2001R1339 — MT — 11.02.2009 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001 (ĠU L 181, 4.7.2001, p.157) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 45/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 |
L 17 |
4 |
22.1.2009 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1339/2001
tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001
li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 miġjub fih,
Wara li kkunsidra il-proposti mressqa mill-Kummissjoni ( 1 ), u
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );
Billi:
(1) |
Fil-proċess ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ( 3 ), il-Kunsill iddeċieda li l-Artikoli 1 sa 11 tiegħu għandhom jkollhom effett f'dawk l-Istati Membri li adottaw il-euro bħala l-munita unika tagħhom. |
(2) |
Iżda, huwa importanti li l-euro għandu jkollu l-istess livell ta' protezzjoni f'dawk l-Istati Membri li m'adottawx, u li l-prekawzjonijiet neċessarji għandhom jittieħdu għal dak l-għan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 44/2009 ( 4 ) hija b’dan estiża għall-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002. Iżda, għandu jidħol fis-seħħ mid-data tal-publikazzjoni tiegħu, għal karti tal-flus u muniti li għadhom ma nħarġux iżda li hemm il-ħsieb li jinħarġu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 264.
( 2 ) Opinjoni mogħtija fit-3 ta' Mejju tas-sena 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) Ara paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1).