numru tas-sigurtà soċjali, liċenzi tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u informazzjoni tal-passaport;
(g) informazzjoni dwar persuni ġuridiċi jekk tinkludi informazzjoni dwar individwi identifikati jew identifikabbli li huma s-suġġett ta' investigazzjoni jew prosekuzzjoni ġuridika;
(h) kontijiet bankarji u kontijiet ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra;
(i) id-deskrizzjoni u n-natura ta' l-offiżi allegati, id-informazzjonimeta ġew magħmula, il-kategorija kriminali ta' l-offiżi u l-progress ta' l-investigazzjonijiet;
(j) il-fatti li jippontaw lejn estensjoni internazzjonali tal-każ;
(k) dettalji dwar sħubija allegata ta' organizzazzjoni kriminali;
(l) numri tat-telefon, indirizzi ta’ posta elettronika, data msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika ( 14 );
(m) data ta’ reġistrazzjoni tal-vettura;
(n) profili tad-DNA stabbiliti mill-parti non kodifikanti tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’.
2. Meta tkun qed tiġi proċessata informazzjoni skond l-Artikolu 14(1), Eurojust tista' tipproċessa biss l-informazzjoni personali li ġejja fuq persuni li, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri konċernati, huma meqjusa bħala xhieda jew vittmi f'investigazzjoni kriminali jew prosekuzzjoni li tikkonċerna waħda jew iktar mill-forom ta' reati u l-offiżi mfissra fl-Artikolu 4:
(a) kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet mogħtija u psewdonimi jew ismijiet foloz;
(b) informazzjoni u post tat-twelid;
(ċ) nazzjonalità;
(d) sess;
(e) post ta' residenza, professjoni u post ta' waqfien tal-persuna konċernata;
(f) id-deskrizzjoni u n-natura ta' l-offiżi li jinvolvu lilhom, l-informazzjoni meta ġew magħmulha, il-kategorija kriminali ta' l-offiżi u l-progress ta' l-investigazzjonijiet.
3. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, Eurojust tista' wkoll, għal perijodu limitat ta' żmien, tipproċessa informazzjoni personali dwar iċ-ċirkostanzi ta' offiża meta jkunu immedjatament rilevanti għal u inklużi fl-investigazzjonijiet kontinwi li l-Eurojust qed tgħin fil-kordinazzjoni, sakemm l-ipproċessar ta' din l-informazzjoni speċifika hi skond l-Artikoli 14 u 21.
L-Uffiċjal dwar Protezzjoni ta' Informazzjoni msemmi fl-Artikolu 17 għandu jkun informat immedjatament dwar rikors għal dan il-paragrafu.
Meta informazzjoni bħal din tirreferi għal xhieda jew vittmi fis-sens tal-paragrafu 2, id-deċiżjoni biex tiġi pproċessata għandha tittieħed b'mod konġunt minn ta' l-inqas żewġ membri nazzjonali.
4. Informazzjoni personali, proċessata b'mezzi awtomatiċi jew b'mezzi oħra, li għandha oriġini razzista jew etnika, li turi opinjoni politika, twemmin reliġjuz jew filosofiku, sħubija f'sindakat, u informazzjoni relattata ma' saħħa u ħajja sesswali tista' tiġi proċessata mill-Eurojust biss meta din l-informazzjoni hi neċessarja għal investigazzjonijiet nazzjonali konċernati kif ukoll għal kordinazzjoni fil-Eurojust.
L-Uffiċjal dwar Protezzjoni ta' Informazzjoni għandu jkun informat immedjatament dwar rikors għal dan il-paragrafu.
Din l-informazzjoni ma tistax tiġi proċessata fl-indiċi msemmi fl-Artikolu 16(1).
Meta din l-informazzjoni tirreferi għal xhieda jew vittmi fis-sens tal-paragrafu 2, id-deċiżjoni li tipproċessaha għandha tittieħed mill-Kulleġġ.
Artikolu 16
Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet, indiċi u fajls ta’ ħidma temporanji
1. Konformement ma’ din id-Deċiżjoni, l-Eurojust għandha tistabbilixxi Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet magħmula minn fajls ta’ ħidma temporanji u ta’ indiċi li fih data personali u mhux personali.
2. Is-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet għandha tkun maħsuba biex:
(a) tappoġġja l-amministrazzjoni u l-kordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li għalihom tkun qiegħda tipprovdi assistenza l-Eurojust, b’mod partikolari bil-cross-referencing ta’ informazzjoni;
(b) tiffaċilita l-aċċess għal informazzjoni fuq investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li għadhom għaddejjin;
(c) tiffaċilita l-osservazzjoni tal-leġittimità u konformità mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni dwar l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali.
3. Is-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet, sa fejn din tkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data li tinsab f’din id-Deċiżjoni, tista’ tiġi konnessa mal-konnessjoni ta’ telekomunikazzjonijiet siguri msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew ( 15 ).
4. L-indiċi għandu jkun fih referenzi għal fajls ta’ ħidma temporanji pproċessati fil-qafas tal-Eurojust u ma jista’ jkun fih l-ebda data personali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a) sa (i), (k) u (m) u fl-Artikolu 15(2).
5. Fil-qadi ta’ dmirijiethom konformement ma’ din id-Deċiżjoni, il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jipproċessaw informazzjoni dwar każijiet individwali li qed jaħdmu fuqhom f’fajl temporanju ta’ xogħol. Huma għandhom jippermettu lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jkollu aċċess għall-fajl ta’ ħidma. L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf mill-membru nazzjonali konċernat bil-ftuħ ta’ kull fajl ta’ ħidma temporanju ġdid li jkun fih data personali.
6. Għall-ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ każ, l-Eurojust ma tista’ tistabbilixxi l-ebda fajl ta’ data awtomatizzat ħlief is-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet.
Artikolu 16a
Funzjonament ta’ fajls ta’ ħidma temporanji u l-indiċi
1. Għandu jinfetaħ fajl ta’ ħidma temporanju mill-membru nazzjonali konċernat għal kull każ li fir-rigward tiegħu tintbagħatlu informazzjoni sa fejn din it-trasmissjoni tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni jew mal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 13(3). Il-membru nazzjonali għandu jkun responsabbli mill-ġestjoni tal-fajls ta’ ħidma temporanji li jkun fetaħ.
2. Il-membru nazzjonali li jkun fetaħ fajl ta’ ħidma temporanju għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk iżommx il-fajl ta’ ħidma temporanju ristrett jew jagħtix aċċess għalih jew għal partijiet minnu, fejn meħtieġ biex jippermetti lill-Eurojust twettaq il-kompiti tagħha, lil membri nazzjonali oħra jew lil membri tal-persunal awtorizzat tal-Eurojust.
3. Il-membru nazzjonali li jkun fetaħ fajl ta’ ħidma temporanju għandu jiddeċiedi wkoll liema informazzjoni relatata ma’ dan il-fajl ta’ ħidma temporanju għandha tiġi introdotta fl-indiċi.
Artikolu 16b
Aċċess għas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet fil-livell nazzjonali
1. Persuni msemmija fl-Artikolu 12(2) sakemm huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet taħt l-Artikolu 12(6) jista’ jkollhom biss aċċess għal:
(a) l-indiċi, sakemm il-membru nazzjonali li ddeċieda li jintroduċi d-data fl-indiċi, espressament irrifjuta tali aċċess;
(b) fajls ta’ ħidma temporanji miftuħa jew ġestiti mill-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom;
(c) fajls ta’ ħidma temporanji miftuħa jew ġestiti minn membri nazzjonali ta’ Stati Membri oħra u li għalihom il-membru nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom irċieva aċċess għalihom, sakemm il-membru nazzjonali li fetaħ jew li jġestixxi l-fajl ta’ ħidma temporanju ma ċaħadx tali aċċess espressament.
2. Il-membru nazzjonali għandu, fil-limitazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, jiddeċiedi dwar kemm jingħata aċċess għall-fajls ta’ ħidma temporanji fl-Istat Membru tiegħu lill-persuni msemmija fl-Artikolu 12(2) safejn dawn huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet taħt l-Artikolu 12(6).
3. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-membru nazzjonali tiegħu, dwar kemm jingħata aċċess għall-Indiċi fl-Istat Membru tiegħu lill-persuni msemmija fl-Artikolu 12(2) safejn dawn huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet taħt l-Artikolu 12(6). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Eurojust u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.
Madankollu, il-persuni msemmija fl-Artikolu 12(2) safejn huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet taħt l-Artikolu 12(6) għandhom tal-inqas ikollhom aċċess għall-Indiċi sa fejn ikun meħtieġ biex jaċċessaw il-fajls ta’ ħidma temporanji li jkun ngħataw aċċess għalihom taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Sal-4 ta’ Ġunju 2013, l-Eurojust għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 3. Kull Stat Membru għandu jikkunsidra, abbażi ta’ dak ir-rapport, l-opportunità tar-reviżjoni ta’ kemm ikun ingħata aċċess taħt il-paragrafu 3.
Artikolu 17
Uffiċjal dwar il-Protezzjoni ta' l-Informazzjoni
1. Eurojust għandha taħtar Uffiċjal dwar il-Protezzjoni ta' l-Informazzjoni, li għandu jkun membru tal-persunal. F'dak il-qafas, hu għandu jkun taħt l-awtorità diretta tal-Kulleġġ. Fil-qadi tal-funzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu, hu ►M2 għandu jaġixxi b’mod indipendenti ◄ .
2. L-Uffiċjal dwar il-Protezzjoni ta' l-Informazzjoni għandu jkollu b'mod partikolari l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) jiżgura, b'manjiera indipendenti, leġittimità u konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni personali;
(b) jiżgura li reġistrazzjoni bil-miktub tat-trasmissjoni u ta' l-irċevuta ta' informazzjoni personali, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 19(3) b'mod partikolari, qed tinżamm skond id-disposizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura, taħt il-kondizzjonijiet ta' sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 22;
(ċ) jiżgura li l-persuni interessati huma informati, fuq talba tagħhom, dwar id-drittijiet tagħhom skond din id-Deċiżjoni.
3. Fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, ►M2 Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data ◄ għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha proċessata mill-Eurojust u għall-bini kollu ta' l-Eurojust.
4. Meta jsib li skond hu l-ipproċessar ma konformax ma' din id-Deċiżjoni, ►M2 Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data ◄ għandu:
(a) jinforma lill-Kulleġġ, li għandu jirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-informazzjoni;
(b) jirreferi l-kwistjoni lill-korp konġunt ta' sorveljanza jekk il-Kulleġġ ma jirrisolvix in-nuqqas ta' ħarsien ta' l-ipproċessar fi żmien raġjonevoli.
Artikolu 18
Aċċess awtorizzat għal informazzjoni personali
Huma biss il-membri nazzjonali, id-deputati tagħhom u l-assistenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 2(1a), persuni msemmija fl-Artikolu 12(2) safejn huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet taħt l-Artikolu 12(6) u persunal awtorizzat tal-Eurojust li jistgħu, għall-finijiet li jinkisbu l-għanijiet tal-Eurojust u fil-limiti previsti fl-Artikoli 16, 16a u 16b, ikollhom aċċess għad-data personali pproċessata mill-Eurojust.
Artikolu 19
Dritt ta' aċċess għal informazzjoni personali
1. Kull individwu għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għal informazzjoni personali dwaru pproċessata mill-Eurojust taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Kull individwu li jixtieq li jeserċita d-dritt tiegħu li jkollu aċċess għal informazzjoni dwaru li hi miżmuma mill-Eurojust, jew li jiċċekkjaha skond l-Artikolu 20, jista' jagħmel dan gratwitament billi jippreżenta talba fl-Istat Membru ta' l-għażla tiegħu, lill-awtorità maħtura għal dak il-għan fl-Istat Membru, u dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Eurojust mingħajr dewmien.
3. Id-dritt ta' kull individwu li jkollu aċċess għal informazzjoni personali dwaru jew li jiċċekkjaha għandu jiġu eżerċitat skond il-liġijiet u l-proċeduri ta' l-Istat Membru fejn l-individwu għamel it-talba tiegħu. Jekk, madankollu, Eurojust tista' taċċerta liema awtorità fi Stat ikkomunikat l-informazzjoni in kwistjoni, dik l-awtorità tista' teħtieġ li d-dritt ta' aċċess jiġi eserċitat skond ir-regoli tal-liġi ta' dak l-Istat Membru.
4. Aċċess għal informazzjoni personali m'għandhiex tingħata jekk:
(a) aċċess bħal dan jista' jipperikola waħda mill-attivitajiet ta' l-Eurojust;
(b) aċċess bħal dan jista' jipperikola kull investigazzjoni nazzjonali ►M2 ————— ◄ ;
(ċ) aċċess bħal dan jista' jipperikola id-drittijiet u l-libertajiet ta' terzi persuni.
5. Id-deċiżjoni li jiġi awtorizzat dan id-dritt ta' aċċess għandha tikkunsidra l-kwalità tal-persuni li qed jippreżentaw it-talba, rigward l-informazzjoni maħżuna mill-Eurojust.
6. Il-membri nazzjonali interessati mit-talba għandhom jitrattawha u jilħqu deċiżjoni f'isem l-Eurojust. It-talba għandha tiġi trattata kompletament fi żmien tliet xhur minn meta tiġi rċevuta. Meta l-membri ma jaqblux, għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-Kulleġġ, li għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq talba ta' maġġoranza ta' żewġ terzi.
7. Jekk ma jingħatax aċċess jew informazzjoni personali li tinteressa lill-applikant li m'hix proċessata mill-Eurojust, din ta' l-aħħar għandha tgħarraf lill-applikant li l-kontrolli saru, mingħajr ma tingħata informazzjoni li tista' turi jekk l-applikant hux magħruf jew le.
8. Jekk l-applikant mhux sodisfatt bir-risposta mogħtija għat-talba tiegħu, hu jista' jappella dik id-deċiżjoni quddiem il-korp konġunt ta' sorveljanza. Il-korp konġunt ta' sorveljanza għandu jeżamina jekk id-deċiżjoni meħuda mill-Eurojust hiex konformi jew le ma' din id-Deċiżjoni.
9. L-awtoritajiet kompetenti dwar l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri għandhom jiġu konsultati mill-Eurojust qabel tittieħed deċiżjoni. Huma għandhom sussegwentament jiġu mgħarrfa bil-kontenut permezz tal-membri nazzjonali konċernati.
Artikolu 20
Korrezzjoni u tħassir ta' informazzjoni personali
1. Skond l-Artikolu 19(3), kull individwu għandu jkun intitolat li jistaqsi lill-Eurojust biex tikkorreġi, timblokka, jew tħassar informazzjoni dwaru jekk mhix korretta jew mhix sħiħa jew jekk id-dħul u l-ħażna tagħhom huma kuntrarji għal din id-Deċiżjoni.
2. L-Eurojust għandha tgħarraf lill-applikant meta tikkorreġi, timblokka jew tħassar informazzjoni dwaru. Jekk l-applikant mhux sodisfatt bir-risposta ta' l-Eurojust, hu jista' jirreferi l-kwistjoni lill-korp konġunt ta' sorveljanza fi żmien tletin ġurnata minn meta jirċievi d-deċiżjoni ta' l-Eurojust.
3. Fuq talba ta' l-awtoritajiet ta' Stat Membru, ta' membru nazzjonali tiegħu jew ta' korispondent nazzjonali tiegħu, u taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Eurojust għandha, skond ir-regoli ta' proċedura tagħha, tikkorreġi jew tħassar informazzjoni personali li qed tiġi proċessata mill-Eurojust li kienet trasmessa jew imdaħħla minn dak l-Istat Membru, il-membru nazzjonali tiegħu jew il-korrispondent nazzjonali tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-Eurojust, li jinkludu l-membru nazzjonali jew il-korrispondent nazzjonali, jekk hemm, għandhom f'dan il-kuntest jiżguraw li l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u (3) u fl-Artikolu 15(4) huma mħarsa.
4. Jekk jirriżulta li informazzjoni personali proċessata mill-Eurojust mhix korretta jew mhix sħiħa jew li d-dħul jew l-ħażna tagħha jmorru kontra d-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-Eurojust għandha timblokka, tikkorreġi jew tħassar din l-informazzjoni.
5. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-fornituri u d-destinatarji kollha ta' din l-informazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa immedjatament. Skond ir-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji, għandhom imbagħad jikkorreġu, jimblokkaw jew iħassru din l-informazzjoni fis-sistemi proprji tagħhom.
Artikolu 21
Limitu ta' żmien għall-ħażna ta' informazzjoni personali
1. Informazzjoni personali proċessata mill-Eurojust għandha tinżamm mill-Eurojust għaż-żmien neċessarju biss biex tilħaq l-għanijiet tagħha.
2. L-informazzjoni personali msemmija fl-Artikolu 14(1) li ġiet ipproċessata mill-Eurojust ma tistax tibqa' maħżuna wara ►M2 l-ewwel applikabbli fost id-dati li ġejjin ◄ :
(a) l-informazzjoni ta' skadenza tal-prosekuzzjoni fil-limitazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha konċernati bl-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet;
(aa) id-data meta l-persuna nħelset mill-akkużi u d-deċiżjoni saret finali;
(b) tliet snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar Stat Membru konċernat mill-investigazzjoni jew mill-prosekuzzjonijiet saret finali;
(ċ) l-informazzjoni meta l-Eurojust u l-Istati Membri konċernati stabbilew b'mod reċiproku jew qablu li mhux aktar neċessarju għall-Eurojust li tikkordina l-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet. ►M2 , sakemm ma jkunx hemm obbligu li l-Eurojust tingħata din l-informazzjoni konformement mal-Artikolu 13(6) u (7) jew mal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 13(4); ◄
(d) tliet snin wara d-data meta ntbagħtet l-informazzjoni konformement mal-Artikolu 13(6) u (7) jew mal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 13(4).
3.
(a) Osservanza tal-perijodu ta' ħażna msemmi ►M2 fil-paragrafu 2(a), (b), (c) u (d) ◄ għandha tiġi riveduta b'mod kostanti b'ipproċessar xieraq awtomatizzat. Madankollu, reviżjoni dwar il-bżonn li tinħażen l-informazzjoni għandha ssir kull tliet snin wara li tkun iddaħħlet l-informazzjoni.
(b) Meta jiskadi wieħed mit-termini perentorji ta' ħażna msemmi ►M2 fil-paragrafu 2(a), (b), (c) u (d) ◄ , l-Eurojust għandha tirrevedi l-bżonn li taħżen l-informazzjoni għal aktar żmien biex tkun tista' tilħaq l-għanijiet tagħha u hi tista' tiddeċiedi b'mod ta' deroga li taħżen din l-informazzjoni sar-reviżjoni ta' wara. ►M2 Madankollu, ladarba l-prosekuzzjoni tkun prekluża mil-limitazzjonijiet tal-preskrizzjoni fl-Istati Membri kollha konċernati kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), id-data tista’ tinħażen biss jekk meħtieġ sabiex tippermetti lill-Eurojust tipprovdi assistenza konformement ma’ din id-Deċiżjoni. ◄
(ċ) Meta informazzjoni tkun maħżuna permezz ta' deroga skond il-punt (b), reviżjoni tal-bżonn li tinħażen din l-informazzjoni għandha ssir kull tliet snin.
4. Meta jeżisti fajl li jkun fih informazzjoni mhux awtomatizzata u mhux strutturata, meta jiskadi t-terminu perentorju għall-ħażna ta' l-aħħar punt ta' informazzjoni awtomatizzata mill-fajl, id-dokumenti kollha fil-fajl għandhom jiġu ritornati lill-awtorità li provvdiethom u kull kopja għandha tinqered.
5. Fejn l-Eurojust ikkordinat investigazzjoni jew prosekuzzjonijiet, il-membri nazzjonali kkonċernati għandhom jinformaw lill-Eurojust u lill-Istati Membri l-oħra konċernati dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li jirrelataw mal-każ li ġew iffinalizzati sabiex, fost ħwejjeġ oħra, l-paragrafu 2(b) jkun jista' jiġi applikat.
Artikolu 22
Sigurtà ta' informazzjoni
1. L-Eurojust, u safejn hu konċernat bl-informazzjoni trasmessa mill-Eurojust kull Stat Membru, għandu, fir-rigward tal-ipproċessar ta' informazzjoni personali fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni, jipproteġi informazzjoni personali kontra qerda aċċidentali jew illegali, telf aċċidentali jew kxif mhux awtorizzat, alterazzjoni u aċċess jew kull forma oħra li mhix awtorizzata għal ipproċessar.
2. Ir-regoli tal-proċedura għandhom ikollhom il-miżuri tekniċi u l-arranġamenti ta' l-organizzazzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni rigward is-sigurtà ta' informazzjoni u b'mod partikolari miżuri magħmulha biex:
(a) iċaħħdu aċċess lill-persuni mhux awtorizzati għal tagħmir li jipproċessa informazzjoni użat għal proċessar ta' informazzjoni personali;
(b) ma jħallux li mezzi ta' informazzjoni jinqraw, jiġu kopjati, immodifikati jew imneħħija minn persuni mhux awtorizzati;
(ċ) ma jħallux id-dħul mhux awtorizzat ta' informazzjoni u li ssir spezzjoni, modifikazzjoni u tħassir mhux awtorizzat ta' informazzjoni personali maħżuna;
(d) ma jħallux l-użu ta' sistemi ta' proċessar ta' informazzjoni awtomatizzata minn persuni mhux awtorizzati li jużaw apparat għal komunikazzjoni ta' informazzjoni;
(e) jiżguraw li persuni awtorizzati li jużaw sistema ta' proċessar ta' informazzjoni għandhom aċċess biss għall-informazzjoni koperta bl-awtorizzazzjoni tagħhom għal aċċess;
(f) jiżguraw li hu possibbli li jiġu vverifikati u stabbiliti lejn liema korpi hi trasmessa l-informazzjoni personali meta l-informazzjoni hi komunikata;
(g) jiżguraw li hu sussegwentement possibbli li jivverifikaw u jistabbilixxu liema informazzjoni personali iddaħħlet fis-sistema ta' proċessar ta' informazzjoni awtomatizzata u meta u minn min iddaħħlet din l-informazzjoni;
(h) li ma jħallux il-qari, l-ikkoppjar, il-modifikazzjonijiet jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' informazzjoni personali matul trasferimenti ta' informazzjoni personali jew matul it-trasport tal-mezzi ta' l-informazzjoni.
Artikolu 23
Korp Konġunt ta' Sorveljanza
1. Korp konġunt ta' sorveljanza indipendenti għandu jiġi stabbilit biex josserva b'mod kollettiv l-attivitajiet ta' l-Eurojust imniżżla ►M2 fl-Artikolu 14 sa 22, 26, 26a u 27 ◄ sabiex jiżgura li l-ipproċessar ta' informazzjoni personali hu magħmul skond din id-Deċiżjoni. Biex iwettaq dawn il-funzjonijiet, il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jkun intitolat li jkollu aċċess sħiħ għall-fajls kollha fejn hi proċessata informazzjoni bħal din. L-Eurojust għandha tipprovdi lill-Korp Konġunt ta' Sorveljanza bl-informazzjoni kollha minn dawn il-fajls li hi meħtieġa u għandha tassisti lil dak il-korp fil-funzjonijiet tiegħu b'kull mezz ieħor.
Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għandu jiltaqa’ mill-inqas darba f’kull sitt xhur. Huwa għandu jiltaqa’ wkoll fi żmien it-tliet xhur wara l-preżentazzjoni ta’ appell kif imsemmi fl-Artikolu 19(8) jew fi żmien tliet xhur wara d-data meta każ ikun ġie riferut lilu taħt l-Artikolu 20(2). Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza jista’ wkoll jitlaqqa’ mill-president tiegħu meta tal-inqas żewġ Stati Membri jitolbu dan.
Biex jiġi stabbilit il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza, kull Stat Membru, waqt li jaġixxi skond is-sistema ġuridika tiegħu, għandu jaħtar imħallef li mhux membru ta' l-Eurojust, jew, jekk is-sistema kostituzzjonali jew nazzjonali teħtieġ hekk persuna li teżerċita funzjonijiet li jagħtuha indipendenza suffiċenti, għal inklużjoni fuq il-lista ta' mħallfin li jistgħu jippresiedu fuq il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza bħala membri jew imħallfin ad hoc. L-ebda ħatra bħal din m'għandha tkun ta' inqas minn ►M2 tliet snin ◄ . Revoka tal-ħatra għandha tiġi regolata mill-prinċipji għal tneħħija applikabbli taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' oriġini. Ħatra u tneħħija għandhom ikunu komunikati kemm lis-Segretarjat tal-Kunsill Ġenerali kif ukoll lill-Eurojust.
2. Il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jkun magħmul minn tliet membri permanenti u, kif imsemmi fil-paragrafu 4, minn imħallfin ad hoc.
3. Imħallef maħtur minn Stat Membru għandu jsir membru permanenti wara li jiġi elett mil-laqgħa plenarja tal-persuni maħturin mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1, u għandu jibqa’ membru permanenti għal tliet snin. L-elezzjonijiet għandhom isiru kull sena għal membru permanenti wieħed tal-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza permezz ta’ vot sigriet. Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għandu jkun ippresedut mill-membru li hu/hi fit-tielet sena tal-mandat tiegħu/tagħha wara l-elezzjonijiet. Il-membri permanenti jistgħu jerġgħu jiġu eletti. Persuni maħturin li jixtiequ jiġu eletti għandhom jippreżentaw il-kandidatura tagħhom bil-miktub lis-Segretarjat tal-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għaxart ijiem qabel il-laqgħa li fiha l-elezzjoni għandha ssir.
4. Imħallef ad hoc wieħed jew aktar għandhom jkollhom ukoll sede, imma biss għat-tul ta' l-eżami ta' appel li jikkonċerna informazzjoni personali mill-Istat Membru li ħatarhom.
4a. Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għandu jadotta fir-regoli ta’ proċedura tiegħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4.
5. Il-kompożizzjoni tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandha tibqa' l-istess għat-tul tal-proċedura ta' appelli anke jekk il-membri permanenti laħqu t-tmiem ta' kariga skond il-paragrafu 3.
6. Kull membru u imħallef ad hoc hu intitolat għal vot wieħed. F'każ ta' parità ta' voti, il-president għandu jkollu l-vot deċiżiv.
7. Il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jeżamina appelli mogħtija lilu skond l-Artikolu 19(8) u l-Artikolu 20(2) u jagħmel kontrolli skond il-paragrafu 1, l-ewwel sub-paragrafu, ta' dan l-Artikolu.
Jekk il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza jikkunsidra li xi deċiżjoni meħuda mill-Eurojust jew l-ipproċessar ta' informazzjoni minnha mhix kompatibbli ma' din id-Deċiżjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rriferuta lill-Eurojust, li għandu jaċċetta d-deċiżjoni tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza.
8. Id-Deċiżjonijiet tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandhom ikunu finali u vinkolanti għall-Eurojust.
9. Il-persuni maħtura mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1, it-tielet sub-paragrafu, ippreseduti mill-president tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza, għandhom jadottaw regoli interni ta' proċedura li, għall-iskop ta' l-eżami ta' l-appelli, iniżżlu l-kriterja ta' skop għall-ħatra tal-membri tal-Korp.
10. L-ispejjeż tas-Segretarjat għandhom jiddaħħlu fil-budget ta' l-Eurojust. Is-Segretarjat tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jgawdi indipendenza fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu fis-segretarjat ta' l-Eurojust. ►M2 Is-Segretarjat tal-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza jista’ jirrikorri għall-konoxxenza esperta tas-segretarjat stabbilit bid-Deċiżjoni 2000/641/ĠAI ( 16 ). ◄
11. Il-membri tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandhom ikunu bla ħsara għall-obbligazzjoni ta' riservatezza stabbilita fl-Artikolu 25.
12. Il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jagħti rapport annwali lill-Kunsill.
Artikolu 24
Responsabbiltà għal ipproċessar ta' informazzjoni mhix awtorizzata u mhix korretta
1. L-Eurojust għandha tkun responsabbli, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn jinstabu l-kwartieri ġenerali, għal kull ħsara kawżata lil individwu li tirriżulta minn proċessar ta' informazzjoni mhIx awtorizzata jew mhix korretta magħmulha minnha.
2. Ilmenti kontra l-Eurojust skond ir-responsabbiltà stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom jinstemgħu mill-qrati ta' l-Istat Membru fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tiegħu.
3. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, għal kull ħsara kawżata lil individwu li tirriżulta minn proċessar ta' informazzjoni mhix awtorizzata jew mhix korretta magħmulha minnha ta' informazzjoni li ġiet ikkomunikata lill-Eurojust.
Artikolu 25
Riservatezza
1. Il-membri nazzjonali, id-deputati tagħhom u l-assistenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 2(2a), il-persunal tal-Eurojust, il-korrispondenti nazzjonali u l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-data huma marbuta b’obbligu ta’ kunfidenzjalità, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4).
2. L-obbligazzjoni ta' riservatezza għandha tapplika għall-persuni kollha u għall-korpi kollha msejħa biex jaħdmu ma' l-Eurojust.
3. L-obbligazzjoni ta' riservatezza għandha tgħodd anke wara t-tmiem tal-funzjonijiet, jew tat-tmiem ta' l-attivitajiet tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Mingħajr preġudizzju ►M2 fl-Artikolu 2(4) ◄ , l-obbligazzjoni ta' riservatezza għandha tgħodd għall-informazzjoni kollha li tirċievi l-Eurojust.
Artikolu 25a
Koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew u networks oħra tal-Unjoni Ewropea involuti fil-koperazzjoni f’materji kriminali
1. L-Eurojust u n-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom iżommu relazzjonijiet privileġġati ma’ xulxin, ibbażati fuq konsultazzjoni u komplementarjetà, speċjalment bejn il-membru nazzjonali, il-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew tal-istess Stat Membru u l-korrispondenti għall-Europol u n-Network Ġudizzjarju Ewropew. Sabiex tiġi żgurata koperazzjoni effiċjenti, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
(a) il-membri nazzjonali għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jinfurmaw lill-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha fejn huma jqisu li n-Network jinsab f’pożizzjoni aħjar biex jittrattahom;
(b) is-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jifforma parti mill-persunal tal-Eurojust. Huwa għandu jiffunzjona bħala unità separata. Huwa jista’ juża r-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, inkluż biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-laqgħat plenarji tan-Network. Fejn il-laqgħat plenarji jsiru fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, l-ispejjeż jistgħu jkopru biss l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-ispejjeż għall-interpretazzjoni. Meta l-laqgħat plenarji jsiru fl-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, l-ispejjeż jistgħu jkopru biss parti mill-ispejjeż globali tal-laqgħa;
(c) Il-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarja Ewropew jistgħu jiġu mistiedna fuq każ b’każ biex jattendu l-laqgħat tal-Eurojust.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), is-Segretarjat tan-Network għal Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta u tan-Networks stabbiliti bid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI għandhom jifformaw parti mill-persunal tal-Eurojust. Dawn is-segretarjati għandhom jiffunzjonaw bħala unitajiet separati. Huma jistgħu jużaw ir-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Il-koordinazzjoni bejn is-segretarjati għandha tkun żgurata mill-Eurojust.
Dan il-paragrafu għandu japplika għas-segretarjat ta’ kwalunkwe network ġdid stabbilit b’deċiżjoni tal-Kunsill fejn dik id-deċiżjoni tipprevedi li s-segretarjat għandu jiġi provdut mill-Eurojust.
3. In-network stabbilit bid-Deċiżjoni 2008/852/ĠAI jista’ jitlob li l-Eurojust tipprovdi segretarjat għan-Network. Jekk issir tali talba, għandu japplika l-paragrafu 2.
Artikolu 26
Relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji Komunitarji jew relatati mal-Unjoni
1. Sa fejn ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet koperattivi mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji stabbiliti minn, jew abbażi tat-Trattatti li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej jew it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet koperattivi ma’ għall-anqas:
(a) l-Europol;
(b) l-OLAF;
(c) l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex);
(d) il-Kunsill, b’mod partikolari ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Konġunt tiegħu.
L-Eurojust għandha wkoll tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet koperattivi man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju.
2. L-Eurojust tista’ tikkonkludi strumenti ta’ ftehim jew arranġamenti ta’ ħidma mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Tali ftehim jew arranġament ta’ ħidma jista’, b’mod partikolari, jikkonċerna l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża data personali, u l-issekondar ta’ uffiċjali ta’ kollegament mal-Eurojust. Tali ftehim jew arranġament ta’ ħidma jista’ jiġi konkluż biss wara konsultazzjoni mill-Eurojust tal-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data wara l-approvazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. L-Eurojust għandha tinforma lill-Kunsill b’kull pjan li jkollha li tidħol fi kwalunkwe negozjazzjoni bħal din u l-Kunsill jista’ jasal għal kwalunkwe konklużjoni li jikkunsidra xierqa.
3. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ xi ftehim jew arranġament kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Eurojust tista’ tirċievi direttament u tuża informazzjoni, inkluża data personali, mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħha, u tista’ tibgħat informazzjoni direttament, inkluża data personali, lil tali entitajiet, sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompiti ta’ min jirċiviha u konformement mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data previsti f’din id-Deċiżjoni.
4. L-OLAF jista’ jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Eurojust għall-finijiet tal-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u proċeduri ta’ prosekuzzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, jew fuq l-inizjattiva tal-Eurojust jew fuq talba tal-OLAF fejn l-awtoritajiet komptenti nazzjonali konċernati ma jopponux tali parteċipazzjoni.
5. Għall-finijiet tar-riċezzjoni u t-trasmissjoni ta’ data bejn l-Eurojust u l-OLAF, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust għandhom jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1073/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ( 17 ). L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra skond dawn ir-regolamenti.
Artikolu 26a
Relazzjonijiet ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet
1. Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ wkoll jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet koperattivi mal-entitajiet li ġejjin:
(a) Stati terzi;
(b) organizzazzjonijiet bħal:
(i) organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kopri subordinati tagħhom irregolati bil-liġi pubblika;
(ii) korpi oħrajn irregolati bil-liġi pubblika li huma bbażati fuq ftehim bejn żewġ Stati jew aktar; kif ukoll
(iii) l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (Interpol).
2. L-Eurojust tista’ tikkonkludi strumenti ta’ ftehim mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Kull ftehim bħal dan jista’, b’mod partikolari, jikkonċerna l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża data personali, u l-issekondar ta’ uffiċjali ta’ kollegament jew maġistrati ta’ kollegament mal-Eurojust. Kull ftehim bħal dan jista’ jiġi konkluż biss wara l-approvazzjoni mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’ maġġoranza kwalifikata, wara konsultazzjoni mill-Eurojust mal-Korp Superviżorju Konġunt dwar id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. L-Eurojust għandha tinforma lill-Kunsill b’kull pjan li jkollha li tidħol fi kwalunkwe negozjazzjoni bħal din u l-Kunsill jista’ jasal għal kwalunkwe konklużjoni li jikkunsidra xierqa.
3. Kwalunkwe ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 li jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ data personali jista’ jiġi konkluż biss jekk l-entità konċernata tkun suġġetta għall-Konvenzjoni tat-28 ta’ Jannar 1981 tal-Kunsill tal-Ewropa jew wara valutazzjoni li tikkonferma l-eżistenza ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data żgurat minn dik l-entità.
4. Kwalunkwe ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tiegħu, inkluża l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
5. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe ftehim imsemmi fil-paragrafu 2, l-Eurojust tista’ tirċievi data direttament, inkluża data personali u data klassifikata, sa fejn din tkun meħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħha.
6. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe ftehim imsemmi fil-paragrafu 2, l-Eurojust tista’ taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(1), tittrasmetti data direttament, ħlief data personali, lil dawn l-entitajiet, sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompitu tar-riċevent.
7. L-Eurojust tista’ taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(1), tittrasmetti data personali lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, fejn:
(a) dan ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ jew il-ġlieda kontra reati kriminali li għalihom hija kompetenti l-Eurojust, u
(b) l-Eurojust tkun ikkonkludiet ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 2 mal-entità konċernata, li jkun daħal fis-seħħ u li jippermetti t-trasmissjoni ta’ tali data.
8. Kwalunkwe nuqqas sussegwenti jew probabbiltà sostanzjali ta’ nuqqas, min-naħa tal-Istati terzi jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandhom jiġu komunikati immedjatament mill-Eurojust lill-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza u l-Istati Membri konċernati. Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza jista’ ma jawtorizzax aktar skambju ta’ informazzjoni personali ma’ l-entitajiet rilevanti sakemm hu sodisfatt li remedji adegwati ġew provduti.
9. Madankollu, anke jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jiġux sodisfatti, membru nazzjonali jista’, filwaqt li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità nazzjonali kompetenti u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tiegħu, fuq bażi ta’ eċċezzjoni u bl-għan waħdieni li jittieħdu miżuri urġenti biex jopponi periklu serju imminenti li jhedded persuna jew sigurtà pubblika, iwettaq skambju ta’ informazzjoni li jinvolvi data personali. Il-membru nazzjonali għandu jkun responsabbli għal-legalità tal-awtorizzazzjoni tal-komunikazzjoni. Il-membru nazzjonali għandu jżomm reġistru tal-komunikazzjonijiet ta’ data u r-raġunijiet għal dawn il-komunikazzjonijiet. Il-komunikazzjoni ta’ data għandha tkun awtorizzata biss jekk min jirċeviha jerfa’ r-responsabbiltà li d-data ser tintuża biss għall-fini li għalih ġiet trasmessa.
Artikolu 27
Trasmissjoni ta’ data
1. Qabel ma’ l-Eurojust tiskambja kwalunkwe informazzjoni mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 26a, il-membru nazzjonali tal-Istat Membru li ppreżenta l-informazzjoni għandu jagħti l-konsensus tiegħu għat-trasferiment ta’ dik l-informazzjoni. F’każi adatti l-membru nazzjonali għandu jikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
2. L-Eurojust għandha tkun responsabbli għal-legalità tat-trasmissjoni tad-data. L-Eurojust għandha tirreġistra t-trasmissjonijiet kollha ta’ data taħt l-Artikoli 26 u 26a u tar-raġunijiet għal tali trasmissjonijiet. Għandha tintbgħat data biss jekk min jirċeviha jintrabat li d-data tintuża biss għall-fini li għalih intbagħtet.
Artikolu 27a
Maġistrati ta’ kollegament mibgħuta fi Stati terzi
1. Għall-finijiet li tkun iffaċilitata l-koperazzjoni ġudizzjarja ma’ Stati terzi f’każijiet fejn l-Eurojust tkun qed tipprovdi assistenza konformement ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kulleġġ jista’ jassenja maġistrati ta’ kollegament lil Stat terz, suġġett għal ftehim kif imsemmi fl-Artikolu 26a ma’ dak l-Istat terz. Qabel id-dħul f’negozjati ma’ Stat terz, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu. L-Eurojust għandha tinforma lill-Kunsill b’kull pjan li jkollha li tidħol fi kwalunkwe negozjazzjoni bħal din u l-Kunsill jista’ jasal għal kwalunkwe konklużjoni li jikkunsidra xierqa.
2. Il-maġistrat ta’ kollegament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu esperjenza ta’ ħidma mal-Eurojust u konoxxenza adegwata tal-koperazzjoni ġudizzjarja u ta’ kif taħdem l-Eurojust. L-assenjazzjoni ta’ maġistrat ta’ kollegament f’isem l-Eurojust għandha tkun suġġetta għall-kunsens minn qabel tal-maġistrat u tal-Istat Membru tiegħu.
3. Jekk il-maġistrat ta’ kollegament assenjat mill-Eurojust jingħażel minn fost membri, deputati jew assistenti nazzjonali:
(i) għandu jiġi sostitwit fil-funzjoni tiegħu bħala membru, deputat jew assistent nazzjonali, mill-Istat Membru;
(ii) ma jibqax intitolat li jeżerċita s-setgħat mogħtijin lilu taħt l-Artikoli 9a sa 9e.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali Tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament (KEE), Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 18 ), il-Kulleġġ tal-Eurojust għandu jfassal ir-regoli dwar l-assenjazzjoni tal-maġistrati ta’ kollegament u jadotta l-arranġamenti implimentattivi neċessarji meħtieġa f’dan ir-rigward f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
5. L-attivitajiet tal-maġistrati ta’ kollegament assenjati mill-Eurojust għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza mill-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza. Il-maġistrati ta’ kollegament għandhom jirrapportaw lill-Kulleġġ tal-Eurojust li għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rapport annwali, u f’manjiera adatta, dwar l-attivitajiet tagħhom. Il-maġistrati ta’ kollegament għandhom jinformaw lill-membri nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-każijiet kollha rigward l-Istat Membru tagħhom.
6. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u l-maġistrati ta’ kollegament imsemmijin fil-paragrafu 1, jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin direttament. F’tali każijiet, il-maġistrat ta’ kollegament għandu jinforma lill-membru nazzjonali konċernat dwar kuntatti bħal dawn.
7. Il-maġistrati ta’ kollegament imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet.
Artikolu 27b
Talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarja magħmula lil u minn Stati terzi
1. L-Eurojust tista’, bi qbil mal-Istati Membri konċernati, tikkoordina l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarja emessi minn Stat terz fejn dawn it-talbiet ikunu parti mill-istess investigazzjoni u jeħtieġu eżekuzzjoni f’minn tal-anqas żewġ Stati Membri. It-talbiet imsemmija f’dan il-paragrafu jistgħu wkoll jiġu trasmessi lill-Eurojust minn awtorità nazzjonali kompetenti.
2. F’każ ta’ urġenza u konformement mal-Artikolu 5a, l-OCC tista’ tirċievi u tipproċessa talbiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u maħruga minn Stat terz li kkonkluda ftehim ta’ koperazzjoni mal-Eurojust.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2), fejn talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarja li jikkonċernaw l-istess investigazzjoni u jeħtieġu eżekuzzjoni fi Stat terz, l-Eurojust tista’ wkoll, bi qbil mal-Istati Membri konċernati, tiffaċilita l-koperazzjoni ġudizzjarja ma’ dak l-Istat terz.
4. Talbiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jintbagħtu permezz tal-Eurojust jekk ikunu konformi mal-istrumenti applikabbli għar-relazzjoni bejn dak l-Istat terz u l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri konċernati.
Artikolu 27c
Responsabbiltà diversa mir-responsabbiltà għall-ipproċessar mhux awtorizzata jew skorrett ta’ informazzjoni
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Eurjust għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.
2. Fil-każ tar-responsabbiltà non-kuntrattwali, l-Eurojust għandha, indipendentement minn kwalunkwe responsabbiltà taħt l-Artikolu 24, tkun obbligata tħallas kwalunkwe dannu kkawżata ħtija tal-Kulleġġ jew il-persunal tal-Eurojust fit-twettiq tad-doveri tagħhom, sa fejn hu jista’ jkun imputat lilhom u indipendentement mill-proċeduri differenti għat-talba tad-danni li jeżistu taħt il-liġi tal-Istati Membri.
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għal danni kkawżati minħabba nuqqas min-naħa ta’ membru, deputat jew assistent nazzjonali fit-twettiq ta’ dmirijietu jew dmirijietha. Madankollu, meta dan tal-aħħar ikun qed jaġixxi abbażi tas-setgħat konferiti lilu taħt l-Artikoli 9a sa 9e, l-Istat Membru tal-oriġini tiegħu għandu jirrimborża lill-Eurojust is-somom li l-Eurojust tkun ħallset b’riparazzjoni għal tali dannu.
4. Il-parti milquta għandha jkollha d-dritt li titlob li l-Eurojust ma’ tieħu l-ebda azzjoni, jew li twaqqafha.
5. Il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri kompetenti li jittrattaw disputi li jinvolvu r-responsabbiltà tal-Eurojust kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandhom jiġu determinati b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ( 19 ).
Artikolu 28
Organizzazzjoni u operat
1. Il-Kulleġġ għandu jkun responsabbli mill-organizzazzjoni u l-operat ta' l-Eurojust.
2. Il-Kulleġġ għandu jaħtar President mill-membri nazzjonali u jista', jekk jikkonsidra li hu neċessarju, jaħtar sa żewġ Viċi-Presidenti. Ir-riżultat ta' l-elezzjoni għandu jingħata lill-Kunsill ►M2 b’maġġoranza kwalifikata ◄ għall-approvazzjoni tiegħu.
3. Il-President għandu jeżerċita d-dmirijiet tiegħu f'isem il-Kulleġġ u taħt l-awtorità tiegħu, jidderieġi x-xogħol tiegħu u josserva l-amministrazzjoni ta' kuljum magħmula mid-Direttur Amministrattiv. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jispeċifikaw il-każi meta d-deċiżjonijiet jew l-azzjonijiet tiegħu għandhom bżonn awtorizzazzjoni minn qabel jew rapport mill-Kulleġġ.
4. Iż-żmien ta' kariga tal-President hi ta' tliet snin. Jista' jerġa' jinħatar darba biss. Iż-żmien ta' kariga ta' kull Viċi-President għandu jkun regolat mir-regoli ta' proċedura.
5. L-Eurojust għandha tkun megħjuna minn segretarjat li l-kap tiegħu hu d-Direttur Amministrattiv.
6. L-Eurojust għandha teżerċita fuq il-persunal taghha l-poteri żviluppati mill-Awtorità li ħatritu. Il-Kulleġġ għandu jaddotta regoli xierqa għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu skond ir-regoli ta' proċedura.
Artikolu 29
Direttur Amministrattiv
1. Id-Direttur Amministrattiv ta' l-Eurojust għandu jkun maħtur ►M2 b’maġġoranza ta’ tliet-kwarti ◄ mill-Kulleġġ. Il-Kulleġġ għandu jistabbilixxi bord ta' selezzjoni li, wara sejħa għal applikazzjonijiet, għandu jistabbilixxi lista ta' kandidati li minnhom il-Kulleġġ għandu jagħżel lid-Direttur Amministrattiv. ►M2 Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tipparteċipa fil-proċess ta’ għażla u tieħu sehem fil-bord tal-għażla. ◄
2. Iż-żmien ta' kariga tad-Direttur Amministrattiv għandu jkun ta' ħames snin. ►M2 Għandu jkun jista’ jiġi estiż mingħajr il-ħtieġa ta’ sejħa għal applikazzjonijiet, dment li l-Kulleġġ jiddeċiedi hekk b’maġġoranza ta’ tliet-kwarti u jaħtar id-Direttur Amministrattiv bl-istess maġġoranza. ◄
3. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun soġġett għar-regoli u regolamenti applikabbli għal uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
4. Id-Direttur Amministrattiv għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kulleġġ u tal-President tiegħu, skond l-Artikolu 28(3). Jista' jitneħħa mill-kariga mill-Kulleġġ b'maġġoranza ta' żewġ terzi.
5. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli, taħt is-superviżjoni tal-President, għall-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Eurojust u għall-amministrazzjoni tal-persunal. ►M2 Għal dak l-għan, huwa għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni, f’koperazzjoni mal-Kulleġġ, ta’ proċedura effikaċi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Eurojust f’termini tal-ksib tal-għanijiet tagħha. Id-Direttur Amministrattiv għandu jirrapporta lill-Kulleġġ regolarment dwar ir-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ. ◄
Artikolu 30
Il-Persunal
1. Il-persunal ta' l-Eurojust għandhom ikunu soġġetti għar-regoli u regolamenti applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, b'mod partikolari dwar ir-reklutaġġ u l-istatut tagħhom.
2. Il-persunal ta' l-Eurojust għandu jikkonsisti f'persunal irreklutat skond ir-regoli u r-regolamenti msemmija fil-paragrafu 1, waqt li jiġu kunsidrati l-kriterji kollha msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 ( 20 ), li jinkludu d-distribuzzjoni ġeografika tagħhom. Għandu jkollhom id-deskrizzjoni ta' persunal permanenti, persunal temporanju u persunal lokali. Fuq it-talba tad-Direttur Amministrattiv, u bi ftehim mal-President f'isem il-Kulleġġ, uffiċjali tal-Komunità jistgħu jiġu sekondati lill-Eurojust mill-istituzzjonijiet tal-Komunità bħala persunal temporanju. L-Istati Membri jistgħu jissekondaw esperti nazzjonali lill-Eurojust ►M2 li jistgħu jassistu wkoll lill-membru nazzjonali ◄ . ►M2 Il-Kulleġġ għandu jadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-esperti nazzjonali ssekondati. ◄
3. Taħt l-awtorità tal-Kulleġġ, il-persunal għandu jaqdi l-funzjonijiet tiegħu waqt li jkun konxju ta' l-għanijiet u l-mandat ta' l-Eurojust, mingħajr ma jfittex u jew jaċċetta struzzjonijiet minn kull gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna estranja għall-Eurojust ►M2 mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25a(1)(c) u 25a(2) ◄ .
Artikolu 31
Għajnuna bl-interpretazzjoni u t-traduzzjoni
1. L-arranġamenti lingwistiċi uffiċjali ta' l-Unjoni għandhom japplikaw għal proċeduri ta' l-Eurojust.
2. Ir-rapport annwali lill-Kunsill, imniżżel fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 32(1), għandu jsir fl-ilsna uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni.
Artikolu 32
►M2 Informazzjoni għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni ◄
1. Il-President, f'isem il-Kulleġġ, għandu jirrapporta lill-Kunsill bil-kitba kull sena dwar l-attivitajiet u l-amministrazzjoni, li jinkludu l-amministrazzjoni tal-budget, ta' l-Eurojust.
Għal dak il-għan, il-Kulleġġ għandu jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Eurojust u dwar xi problemi ta' politika kriminali fl-Unjoni, enfasizzati b'riżultat ta' l-attivitajiet ta' l-Eurojust. F'dak ir-rapport, l-Eurojust tista' tagħmel proposti għal titjib fil-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.
Il-President jista' jagħti kull rapport jew kull informazzjoni oħra dwar l-operat ta' l-Eurojust li jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kunsill.
2. Kull sena l-Presidenza tal-Kunsill għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew dwar ix-xogħol magħmul mill-Eurojust and fuq l-attivitajiet tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza.
3. Il-Kummissjoni jew il-Kunsill jistgħu jfittxu l-opinjoni tal-Eurojust dwar l-abbozz tal-istrumenti kollha mħejjija taħt it-Titolu VI tat-Trattat.
Artikolu 33
Finanzi
1. Is-salarji u l-emolumenti tal-membri, id-deputati u l-assistenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jinġarru mill-Istat Membru ta’ oriġini.
2. Meta membri, deputati u assistenti nazzjonali jaġixxu fil-qafas tal-funzjonijiet tal-Eurojust, l-ispiża rilevanti marbuta ma’ dawn l-attivitajiet għandha titqies bħala spiża operattiva fis-sens tal-Artikolu 41(3) tat-Trattat.
Artikolu 34
Budget
1. Għandhom isiru previżjonijiet tad-dħul u tal-ħruġ kollu ta' l-Eurojust għal kull sena finanzjarja, li għandha tkun l-istess bħas-sena kalendarja. Dawn għandhom jiddaħħlu fil-budget, li għandu jinkludi l-pjan ta' stabbiliment li għandu jingħata lill-awtorità kompetenti tal-budget għal budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-pjan ta' stabbiliment għandu jikkonsisti f'postijiet permanenti u temporanji, u referenza għal esperti nazzjonali sekondati, u għandu juri n-numru, il-grad u l-kategorija tal-persunal impjegat mill-Eurojust għas-sena finanzjarja in-kwistjoni.
2. Dħul u ħruġ għandhom jiġu bilanċjat fil-budget ta' l-Eurojust.
3. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul ta' l-Eurojust jista' jinkludi sussidju mdaħħal fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
4. Il-ħruġ ta' l-Eurojust għandu jinkludi, fost ħwejjeġ oħra, infiq relattat ma' interpreti u tradutturi, infiq fuq sigurtà, infiq fuq amministrazzjoni u infrastruttura, spejjeż operattivi u ta' kirja, spejjeż ta' vjaġġar tal-membri ta' l-Eurojust u tal-persunal tagħha u spejjeż li nħolqu minn kuntratti ma' terzi persuni.
Artikolu 35
It-tfassil ta' l-estimi finanzjarji
1. Kull sena l-Kulleġġ, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Amministrattiv, għandu jipproduċi l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja ta' wara. Din l-istima, li għandha tinkudi abbozz tal-pjan ta' l-istabbiliment, għandha tintbagħat mill-Kulleġġ lill-Kummissjoni l-iktar tard sal- ►M2 10 ta’ Frar ◄ . ►M2 In-Network Ġudizzjarju Ewropew u n-networks imsemmijin fl-Artikolu 25a(2) għandhom jiġu infurmati dwar il-partijiet relatati mal-attivitajiet tas-segretarjati tagħhom fi żmien dovut qabel ma jintbagħtu l-estimi lill-Kummissjoni. ◄
2. Fuq il-bażi ta' din l-istima, il-Kummissjoni għandha tipproponi fl-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-ammont tas-sussidju annwali kif ukoll il-postijiet ta' natura permanenti jew tempornja u tissottometti din il-proposta lill-awtorità ta' l-estimi finanzjarji skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
3. L-awtorità ta' l-estimi finanzjarji għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Eurojust u tistabbilixxi l-postijiet ta' natura permanenti jew temporanja ġewwa l-qafas tar-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
4. Qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, il-Kulleġġ ta' l-Eurojust għandu jadotta l-estimi finanzjarji, fuq il-bażi tas-sussidju annwali u l-postijiet awtorizzati mill-awtorità ta' l-estrimi finanzjarji skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, billi jiġu aġġustati skond il-kontribuzzjonijiet varji konċessi lill-Eurojust u l-fondi minn sorsi oħra.
Artikolu 36
L-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji u l-iskarigu
1. Id-Direttur Amminiatrattiv għandu, bħala l-uffiċjat ta' l-awtorizzazjonijiet, jimplimenta l-estimi finanzjarji ta' l-Eurojust. Għandu jirrapporta lill-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji.
2. ►M2 Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. ◄ L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istitituzzjonijiet u tal-korpi ddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
3. L-Eurojust għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Verifika dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Eurojust skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu u jissottomettihom lill-Kulleġġ ta' l-Eurojust għal opinjoni.
5. Il-Kulleġġ ta' l-Eurojust għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Eurojust.
6. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat, l-iktar tard sa' l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Verifika, flimkien ma' l-opinoni tal-Kulleġġ ta' l-Eurojust.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
8. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Verifika tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha l-iktar tard sat-30 ta' Settembru. Għandhu jibgħat din it-tweġiba wkoll lill-Kulleġġ ta' l-Eurojust.
9. Id-Direttur Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kulleġġ ta' l-Eurojust u l-President tiegħu, għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, kull tagħrif meħtieġ sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' l-iskarigu għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it- ►M2 15 ta’ Mejju ◄ tas-sena N +2, jagħti skarigu lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji għas-sena N.
Artikolu 37
Ir-regolament finanzjarji li japplika għall-estimi finanzjarji
1. Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-estimi finanzjarji ta' l-Eurojust għandhom jiġu adottati bl-unanimità mill-Kulleġġ wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux jitilqu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi riferiti fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 21 ) għajr jekk dan it-tluq ikun meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.
Artikolu 38
Verifika
1. Ir-reponsabbiltà għat-tqegħid fil-post tas-sistemi interni tal-kontroll u l-proċeduri xierqa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu għandha taqa' fuq l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjonijiet.
2. Il-Kulleġġ għandu jaħtar awditur intern li għandu jkun responsabbli b'mod partikolari fil-provvediment, skond il-livelli internazzjonali rilevanti, ta' assigurazzjoni dwar il-funzjonament proprju tas-sistemi u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-budget. L-awditur intern ma jistax ikun l-uffiċjal awtorizzat jew l-accountant. Il-Kulleġġ jista' jsaqsi lill-awditur intern tal-Kummissjoni biex iwettaq dawn il-funzjonijiet.
3. L-awditur għandu jirrapporta dak li jinstab u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Eurojust u jagħti kopja tar-rapport lill-Kummissjoni. L-Eurojust għandha, fid-dawl tar-rapporti ta' l-awditur, tieħu l-miżuri neċessarji bħala risposta għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
4. Ir-regoli stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru. 1073/1999 għandhom jgħoddu għall-Eurojust. Il-Kulleġġ għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni neċessarji.
Artikolu 39
Aċċess għal dokumenti
Fuq il-bażi ta' proposta mid-Direttur Amministrattiv, il-Kulleġġ għandu jadotta regoli għal aċċess ta' dokumenti ta' l-Eurojust, waqt li jikkonsidra l-prinċipji u l-limiti mniżżla fir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 22 ).
Artikolu 39a
Informazzjoni klassifikata tal-UE
L-Eurojust għandha tapplika l-prinċipji ta’ sigurtà u standards minimi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà ( 23 ) fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.
Artikolu 40
Applikazzjoni territorjali
Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd għal Ġibiltà, li għandha tkun rappreżentata mill-membru nazzjonali għar-Renju Unit.
Artikolu 41
Rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Eurojust u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bi kwalunkwe ħatra ta’ membri nazzjonali, assistenti kif ukoll persuni msemmija fl-Artikolu 12(1) u (2) u bi kwalunkwe bidla għal din il-ħatra. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jżomm lista aġġornata ta’ dawn il-persuni u għandu jagħmel l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom disponibbli lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni.
2. Il-ħatra definittiva ta’ membru nazzjonali ma tistax tidħol fis-seħħ qabel il-jum li fih is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jirċievi n-notifiki uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 9a(3).
Artikolu 41a
Evalwazzjoni
1. Qabel l-4 ta’ Ġunju 2014 u kull ħames snin wara, il-Kulleġġ għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċizjoni kif ukoll tal-attivitajiet imwettqa mill-Eurojust.
2. Kull evalwazzjoni għandha tagħti stima tal-impatt ta’ din id-Deċiżjoni, tivvaluta l-prestazzjoni tal-Eurojust f’termini ta’ ksib tal-għanijiet imsemmijin f’din id-Deċiżjoni kif ukoll l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Eurojust. Il-Kulleġġ għandu jistipula termini ta’ referenza speċifiċi b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
3. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 42
Disposizzjonijiet transitorji
Jekk neċessarju, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw l-liġi nazzjonali tagħhom ma' din id-Deċiżjoni ma' l-ewwel opportunità u f'kull każ mhux aktar tard mis-6 ta' Settembru 2003.
Artikolu 43
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41. F'dik id-data l-Unità Provviżorja tal-Koperazzjoni Ġudizzjarja tieqaf teżisti.
ANNESS
Lista msemmija fl-Artikolu 13(10) li tistabbilixxi l-minimu tat-tipi ta’ informazzjoni li għandha tintbagħat, fejn disponibbli, lill-Eurojust taħt l-Artikolu 13(5), (6) u (7)
1. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(5):
(a) l-Istati Membri parteċipanti,
(b) it-tipi ta’ reati konċernati,
(c) id-data tal-jum tal-ftehim li jistabbilixxi l-iskwadra,
(d) it-tul ta’ żmien tal-iskwadra, inkluża l-modifika ta’ dan it-tul ta’ żmien,
(e) id-dettalji tal-mexxej tal-iskwadra għal kull Stat Membru parteċipant.
(f) sommarju qasir tar-riżultati tal-iskwadri investigattivi konġunti.
2. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(6):
(a) id-data li tidentifika l-persuna, il-grupp jew l-entità li hi s-suġġett ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali;
(b) l-Istati Membri konċernati,
(c) ir-reat konċernat u ċ-ċirkostanzi tiegħu,
(d) data relatata mat-talbiet għal, jew deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja, ukoll rigward strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jiġu emessi, inklużi;
(i) il-jum tat-talba,
(ii) l-awtorità rikjedenti jew emittenti,
(iii) l-awtorità rikjesta jew eżekutriċi,
(iv) it-tip ta’ talba (miżuri mitluba),
(v) jekk it-talba tkunx ġiet eżegwita jew le, u jekk le għaliex.
3. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(7)(a):
(a) l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti konċernati,
(b) id-data li tidentifika l-persuna, il-grupp jew l-entità li hi s-suġġett ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali,
(c) ir-reat konċernat u ċ-ċirkostanzi tiegħu.
4. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(7)(b):
(a) l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti konċernati,
(b) id-data li tidentifika l-persuna, il-grupp jew l-entità li hi s-suġġett ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali,
(c) it-tip ta’ konsenja,
(d) it-tip ta’ reat li f’konnessjoni miegħu titwettaq il-kunsinna kontrollata.
5. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(7)(c):
(a) l-Istat rikjedenti jew emittenti,
(b) l-Istat rikjest jew eżekutur,
(c) deskrizzjoni tad-diffikultajiet.
( 1 ) ĠU C 206, tad-19.7.2000, p. 1
u ĠU C 243, ta' l-24.8.2000, p. 15.
( 2 ) ĠU C 34 E, tas-7.2.2002, p. 347 u l-opinjoni mogħtija fid-29 ta' Novembru 2001 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1.
( 4 ) ĠU C 197, tat-12.7.2000, p. 3.
( 5 ) ĠU C 326, tas-26.11.2001, p. 2.
( 6 ) ĠU C 316, tas-27.11.1995, p. 1.
( 7 ) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 4.
( 8 ) Fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-kompetenza tal-Europol tkun kif previst fl-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2), kif emendata mill-Protokoll tal-2003 (ĠU C 2, 6.1.2004, p. 1), u fl-Anness miegħu. Madankollu, ladarba tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), il-kompetenza tal-Eurojust tkun kif previst fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Deċiżjoni u fl-Anness magħha.
( 9 ) ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.
( 10 ) ĠU L 167, 26.6.2002, p. 1. (Verżjoni MT, Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 19, Volum 6, p. 23).
( 11 ) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.
( 12 ) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 38.
( 13 ) ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22.
( 14 ) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.
( 15 ) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.
( 16 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/641/ĠAI tas-17 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi segretarjat għall-korpi superviżorji konġunti għall-protezzjoni tad-data stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol), il-Konvenzjoni dwar l-Użu tat-Teknoloġija Informatika għal Finijiet Doganali u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehin ta’ Schengen dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni (Konvenzjoni Schengen) (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 1).
( 17 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.
( 18 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
( 19 ) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
( 20 ) ĠU L 56, ta' l-4.3.1968. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2581/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 1).
( 21 ) ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72 bil-corrigendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.
( 22 ) ĠU L 145, tal-31.05.2001, p. 43.
( 23 ) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.