2001R1936 — MT — 01.01.2010 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1936/2001

tas-27 ta' Settembru 2001

li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna

(ĠU L 263, 3.10.2001, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 869/2004 tas-26 ta' April 2004

  L 162

8

30.4.2004

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008

  L 286

1

29.10.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009

  L 96

1

15.4.2009




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1936/2001

tas-27 ta' Settembru 2001

li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-Komunità ilha mill-14 ta' Novembru 1997 Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-konservazzjoni ta' Tonn Atlantiku ( 3 ), minn hawn il quddiem msejħa “l-Konvenzjoni ICCAT.”

(2)

Il-Konvenzjoni ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali fuq il-konservazzjoni u t-tmexxija ta' riżorsi ta' tonn u ħut bħat-tonn fl-oċean Atlantiku u l-ibħra biswit bit-twaqqif ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-konservazzjoni ta' Tonn Atlantiku, l quddiem msejħa “ICCAT”, u l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet fuq konservazzjoni u t-tmexxija fl-arja tal-Konvenzjoni li jsiru jorbtu għall-Partijiet Kontraenti.

(3)

ICCAT adottat numru ta' rakkommandazzjonjiet li joħolqu obbligi ta' kontroll u sorveljanza, l-akar fuq it-twaqqif u t-trasmissjoni ta' statistiċi, spezzjoni fil-port, sorveljanza tal-bastiment bis-satellita, osservazzjonijiet tal-bastiment u trasbordi, u verifiki fuq partijiet mhux kontraenti u fuq bastimenti apolidi. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet saru obbligatorji għal-Komunità u għalhekk għandhom ikunu implimentati.

(4)

Ċerti obbligi ġew trasposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1351/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jipprovdi ċerti miżuri ta' kontroll biex ikun żgurat li jitħarsu il-miżuri adottati mill-ICCAT ( 4 ) u fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2742/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiffissa għall-2000 l-opportunitajiet tas-sajd u kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid tal-ħut u li jemenda r-Regolament (KE) No 66/98 ( 5 ). Għar-raġuniet ta' ċarezza dawn il-miżuri għandhom ikunu inkorportati f'Regolament waħdieni, tħassir u bdil tar-Regolamenti ta' qabel.

(5)

Għall-għanijiet ta' riċerka xentifika kaptana ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jenħtieġu li jħarsu l-istruzzjonijiet tal-“Manwal operattiv għall-istatistika u teħid ta' kampjuni tat-tonn u ħut bħat-tonn fl-Oċean Atlantiku” ippubblikat mill-ICCAT.

(6)

Il-Komunità approvat dan il-Ftehim għat-twaqqif ta' Kommissjoni tat-Tonn fl-Oċean Atlantiku ( 6 ), minn hawn 'il quddiem msemmija bħala “IOTC”. Il-Ftehim jipprovdi qafas utli għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali għal għan tal-konservazzjoni u l-użu razzjonali ta' tonn ta' l-Oċean Indjan u speċi relatati, permezz tal-ħolqien ta' l-IOTC u l-adozzjoni ta' rakkommandazzjonijiet fuq il-konservazzjoni u t-tmexxija fl-arja tal-kompetenza tagħha li jsiru jorbtu fuq il-Partijiet Kontraenti. Il-Komunità għandha tapplika l-miżuri ta' kontroll adottati mill-IOTC.

(7)

L-IOTC adottat rakkommandazzjoni fuq l-irreġistrar u l-bdil ta' informazzjoni fuq it-tonn tropikali. Din torbot lill-Komunità, li għandha għalhekk timplimentha.

(8)

Il-Komunità għandha interessi tas-sajd fil-Paċifiku tal-Lvant u bdiet proċedura għas-sħubija fil-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa bħala “IATTC”. Fil-pendenza tas-sħubija u skond il-ħtieġa tagħha ta' kooperazzjoni li toħroġ mill-Konvenzjoni fuq il-Liġi tal-Baħar tal-Ġnus Magħquda, għandha tapplika miżuri ta' kontroll adottati mill-IATTC.

(9)

Il-Komunità, li ffirmat il-Ftehim fuq il-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil ( 7 ), iddeċidiet bid-Deċiżjoni 1999/386/KE ( 8 ) li tapplikha proviżorjament fil-pendenza ta' l-approvazzjoni tagħha, u għandha għalhekk tapplika l-miżuri tagħha ta' kontroll.

(10)

Biex jiżguraw ir-rispett ta' miżuri ta' kontroll applikabbli ta' l-IOTC, IATTC u tal-Ftehim fuq il-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil, l-Istati Membri għandhom l-azzjoni meħtieġa.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll li trid tiġi applikata għall-politika komuni dwar is-sajd ( 9 ) japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd imwettqa fuq it-territorju u fl-ibħra marittimi suġġetti għas-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, inkluż dawk tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għall-ftehim tas-sajd konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jew konvenzjonijiet internazzjonali li fihom tkun Parti l-Komunità.

(12)

Il-miżuiri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni ( 10 ),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jipprovdi miżuri ta' kontroll u spezzjoni dwar l-istokkijiet tal-ħut ta' l-ispeċi tal-ħut li jpassi ħafna elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandu japplika għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istati Membri u reġistrati fil-Komunità, minn hawn 'il quddiem msejħa bħala “bastimenti tas-sajd tal-Komunità”, li joperaw f'waħda miż-żoni speċifikati fl-Artikolu 2.

L-Artikolu 2

Żoni

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, iż-żoni marittimi li ġejjin huma speċifikati:

(a) Żona 1:

L-ibħra kollha ta' l-Oċean Indjan u l-ibħra ta' biswit inklużi fl-arja tal-Konvenzjoni ICCAT speċifikati fl-Artikolu I ta' dik il-Konvenzjoni.

(b) Żona 2:

L-ibħra kollha ta' l-Oċean Indjan inkluż l-arja ta' kompetenza speċifikata fl-Artikolu II tal-Ftehim għat-twaqqif ta' l-IOTC.

(ċ) Żona 3:

L-ibħra kollha ta' l-Oċean Paċifiku inklużi fl-arja speċifikata fl-Artikolu III tal-Ftehim fil-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil.

L-Artikolu 3

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a) “jitla' abbord:” li wieħed jitla abbord bastiment tas-sajd fl-arja ta' kompetenza ta' l-organizzazzjoni minn spettur wieħed jew iżjed awtorizzati biex isir spezzjoni;

(b) “trasbord”: il-ħatt ta' kull kwantità ta' ħut li jpassi ħafna u/jew prodotti minn dan il-ħut minn abbord bastiment tas-sajd għall-ieħor kemm fil-baħar jew fil-port, mingħajr ma l-prodotti jkunu ġew reġistrati ma' port ta' Stat bħala mħatta l-art;

(ċ) “ħatt”: ħatt ta' kull kwantità ta' ħut li jpassi ħafna u/jew prodotti minn dak il-ħut minn abbord bastiment tas-sajd għal port jew l-art;

(d) “ksur”: kull att presunt kommess jew ommess minn bastiment tas-sajd li jkun irreġistrat f'rapport ta' spezzjoni u jagħti raġunijiet serji għas-suspett ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew kull Regolament ieħor li jittrasponi rakkommandazzjoni adottata minn organizzazzjoni reġjonali għal waħda miż-żoni indikati fl-Artikolu 2;

(e) “bastiment ta' Parti mhux Kontraenti”: bastiment osservat u identifikat bħala mħaddem f'attivitajiet tas-sajd f'waħda miż-żoni speċifikati fl-Artikolu 2 li qed itajjar il-bandiera ta' pajjiż li mhux Parti Kontraenti fl-organizzazzjoni reġjonali rilevanti;

(f) “bastimenti apolidi”: bastiment fejn hemm bażi raġonevoli biex ikun issuspettat li huwa mingħajr nazzjonalità;

▼M1

(g) “simmna”: it-tkabbir ta' individwi f'gaġġeġ għaż-żieda tal-piż tagħhom jew tal-kontenut tax-xaħam bil-għan tal-kummerċ;

(h) “tqegħid fil-gaġġi”: it-tqegħid ta' individwi ferjali ta' kwalunkwe tip fi strutturi magħluqa (gaġġeg) għas-simna;

(i) “razzet tas-simmna”: impriża li tkabbar individwi ferjali fil-gaġġeg għas-simna;

(j) “dgħajsa tat-trasport”: dgħajsa li tirċievi individwi ferjali u titrasporthom ħajjin lejn l-irziezet tas-simna.

▼B



IL-KAPITOLU I

MIŻURI TA' KONTROLL U SPEZZJONI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 1



It-Taqsima 1

Miżuri ta' kontroll

L-Artikolu 4

Kampjunarju tal-qbid

1.  Kampjuni meħudin mill-qbid għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir u t-tmexxija tad-data meħtieġa sabiex titmexxa l-politika komuni dwar is-sajd ( 11 ) u l-ħtiġiet tal-“Manwal fuq il-post għall-istatistiċi u kampjuni ta' tonn u ħut bħat-tonn fl-Atlantiku” (It-Tielet edizzjoni, ICCAT, 1990).

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

▼M1

L-Artikolu 4a

Attivitajiet ta' dgħajjes li jipparteċipaw f'operazzjonijiey relatati mas-simna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1.  Kull kaptan ta' dgħajsa tal-Komunità li jittrasferixxi tonn tal-pinna kaħlanija għas-simmna lejn dgħajsa tat-trasport, għandu jikteb fil-logbook tiegħu:

 il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija li jkun ittrasferixxa u n-numru ta' ħut,

 iż-żona fejn seħħet il-qabda,

 id-data u l-posizzjoni tat-trasferiment tat-tonn tal-pinna kaħlanija,

 l-isem tad-dgħajsa tat-trasport, il-bandiera tagħha, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call sign internazzjonali tar-radju,

 l-isem(ismijiet) tar-razzet(irziezet) tas-simmna tad-destinazzjoni tal-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija li jkun ittrasferixxa.

2.  Kull kaptan ta' dgħajsa tat-trasport ta' fejn ikun ġie ittrasferit it-tonn tal-pinna kaħlanija għandu jikteb:

(a) il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija trasferit għal kull dgħajsa tas-sajd u n-numru ta' ħut;

(b) l-isem tad-dgħajsa li tkun qabdet il-kwantitajiet referuti fi (a), flimkien mal-bandiera, n-numru tar-reġistrazzjoni u l-call sign internazzjonali tar-radju;

(ċ) id-data u l-posizzjoni tat-trasferiment tat-tonn tal-pinna kaħlanija;

(d) l-isem(ismijiet) tar-razzet(irziezet) tad-destinazzjoni tat-tonn tal-pinna kaħlanija.

3.  Il-kaptan għandu jkun eżentat mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk dik il-kitba tku mibdulha b'kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasbord li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jew kopja tad-dokument T2M referut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jindika l-informazzjoni referuta fil-paragrafu 2(ċ) ta' dan l-Artikolu.

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tonn tal-pinna kaħlanija kollu li jitqgħied fil-gaġġeg mid-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom ikunu irreġistrati ma l-awtorità kompetenti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi qbil ma l-Artikolu 5, il-kwantitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija maqbuda u mqiegħda fil-gaġġeġ minn dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom (dover I kif definit mill-ICCAT).

Għall-esportazzjoni u l-importazzjoni tat-tonna tal-pinna kaħlanija intiżi għas-simmna fi Stat Membru għandhek tibgħat lejn il-Kummissjoni in-numru u d-dati tad-dokumenti tal-istatistika indikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta' April li introduċa sistema għall-monitoraġġ tal-istatistika dwar il-kummerċ fit-tonn tal-pinna kaħlanija, tal-pixxispad u tat-tonn ta' għajnu kbira li jkun seħħ fi ħdan il-Komunità ( 12 ), validati minnhom u jistqarru il-pajjiż terz tad-dikjarazzjoni kif iddikjarata.

▼M3 —————

▼M1

Artikolu 4b

Attivitajiet tal-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1.  L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li l-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li huma taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jippreżentaw dikjarazzjoni dwar il-gaġġeġ kif referuta fl-Anness 1a lejn l-awtorità kompetenti tagħhom, 72 siegħa wara t-tmiem ta' kull operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġġeġ minn dgħajsa tas-sajd jew tat-trasport. IL-preżentazzjoni ta' tali dikjarazzjonijiet, li jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa permezz ta' dan l-Artikolu, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-irziezet tas-simmna approvati mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li l-irziezet tas-simmna kif indikati fil-paragrafu 1, jippreżentawlhom sa l-1 ta' Lulju ta' kull sena, dikjarazzjoni tal-kummerċ tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkunu semmnu.

3.  Id-dikjarazzjoni tal-kummerċ għat-tonn tal-pinna kaħlanija imsemmna indikata fil-paragrafu 2 għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

 l-isem tar-razzet,

 l-idirizz,

 il-propjetarju,

 il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija (f'tunnellati) li jkun ġie kummerċjalizzar fis-sena preċedenti,

 id-destinazzjoni tat-tonn (isem ix-xerrej, il-pajjiż, id-data tal-bejgħ),

 għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, in-numri u d-dati tal-validazzjoni tad-dokumenti tal-istatistika indikati fir-Regolament (KE) Nru 1984/2003,

 it-tul taż-żmien tat-tonn kummerċjalizzat (f'xhur), meta possibbli,

 id-daqs medju tat-tonn kummerċjalizzat.

4.  Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ippreżentata permezz tal-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom, b'mod elettroniku, jinnotifikaw lill-Kummissjonu, sa l-1 ta' Awissu ta' kull sena:

 il-kwanitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkun poġġew fil-gaġġeġ matul is-sena preċedenti,

 il-kwanitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkun ikkummerċajlizzaw matul is-sena preċedenti.

Artikolu 4ċ

Reġistru tal-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1.  Wabel it-30 ta' April 2004 kull Stat Membru għandu jibngħat lejn il-Kummissjoni, b'mod elettroniku, lista tal-irziezet tas-simmna li jkunu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu li huwa jawtorizza li jwettqu l-operazzjonijiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni.

2.  Il-lista referuta fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 l-isem tar-razzet, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tiegħu,

 il-lokalità tar-razzet,

 il-kapaċità tar-razzet (f'tunnellati).

3.  Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT qabel il-31 ta' Awissu 2004 sabiex l-irziezet tas-simmna ikkonċernati jkunu miktuba fir-reġistru tal-ICCAT ta' dawk l-irziezet li huma awtorizzati li jwettqu l-operazzjonijiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

4.  Xi tibdil li jkun sar għal-lista indikata fil-paragrafu 1 għandu jkun notifikat lejn il-Kummissjoni għal trasmissjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, bl-istess disposizzjonijiet applikabli, mill-anqas 10 tijiem utili qabel ma l-irziezet jibdew bl-attivitajiet tas-simna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkunu ġew maqbuda fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

5.  L-irzizet tas-simmna taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru li ma jkunux inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma jistgħux iwettqu l-attivitajiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

▼B

L-Artikolu 5

Notifika tal-qbid

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu b'mod elettroniku lejn il-Kummissjoni, li għandha imbagħad tgħaddi din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, id-dettalji tal-qabda nominali ta' kull sena (id-dover I kif definit mill-ICCAT) għall-ispeċje elenkati fl-Anness II. Mhux aktar tard mit-30- ta' Ġunju tas-sena ta' wara, l-Istati Membri għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni, għal skopijiet xjentifiċi, l-estimi definiti għas-sena ntiera, jew, meta dan ma jkux possibli, l-estimi preliminarji.

2.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrasmetti dawn id-dettalji li ġejjin (id-dover II kif definit mill-ICCAT) b'għamla elettronika, lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni.

▼B

(a)  data tal-qabda u ta' l-isforz tas-sajd għas-sena ta' qabel, tingħata lista dettaljata maqsuma skond l-ispazju u ż-żmiem;

(b) kull data li għandhom fuq qbid tal-ħut għall-isports ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness I.

3.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 6

Informazzjoni fuq qbid ta' klieb il-baħar

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu kull data disponibbli fuq qbid ta' u negozju fi klieb il-baħar lis-Segretarjat Esekuttiv ICCAT b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni:

▼M1

1(a)  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lejn is-Segretarjat Eżekutiv, b'għamla elettronika, b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni, għal skopijiet xjentifiċi, id-dettalji dwar il-qabdiet u l-isforz kif definit mill-ICCAT, estimi partikolari tar-rimi ta' porbeagle, mako tal-pinna l-qasira i tal-klieb il-baħar il-koħol.

▼B

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

▼M1

L-Artikolu 6a

Informazzjoni dwar qabdiet tal-marlini bojod u koħol

1.  Il-kaptani tad-dgħajjes tal-Komunità għandhom jirreġistraw ta' kull jum fil-log book tagħhom, l-informazzjoni dwar ir-rilaxx tal-marlin abjat u l-marlin ikħal, kemm ħajj jew mejjet, bis-settur li ma jeċċedix 5° ta' lonġetudini bi 5° ta' latitudini, u għandhom jindikaw fl-istqarrijiet tal-ħatt imwettaq minnhom, in-numru jew il-piż tal-marlin abjed jew tal-marlin ikħal li jkunu ħattew l-art.

2.  Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu b'għamla elettronika lejn il-Kummissjoni, għal skopijiet xjentifiċi, l-estimi finali għas-sena intiera preċedenti, jew jekk dawn ma jkunux jistgħu jinbgħatu, l-estimi preliminarji, tad-dettalji tal-qabdiet, inklużi ir-rilaxxi, u l-ħatt l-art tal-marlin abjad u l-marlin ikħal.

▼B

L-Artikolu 7

Qbid mhux dikjarat

Għall-importazzjonijiet ta' tonn bluefin iffriżat u prodotti tat-tonn bigeye li jinstadu b'bastimenti long liners akbar minn 24 metru fit-tul, fuq talba tal-Kummissjoni l-Istati Membri għandhom jiġbru kemm jista' jkun u jeżaminaw data ta' informazzjoni u kull informazzjoni relatata bħal ismijiet tal-bastiment, ir-reġistrazzjoni tagħhom u s-sid, l-ispeċi maqbuda u l-piż, iż-żona tas-sajd u l-post ta' esportazzjoni.

▼M2 —————

▼M1

L-Artikolu 8a

Reġistru tad-dgħajjes awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni

1.  Qabel l-1 ta' Ġunju 2003 kull Stat Membru għandu jibgħat lejn il-Kummissjoni b'mod elettroniku lista tad-dgħajjes ta' aktar minn 24 metri ta' tul totali li jtajjru il-bandiera tiegħu u irreġistrati fit-territorju tiegħu li huwa jawtorizza li jistadu għat-tonn u għal ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT bil-ħruġ ta' liċenza speċjali tas-sajd.

2.  Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru intern tad-dgħajsa kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2090/98;

(b) xi bnadar preċedenti li kienet ittajjar;

(ċ) xi informazzjoni dwar it-tneħħija minn reġistri oħrajn;

(d) l-isem u l-indirizz tal-padrun(i) u l-operatur(i);

(e) l-apparat użat;

(f) il-perijodu awtorizzat għas-sajd u/jew it-trasbord.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv ICCAT qabel l-1 ta' Lulju 2003 hekk li dawn id-dgħajjes jistgħu jkunu nklużi fir-reġistru ICCAT tad-dgħajjes ta' aktar minn 24 metrru fit-tul totali li huma jawtorizzaw sabiex jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT (minn hawn il-quddiem referut bħala r-reġistru ICCAT).

4.  Xi tibdil li jkun sar għal-lista indikata fil-paragrafu 1 għandu jkun notifikat lejn il-Kummissjoni għal trasmissjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, bl-istess disposizzjonijiet applikabli, mill-anqas 10 tijiem utili qabel ma d-dgħajjes jibdew bl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.

5.  Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità ta' aktar minn 24 metru fit-tul totali li ma humiex elenkati fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma jistgħux jistadu, jżommu abord, jagħmlu trasbord jew iħottu l-art, tonn jew ħut li jixbaħ it-tonn, fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li:

(a) Id-dgħajjes biss li jtajjru l-bandiera tagħhom li huma nklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord liċenza speċjali tas-sajd maħruġa minnhom huma awtorizzati, fuq l-istes termini tal-liċenżja, li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd referuti fl-Artikolu 1 fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT;

(b) l-ebda liċenza speċjali ma tkun maħruġha għal dgħajjes li jkunu wettqu sajd illegali, mhux regolat u mhux rapportat fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT (is-sajd IUU), kif indikat fl-Artikolu 19b, sakemm il-propjetarji l-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adekwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti la jistgħu aktar milli jkollhom xi interss legalim banefiċjarju jew finanzjarju fiha, u anqas ma jeżerċitaw xi kontroll fuqhom, jew li d-dgħajjes tagħhom la jistgħu jieħdu sehem u l-anqas ma huma assoċċjati mas-sajd IUU;

(ċ) meta possibbli, il-leġislazzjoni l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u lil-operaturi ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera tagħhom li huma nklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem fil, jew li jkunu assoċċjali ma' l-attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT minn dgħajjes li ma humiex fir-reġistru ICCAT;

(d) meta possibbli, il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom tkun teħtieġ li s-sidien tad-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom li huma nklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1, li jkunu ċittadini ta' Stat Membru.

7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abord, it-trasbord u l-ħatt l-art tat-tonn u ħut simili tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT minn dgħajjes ta' aktar minn 24 metru fit-tul totali li ma humiex fir-reġistru ICCAT.

8.  L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lejn il-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li turi li jkun hemm raġunijiet serji sabiex jissospettaw li d-dgħajjes ta' minn 24 metru fit-tul li ma humiex fir-reġistri ICCAT li jkunu jistadu jew li jwettqu t-trasbord tat-tonn jew ta' ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

Artikolu 8b

Il-kiri ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità

1.  Qabel it-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lejn il-Kummissjoni, lista tad-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom li jkunu mikrija minn partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ICCAT għas-sena kurrenti, flimkien ma xi kambjamenti li jkunu saru fi kwalunkwe żmien għal din il-lista.

2.  Il-lista kif indikata fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru intern tad-dgħajsa kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2090/98;

(b) l-isem u l-indirizz tas-sidien tad-dgħajjes;

(ċ) l-ispeċje koperti bil-kirja u l-kwota allokata bil-kuntratt tal-kiri;

(d) it-tul tal-ftehim tal-kiri;

(e) l-isem tal-kerrej;

(f) Il-kunsens tal-Istat Membru għall-ftehim tal-kiri;

(g) il-pajjiż li fih id-dgħajsa kienet ġiet mikrija.

3.  Fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim tal-kiri, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT u jinforma lil-Kummissjoni dwar:

(a) Il-kunsens tiegħu għall-ftehim tal-kiri;

(b) l-azzjoni li jkun ħa sabiex jassigura li d-dgħajje mikrija li jtajjru l-bandiera tiegħu ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ICCAT.

4.  Meta l-ftehim tal-kiri jkun spiċċa, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lis-Segretarjat Eżekuttiv ICCAT bid-data tat-terminazzjoni u jinforma lil-Kummissjoni.

5.  L-Istat Membru għandu jaġixxi sabiex jassigura li:

(a) id-dgħajsa ma tkun awtorizzata li tistgħad matul il-perijodu tal-kiri permezz tal-kwota jew tal-possibbiltajiet tas-sajd allokati lilu;

(b) ma tkunx awtorizzata li tistgħad permez ta' aktar minn ftehim wieħed tal-kiri matul l-istess perijodu;

(ċ) li l-qadbiet tagħha jkunu irreġistrati separatament min dawk tad-dgħajjes l-oħrajn li jtajjru l-bandiera tiegħu;

(d) li din tkun konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni adottati mill-ICCAT.

Artikolu 8ċ

Trasbord

Dgħajjsr li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru li għandhom qies ta' aktar minn 24 metru fit-tul totali, li jitstgħadu bil-konz u li jidhru fil-lista tal-IKOKOAT indikata fl-Artikolu 8(a) (1) ma jistgħux iwettqu trasbord fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOKOAT apparti milli bl-awtorizzazzjoni preċedenti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

▼B

L-Artikolu 9

Rapport Annwali

1.  Qabel ►M1  il-15 ta' Awissu ◄ kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport nazzjonali, waqt li tintuża l-isteżura adottata mill-ICCAT u inkluż (a) informazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza bis-satellita u (b) “tabella ta' dikjarazzjoni ICCAT” għal kull sajda akkumpanjata bil-kummenti, fost oħrajn fuq ksur tal-marġini ta' toleranza ffissati mill-ICCAT għall-iżgħar daqsijiet ta' ċerti speċi u l-azzjoni mittieħda jew li għandha tittieħed. L-Istati Membri għandhom jgħidu wkoll kif sajd għall-ħut għall-isports ta' l-ispeċi fl-Anness I huwa regolat u għandhom jagħtu dettalji fuq operazzjonijiet ta' trasbord li jinvolvu l-bastimenti tagħhom matul is-sena ta' qabel.

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

▼M1

L-Artikolu 9a

Stqarrija annwali dwar l-applikazzjoni tan-normi ta' l-amministrazzjoni IKOKOAT minn dgħajjes kbar tas-sajd bil-konz

Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri b'dgħajjes tas-sajd bil-konz ta' tul totali ta' aktar minn 24 metru li huma awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jittrasmettu lejn il-Kummissjoni stqarrija annwali dwar l-applikazzjoni tan-normi ta' l-amministrazzjoni tal-IKOKOAT minn dgħajjes kbar tas-sajd bil-konz, bl-użu tal-kampjun kif elenkat fl-Anness IV.

▼B



It-Taqsima 2

Proċeduri għall-ispezzjoni tal-port

L-Artikolu 10

Ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom jassenjaw id-dmirijiet ta' spezzjoni fil-portijiet tagħhom spetturi responsabbli għas-sorveljanza u l-ispezzjoni tat-trasbord u l-ħatt l-art ta' speċi elenkati fl-Anness I.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjoni mhix diskriminatorja u skond l-arranġamenti ta' spezzjoni fil-port ta' l-ICCAT.

3.  L-Istat tal-port jista', fost oħrajn, jispezzjona dokumenti, tagħmir tas-sajd u l-qabda abbord bastimenti tas-sajd, meta dawk il-bastimenti huma volontarjament fil-portijiet tiegħu jew fit-terminals offshore tiegħu.

L-Artikolu 11

Spetturi

1.  L-Istati Membri għandhom joħorġu dokument speċjali ta' identifikazzjoni lil kull spettur ICCAT li għandu jġorr u jippreżenta qabel ma jagħmel spezzjoni. Il-partikolaritajiet tal-karta għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lista ta' l-ispetturi tagħhom lill-Kummissjoni għat-trasmissjoni lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi ICCAT iwettqu ħidmiethom skond ir-regoli msemmija fl-arranġamenti ta' wara l-ispezzjoni tal-port ta' l-ICCAT. L-ispetturi għandhom jibqgħu taħt il-kontroll operattiv ta' l-awtoriajiet kompetenti tagħhom u għandhom jirrispondu lejhom għall-atti tagħhom.

L-Artikolu 12

Proċeduri ta' spezzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom ta' l-ICCAT:

 meta jagħmlu l-ispezzjonijiet tagħhom għandhom jikkawżaw l-inqas disturb lill-attivitajiet tal-bastiment u ma jikkawżaw l-ebda deterjorament fil-kwalità tal-ħut,

 ifasslu rapport ta' l-ispezzjon kif ipprovdut fir-regoli adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24(2) u jibagħtuh lill-awtoritajiet tagħhom.

2.  L-ispetturi għandhom il-kapaċità li jeżaminaw l-arji, il-gverti u l-kmamar kollha rilevanti tal-bastiment, il-qabdiet tal-ħut (sewwa jekk proċessati u sewwa jekk le), ix-xbiek u tagħmir ieħor u kull dokument rilevanti meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-ICCAT, inkluż il-ġurnal ta' abbord u l-karti tat-tagħbija fil-każ ta' bastimenti ewlenin u min iġorr.

3.  L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport tagħhom fil-presenza tal-kaptan, li għandu jkollu d-dritt li jżid jew jikkawża li jżid kull informazzjoni li huwa jikkunsidra rilevanti u jiffirmah. L-ispettur għandu jindika fil-ġurnal ta' abbord li tkun saret spezzjoni.

L-Artikolu 13

L-obbligi tal-kaptan matul l-ispezzjoni

Kaptani tal-bastimenti tal-Komunità għandhom:

(a) m'għandhomx iqajmu oġġezzjonijiet fil-portijiet nazzjonali jew barranin minn spetturi awtorizzati, ma jipprovawx jintimidawhom jew jiskommodawhom fil-kors ta' xogħolhom u jiżguraw is-sigurezza tagħhom;

(b) jikkooperaw fl-ispezzjoni tal-bastiment imwettqa skond il-proċeduri preskritti f'dan ir-Regolament u jagħtu l-assistenza tagħhom għalhekk;

(ċ) jagħtu lill-ispetturi l-meżżi li jeżaminaw iż-żoni, gverti u l-kmamar tal-bastiment, il-qabdiet (proċessati jew le), l-irkaptu, tagħmir u kull dokumenti, inkluż ġurnali tas-sajd u karti tat-tagħbija.

L-Artikolu 14

Proċedura fil-każ ta' ksur

1.  Jekk spettur ICCAT għandu raġuni serja biex jemmen li bastiment tas-sajd ikun ħadem f'attività li jikser miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-ICCAT, għandu:

(a) jinnota l-ksur ta' rapport ta' spezzjoni;

(b) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura s-sigurtà u l-evidenza għaliha;

(ċ) jibgħat minnufih ir-rapport ta' spezzjoni lill-awtorità tiegħu.

2.  L-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjoni għandu jibgħat il-kopja oriġinali tar-rapport ta' l-ispezzjoni minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tibagħtu minnufih, flimkien ma' kopja lis-Segretarjat Esekuttiv ICCAT, lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat.

L-Artikolu 15

Azzjoni wara l-ksur

1.  Jekk Stat Membru ikun mgħarraf minn Parti Kontraenti ICCAT jew minn Stat Membru ieħor dwar ksur kommess minn bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, dan l-Istat għandu jieħu azzjoni fil-pront bi qbil mal-liġijiet nazzjonali tiegħu biex jirċievi u jeżamina x-xiehda, u jwettaq kull investigazzjoni meħtieġa u fejn possibbli, jispezzjona l-bastiment.

2.  Kull Stat Membru għandu jsemmi l-awtorità inkarigata li tirċievi evidenza tal-ksur u jinnotifika isimha, l-indirizz tagħha u partikolaritajiet oħra għall-kuntatt lill-Kummissjoni.

3.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-Kummissjoni, li għandha min-naħa tagħha tinnotifika lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT, bil-penali imposti u l-miżuri meħuda fir-rigward tal-bastiment konċernat.

L-Artikolu 16

Trattament tar-rapporti ta' spezzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jagħti l-istess valur lil rapporti magħmula mill-ispetturi ta' l-ICCAT ta' Stati Membri u Partijiet Kontraenti oħra bħal dawk magħmula mill-ispetturi tiegħu stess.

2.  Kull Stat Membru għandu jikkoopera mal-Partijiet Kontraenti rilevanti sabiex jiffaċilitaw, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, proċeduri ġudizzjarji jew oħrajn li joħorġu minn rapport sottomess minn spettur ICCAT taħt l-arranġamenti ta' l-ispezzjoni tal-port ta' l-ICCAT.



It-Taqsima 3

Bastimenti apolidi u ta' partijiet mhux kontraenti

L-Artikolu 17

Trasbord

1.  Bastimenti tas-sajd tal-Komunità ma jistgħux jirċievu ħut mit-trasbord ta' speċi elenkati fl-Anness I minn bastimenti apolidi jew dawk li jtajru l-bandiera ta' Parti li mhix Kontraenti li m'għandiex stat ta' parti li tikkoopera, entità jew entità tas-sajd.

2.  Il-lista ta' partijiet li jikkooperaw, entitajiet u entitajiet tas-sajd adottati mill-ICCAT hija pubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (serje Ċ).

3.  Qabel il-15 ta' Settembru kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni partikolaritajiet tat-trasbord tal-ħut ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness I magħmula matul is-sena ta' qabel bejn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Parti mhix kontraenti li tgawdi l-istat ta' parti li tikkoopera, entità jew entità tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

L-Artikolu 18

Miżuri ta' kontroll għall-attivitajiet tas-sajd

1.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tkun marret abbord u/jew spezzjonat bastiment apolidi għandha minnufih tgħarraf il-Kummissjoni bir-riżultanzi ta' l-ispezzjoni u ta' kull azzjoni li ħadet taħt il-liġi internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kemm jista' jkun malajr dan it-tagħrif lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull wieħed mill-bastimenti apolidi jew ta' Parti Mhux Kontraenti, illi jidħol ġewwa port nominat skond it-tifsira ta' l-Artikolu 28(e)(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Sakemm issir l-ispezzjoni l-qabdiet tal-bastiment ma jistgħux jitniżlu l-art jew trasbordati.

3.  Jekk l-ispezzjoni tiskopri li l-bastiment għandu abbord riżorsi koperti b'rakkommandazzjoni ICCAT fis-seħħ l-Istat Membru għandu jipprojbixxi l-inżul tagħhom jew it-trasbord.

4.  Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 m'għandiex tinħareġ jekk il-kaptan tal-bastiment spezzjonat jew ir-rappreżantant tiegħu juri lill-awtorità kompetenti għas-sodisfazzjoni tagħha li:

(a) il-qabdiet abbord saru barra ż-żona; jew

(b) il-qabdiet abbord ittieħdu mingħajr ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni fis-seħħ.

L-Artikolu 19

Ċittadini ta' Stati Membri

Kull Stat Membru għandu jipprova, kif tippermetti l-leġislazzjoni nazzjonali, li jiddiswadi ċ-ċittadini tagħhom milli jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Partijiet mhux Kontraenti li jikkonfliġġu mal-miżuri ta' konservazzjoni jew tmexxija ta' l-ICCAT.

▼M2 —————

▼M1



KAPTOLU II

MIŻURI TA' KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2



SEZZJONI 1

Miżuri ta' kontroll

Artikolu 20

Prinċipji ġenerali

L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li dgħajjes li jtajjru il-bandiera tagħhom ikunu jirrispettaw id-disposizzjonijiet applikabli għal dik iż-żona.

Artikolu 20a

Reġistru tad-dgħajjes awtorizzati li jistgħadu fiż-żona IOTKO

L-Artikolu 8a għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 20b

Trasbord

L-Artikolu 8ċ għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 20ċ

L-immarkar ta' l-appart tas-sajd

1.  L-apparat użat minn dgħajjes tal-Komunità awtorizzati li jistadu fiż-żona għandu jkun immarket kif ġej: it-truf tax-xbieki, ix-xolfa u l-apparat l-eħorfil-baħar għandu jkun mgħammar b'bandiera jew bagi ta' rifless tar-radar u mtul il-lejl b'bagi bid-dawl li jindikaw il-posizzjoni u l-medda tagħhom.

2.  Bagi tal-immarkar u oġġetti similu taż-żubrun li jindikaw il-posizzjoni ta' l-apparat fiss tas-sajd għandhom fi kwalunkwe waqt jindikaw kjarament l-ittra(i) u/jew in-numru(i) tad-dgħajsa/dgġajjes li jappartienu għalihom.

3.  Apparati aggregati tas-sajd għandhom ikunu kjarament immarkati il-ħin kollu bl-ittra(i) u/jew in-numru)i) tad-dgħajsa(dgħajjes) li għalihom jappartienu.

Artikolu 20d

Notifika tal-istatistika għal skopijiet xjentifiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu din id-data tal-istatistika kig ġejja f'għamla elettronika, b'aċċess elettroniku mill-Kummissjoni, lejn is-Segretarjat IOTKO, b'konformità mal-proċeduri għall-preżentazzjoni tal-istatistika kif referuti fl-Anness V:

(a) l-isforzi tas-sajd u tal-qabdiet tal-ispeċje referuti fl-Artikolu 1, dwar is-sena preċedenti;

(b) il-qisien tal-ispeċje referuti fl-Artikolu 1, dwar is-sena preċedenti;

(ċ) is-sajd għat-tonn bl-użu ta' żubruni, inklużi l-apparati aggregati għas-sajd.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu database komputerizzata li jkun fiha d-data tal-istatistika li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni.



SEZZJONI 2

Proċeduri ta' l-ispezzjoni fil-port

Artikolu 20e

L-Artikoli 10, 12, 13 14 u 15 għandhom japplikaw mutatis mutandis.



SEZZJONI 3

Dgħajjes mingħajr stat jew dgħajjes ta' partijiet mhux-kontraenti

▼M2 —————

▼M1

Artikolu 21a

Kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd

L-Artikoli 18 għandhu japplika mutatis mutandis.

▼M2 —————

▼B



IL-KAPITOLU III

MIŻURI TA' KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 3

L-Artikolu 22

Generali

Kull Stat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jirrispettaw il-miżuri IATTC trasposti fil-liġi Komunitarja u l-miżuri applikabbli mill-Ftehim fil-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil.



IL-KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 23

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 9(2) għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura tat-tmexxija msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 24

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92.

2.  Fejn ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

L-Artikolu 25

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1351/1999 huwa hawnhekk imħassar.

2.  L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 2742/1999 huwa hawnhekk imħassar.

3.  Riferenzi għar-Regolament imħassar (KE) Nru 1351/1999 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

L-Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

LISTA TA' SPEĊI MSEMMIJA F'DAN IR-REGOLAMENT

 Alonga: Thunnus alalunga

 Tonn bluefin: Thunnus thynnus

 Tonn bigeye: Thunnus obesus

  Skipjack: Katsuwonus pelamis

 Plamtu Atlantiku: Sarda sarda

 Tonn yellofin: Thunnus albacares

 Tonn blackfin: Thunnus atlanticus

 Tonn żgħir: Euthynnus spp.

 Tonn southern bluefin: Thunnus maccoyii

 Tumbrell: Auxis spp.

  Sea bream oċeaniku: Bramidae

  Marlin: Tetrapturus spp.; Makaira spp.

  Sailfish: Istiophorus spp.

 Pixxispad: Xiphias gladius

  Sauries: Scomberesox spp.; Cololabis spp

  Dolphinfish; common dolphinfish: Coryphaena hippurus; Coryphaena equiselis.

 Kelb il-baħar: Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; Alopiidae; Rhincodon typus; Carcharhinidae; Sphyrnidae; Isuridae; Lamnidae

 Ċetaċei (baleni u dniefel): Physeteridae; Belaenopteridae; Balenidae; Eschrichtiidae; Monodontidae; Ziphiidae; Delphinidae.

▼M1




L-ANNESS Ia

image

▼B




L-ANNESS II



LISTA TA' SPEĊI SUĠĠETTI GĦALL-KOMMUNIKAZZJONI LIL ICCAT

Isem Latin

Isem Ingliż

Thunnus thynnus

Tonn bluefin

Thunnus maccoyii

Tonn southern bluefin

Thunnus albacares

Tonn yellofin

Thunnus alalunga

Alonga

Thunnus obesus

Tonn bigeye

Thunnus atlanticus

Tonn blackfin

Euthynnus alletteratus

Skipjack iswed ta' l-Atlantiku

Katsuwonus pelamis

Skipjack

Sarda sarda

Bonito ta' l-Atlantiku

Auxis thazard

Tumbrell

Orcynopsis unicolor

Plain bonito

Acanthocybium solandri

Wahoo

Scomberomorus maculatus

Spotted Spanish mackerel

Scomberomorus cavalla

King mackerel

Istiophorus albicans

Sailfish ta' l-Atlantiku

Makaira indica

Black marlin

Makaira nigricans

Blue marlin ta' l-Atlantiku

Tetrapturus albidus

White marlin ta' l-Atlantiku

Pixxispad

Pixxispad

Tetrapturus pfluegeri

Spearfish

Scomberomorus tritor

West African Spanish mackerel

Scomberomorus regalis

Cero

Auxis rochei

Tonn bullet

Scomberomorus brasiliensis

Serra Spanish mackerel




L-ANNESS III



TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1351/1999

Dan ir-Regolament

L-Artikoli 1, 2, 3

L-Artikolu 8

L-Artikolu 4

L-Artikolu 18

L-Artikolu 5

L-Artikolu 17

▼M1




L-ANNESS IV

image




ANNESS V

Data dwar il-qabda u l-isforz

Sajd tal-wiċċ: dettalji tal-qabda f'piż nominali tal-qabda u dettalji tal-isforz f'jiem tas-sajd (xbieki bit-toqob irqaq, boil-lixka, bit-troll, u bit-tkarkir) għandhom ikunu ipprovduti mill-IOTKO b'żona maqsuma bi gradija ta' 1° u bis-saffi tax-xahar. Dettalji tas-sajd bix-xbieki bit-toqob irqaq għandu jkun stratifikat skond it-tip tal-ġilba tal-ħut. Dawk id-dettalji għandhom preferibbilment ikunu mmexxija mal-qabdiet nazzjonali ta' kull xahar għal kull tip ta' apparat. Il-fattur ta' l-għerfieh użati, li jikkorrespondu għall-koperta fil-logbook, għandhom ikunu mgħoddija b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO.

Sajd bil-lixka bit-troll fit-tul: id-dettalji tal-qabda u l-isforz tas-sajd bil-lixka tat-troll fit-tul għandhom ikunu mogħtija lill-IOTKO bi gradilja ta' 5° skond iż-żona u s-saffi tax-xahar, preferibbilment bin-numri u l-piżijiet. L-isforzi tas-sajd għandhom ikunu mogħtija skond in-numru ta' snanar. Dawk id-dettalji għandhom preferibbilment ikunu mmexxija mal-qabdiet nazzjonali ta' kull xahar. Il-fattur ta' l-għerfieh użati, li jikkorrespondu għall-koperta fil-logbook, għandhom ikunu mgħoddija b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO.

Il-qabdiet, l-isforzi u l-qisien tas-sajd mis-sajjieda tas-sengħa, fuq skala żgġir u għall-passatemp għandhom ikunu ippreżentati fuq il-bażi ta' xull xahar, imma bl-użu ta' l-aħjar żoni ġeografiċi użati għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dawk id-dettalji.

Dettalji tal-qisien

Meqjusa li d-dettalji tal-daqs huma ta' importanza kruċjali għall-ħafna mill-kalkolazzjoni tar-riżorsi tat-tonn, dettalji dwar it-tul, inkluż in-numri totali ta' ħut imkejjel, għandhom ikunu ippreżentati b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO fuq il-bażi ta' gradilja 5° biż-żona u l-bażi ta' kull xahar, bl-apparat u l-metodu tas-sajd (e.g. ħut imferrex/ġilba tal-ħut għax-xbieki bit-toqob żgħar). Id-dettalji tad-daqs għandhom ikunu ipprovduti għall-apparati kollha u għall-ispeċje kollha koperti mill-IOTKO. Id-dettalji tal-kampjunar tad-daqs għandhom preferibbilment ikunu mwettqa mingħajr ordni partikolari b'deskrizzjoni stretta u deskritta sewwa skond skemi ta' kampjunar li huma meħtiġa sabiex jipprovdu figuri mingħajr preġudizzju għal qisien miġbura. Il-livell eżatt rakkommandat tal-kampjunar jista' jvarja bejn speċje (bħala funzjoni tal-parametri varji), imma l-livell speċifiku rakkommandat tal-kampjun meħtieġ li jkun stabbilit mill-grupp ta' ħidma dwar l-istatistika. Aktar informazzjoni dettaljata tal-qisien, per eżempju tal-qies b'kampjunu ndividwali, għandha tkun disponibli għall-IOTKO meta mitlubha mill-gruppi ta' ħidma speċifiċi, imma skond ir-regoli stretti ta' kunfidenzalità.

Is-sajd għat-tonn bl-użu ta' żubruni, inklużi l-apparati aggregati għas-sajd. (FAD)

Għal rikonoxximent aħjar mill-IOTKO ta' għamliet li jinbidlu fl-isforz effettiv tas-sajd minn flotot li joperaw fiż-żona tal-kompetenza tagħha, aktar informazzjoni għandha tkun akkwistata. La darba l-attivitajiet tad-dgħajjes tal-forniment u l-użu ta' l-apparati aggregati għas-sajd (FAD) huma parti integrali mill-isforz tas-sajd minn flotta li tutiliżża xbieki bit-toqob żgħar, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ippreżentatha bħala rutina lejn il-IOTKO:

Numru u karatteristiċi tad-dgħajjes tal-forniment: (i) li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, (ii) li jgħinu dgħajjes tat-tkarkir bl-użu ta' xbieki bit-toqob żgħar li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, jew (iii) li huma liċenzali li joperaw fiż-żoni ekonomiċi esklussivim u li jkunu preżenti fiż-żona tal-kompetenza IOTKO.

Livelli ta' l-attività tad-dgħajjes ta' forniment; inklużi l-jiem attwalment fuq il-baħar, bil-bażi taż-żona ta' gradilja 1° u ta' kull xahar.

B'żieda, il-partijiet kontraenti u l-partijiet mhux-kontraenti li jikkoperaw għandhom jagħmlu l-aħjar almu tagħhom sabiex jipprovdu dettalji tan-numru totali u t-tip ta' sajd bl-apparati aggregati għas-sajd (FAD) li jkunu operati mil-flotta, fuq il-bażi taż-żona bi gradilja 5° u ta' kull xahar.

L-importanza taż-żmien għall-preżentazzjoni lejn il-IOTKO

Huwa essenzali li l-informazzjoni kollha dwar is-sajd tkun disponibli għas-Segretarjat IOTKO fi żmien xieraq sabiex tippermetti għall-monitoraġġ tar-riżorsi u l-analiżi ta' l-informazzjoni. Għalhekk huwa rakkomandat li dawn ir-regoli li ġejjin ikunu applikati bħala normi ta' obbligi:

Flotot tas-sajd fil-wiċċ u flotot oħrajn li joperaw f'żoni kostali (inklużi d-dgħajjes tal-forniment) għandhom jipprovdu d-dattalji dwar is-sajd tagħhom fid-data l-aktar kmieni possibbli imma mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena (id-dettalji dwar is-sena preċedenti).

Flotot tas-sajd bit-troll fit-tul fl-ibħra internazzjonali għandhom jipprovdu dettalji proviżorji tas-sajd f'data l-aktar kmieni, imma mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju (dettalji tas-sena preċedenti). Għandhom jipprovdu l-estimi finali tad-dettalji tas-sajd tagħhom qabel it-30 ta' Diċembru ta' kull sena (dettalji tas-sena preċedenti).

Il-limiti taż-żmien preżentament permissibbli għall-preżentazzjoni tal-istatistika għandhom ikunu mnaqqsa fil-ġejjieni skond kif il-proċessar tat-teknoloġiji tad-data jsiru dejjem aktar imħaffa, li għandhom inaqsu id-dewmien preżenti tal-ipproċessar tad-data.



( 1 ) ĠU C 62 E, tas-27.2.2001, p. 79.

( 2 ) L-Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Frar 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 162, tat-18.6.1986, p. 34.

( 4 ) ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 6.

( 5 ) ĠU L 341, tal-31.12.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat (KE) Nru 2765/2000 (ĠU L 321, tad-19.12.2000, p. 5).

( 6 ) ĠU L 236, tal-5.10.1995, p. 24.

( 7 ) ĠU L 132, tas-27.5.1999, p. 1.

( 8 ) ĠU L 147, tat-12.6.1999, p. 23.

( 9 ) ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat (KE) Nru 2846/98 (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5).

( 10 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 11 ) ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 1.

( 12 ) ĠU L 295, tat-13.11.2003, p. 1.