2001R0761 — MT — 01.01.2007 — 003.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 761/2001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2001 (ĠU L 114, 24.4.2001, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 196/2006 tat-3 ta’ Frar 2006 |
L 32 |
4 |
4.2.2006 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006 |
L 363 |
1 |
20.12.2006 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 761/2001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2001
li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tagħha,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni tal-20 ta' Diċembru 2000,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tat-Trattat jistabbilixxi illi l-Komunità jkollha fost ix-xogħol tagħha li tippromwovi fil-Komunità kollha t-tkabbir sostenut u r-Riżoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 ( 4 ) tenfasizza l-importanza ta' dan it-tkabbir sostenut. |
(2) |
Il-Programm “Lejn is-Sostenibbiltà”, ippreżentat mill-Kummissjoni u approvat rigward l-approċċ ġeneriku tiegħu bir-Riżoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993, jenfasizza r-rwol u r-responsabbiltajiet ta' l-organizzazzjonijiet, kemm biex jirrinforzaw l-ekonomija u kemm biex jipproteġu l-ambjent fil-Komunità kollha. |
(3) |
Il-Programm “Lejn is-Sostenibbiltà”, jirrekjedi t-tkabbir tal-firxa ta' l-istrumenti fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-ambjent u għall-użu tal-mekkaniżmi tas-suq sabiex iġiegħlu lill-organizzazzjonijiet jadottaw approċċ pro-attiv f'dawn l-oqsma lil hemm mill-konformità mal-ħtiġiet regolatorji kollha rilevanti rigward l-ambjent. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tippromwovi approċċ koerenti bejn l-istrumenti leġislattivi żviluppati fil-livell Komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta' Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn kumpanniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika ( 5 ) wera l-effettività tagħha bil-promozzjoni tat-titjib fit-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-industriji. |
(6) |
L-esperjenza miġbura mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93 għandha tintuża sabiex ittejjeb l-abiltà ta' l-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS) sabiex iġġib titjib fit-twettiq ġenerali tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjonijiet. |
(7) |
L-EMAS għandu jkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet kollha li għandhom impatt ta' l-ambjent, billi jipprovdilhom mezzi sabiex jiġġestjonaw dawn l-impatti u biex itejbu t-twettiq tax-xogħol tagħhom ta' l-ambjent kollu. |
(8) |
Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità riferiti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-effettività ta' l-EMAS fil-kontribuzzjoni għal twettiq imtejjeb tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej tista' tinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju. Dan ir-Regolament jillimita ruħu li jiżgura implimentazzjoni ugwali ta' l-EMAS fil-Komunità kollha billi jipprovdi regoli, proċeduri u ħtiġiet essenzjali komuni dwar l-EMAS filwaqt li l-miżuri li jistgħu jiġu mwettqa adegwatament fil-livell nazzjonali jibqgħu għall-Istati Membri. |
(9) |
L-organizzazzjonijiet għandhom jiġu inkoraġġati li jipparteċipaw fl-EMAS fuq bażi volontarja u jistgħu jakkwistaw valur miżjud f'termini tal-kontroll regolatorju, tat-tfaddil fl-infiq u tad-dehra pubblika. |
(10) |
Huwa importanti illi l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jipparteċipaw fl-EMAS u l-parteċipazzjoni tagħhom għandha titmexxa ‘l quddiem billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-tagħrif, għall-fondi eżistenti ta' appoġġ u għall-istituzzjonijiet pubbliċi u billi jiġu stabbiliti u mmexxija ‘l quddiem miżuri ta' assistenża teknika. |
(11) |
It-tagħrif ipprovvdut mill-Istati Membri għandu jiġi wżat mill-Kumissjoni sabiex jistma l-iżvilupp ta' miżuri speċifiċi mmirati sabiex l-orgnizzazzjonijiet, b'mod partikolari l-organizzazjonijiet iż-żgħar u ta' daqs medju, jipparteċipaw aktar fl-EMAS. |
(12) |
It-trasparenza u l-kredibiltà ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw sistemi għall-immaniġġjar ta' l-ambjent huma mogħnija meta s-sistema tagħhom għall-immaniġġjar, il-programm tal-verifika u l-prospett ta' l-ambjent jiġu eżaminati sabiex jivverifikaw illi jilħqu l-ħtiġiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u meta l-prospett ta' l-ambjent u l-aġġornamenti sossegwenti tiegħu jiġu vvalidati minn verifikaturi ambjentali akkreditati. |
(13) |
Huwa għalhekk meħtieġ illi tiġi żgurata u mtejba b'mod sod il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali billi tiġi pprovvduta sistema ta' akkredidazzjoni indipendenti u newtrali, ta' taħriġ mill-ġdid u tas-sorveljanza approprjata ta' l-attivitajiet tagħhom sabiex tiġi żgurata l-kredibbiltà ġenerali ta' l-EMAS. Għandha għalhekk tiġi stabbilita l-koperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi nazzjonali ta' l-akkreditazzjoni. |
(14) |
L-organizzazzjonijiet għandhom jiġu inkoraġġati li jipproduċu u jqiegħdu għad-disposizzjoni tal-pubbliku prospetti ta' l-ambjent perjodiċi li jipprovdu lill-pubbliku u lill-partijiet l-oħra interessati bit-tagħrif dwar it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent tagħhom. |
(15) |
L-Istati Membri jistgħu joħolqu inċentivi sabiex jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet jipparteċipaw fl-EMAS. |
(16) |
Il-Kumissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku lil-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni sabiex jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa sabiex tiġi applikata l-EMAS. |
(17) |
B'żieda mal-ħtiġiet ġenerali tas-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent l-EMAS jagħti sinifikat speċjali lill-elementi li ġejjin: il-konformità legali, it-titjib fit-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent kif ukoll fil-komunikazzjoni esterna u l-involviment ta' l-impjegati. |
(18) |
Il-Kumissjoni għandha tadatta l-Annessi ma' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' l-Anness V, tirrikonoxxi l-istandards Ewropej u internazzjonali dwar il-kwistjonijiet ta' l-ambjent ta' rilevanza għal-EMAS u tistabbilixxi l-linji gwida bi sħab mal-partijiet interessati fl-EMAS bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-ħtiġiet tal-EMAS minn Stat Membru għall-ieħor. Meta tabbozza dawn il-linji gwida, il-Kumissjoni għandha tqis il-politika Komunitarja dwar l-ambjent u b'mod partikolari l-leġislazzjoni Komunitarja kif ukoll l-impenji internazzjonali meta jkunu rilevanti. |
(19) |
Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferit fuq il-Kummissjoni ( 6 ). |
(20) |
Dan ir-Regolament għandu jiġi rrivedut, jekk approprjat, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba wara ċertu perijodu taż-żmien tax-xogħol. |
(21) |
L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jadottaw il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(22) |
Dan ir-Regolament jirbaħ u jieħu l-post tar-Regolament (KEE) 1836/93 li għalhekk għandu jiġi mħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-iskema ta' mmaniġġjar u verifikar ta' l-ambjent u l-għanijiet tagħha
1. Hija hawnhekk stabbilita skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika li tippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' l-organizzazzjonijiet, minn issa ‘l quddiem imsejha “EMAS”, sabiex tivvaluta u ttejjeb it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjonijiet u l-provvediment tat-tagħrif rilevanti għall-pubbliku u l-partijiet l-oħra interessati.
2. Il-mira tal-EMAS għandha tkun li tippromwovi titjib kontinwu fit-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjonijiet billi:
(a) jiġu stabbiliti u implimentati skemi għall-immaniġġjar ta' l-ambjent minn organizzazzjonijiet kif deskritt fl-Anness I;
(b) il-valutazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tat-twettiq tax-xogħol ta' dawn l-iskemi kif deskritt fl-Anness I;
(ċ) il-provvediment tat-tagħrif dwar it-twettiq tax-xogħol u d-djalogu miftuħ mal-pubbliku u mal-partijiet l-oħra interessati;
(d) l-involviment attiv ta' l-impjegati fl-organizzazzjoni u t-taħriġ inizjali u avvanzat approprjat li jagħmel possibbli l-parteċipazzjoni attiva fil-kompiti riferiti fil-(a). Meta hekk jitlob, kull rappresentant ta' l-impjegati għandu jkun involut ukoll.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) “politika ta' l-ambjent” għandha tfisser l-għanjiet u l-prinċipji ta' azzjoni kollha ta' l-oganizzazzjonijiet b'rispett lejn l-ambjent inkluża l-konformità mal-ħtiġiet regolatorji ta' l-ambjent rilevanti kif ukoll impenn għal titjib kontinwu tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent; il-politika ta' l-ambjent tipprovdi qafas sabiex jiġu stabbiliti u rriveduti l-miri u l-finijiet ta' l-ambjent;
(b) “titjib kontinwu tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent” għandu jfisser il-proċess tat-titjib, sena b'sena, ir-riżultati li jistgħu jitkejlu tas-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent kif għandhom x'jaqsmu mal-immaniġġjar ta' organizzazzjoni dwar l-aspetti ta' l-ambjent sinjifikanti tagħha, imsejsa fuq il-politika, il-miri u l-finijiet ta' l-ambjent tagħha; it-titjib tar-riżultati ma għandux iseħħ simultanjament fl-isferi kollha;
(ċ) “twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent” għandu jfisser ir-riżultati għall-immaniġġjar ta' organizzazzoni rigward l-aspetti ta' l-ambjent tagħha;
(d) “prevenzjoni ta' tniġġiż” għandha tfisser l-użu tal-proċessi, tal-prattiċi, tal-materjali jew tal-prodotti li jevitaw, inaqqsu jew jikkontrollaw it-tniġġiż, li jistgħu jinkludu r-riċiklaġġ, it-trattament, il-bidliet tal-proċessi, il-mekkaniżmi tal-kontroll, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u s-sostituzzjoni tal-materjali;
(e) “reviżjoni ta' l-ambjent” għandha tfisser analiżi komprensiva iniżjali tal-kwistjonijiet, l-impatt u t-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent li jkollhom x'jaqsmu ma’ l-attivitajiet ta' organizzazzjoni, (l-Anness VII);
(f) “aspett ta' l-ambjent” għandu jfisser element fl-attivitajiet, fil-prodotti jew fis-servizzi ta' organizzazzjoni li jistgħu jinteraġixxu ma' l-ambjent, (l-Anness VI); aspett ta' l-ambjent sinjifikanti huwa aspett ta' l-ambjent li għandu jew li jista jkollu impatt ta' l-ambjent sinjifikanti;
(g) “impatt ta' l-ambjent” għandu jfisser kull bidla fl-ambjent, sewwa jekk ta' ħsara u sewwa jekk ta' ġid, li tirriżulta fl-intier tagħha jew f'parti minnha mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta' organizzazzjoni;
(h) “programm ta' l-ambjent” għandu jfisser deskrizzjoni tal-miżuri (responsabbiltajiet u mezzi) meħuda jew preveduti sabiex jiksbu l-miri u l-finijiet ta' l-ambjent u t-temmiet taż-żmien sabiex jinkisbu l-miri u l-finijiet ta' l-ambjent;
(i) “mira ta' l-ambjent” għandha tfisser fini totali ta' l-ambjent, li joħroġ mill-politika ta' l-ambjent, illi organizzazzjoni tiffissa lilha nfisha li tikseb, u li tiġi kkwantifikata meta prattikabbli;
(j) “fini ta' l-ambjent” għandu jfisser ħtieġa ddettaljata tat-twettiq tax-xogħol, ikkwantifikata fejn prattikabbli, li tapplika għall-organizzazzjoni jew partijiet minnha, li toħroġ mill-miri ta' l-ambjent u li teħtieġ li tiġi ffissata u ssodisfatta sabiex jinkisbu dawn il-miri;
(k) “sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent” għandha tfisser il-parti mis-sistema totali għall-immaniġġjar li tinkludi l-istruttura organizzattiva, il-pjanifikazzjoni ta' l-attivitajiet, ir-responsabbiltajiet, il-prattiċi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi sabiex tiġi żviluppata, implimentata, miksuba, eżaminata bħala reviżjoni u miżmuma fl-ordni l-politika ta' l-ambjent;
(l) “verifika ta' l-ambjent” għandha tfisser, l-għodda għall-immaniġġjar li tikkomprendi l-valutazzjoni sistematika, iddokumentata, perjodika u oġġettiva tat-twettiq tax-xogħol ta' l-organizzazzjoni, tas-sistema għall-immaniġġjar u l-proċessi ddisinjati sabiex jipproteġu l-ambjent bil-għan li:
(i) jiffaċilitaw il-kontroll għall-immaniġġjar fuq prattiċi li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent;
(ii) jistmaw il-konformità mal-politika ta' l-ambjent, inkluzi l-miri u l-finijiet ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni (Anness II);
(m) “iċ-ċiklu tal-verifika” għandu jfisser il-perjodu taż-żmien li fih jiġu vverifikati l-attivitajiet kollha ġewwa organizzazzjoni, (Anness II);
(n) “awditur” għandu jfisser individwu jew tim li jappartjienu mill-personal ta' l-organizzazzjoni jew minn barra l-organizzazzjoni, li jaġixxu għan-nom għall-immaniġġjar l-iktar għolja ta' l-organizazzjoni, li għandhom, individwalment jew kollettivament, il-kompetenzi msemmija fil-punt 2.4 ta' l-Anness II, u li huma indipendenti biżżejjed mill-attivitajiet li huma jivverifikaw sabiex jagħmlu ġudizzju oġġettiv;
(o) “prospett ta' l-ambjent” għandha tfisser it-tagħrif iddettaljat fil-punt 3.2 (a) sa (g) fl-Anness III;
(p) “parti interessata” għandha tfisser individwu jew grupp, inkluzi l-awtoritajiet, interessati fit-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' organizzazzjoni jew affettwati minnu;
(q) “verifikatur ta' l-ambjent” għandu jfisser kull persuna jew organizzazzjoni indipendenti ta' l-organizzazzjoni li tkun qiegħda tiġi vverifikata, li jkunu kisbu l-akkreditazzjoni, skond il-kondizzjonijiet u l-proċeduri riferiti fl-Artikolu 4;
(r) “sistema ta' akkreditazzjoni” għandha tfisser sistema għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali mħaddma minn istituzzjoni jew organizzazzjoni imparzjali nnominati jew maħluqa mill-Istat Membru (il-korp ta' l-akkreditazzjoni), b'riżorsi u kompetenzi bizzejjed u li jkollhom il-proċeduri xierqa sabiex iwettqu l-funzjonijiet iddefiniti b'dan ir-Regolament għal din is-sistema;
(s) “organizzazzjoni” għandha tfisser kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, jew parti minn dawn jew għaqda tagħhom, sewwa jekk ikunu nkorporati u sewwa jekk le, pubbliċi jew privati, li għandhom il-funzjonijiet u l-amministrazzjonijiet tagħhom infushom.
L-entità li għandha tiġi rreġistrata bħala organizzazzjoni skond l-EMAS għandha tiġi miftiehma mal-verifikatur u, fejn approprjat mal-korpi kompetenti, filwaqt li titqies il-gwida tal-Kummissjoni, stabbilità skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 14(2), iżda ma għandhiex taqbeż il-konfini ta' Stat Membru. L-izgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għandha tkun sit. F'każijiet eċċezzjonali identifikati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2), l-entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni fl-EMAS tista' tkun iżgħar minn sit, b'din is-subdiviżjoni bil-funzjonijiet proprji tagħha.
(t) “sit” għandu jfisser l-art kollha fl-lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll għall-immaniġġjar ta' organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi. Din tinkludi l-infrastruttura, t-tagħmir u l-materjali kollha;
(u) “korpi kompetenti” għandhom jfissru l-korpi nnominati mill-Istati Membri, kemm jekk nazzjonali, reġjonali jew lokali, skond l-Artikolu 5, sabiex iwettqu l-kompiti speċifiċi f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Parteċipazzjoni fl-EMAS
1. L-EMAS għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' kull organizzazzjoni ddedikata sabiex ittejjeb it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ġenerali tagħha.
2. Sabiex organizzazzjoni tkun tista’ tiġi rreġistrata fl-EMAS għandha:
(a) Tagħmel reviżjoni ta' l-ambjent ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha skond l-Anness VII u tindirizza l-kwistjonijiet li jinsabu fl-Anness VI u, fid-dawl tar-riżultati ta' din ir-reviżjoni, timplementa sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent li tkopri l-ħtiġiet kollha riferiti fl-Anness I, b'mod partikolari l-konformità mal-leġislazzjoni ta' l-ambjent rilevanti.
Madankollu, l-organizzazzjonijiet li għandhom sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent ċċertifikata, irrikonoxxuta skond il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 9, ma għandhomx għalfejn jagħmlu reviżjoni ta' l-ambjent formali meta jibdew jimplimentaw l-EMAS, jekk it-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' l-aspetti ta' l-ambjent ddikjarati fl-Anness VI jiġi pprovvdut bis-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent ċċertifikata.
(b) twettaq, jew tieħu ħsieb li titwettaq, verifika ta' l-ambjent skond il-ħtiġiet iddikjarati fl-Anness II. Il-verifiki għandhom jiġu mfassla sabiex jistmaw it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni;
(ċ) tħejji, skond il-punt 3.2 ta' l-Anness III, prospett ta' l-ambjent. Il-prospett għandu jqis b'mod partikolari r-riżultati li tkun kisbet organizzazzjoni rigward l-finijiet ta' l-ambjent u l-miri tagħha u l-ħtiġiet sabiex tissokta ttejjeb it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent tagħha, u għandha tikkunsidra l-ħtiġiet tat-tagħrif tal-partijiet interessati rilevanti;
(d) ikollha r-reviżjoni ta' l-ambjent, jekk approprjat, is-sistema għall-immaniġġjar, il-proċedura tal-verifika u l-prospett ta' l-ambjent eżaminati sabiex jiġi vverifikat li jissodisfaw il-ħtiġiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u jkollha l-prospett ta' l-ambjent vvalidat mill-verifikatur ta' l-ambjent sabiex jiġi żgurat li tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III;
(e) tibgħat il-prospett ta' l-ambjent vvalidat lill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru li fih hija lokata l-organizzazzjoni li tkun qiegħda tfittex li tiġi rreġistrata u, wara r-reġistrazzjoni, tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
3. Sabiex l-organizzazzjoni tissokta żżomm ir-reġistrazzjoni fl-EMAS:
(a) għandu jkollha s-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u l-programm tal-verifika vverifikati skond il-ħtiġiet tal-punt 5.6 ta' l-Anness V;
(b) għandha tibgħat l-aġġornamenti vvalidati meħtieġa ta' kull sena tal-prospett ta' l-ambjent tagħha lill-korp kompetenti u tqiegħdhom għad-disposizzjoni tal-pubbliku. Id-devjazzjonijiet mill-frekwenza li fihom għandhom jitwettqu l-aġġornamenti jistgħu jsiru skond iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-gwida Komunitarja adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Arikolu 14(2), b'mod partikolari għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar u l-intrapriżi ż-żgħar skond ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE ( 7 ) u meta ma jkun hemm l-ebda bidla operattiva fis-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent.
Artikolu 4
Sistema ta' l-akkreditazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali indipendenti u għas-sorveljanza ta' l-attivitajiet tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jew jużaw l-istituzzjonijiet eżistenti ta' l-akkreditazzjoni jew il-korpi kompetenti riferiti fl-Artikolu 5 jew jinnominaw jew jistabbilixxu kull korp ieħor bl-istatus approprjat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-komposizzjoni ta' dawn is-sistemi hija hekk illi tiggarantixxi l-indipendenza u n-newtralità tagħhom fit-twettiq ta' dmirijiethom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn is-sistemi jkunu mħadda totalment fi zmien 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsultazzjoni approprjata tal-partijiet involuti, meta jiġu stabbiliti u diretti s-sistemi ta' l-akkreditazzjoni.
4. L-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali u s-sorveljanza ta' l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu skond il-ħtiġiet ta' l-Anness V.
5. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati fi Stat Membru jistgħu jwettqu attivitajiet tal-verifika f'kull Stat Membru ieħor skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V. Il-bidu ta' l-attività tal-verifika għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru li fih tkun qiegħda ssir u l-attività għandha tkun bla ħsara għas-sorveljanza tas-sistema ta' l-akkreditazzjoni ta' dan ta' l-aħħar.
6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu u jikkomunikaw il-bidliet rilevanti fl-istruttura u l-proċeduri tas-sistemi ta' l-akkreditazzjoni.
7. Il-Kumissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2), tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex, b'mod partikolari, tiġi evitata l-inkonsistenza bejn l-Anness V u l-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw il-korpi nazzjonali ta' l-akkreditazzjoni għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali sabiex jiżguraw kwalità konsistenti fil-verifikaturi ambjentali.
8. Għandu jiġi stabbilit forum, kostitwit mill-korpi ta' l-akkreditazzjoni kollha, mill-korpi ta' l-akkreditazzjoni bil-għan li jipprovdi lill-Kummissjoni bl-elementi u l-mezzi sabiex twettaq l-obbligi tagħha skond il-paragrafu (7). Għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena fil-preżenza ta' rappreżentant tal-Kummissjoni.
Il-forum għandu, kif approprjat, jiżviluppa gwida dwar il-kwistjonijiet fil-qasam ta' l-akkreditazzjoni, tal-kompetenza u tas-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali. Id-dokumenti ta' gwida li jiġu prodotti għandhom jiġu ssottomessi lill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2).
Sabiex jiżgura żvilupp armonizzat fil-funzjonament tal-korpi ta' l-akkreditazzjoni u fil-proċess tal-verifika fl-Istati Membri kollha, il-forum għandu jiżviluppa l-proċeduri għall-proċess ta' reviżjoni bejn il-pari. L-għan tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jkun li jiżgura illi s-sistemi ta' l-akkreditazzjoni ta' l-Istati Membri jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament. Rapport ta' l-attivitajiet tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni li għandha tgħaddih għall-informazzjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 14(1) u tagħmlu disponibbli pubblikament.
Artikolu 5
Korpi kompetenti
1. Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jagħżel il-korp kompetenti responsabbli sabiex iwettaq il-kompiti pprovvduti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fl-Artikoli 6 u 7 u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bihom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-komposizzjoni tal-korpi kompetenti tkun hekk illi tiggarantixxi l-indipendenza u n-newtralità tagħhom u li l-korpi kompetenti japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament b'mod konsistenti.
3. L-Istati Membri għandu jkollhom linji gwida għas-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet, għall-użu tal-korpi kompetenti. Il-korpi kompetenti għandu jkollhom b'mod partikolari, il- proċeduri sabiex:
— jikkunsidraw l-osservazzjonijiet mill-partijiet interessati dwar l-organizzazzjonijet irreġistrati, u
— jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, jikkanċellaw jew jissospendu organizzazzjonijiet mir-reġistrazzjoni.
4. Il-korp kompetenti għandu jkun responsabbli għar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet fl-EMAS. Għandu għalhekk jikkontrolla d-dħul u l-manteniment ta' l-organizzazzjonijiet fir-reġistru.
5. Il-korpi kompetenti mill-Istati Membri kollha għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena fil-preżenza ta' rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-mira ta' dawn il-laqgħat hija li tiżgura l-konsistenza tal-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet fl-EMAS, inklużi s-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni. Għandu jitħaddem proċess ta' reviżjoni bejn il-pari mill-korpi kompetenti bil-għan li jiżviluppaw kif jifhmu b'mod komuni l-approċċ prattiku tagħhom rigward ir-reġistrazzjoni. Rapport ta' l-attivitajiet tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jiġi mogħti lill-Kummissjoni li għandha tgħaddih għat-tagħrif tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 14(1) u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 6
Reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet
Ir-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet għandha tiġi ttrattata mill-korpi kompetenti fuq il-bażi tal-każijiet li ġejjin:
1. Jekk korp kompetenti
— ikun irċieva prospett ta' l-ambjent vvalidat u
— ikun irċieva formola mimlija, li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stabbilit fl-Anness VIII, mill-organizzazzjoni u
— ikun irċieva kull dritt tar-reġistrazzjoni li jista' jitħallas skond l-Artikolu 16 u
— ikun sodisfatt fuq il-bażi tax-xhieda li jkun irċieva, u b'mod partikolari mill-mistoqsijiet li jkunu saru lill-awtorità kompetenti ta' l-infurzar dwar il-konformità ta' l-organizzazzjoni mal-leġislazzjoni ta' l-ambjent rilevanti, li l-organizzazzjoni tissodisfa l-ħtiġiet kollha ta' dan ir-Regolament,
għandu jirreġistra lill-organizzazzjoni applikanti u jagħtiha numru tar-reġistrazzjoni. Il-korp kompetenti għandu jgħarraf lit-tmexxija ta' l-organizzazzjoni li l-organizzazzjoni tidher fuq ir-reġistru.
2. Jekk korp kompetenti jirċievi rapport tas-sorveljanza minn korp ta' l-akkreditazzjoni li jagħti xiehda illi l-attivitajiet tal-verifikatur ta' l-ambjent ma jkunux imwettqa b'mod adegwat biżżejjed sabiex jiżguraw illi l-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jiġu mħarsa mill-organizzazzjoni applikanti, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi rrifjutata jew sospiża kif approprjat sakemm jiġi żgurat illi tinkiseb il-konformità ta' l-organizzazzjoni fl-EMAS.
3. Jekk organizzazzjoni tonqos milli tibgħat lill-korp kompetenti, fi żmien tliet xhur minn meta tintalab tagħmel dan,
— l-aġġornamenti vvalidati ta' kull sena tal-prospett ta' l-ambjent, jew
— formola mimlija, li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu ddikjarat fl-Anness VIII mill-organizzazzjoni, jew
— kull dritt tar-reġistrazzjoni rilevanti,
l-organizzazzjoni għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif approprjat, skond in-natura u l-iskop tan-nuqqas. Il-korp kompetenti għandu jgħarraf lit-tmexxija ta' l-organizzazzjoni bir-raġunijiet tal-miżuri meħuda.
4. Jekk, f'kull ħin, korp kompetenti jikkonkludi, fuq il-bażi tax-xhieda li jkun irċieva, illi l-organizzazzjoni ma għadhiex tħares waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif approprjat, jiddependi min-natura u l-firxa tan-nuqqas.
Jekk korp kompetenti jiġi mgħarraf mill-awtorità kompetenti ta' l-infurzar bi ksur mill-organizzazzjoni tal-ħtiġiet regolatorji rilevanti dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, għandu jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta' din l-organizzazzjoni jew jissospendiha mir-reġistru skond kif approprjat.
5. Ir-rifjut tar-reġistrazzjoni, is-sospensjoni jew it-tħassir ta' organizzazzjonijiet mir-reġistru għandhom jeħtieġu l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati approprjati, sabiex il-korp kompetenti jiġi pprovvdut bl-elementi meħtieġa tax-xiehda sabiex jieħu d-deċiżjoni tiegħu. Il-korp kompetenti għandu jgħarraf lit-tmexxija ta' l-organizzazzjoni bir-raġunijiet għaliex ikunu ttieħdu l-miżuri u bil-proċess tad-diskussjoni ma' l-awtorità kompetenti ta' l-infurzar.
6. Ir-rifjut jew is-sospensjoni għandhom jiġu mneħħija jekk il-korp kompetenti jkun irċieva tagħrif sodisfaċenti illi l-organizzazzjoni qiegħda tħares il-ħtiġiet tal-EMAS jew jekk ikun irċieva tagħrif sodisfaċenti mill-awtorità kompetenti ta' l-infurzar illi l-ksur ġie kkorreġut u li l-organizzazzjoni għamlet l-arranġamenti sodisfaċenti bil-għan li tiżgura li ma jerġax iseħħ.
Artikolu 7
Lista ta' l-organizzazzjonijiet irreġistrati u tal-verifikaturi ambjentali
1. Il-korp ta' l-akkreditazzjoni għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jaġġorna l-lista tal-verifikaturi ambjentali u l-iskop tagħhom ta' l-akkreditazzjoni fl-Istat Membru tagħhom u għandu jew direttament, jew permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali kif deċiż mill-Istat Membru interessat, jikkomunika t-tibdil f'din il-lista lill-Kummissjoni u lill-korp kompetenti kull xahar.
2. Il-korpi kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu fl-ordni lista ta' l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-Istat Membru tagħhom u jaġġornaw din il-lista kull xahar. Il-korpi kompetenti għandhom jew direttament, jew permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali kif deċiż mill-Istat Membru interessat, jikkomunikaw it-tibdil fil-lista lill-Kummissjoni ta' kull xahar u jistgħu jorganizzaw sistema ta' skambju tat-tagħrif mis-settur ekonomiku u ż-żona tal-kompetenza fin-network tal-korpi lokali iddelegati.
3. Ir-reġistru tal-verifikaturi ambjentali u ta' l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS għandha tinżamm mill-Kummissjoni li għandha tqegħdha għad-disposizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 8
Logo
1. L-organizzazzjonijet li jipparteċipaw fl-EMAS jistgħu jużaw il-logo muri fl-Anness IV biss jekk ikollhom reġistrazzjoni korrenti fl-EMAS. Għandhom jiġu addottati speċifikazzjonijiet tekniċi dwar ir-riproduzzjoni tal-logo skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 14(2) u ppubblikata mill-Kummissjoni.
2. Il-logo tal-EMAS jista' tintuża minn organizzazzjonijiet fil-każi li ġejjin:
(a) fuq tagħrif ivvalidat kif deskritt fil-punt 3.5 ta' l-Anness III, skond iċ-ċirkostanzi ddefiniti fil-gwida tal-Kummissjoni adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2) li għandu jiżgura li ma jkunx hemm konfużjoni mat-tikketti tal-prodott ta' l-ambjent (f'dan il-każ, għandha tintuża l-verżjoni 2 tal-logo mogħti fl-Anness IV);
(b) fuq dikjarazzjonijiet ta' l-ambjent vvalidati (f'dan il-każ, għandha tintuża l-verżjoni 2 tal-logo mogħti fl-Anness IV);
(ċ) fuq il-letterheads ta' l-organizzazzjonijiet irreġistrati (f'dan il-każ, għandha tintuża l-verżjoni 1 tal-logo mogħti fl-Anness IV);
(d) fuq it-tagħrif li jirreklama l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni fl-EMAS (f'dan il-każ, għandha tintuża l-verżjoni 1 tal-logo mogħti fl-Anness IV);
(e) fuq jew fir-reklami għall-prodotti, l-attivitajiet u s-servizzi li jkunu biss fiċ-ċirkostanzi ddefiniti fil-gwida tal-Kummissjoni adottata skond l-Artikolu 14(2) li għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda konfużjoni mat-tikketti tal-prodotti ta' l-ambjent.
3. Il-logo ma għandux jintuża fil-każi li ġejjin:
(a) fuq il-prodotti jew l-imballaġġ tagħhom,
(b) flimkien mal-pretensjonijiet komparattivi li jirrigwardaw prodotti, attivitajiet jew servizzi oħra.
Madankollu l-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-valutazzjoni pprovvduta fl-Artikolu 15(3), tikkunsidra taħt liema ċirkostanzi eċċezzjonali jista' jintuża l-logo u, għal dawn il-każijiet, tadotta r-regoli skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2) li għandhom jiżguraw li ma teżisti l-ebda konfużjoni mat-tikketti tal-prodotti ta' l-ambjent.
Artikolu 9
Relazzjoni ma’ l-istandards Ewropej u internazzjonali
1. L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-istandards Ewropej jew internazzjonali għal kwistjonijiet ta' l-ambjent rilevanti għal-EMAS u ċċertifikati, skond il-proċeduri approprjati taċ-ċertifikazzjoni, bħala li jikkonformaw ma' dawn l-istandards, għandhom jiġu kkunsidrati li jikkonformaw mal-ħtiġiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament, sakemm:
(a) l-istandards ikunu rrikonoxxuti mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2).
(b) il-ħtiġiet ta' l-akkreditazzjoni għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkunu rrikonoxxuti mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 14(2).
Ir-referenzi ta' l-istandards irrikonoxxuti (inklużi l-artikoli rilevanti tal-EMAS li għalihom japplikaw) u l-ħtiġiet ta' l-akkreditazzjoni rrikonoxxuti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Sabiex l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu megħjuna jiġu rreġistrati fl-EMAS, l-organizzazzjonijiet interessati għandhom juru lill-verifikatur ta' l-ambjent l-konformità mal-ħtiġiet mhux koperti bl-istandards irrikonoxxuti.
Artikolu 10
Relazzjoni mal-leġislazzjonijiet l-oħra ta' l-ambjent fil-Komunità
1. L-EMAS għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) il-liġijiet Komunitarji, jew
(b) il-liġijiet nazzjonali jew l-istandards tekniċi li ma jaqgħux taħt il-liġijiet Komunitarji u
(ċ) id-dmirijiet ta' l-organizzazzjonijiet taħt dawn il-liġijiet u standards rigward il-kontrolli ta' l-ambjent.
2. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skond dan ir-Regolament tista' tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni ta' l-ambjent sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforz li ma tkunx meħtieġa kemm mill-organizzazzjonijiet u kemm mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-infurzar.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti t-tagħrif li tirċievi mill-Istati Membri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malli jkun disponibbli u mill-inqas darba kull tliet snin.
Artikolu 11
Promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet, b'mod partikolari ta' l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju
1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet fl-EMAS u għandhom, b'mod partikolari, jikkunsidraw il-ħtieġa li jiżguraw il-parteċipazzjoni ta' l-impriżi ż- żgħar u ta' daqs medju (SMEs) billi
— jiffaċilitaw l-aċċess għat-tagħrif, il-fondi ta' l-assistenza, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-kisba pubblika, mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji li jirregolaw il-kisba pubblika.
— jistabbilixxu jew jippromwovu miżuri ta' assistenza teknika, speċjalment flimkien ma’ l-inizjattivi mill-punti approprjati professjonali jew lokali tal-kuntatt (p.e. l-awtoritajiet lokali, il-kmamar tal-kummerċ, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ jew tas-snajja’).
— jiżguraw illi jkun hemm drittijiet raġjonevoli tar-reġistrazzjoni li jinkoraġixxu parteċipazz-joni ogħla.
Sabiex jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-SMEs, inklużi dawk li jinsabu f'żoni ġeografiċi ddefiniti tajjeb, l-awtoritajiet lokali, bil-parteċipazzjoni ta' l-assoċjazzjonijiet industrijali, il-kmamar tal-kummerċ u l-partijiet interessati, jistgħu jipprovdu assistenza fl-identifikazzjoni ta' l-impatti ta' l-ambjent sinjifikanti. L-SMEs jistgħu mbagħad jużaw dan sabiex jiddefinixxu l-programm ta' l-ambjent tagħhom u jfasslu l-miri tagħhom u l-finijiet tas-sistema tagħhom għall-immaniġġjar ta' l-EMAS. B'żieda ma’ dan, jistgħu jiġu żviluppati programmi ddisinjati sabiex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, bħalma huwa approċċ pass b'pass li eventwalment iwassal għar-reġistrazzjoni fl-EMAS, fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Is-sistema għandha taħdem bil-mira li jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq il-parteċipanti, b'mod partikolari fuq l-organizzazzjonijiet iż-żgħar.
2. Sabiex jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet fl-EMAS il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra Komunitarji kif ukoll l-awtoritajiet l-oħra pubbliċi fil-livell nazzjonali għandhom jikkunsidraw mingħajr preġudizzju għall-liġijiet Komunitarji, kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ tiġi kkunsidrata meta jiġu mfassla l-kriterji għall-politika tagħhom dwar il-kisba.
3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti t-tagħrif li tirċievi mill-Istati Membri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malli jkun disponibbli u mill-inqas darba kull tliet snin.
Artikolu 12
Tagħrif
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri approprjati sabiex jiżgura illi:
(a) l-organizzazzjonijiet jiġu mgħarrfa bil-kontenut ta' dan ir-Regolament;
(b) il-pubbliku jiġi mgħarraf bil-miri u bil-komponenti prinċipali ta' l-EMAS.
L-Istati Membri għandhom, meta approprjat, f'koperazzjoni ma’, fost l-oħrajn, l-assoċjazzjonijiet industrijali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet ta' l-ambjent, it-trejd-unjonijiet u l-istituzzjonijiet lokali, jużaw b'mod partikolari l-pubblikazzjonijiet professjonali, il-ġurnali lokali, kampanji ta' promozzjoni jew kull mezz ieħor funzjonali għall-promozzjoni ta' għarfien ġenerali dwar l-EMAS.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu.
3. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-promozzjoni ta' l-EMAS fil-livell Komunitarju. Għandha, b'mod partikoli, teżamina f'konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1) il-possibbiltà tat-tixrid ta' l-aħjar prattika bil-mezzi u l-metodi approprjati.
Artikolu 13
Kontravenzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri legali jew amministrattivi approprjati fil-każ tan-nuqqas tal-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jikkomunikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.
Artikolu 14
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KES għandu jiġi ffissat għal dak ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu tal-proċedura.
Artikolu 15
Reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-EMAS fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tagħha u l-iżviluppi internazzjonali sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandha, jekk ikun meħtieġ, tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-emendi approprjati.
2. L-Annessi kollha ma' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' l-Anness V, għandhom jiġu addattati mill-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2) fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba mit-tħaddim ta' l-EMAS u b'rispons għall-ħtiġiet identifikati għall-gwida rigward il-ħtiġiet tal-EMAS.
3. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-użu, ir-rikonoxximent u l-interpretazzjoni, speċjalment mill-pubbliku u l-partijiet l-oħra interessati, tal-logo ta' l-EMAS u tivvaluta jekk hemmx bżonn ta' reviżjoni tal-logo u tal-ħtiġiet għall-użu tiegħu.
Artikolu 16
Spejjeż u miżati
1. Tista' tiġi stabbilità sistema ta' miżati skond l-arranġamenti stabbiliti mill-Istati Membri għall-ispejjeż amministrattivi magħmula rigward il-proċeduri tar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet u l-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali u spejjeż oħra li jkollhom x'jaqsmu ma l-EMAS.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu.
Artikolu 17
Revoka tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1836/93 għandu jiġi mħassar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.
2. Is-sistemi nazzjonali ta' l-akkreditazzjoni u l-korpi kompetenti stabbiliti skond ir-Regolament (KEE) Nru 1836/93 għandhom jibqgħu fis-seħħ. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-proċeduri segwiti mis-sistemi ta' l-akkreditazzjoni u l-korpi kompetenti skond id-disposizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn is-sistemi jiġu mħaddma fl-intier tagħhom fi zmien 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati skond ir-Regolament (KEE) Nru 1836/93 jistgħu jissoktaw iwettqu l-attivitajiet tagħhom skond il-ħtiġiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.
4. Is-siti rreġistrati skond ir-Regolament (KEE) Nru 1836/93 għandhom jissoktaw fuq ir-reġistru tal-EMAS. Il-ħtiġiet il-ġodda ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fiż-żmien tal-verifika ta' sit li tkun tmiss. Jekk il-verifika li tmiss għandha titwettaq qabel 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-data tal-verifika li tmiss tista' tiġi estiża b'6 xhur bi ftehim mal-verifikatur ta' l-ambjent u l-korpi kompetenti.
5. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-verifikaturi ambjentali akkreditati u għas-siti rreġistrati skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93, sakemm il-korpi ta' l-akkreditazzjoni responsabbli u l-korpi kompetenti ikunu ftiehmu illi l-verifikaturi ambjentali u s-siti rreġistrati jħarsu l-ħtiġiet kollha tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93 u jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
A. REKWIŻITI TAS-SISTEMA TA’ MMANIĠĠJAR AMBJENTALI
L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja ta’ mmaniġġjar u verifika ekoloġiċi (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ EN ISO 14001:2004, li huma deskritti fis-sezzjoni 4 ta’ l-Istandard Ewropew ( 8 ) u totalment riprodotti hawn taħt:
I-A Rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali
I-A.1 Rekwiżiti ġenerali
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta, iżżomm u ttejjeb kontinwament sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali u tiddetermina kif se tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.
L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u tiddokumenta l-ambitu tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha.
I-A.2 Politika Ambjentali
L-ogħla korp maniġerjali għandu jiddefinixxi l-politika ambjentali ta' l-organizzazzjoni u jassigura li, fi ħdan l-ambitu definit tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali, din
(a) tkun xierqa għan-natura, l-iskala u l-impatti ambjentali ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha,
(b) tinkludi impenn għal titjib u prevenzjoni kontinwi mit-tniġġis;
(c) tinkludi impenn sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali tagħha,
(d) tipprovdi qafas għad-definizzjoni u r-reviżjoni ta’ l-għanijiet u l-miri ambjentali,
(e) tkun dokumentata, implimentata u miżmuma,
(f) tkun komunikata lill-persuni kollha li jaħdmu għal jew f’isem l-organizzazzjoni, u
(g) tkun disponibbli għall-pubbliku.
I-A.3 Ippjanar
I-A.3.1 Aspetti ambjentali
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i)
(a) sabiex tidentifika l-aspetti ambjentali ta’ l-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħha fi ħdan l-ambitu definit tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali li tista’ tikkontrolla u dawk li tista’ tinfluwenza filwaqt li tqis l-iżviluppi ppjanati jew ġodda, jew attivitajiet, prodotti u servizzi ġodda jew modifikati, u
(b) sabiex tiddetermina dawk l-aspetti li għandhom jew jistgħu jkollhom impatt(i) sinifikanti fuq l-ambjent (jiġifieri aspetti ambjentali sinifikanti).
L-organizzazzjoni għandha tiddokumenta din l-informazzjoni u żżommha aġġornata.
L-organizzazzjoni għandha tassigura li l-aspetti ambjentali sinifikanti jitqiesu meta tkun stabbilita, implimentata u miżmuma s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha.
I-A.3.2 Rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i)
(a) sabiex tidentifika u jkollha aċċess għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali tagħha, u
(b) sabiex tiddetermina kif dawn ir-rekwiżiti jkunu applikati lill-aspetti ambjentali tagħha.
L-organizzazzjoni għandha tassigura li dawn ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom jitqiesu meta tkun stabbilita, implimentata u miżmuma s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha.
I-A.3.3 Għanijiet, miri u programm(i)
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm għanijiet u miri ambjentali dokumentati, f’funzjonijiet u livelli relevanti fi ħdan l-organizzazzjoni
L-għanijiet u l-miri għandhom jitkejlu, fejn hu prattiku, u jkunu konsistenti mal-politika amjentali, inklużi l-impenji lejn il-prevenzjoni mit-tniġġis, lejn il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom u lejn titjib kontinwu.
Meta l-għanijiet u l-miri jkunu stabbiliti u reveduti, organizzazzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. Hija għandha tikkunsidra l-għażliet teknoloġiżi tagħha, ir-rekwiżiti finanzjarji, operazzjonali u ta’ negozju tagħha, u l-fehmiet ta’ partijiet interessati.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programm(i) għall-ksib ta’ l-għanijiet u l-miri tagħha. Il-programm(i) għandu/hom jinkludi/jinkludu
(a) deżinjazzjoni ta’ reponsabilità għall-ksib ta’ għanijiet u miri f’funzjonijiet u livelli relevanti ta’ l-organizzazzjoni, u
(b) il-mezzi u l-qafas ta’ żmien b’liema għandhom jinkisbu.
I-A.4 Implimentazzjoni u operazzjoni
I-A.4.1 Riżorsi, rwoli, responsabilità u awtorità
Id-direzzjoni għandha tassigura d-disponibilità tar-riżorsi essenzjali biex tistabbilixxi, timplimenta, iżżħomm u ttejjeb is-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali. Ir-riżorsi jinkludu r-riżorsi umani u kapaċitajiet speċjalizzati, l-infrastruttura ta’ organizzazzjoni, it-teknoloġija u r-riżorsi finanzjarji.
Ir-rwoli, ir-responsabilitajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti, dokumentati u komunikati sabiex iħeffu mmaniġġjar ambjentali effettiv.
L-ogħla korp maniġerjali ta’ l-organizzazzjoni għandu jaħtar rappreżentant(i) maniġerjali speċifiku/ċi li, irrispettivament minn responsabiltajiet oħra, ikollu/hom rwoli, responsabilitajiet u awtorità definiti sabiex
(a) jassigura/jassiguraw li s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tkun stabbilita, implimentata u miżmuma skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali
(b) jirrapporta/jirrapportaw lill-ogħla korp maniġerjali dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali għar-reviżjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib.
I-A.4.2 Kompetenza, taħriġ u għarfien
L-organizzazzjoni għandha tassigura li kull persuna li tagħmel xogħol għaliha jew f’isimha li għandha potenzjal li tikkawża impatt(i) ambjentali sinifikanti identifikat(i) mill-organizzazzjoni hija kompetenti fuq il-bażi ta’ edukazzjoni, taħriġ jew esperjenza xierqa, u għandha żżomm reġistri assoċjati.
L-organizzazzjoni għandha tidentifika ħtiġijiet ta’ taħriġ assoċjati ma' l-aspetti ambjentali u mas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali tagħha. Hija għandha tipprovdi taħriġ jew tieħu azzjoni oħra biex tilħaq dawn il-ħtiġijiet, u għandha żżomm reġistri assoċjati.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tgħarraf lill-persuni li jaħdmu għaliha jew f'isimha
(a) bl-importanza tal-konformità mal-politika u mal-proċeduri ambjentali u mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali,
(b) bl-aspetti ambjentali sinifikanti u impatti attwali jew potenzjali relatati assoċjati ma’ xogħolhom, u l-benefiċċji ambjentali ta’ rendiment personali mtejjeb.
(c) bir-rwol u r-responsabilitajiet tagħhom fil-ksib ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali, u
(d) bil-konsegwenzi potenzjali tat-tbegħid mill-proċeduri speċifiċi.
I.A.4.3 Komunikazzjoni
Fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali u tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għal
(a) komunikazzjoni interna bejn il-livelli varji u funzjonijiet ta' l-organizzazzjoni
(b) riċeviment u dokumentazzjoni ta' u tweġibiet għall-komunikazzjoni relevanti minn partijiet esterni interessati.
L-organizzazzjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tikkomunika esternament dwar l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha, u għandha tiddokumenta d-deċiżjoni tagħha. Jekk iddeċidiet li tikkomunika, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u timplimenta metodu(i) għall-komunikazzjoni esterna tagħha.
I.A.4.4 Dokumentazzjoni
Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali għandha tinkludi
(a) il-politika ambjentali, l-għanijiet u l-miri,
(b) deskrizzjoni ta’ l-ambitu tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali,
(c) deskrizzjoni ta’ l-elementi ewlenin tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali u l-interazzjoni tagħhom, u referenza għad-dokumenti relatati,
(d) dokumenti, inklużi r-reġistri, mitluba minn dan l-Istandard Internazzjonali, u
(e) dokumenti, inklużi r-reġistri, iddeterminati bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni sabiex tassigura l-ippjanar, l-operazzjoni u l-kontroll tal-proċessi effettivi li huma konnessi ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.
I.A.4.5 Kontroll tad-dokumenti
Id-dokumenti meħtieġa mis-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandhom ikunu kkontrollati. Ir-reġistri huma tip speċjali ta’ dokument u għandhom ikunu kkontrollati skond ir-rekwiżiti mogħtija f’4.5.4.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex
(a) tapprova dokumenti għall-adegwatezza qabel ma jinħarġu,
(b) tirrevedi u taġġorna kif meħtieġ u terġa’ tapprova d-dokumenti,
(c) tassigura li l-bidliet u l-istat tar-reviżjoni attwali tad-dokumenti jkunu identifikati,
(d) tassigura li l-verżjonijiet relevanti tad-dokumenti applikabbli jkunu disponibbli f’postijiet ta’ użu,
(e) tassigura li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u li malajr ikunu identifikati,
(f) tassigura li d-dokumenti ta’ oriġni estern iddeterminati bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni għall-ippjanar u l-operazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali jkunu identifikati u d-distribuzzjoni tagħhom ikkontrollata, u
(g) tipprevjeni mill-użu mhux intenzjonat ta’ dokumenti skaduti u tapplikalhom identifikazzjoni xierqa jekk jinżammu għal xi raġjuni.
I-A.4.6 Kontroll operazzjonali
L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tippjana dawk l-operazzjonijiet li huma assoċjati ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati bħala konsistenti mal-politika ambjentali, ma’ l-għanijiet u l-miri tagħha, sabiex tassigura li jitwettqu taħt kundizzjonijiet speċifiċi, billi
(a) tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i dokumentata/i sabiex tikkontrolla s-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għal tbegħid mill-politika ambjentali, mill-għanijiet u mill-miri, u
(b) tistipola l-kriterji operazzjonali fil-proċedura/i, u
(c) tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċeduri relatati ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati ta' l-oġġetti u s-servizzi użati mill-organizzazzjoni u tikkomunika proċeduri u rekwiżiti applikabbli lill-fornituri, inklużi l-kuntratturi.
I-A.4.7 Livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi
L-organizzazzjoni għandha tisstabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tidentifika sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza u inċidenti potenzjali li jistgħu jkollhom impatt(i) fuq l-ambjent u kif se tirreaġixxi għalihom.
L-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet u inċidenti ta’ emerġenza effettiva u tipprevjeni jew ittaffi impatti ambjentali avversi assoċjati.
L-organizzazzjoni għandha tirrevedi perjodikament u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-proċeduri tat-tlestija u reazzjoni għall-emerġenzi, partikolarment, wara li jseħħu inċidenti jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
L-organizzazzjoni għandha perjodikament teżamina wkoll dawn il-proċeduri fejn prattikabbli.
I-A.5 Verifika
I.A.5.1 Monitoraġġ u kejl
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex isir monitoraġġ u kejl regolarment, tal-karatteristiċi ewlenin ta’ l-operazzjonijiet tagħha li jistgħu jkollhom impatt ambjentali sinifikanti. Il-proċedura/i għandha/hom tinkludi/jinkludu d-dokumentazzjoni ta’ l-informazzjoni sabiex isir monitoraġġ fuq il-prestazzjoni, il-kontrolli operazzjonali applikabbli u fuq il-konformità ma’ l-għanijiet u l-miri ambjentali ta’ l-organizzazzjoni.
L-organizzazzjoni għandha tassigura li jintuża u jinżamm tagħmir għall-monitoraġġ u kejl kalibrat u verifikat u għandha żżomm reġistri assoċjati.
I.A.5.2 Evalwazzjoni tal-konformità
I-A.5.2.1 |
B’mod konsistenti ma’ l-impenn għall-konformità, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tevalwa perjodikament il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli. L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet perjodiċi. |
I-A.5.2.2 |
L-organizzazzjoni għandha tevalwa l-konformità ma' rekwiżiti oħrajn li ssottomettiet ruħha għalihom. L-organizzazzjoni tista’ tgħaqqad din l-evalwazzjoni ma’ l-evalwazzjoni tal-konformità ġuridika msemmja fil-punt 4.5.2.1 jew tistabbilixxi proċedura/i separata/i. L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet perjodiċi. |
I-A.5.3 Nuqqas ta' konformità, azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex tittratta ma’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità reali jew potenzjali u sabiex tieħu azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva. l-proċedura/i għandha/hom tiddefinixxi/jiddefinixxu r-rekwiżiti għal
(a) l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u t-teħid ta’ azzjoni(jiet) biex ittaffi/itaffu l-impatti ambjentali tagħhom.
(b) l-investigazzjoni ta’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità, id-determinazzjoni tal-kawża/i tagħha/hom u t-teħid ta’ azzjonijiet sabiex tevita li jerga’/jerġgħu jseħħ(u).
(c) l-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni(ijiet) li tipprevjeni/jipprevjenu n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u implimentazzjoni xierqa ta’ azzjonijiet indikati biex jevitaw li jseħħu.
(d) ir-reġistrazzjoni tar-riżultati ta’ l-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda, u
(e) ir-reġistrazzjoni tar-riżultati ta’ l-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda, u L-azzjonijiet meħuda għandhom ikunu xierqa għad-daqs tal-problemi u ta' l-impatti ambjentali li jitfaċċaw.
L-organizzazzjoni għandha tassigura li kull tibdil meħtieġ isir lid-dokumentazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali.
I.A.5.4 Kontroll tar-reġistri
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri kif meħtieġ biex turi l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha u ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u r-riżultati miksuba.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għall-identifikazzoni, għall-ħażna, għall-protezzjoni, għall-irkupru, għaż-żamma u għar-rimi tar-reġistri.
Ir-reġistri għandhom ikunu u jinżammu leġġibbli, identifikabbli u traċċabbli.
I.A.5.5 Verifika interna
L-organizzazzjoni għandha tassigura li verifiki interni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali jitwettqu f'intervalli ppjanati sabiex
(a) jiddeterminaw jekk is-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali
— hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet ippjanati għas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali inklużi r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u
— hijiex implimentata u miżmuma kif suppost, u
(b) tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lid-direzzjoni.
Il-programm(i) ta’ verfika għandu/hom jkun/ikunu ppjanat/i, stabbilit/i, implimentat/i u miżmum/a mill-organizzazzjoni, waqt li titqies l-importanza ambjentali ta’ l- operazzjoni(jiet) relatata/i u r-riżultati tal-verifiki ta’ qabel.
Proċedura/i ta’ verifika għandha/hom tkun/ikunu stabbilita/i, implimentata/i u miżmuma sabiex tindirizza/jindirizzaw
— ir-responsabilitjiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ verifiki, li jirraportaw ir-riżultati u jżommu reġistri assoċjati,
— id-determinazzjoni tal-kritierji għall-verifika, l-ambitu, il-frekwenza u l-metodi.
L-għażla tal-verifikaturi u t-twettiq tal-verifiki għandhom jassiguraw l-imparzjalità tal-proċess ta’ verifika.
I-A.6 Reviżjoni tad-direzzjoni
L-ogħla korp maniġerjali għandu jirrevedi s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali ta’ l-organizzazzjoni, f’intervalli ppjanati, sabiex jassigura l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. Ir-reviżjonijiet għandhom jinkludu l-eżami ta’ l-opportunitajiet għat-titjib u għall-ħtieġa ta’ tibdil tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali, inklużi l-politika ambjentali u l-għanijiet u l-miri ambjentali.
Reġistri tar-reviżjonijiet tad-direzzjoni għandhom jinżammu.
Id-data li għandha tingħata għar-reviżjonijiet tad-direzzjoni għandhom jinkludu:
(a) ir-riżultati tal-verifiki interni u ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom,
(b) komunikazzjoni(jiet) minn partijiet esterni interessati, inklużi l-ilmenti,
(c) il-prestazzjoni ambjentali ta’ l-organizzazzjoni,
(d) safejn intlaħqu l-għanijiet u l-miri,
(e) l-istat ta’ l-azzjonijiet korrettivi u preventivi,
(f) azzjonijiet li seħħu b’konsegwenza ta’ reviżjonijiet ta’ qabel tad-direzzjoni,
(g) ċirkustanzi li nbiddlu, inklużi l-iżviluppi tar-rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn relatati ma’ l-aspetti ambjentali tagħha, u
(h) rakkomandazzjonijiet għat-titjib.
Ir-reviżjonijiet magħmula mid-direzzjoni għandhom jinkludu kull deċiżjoni u azzjoni relatata ma’ bidliet possibbli fil-politika ambjentali, fl-għanijiet, fil-miri u f'elementi oħra tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali, konsistenti ma' l-impenn għal titjib kontinwu.
LISTA TA’ AWTORITAJIET NAZZJONALI TA’ L-ISTANDARDS
BE |
: |
IBN/BIN (Institut Belge de Normalisation/Belgisch Instituut voor Normalisatie) |
BG |
: |
BDS (Български институт по стандартизация) |
CZ |
: |
ČNI (Český normalizační institut) |
DK |
: |
DS (Dansk Standard) |
DE |
: |
DIN (Deutsches Institut für Normung e.V.) |
EE |
: |
EVS (Eesti Standardikeskus) |
EL |
: |
ELOT (Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης) |
ES |
: |
AENOR (Asociación Española de Normalización y Certificación) |
FR |
: |
AFNOR (Association Française de Normalisation) |
IEL |
: |
NSAI (National Standards Authority of Ireland) |
IT |
: |
UNI (Ente Nazionale Italiano di Unificazione) |
CY |
: |
Κυπριακός Οργανισμός Προώθησης Ποιότητας |
LV |
: |
LVS (Latvijas Standarts) |
LT |
: |
LST (Lietuvos standartizacijos departamentas) |
LU |
: |
SEE (Service de l’Energie de l’Etat) (Luxembourg) |
HU |
: |
MSZT (Magyar Szabványügyi Testület) |
MT |
: |
MSA (Awtorità Maltija dwar l-Istandards/Malta Standards Authority) |
NL |
: |
NEN (Nederlands Normalisatie-Instituut) |
AT |
: |
ON (Österreichisches Normungsinstitut) |
PL |
: |
PKN (Polski Komitet Normalizacyjny) |
PT |
: |
IPQ (Instituto Português da Qualidade) |
RO |
: |
ASRO (Asociația de Standardizare din România) |
SI |
: |
SIST (Slovenski inštitut za standardizacijo) |
SK |
: |
SÚTN (Slovenský ústav technickej normalizácie) |
FI |
: |
SFS (Suomen Standardisoimisliitto r.y) |
SE |
: |
SIS (Swedish Standards Institute) |
UK |
: |
BSI (British Standards Institution). |
B. KWISTJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU INDIRIZZATI MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JIMPLIMENTAW L-EMAS
1. Konformità legali
L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru illi huma:
(a) ikunu identifikaw, u jafu l-implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-ambjent rilevanti kollha;
(b) jipprovdu għall-konformità legali b'leġislazzjoni dwar l-ambjent; u
(ċ) għandhom il-proċeduri f’posthom li jippermettu l-organizzazzjoni tikkonforma ma’ dawn il-ħtiġiet fuq bażi dejjem għaddej.
2. Prestazzjoni
L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru illi s-sistema għall-immaniġġjar u l-proċeduri tal-verifika jindirizzaw il-prestazzjoni ambjentali attwali ta' l-organizzazzjoni rigward l-aspetti identifikati mill-Anness VI. It-twettiq tax-xogħol ta' l-organizzazzjoni b’kuntrast mal-miri u l-finijiet tagħha għandhom jiġu vvalutati bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni għall-immaniġġjar. L-organizzazzjoni għandha wkoll timpenja ruħha illi ttejjeb bla waqfien prestazzjoni ambjentali tagħha. Hija u tagħmel dan, l-organizzazzjoni tista’ ssejjes l-azzjoni tagħha fuq il-programmi lokali, reġjonali u nazzjonali tagħha.
Il-mezzi sabiex jinkisbu l-miri u l-finijiet ma jistgħux ikunu miri ta' l-ambjent. Jekk l-organizzazzjoni tikkonsisti f'sit jew aktar, kull wieħed mis-siti li għalih tapplika l-EMAS għandu jikkonforma mal-ħtiġiet kollha tal-EMAS inkluż it-titjib bla waqfien tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent kif iddefinit fl-Artikolu 2(b).
3. Komunikazzjoni u relazzjonijiet esterni
L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet oħra interessati inklużi l-komunitajiet u l-konsumaturi lokali rigward l-impatt ta' l-ambjent ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom sabiex jidentifikaw it-tħassib tal-pubbliku u tal-partijiet l-oħra interessati.
4. Involviment ta' l-impjegati
B'żieda mal-ħtiġiet ta' l-Anness I - Taqsima A l-impjegati għandhom ikunu involuti fil-proċess immirat sabiex itejjeb kontinwament it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni. Għandhom jintużaw il-formoli approprjati tal-parteċipazzjoni bħalma hi s-sistema tal-ktieb tas-suġġerimenti jew ix-xogħlijiet tal-grupp imsejsa fuq proġett jew il-kumitati ta' l-ambjent għal dan il-għan. L-organizzazzjonijiet għandhom jinnotaw il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattika f'dan il-qasam. Meta jitolbu dan, kull rappreżentant ta' l-impjegati għandu jkun involut ukoll.
ANNESS II
ĦTIĠIET DWAR IL-VERIFIKA TA' L-AMBJENT INTERNA
2.1. Ħtiġiet ġenerali
Il-verifiki interni jiżguraw illi l-attivitajiet imwettqa minn organizzazzjoni jkunu qegħdin isiru skond il-proċeduri stabbiliti. Il-verifika tista’ tidentifika wkoll kull problema f'dawn il-proċeduri stabbiliti jew kull opportunità biex jiġu mtejba dawn il-proċeduri. L-iskop tal-verifiki mwettqa minn organizzazzjoni jista’ jvarja minn verifika ta' proċedura sempliċi sa verifika ta' attivitajiet kumplessi. Tul perjodu ta' żmien l-attivitajiet kollha f'organizzazzjoni partikolari għandhom ikunu bla ħsara għall-verifika. Il-perjodu taż-żmien meħud sabiex jitlestew il-verifiki ta' l-attivitajiet kollha huwa magħruf bħala ċ-ċiklu tal-verifika. Għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar li mhumiex komplessi, jista’ jkun possibbli li ssir il-verifika ta' l-attivitajiet kollha f'daqqa. Għal dawn l-organizzazzjonijiet iċ-ċiklu tal-verifika huwa l-intervall taż-żmien bejn dawn il-verifiki.
Il-verifiki interni għandhom jitwettqu minn persuni indipendenti biżżejjed mill-attività li tkun qiegħda tiġi vverifikata sabiex tiġi żgurata veduta imparzjali. Jistgħu jiġu mwettqa mill-impjegati ta' l-organizzazzjoni jew minn partijiet esterni (impjegati minn organizzazzjonijiet oħra, impjegati minn partijiet oħra ta' l-istess organizzazzjoni jew konsulenti).
2.2. Għanijiet
Il-programm tal-verifika ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni għandu jiddefinixxi bil-miktub il-miri ta' kull verifika jew ċiklu ta' verifiki inkluża l-frekwenza tal-verifika għal kull attività.
Il-miri għandhom jinkludu, b'mod partikolari, il-valutazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar fil-post, u li tiġi stabbilita l-konformità mal-politika u mal-programm ta' l-organizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-konformità mal-ħtiġiet regolatorji ta' l-ambjent rilevanti.
2.3. Qasam ta' applikazzjoni
Il-qasam ta' applikazzjoni ġenerali tal-verifiki individwali, jew ta' kull stadju ta' ċiklu tal-verifika meta approprjat, għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom jispeċifikaw b'mod espliċitu:
1. iż-żoni tas-suġġetti koperti;
2. l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati;
3. il-kriterji ta' l-ambjent li għandhom jiġu kkunsidrati;
4. il-perjodu taż-żmien kopert bil-verifika.
Il-verifika ta' l-ambjent tinkludi stima ta' l-informazzjoni fattwali meħtieġa sabiex jigi vvalutat it-twettiq tax-xogħol.
2.4. Organizzazzjoni u riżorsi
Il-verifiki ta' l-ambjent għandhom jitwettqu minn persuni jew gruppi ta' persuni bil-għarfien approprjat fis-setturi u l-oqsma vverifikati, inklużi l-għarfien u l-esperjenza dwar il-kwistjonijiet rilevanti ta' l-ambjent, għall-immaniġġjar, tekniċi u regolatorji, u taħriġ u profiċjenza biżżejjed fil-ħiliet tal-verifika sabiex jinkisbu l-miri ddikjarati. Ir-riżorsi u l-ħin allokati għall-verifika għandhom ikunu pproporzjonati ma’ l-iskop u l-miri tal-verifika.
Il-korp l-iktar għoli għall-immaniġġjar ta' l-organizzazzjoni għandu jappoġġja l-verifika.
L-awdituri għandhom ikunu indipendenti biżżejjed mill-attivitajiet li jivverifikaw sabiex jagħmlu ġudizzju oġġettiv u imparzjali.
2.5. Pjanifikazzjoni u tħejjija ta' verifika
Kull verifika għandha tiġi ppjanata u mħejjija skond il-miri, b'mod partikolari li:
— tiżgura li jiġu allokati r-riżorsi approprjati,
— tiżgura li kull individwu involut fil-proċess tal-verifika (inklużi l-awdituri, l-immaniġġjar u l-impjegati) jifhmu r-rwol u r-responsabbiltajiet tagħhom.
It-tħejjija għandha tinkludi l-familjarizzazzjoni ma’ l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni u mas-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent stabbilita fiha u r-reviżjoni tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifiki ta' qabel.
2.6. Attivitajiet tal-verifika
L-attivitajiet tal-verifika għandhom jinkludu d-diskussjonijiet ma’ l-impjegati, l-ispezzjon tal-kondizzjonijiet operattivi u tat-tagħmir u r-reviżjoni tar-reġistri, tal-proċeduri miktuba u tad-dokumentazzjoni l-oħra rilevanti, bil-mira li jiġi vvalutat it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-attività li tkun qiegħda tiġi vverifikata sabiex jiġi stabblit jekk tikkonformax ma’ l-istandards, ir-regolamenti jew il-miri u l-finijiet applikabbli u jekk is-sistema fil-post hix effettiva u approprjata sabiex tiġġestjona r-responsabbiltajiet ta' l-ambjent. Fost ħwejjeġ oħra, għandhom jintużaw metodi ta' kontrolli fuq il-post dwar il-konformità ma’ dawn il-kriterji sabiex jiġi stabbilit kemm hija effettiva s-sistema kollha għall-immaniġġjar.
Il-passi li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jiġu inklużi fil-proċess tal-verifika:
(a) il-fehim tas-sistemi għall-immaniġġjar;
(b) l-istima tal-punti qawwija u dawk debboli tas-sistemi għall-immaniġġjar;
(ċ) il-ġabra tax-xiehda rilevanti;
(d) il-valutazzjoni tas-sejbiet tal-verifika;
(e) it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika;
(f) ir-rappurtaġġ tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika.
2.7. Rappurtaġġ tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika.
1. Għandu jiġi mħejji mill-awdituri rapport tal-verifika bil-miktub tal-għamla u l-kontenut approprjati sabiex jiżgura illi jkun hemm is-sottomissjoni kollha u formali tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika, fit-tmiem ta' kull verifika u ta' kull ċiklu ta' verifiki.
Is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika għandhom jiġu kkomunikati formalment lill-korp l-iktar għoli għall-immaniġġjar ta' l-organizzazzjoni.
2. Il-miri fundamanentali ta' rapport bil-miktub tal-verifika huma:
(a) sabiex jiddokumentaw il-qasam ta' applikazzjoni tal-verifika;
(b) sabiex jipprovdu lit-tmexxija bit-tagħrif dwar l-istat tal-konformità mal-politika ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni u dwar il-progress ambjentali fl-organizzazzjoni;
(ċ) sabiex jipprovdu lit-tmexxija bit-tagħrif dwar l-effettività u l-fiduċja ta' l-arranġamenti tal-monitoraġġ ta' l-impatti fuq l-ambjent ta' l-organizzazzjoni;
(d) sabiex juru l-ħtieġa li tittieħed azzjoni korrettiva, meta approprjat.
2.8. Segwiment tal-verifika
Il-proċess tal-verifika għandu jilħaq il-quċċata tiegħu fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni korrettiva approprjat
Għandu jkun hemm fil-post u għandhom jaħdmu l-mekkaniżmi approprjati sabiex jiżguraw illi jiġu segwiti r-riżultati tal-verifika.
2.9. Frekwenza tal-verifiki
Il-verifika jew iċ-ċiklu tal-verifiki għandhom jitlestew, skond kif approprjat, f'intervalli taż-żmien li ma jkunux itwal minn 3 snin. Il-frekwenza li biha tiġi vverifikata kull attività għandha tvarja skond
(a) in-natura, l-iskala u l-komplessità ta' l-attivitajiet;
(b) is-sinjifikat ta' l-impatti ta' l-ambjent assoċjati magħhom;
(ċ) l-importanza u l-urġenza tal-problemi mikxufa mill-verifiki ta' qabel;
(d) l-istorja tal-problemi ta' l-ambjent,
attivitajiet aktar komplessi b'impatt ta' l-ambjent aktar sinjifikanti għandhom jiġu vverifikati aktar ta' sikwit.
Organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-programm tal-verifika u tal-frekwenza tal-verifiki tagħha stess filwaqt li tikkunsidra l-gwida tal-Kummissjoni adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2).
ANNESS III
PROSPETT AMBJENTALI
3.1. Daħla
L-għan tal-prospett ta' l-ambjent huwa li jipprovdi tagħrif ambjentali lill-pubbliku u lil partijiet oħra interessati dwar l-impatt u t-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent u t-titjib kontinwu tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni. Huwa ukoll mezz sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-partijiet interessati identifikati b'riżultat ta' l-Anness I - Taqsima B.3 u kkunsidrati bħala sinjifikanti mill-organizzazzjoni (il-punt 6.4 ta' l-Anness VI). It-tagħrif ta' l-ambjent għandu jiġi ppreżentat b'manjiera ċara u li tiftiehem fil-għamla stampata għal dawk li ma għandhom l-ebda mezz ieħor sabiex jiksbu dan it-tagħrif. Ma’ l-ewwel reġistrazzjoni u kull tliet snin wara, l-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli t-tagħrif iddettaljat skond il-punt 3.2 f'verżjoni kkonsolidata stampata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta gwida dwar il-prospett ta' l-ambjent skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2).
3.2. Prospett ta' l-ambjent
Ma’ l-ewwel reġistrazzjoni tagħha, organizzazzjoni għandha tipprovdi tagħrif ta' l-ambjent, filwaqt li tqis il-kriterji tal-punt 3.5 li għandu jiġi rriferit bħala l-prospett ta' l-ambjent, sabiex jiġi vvalidat mill-verifikatur ta' l-ambjent. Dan it-tagħrif għandu jiġi sottomess lill-korp kompetenti wara l-validazzjoni, imbagħad jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-pubbliku. Il-prospett ta' l-ambjent huwa mezz ta' komunikazzjoni u ta' djalogu mal-pubbliku u mal-partijiet loħra interessati rigward it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent. L-organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-ħtiġiet tat-tagħrif lill-pubbliku u lil partijiet oħra interessati meta tikteb u tiddisinja l-prospett ta' l-ambjent.
Il-ħtiġiet minimi għal dan it-tagħrif għandhom ikunu kif ġej:
(a) deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa ta' l-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma’ kull organizzazzjoni ġenitur kif approprjat.
(b) il-politika ta' l-ambjent u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni;
(ċ) deskrizzjoni ta' l-aspetti kollha ta' l-ambjent diretti u indiretti li jirriżultaw f'impatti ta' l-ambjent sinjifikanti ta' l-organizzazzjoni u spjega tan-natura ta' l-impatti kif ikollhom x'jaqsmu ma' dawn l-aspetti (l-Anness VI);
(d) deskrizzjoni tal-miri u l-finijiet ta' l-ambjent fejn ikollhom x'jaqsmu ma’ l-aspetti u l-impatti sinjifikanti ta' l-ambjent;
(e) sommarju ta' l-informazzjoni disponibbli dwar it-twettiq tax-xogħol ta' l-organizzazzjoni f'kuntrast mal-miri u l-finijiet ta' l-ambjent tagħha rigward l-impatti ta' l-ambjent sinjifikanti. Is-sommarju jista’ jinkludi ċ-ċifri dwar l-emissjonijiet ta' l-elementi li jniġġżu, il-ġenerazzjoni ta' l-iskart, il-konsum tal-materja prima, ta' l-enerġija u ta' l-ilma, il-ħsejjes kif ukoll aspetti oħra indikati fl-Anness VI. L-informazzjoni għandha tippermetti illi jsir paragun sena b'sena sabiex jiġi stmat l-iżvilupp tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni;
(f) fatturi oħra li jirrigwardaw it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent inkluż it-twettiq tax-xogħol f'kuntrast mad-disposizzjonijiet legali rigward l-impatti ta' l-ambjent sinjifikanti tagħhom;
(g) l-isem u n-numru ta' l-akkreditazzjoni tal-verifikatur ta' l-ambjent u d-data tal-validazzjoni.
3.3. Kriterji dwar rappurtaġġ tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent
L-informazzjoni mhux maħduma ġġenerata minn sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent għandha tintużaw f'numru ta' modi differenti sabiex turi t-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni. Għal dan il-għan l-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw l-indikaturi rilevanti eżistenti tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent, u jiżguraw illi l-indikaturi magħżula:
(a) jagħtu stima preċiża dwar it-twettiq tax-xogħol ta' l-organizzazzjoni;
(b) ikunu jistgħu jiġu mifhuma u mhux ambigwi;
(ċ) jippermettu li jsir paragun sena b'sena sabiex jiġi stmat l-iżvilupp tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni;
(d) jippermettu li jsir paragun mal-benchmarks tas-settur, nazzjonali jew reġjonali kif approprjat;
(e) jippermettu li jsir paragun mal-ħtiġiet regolatorji kif approprjat.
3.4. Żamma ta' tagħrif disponibbli għall-pubbliku
L-organizzazzjoni għandha taġġorna t-tagħrif imsemmi fil-punt 3.2 u għandu jkollha kull bidla vvalidata minn verifikatur ta' l-ambjent, fuq il-bażi ta' kull sena. Id-devjazzjonijiet mill-frekwenza li biha għandhom jitwettqu l-aġġornamenti, jistgħu isiru fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-gwida tal-Kummissjoni adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2). Il-bidliet rigward il-validazzjoni li jsiru wara għandhom jiġu wkoll issottomessi lill-korp kompetenti u jitqiegħdu għad-disposizzjoni tal-pubbliku.
3.5. Pubblikazzjoni tat-tagħrif
L-organizzazzjonijiet jistgħu jixtiequ li jindirizzaw udjenzi jew partijiet interessati differenti bit-tagħrif iġġenerat mis-sistema tagħhom għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u jużaw biss tagħrif magħżul mill-prospett ta' l-ambjent. Kull tagħrif ta' l-ambjent ppubblikat minn organizzazzjoni jista’ jġorr il-logo tal-EMAS sakemm dan ikun ġie vvalidat minn verifikatur ta' l-ambjent bħala li jkun:
(a) preċiż u ma jqarraqx,
(b) issostanzjat u jista’ jiġi vverifikat;
(ċ) rilevanti u użat fil-kuntest jew l-arranġament approprjati;
(d) rappreżentattiv tat-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ġenerali ta' l-organizzazzjoni;
(e) mhux probabbli li jirriżulta f'misinterpretazzjoni;
(f) sinjifikanti rigward l-impatt ta' l-ambjent ġenerali,
u jagħmel riferiment għall-aħħar prospett ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni li minnu jkun ittieħed.
3.6. Disponibbiltà għall-pubbliku
It-tagħrif iġġenerat fil-punt 3.2(a) sa (g) li jifforma l-prospett ta' l-ambjent għal organizzazzjoni u t-tagħrif aġġornat speċifikat fil-punt 3.4 għandhom ikunu għad-disposizzjoni tal-pubbliku u l-partijiet l-oħra interessati. Il-prospett ta' l-ambjent għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet huma inkoraġġati li jużaw il-metodi kollha disponibbli (il-pubblikazzjoni elettronika, il-libreriji, eċċ.). L-organizzazzjoni għandha tkun kapaċi turi lill-verifikatur ta' l-ambjent illi kull min ikun interessat fit-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni jista’ faċilment u b'mod ħieles jingħata aċċess għat-tagħrif meħtieġ fil-punt 3.2(a) sa (g) u l-punt 3.4.
3.7. Kontabilità lokali,
L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS jistgħu jixtiequ jipproduċu prospett ta' l-ambjent wieħed li jkopri numru ta' lokazzjnijiet geografiċi. L-intenzjoni ta' l-EMAS hija li tiżgura l-kontabbiltà lokali u għalhekk l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw illi n-numru ta' l-impatti ta' l-ambjent sinjifikanti ta' kull sit jiġi identifikat b'mod ċar u rrappurtat fil-prospett korporattiv.
ANNESS IV
Logo
|
|
|
|
Il-logo jista' jintuża minn organizzazzjoni rreġistrata mal-EMAS fi kwalunkwe waħda mit-22 lingwa sakemm jintuża l-kliem li ġej:
|
|
|
Bulgaru: |
“Проверено управление по околна среда” |
“валидирана информация” |
Spanjol: |
“Gestión ambiental verificada” |
“información validada” |
Ċek: |
“ověřený systém environmentálního řízení” |
“platná informace” |
Daniż: |
“verificeret miljøledelse” |
“bekræftede oplysninger” |
Ġermaniż: |
“geprüftes Umweltmanagement” |
“geprüfte Information” |
Estonjan: |
“Tõendatud keskkonnajuhtimine” |
“kinnitatud informatsioon” |
Grieg: |
“επιθεωρημένη περιβαλλοντική διαχείριση” |
“επικυρωμένες πληροφορίες” |
Franċiż: |
“Management environnemental vérifié” |
“information validée” |
Taljan: |
“Gestione ambientale verificata” |
“informazione convalidata” |
Latvjan: |
“verificēta vides pārvaldība” |
“apstiprināta informācija” |
Litwan: |
“įvertinta aplinkosaugos vadyba” |
“patvirtinta informacija” |
Ungeriż: |
“hitelesített környezetvédelmi vezetési rendszer” |
“hitelesített információ” |
Malti: |
“Immaniġġjar Ambjentali Verifikat” |
“Informazzjoni Konvalidata” |
Olandiż: |
“Geverifieerd milieuzorgsysteem” |
“gevalideerde informatie” |
Pollakk: |
“zweryfikowany system zarządzania środowiskowego” |
“informacja potwierdzona” |
Portugiż: |
“Gestão ambiental verificada” |
“informação validada” |
Rumen: |
“Management de mediu verificat” |
“Informatii validate” |
Slovakk: |
“overený systém environmentálneho riadenia” |
“platná informácia” |
Sloven: |
“Preverjen sistem ravnanja z okoljem” |
“preverjene informacije” |
Finlandiż: |
“todennettu ympäristöasioiden hallinta” |
“vahvistettua tietoa” |
Svediż: |
“Kontrollerat miljöledningssystem” |
“godkänd information” |
Iż-żewġ verżjonijiet tal-logo għandhom iġibu dejjem in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjoni.
Il-logo għandu jintuża jew:
— bi tliet kuluri (Pantone Nru 355 Aħdar; Pantone Nru 109 Isfar; Pantone Nru 286 Iżraq)
— bl-iswed fuq l-abjad jew
— bl-abjad fuq l-iswed.
ANNESS V
L-AKKREDITAZZJONI, IS-SORVELJANZA U L-FUNZJONI TAL-VERIFIKATURI AMBJENTALI
5.1. Ġenerali
L-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji ġenerali tal-kompetenza ddikjarata f’dan l-Anness. Il-korpi ta' l-akkreditazzjoni jistgħu jagħżlu li jakkreditaw individwi, organizzazzjonijiet jew it-tnejn, bħala verifikaturi ambjentali. Il-ħtiġiet proċedurali u l-kriterji ddettaljati għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali huma ddefiniti skond l-Artikolu 4 mis-sistemi nazzjonali ta' l-akkreditazzjoni skond dawn il-prinċipji. Għandha tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn il-prinċipji permezz tal-proċess tar-reviżjoni bejn il-pari stabbilita bl-Artikolu 4.
5.2. Il-Ħtiġiet għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali
5.2.1. Il-kompetenza li ġejja tikkostitwixxi l-ħtiġiet minimi li magħhom verifikatur ta' l-ambjent, individwu jew organizzazzjoni, għandhom jikkonformaw:
(a) il-għarfien u l-fehim tar-Regolament, il-funzjonament ġenerali tas-sistemi għall-immaniġġjar ta' l-ambjent, l-istandards rilevanti u l-gwida maħruġa mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4 u 14(2) għall-użu ta' dan ir-Regolament;
(b) il-għarfien u l-fehma tal-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività bla ħsara għall-verifika;
(ċ) il-għarfien u l-fehma tal-kwistjonijiet ta' l-ambjent, inkluża d-dimensjoni ta' l-ambjent ta' l-iżvilupp sostenibbli;
(d) il-għarfien u l-fehma ta' l-aspetti tekniċi, rilevanti għall-kwistjonijiet ta' l-ambjent, ta' l-attività bla ħsara għall-verifika;
(e) il-għarfien tal-funzjonament ġenerali ta' l-attività bla ħsara għall-verifika sabiex tivvaluta kemm tkun approprjata s-sistema għall-immaniġġjar;
(f) il-għarfien u l-fehma tal-ħtiġiet tal-verifika u tal-metodoloġija ta' l-ambjent;
(g) il-għarfien tal-verifika tat-tagħrif (il-Prospett ta' l-ambjent).
Għandha tiġi pprovduta x-xhieda approprjata tal-għarfien mill-verifikatur u ta' l-esperjenza rilevanti tiegħu/tagħha u tal-kapaċitajiet tekniċi fl-oqsma msemmija hawn lill-korp ta' l-akkreditazzjoni li għandu l-verfikatur kandidat ikun applika għall-akkreditazzjoni
B'żieda ma’ dan, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jkun indipendenti, b'mod partikolari mill-awditur jew il-konsulent ta' l-organizzazzjoni, imparzjali u oġġettiv waqt it-twettiq ta' l-attivitajiet tiegħu jew tagħha.
Il-verifikatur ta' l-ambjent individwali jew l-organizzazzjoni tal-verifika għandhom jiżguraw illi hu jew hi jew l-organizzazzjoni u l-personal tagħha jkunu ħielsa minn kull pressjoni kummerċjali, finanzjarja jew oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew jipperikolaw il-fiduċja fl-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità rigward l-attivitajiet tagħhom, u li jikkonformaw mar-regoli kollha li japplikaw f'dan ir-rigward.
Il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jkollu metodoloġiji u proċeduri ddokumentati, inklużi l-mekkaniżmi għall-kontroll tal-kwalità u disposizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità, għall-ħtiġiet tal-verifika ta' dan ir-Regolament.
Fil-każ li l-verifikatur ta' l-ambjent ikun organizzazzjoni, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jkollu u jforni meta jkun mitlub mappa-disinn ta' l-organizzazzjoni li turi l-istrutturi u r-responsabbiltajiet ġewwa l-organizzazzjoni u dikjarazzjoni rigwrd il-posizzjoni legali, il-pussess u s-sorsi tal-finanzjament.
5.2.2. Il-firxa ta' l-akkreditazzjoni
Il-firxa ta' l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali għandha tiġi ddefinita skond il-klassifika ta' l-attivitajiet ekonomiċi (il-kodiċi tan-NACE) kif stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3037/90 ( 9 ). Il-firxa ta' l-akkreditazzjoni għandha tiġi limitata mill-kompetenza tal-verifikatur ta' l-ambjent. Il-firxa ta' l-akkreditazzjoni għandha tikkunsidra wkoll id-daqs u l-komplessità ta' l-attività, meta approprjat; dan għandu jiġi żgurat permezz tas-sorveljanza.
5.2.3. Ħtiġiet addizzjonali għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali individwali li jwettqu verifiki għal rashom
Il-verifikaturi ambjentali individwali li jwettqu l-verifiki għal rashom, barra li għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' punti 5.2.1 u 5.2.2 għandu jkollhom:
— il-kompetenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-verifiki, fl-oqsma akkreditati tagħhom,
— skop limitat ta' akkreditazzjoni li jiddependi fuq il-kompetenza personali tagħhom.
Il-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet għandha tiġi żgurata permezz ta' l-istima li ssir qabel l-akkreditazzjoni u permezz tar-rwol tas-sorveljanza tal-korp ta' l-akkreditazzjoni.
5.3. Is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali
5.3.1. Is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali mwettqa mill-korp ta' l-akkreditazzjoni li jkun tahom l-akkreditazzjoni
Il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jgħarraf minnufih lill-korp ta' l-akkreditazzjoni bil-bidliet kollha li jaffettwaw l-akkreditazzjoni jew l-iskop taghħa.
Għandu jsir provvediment, f'intervalli regolari taż-żmien li ma jaqbżux il-24 xahar, sabiex jiġi żgurat illi l-verifikatur ta' l-ambjent jissokta jħares il-ħtiġiet ta' l-akkreditazzjoni u sabiex jimmonitorja l-kwalità tal-verifiki midħula għalihom. Is-sorveljanza tista’ tikkonsisti f'verifika mill-uffiċju, l-użu tax-xhieda fl-organizzazzjonijiet, il-kwestjonarji, r-rivisti tal-pospetti ta' l-ambjent vvalidati mill-verifikaturi ambjentali u r-rivisti tar-rapport tal-verifika. Għandha tkun ipproporzjonata għall-attività midħula għaliha mill-verifikatur ta' l-ambjent.
Kull deċiżjoni meħuda mill-korp ta' l-akkreditazzjoni sabiex ittemm jew tissospendi l-akkreditazzjoni jew tnaqqas l-iskop ta' l-akkreditazzjoni għandha tittieħed biss wara li l-verifikatur ta' l-ambjent jkollu l-opportunità li jiġi mismugħ.
5.3.2. Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali li jwettqu attivitajiet ta' verifika fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn tkun ingħatatilhom l-akkreditazzjoni
Qabel ma verifikatur ta' l-ambjent akkreditat fi Stat Membru jwettaq attivitajiet tal-verifika fi Stat Membru ieħor, għandu jipprovdi lill-korp ta' l-akkreditazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-aħħar, mill-inqas erba’ ġimgħat bil-quddiem, b'notifika dwar:
— id-dettalji ta' l-akkreditazzjoni tiegħu jew tagħha, il-kompetenzi u l-komposizzjoni tat-tim jekk appoprjat,
— meta u fejn għandha issir il-verifika: l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt ta' l-organizzazzjoni, il-miżuri meħuda sabiex jittrattaw il-għarfien legali u lingwistiku jekk meħtieġ.
Il-korp ta' l-akkreditazzjoni jista’ jitlob klassifika addizzjonali ta' l-għarfien legali u lingwistiku meħtieġ kif iddettaljat hawn fuq.
In-notifika għandha tiġi kkomunikata qabel kull verifika ġdida.
Il-korp ta' l-akkreditazzjoni ma għandux jeħtieġ kondizzjonijiet oħra li jkunu jistgħu jippreġudikaw id-dritt tal-verifikatur ta' l-ambjent milli jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor minn dak fejn ikun ingħata l-akkreditazzjoni. B'mod partikolari, ma għandhomx jiġu ċċarġjati drittijiet diskriminatorji għan-notifika. Il-korp ta' l-akkreditazzjoni ma għandux ukoll juża l-proċedura tan-notifika sabiex idewwem il-wasla tal-verifikatur ta' l-ambjent. Kull diffikultà sabiex jiġi ssorveljat il-verifikatur ta' l-ambjent fid-data kkomunikata għandha tiġi ġġustifikata b'mod adegwat. Jekk joħorġu spejjeż mis-sorveljanza, il-korp ta' l-akkreditazzjoni huwa permess jiċċarġja d-drittijiet approprjati.
Jekk il-korp ta' l-akkreditazzjoni li jkun qiegħedd jissorvelja ma jkunx sodisfatt bil-kwalità tax-xogħol magħmul mill-verifikatur ta' l-ambjent, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jiġi trasmess lill-verifikatur ta' l-ambjent interessat, lill-korp ta' l-akkreditazzjoni li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni, lill-korp kompetenti fejn tkun lokata l-organizzazzjoni li tkun qiegħda tiġi vverifikata u, fil-każ ta' aktar diżgwid, lill-forum tal-korp ta' l-akkreditazzjoni.
L-organizzazzjonijiet ma jistgħux jirrifjutaw id-dritt tal-korpi ta' l-akkreditazzjoni milli jissorveljaw lill-verifikatur ta' l-ambjent permezz ta' stimi bix-xhieda matul il-proċess tal-verifika.
5.4. Il-funzjoni tal-verifikaturi ambjentali
5.4.1. |
Il-funzjoni tal-verifiktur ta' l-ambjent hija li jiċċekkja, mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-infurzar ta' l-Istati Membri rigward il-ħtiġiet regolatorji: (a) il-konformità mal-ħtiġiet kollha ta' dan ir-Regolament: ir-reviżjoni ta' l-ambjent inizjali jekk approprjata, is-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent, il-verifika ta' l-ambjent u r-riżultati tagħha u l-prospett ta' l-ambjent; (b) l-affidabbiltà, il-kredibbilità u l-preċiżjoni ta' l-informazzjoni u t-tagħrif fi: — il-prospett ta' l-ambjent (il-punt 3.2 u l-punt 3.3 ta' l-Anness III), — it-tagħrif ta' l-ambjent li għandu jiġi vvalidat (l-punt 3.5 ta' l-Anness III). Il-verifikatur ta' l-ambjent għandu, b'mod partikolari, jinvestiga b'mod professjonali sod, il-validità teknika tar-reviżjoni ta' l-ambjent inizjali, jekk approprjat, jew il-verifika jew il-proċeduri l-oħra mwettqa mill-organizzazzjoni, mingħajr ma jiddupplika bla ħtieġa dawn il-proċeduri. Fost ħwejjeġ oħra, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi jekk ir-riżultati tal-verifika interna jkunux ta' min joqgħod fuqhom. |
5.4.2. |
Fil-ħin ta' l-ewwel verifika, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu, b'mod partikolari, jiċċekkja illi jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin mill-organizzazzjoni: (a) sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent li titħaddem bis-sħiħ skond l-Anness I; (b) programm tal-verifika ppjanat fis-sħiħ, li jkun diġà nbeda skond l-Anness II hekk illi jkunu ġew koperti mill-inqas iż-żoni bl-impatt ta' l-ambjent l-iktar sinjifikanti; (ċ) it-tlestija ta' reviżjoni waħda għall-immaniġġjar; (d) it-tħejjija ta' prospett ta' l-ambjent skond il-punt 3.2 ta' l- l-Anness III. |
5.4.3. |
Il-Konformità legali Il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jiżgura illi organizzazzjoni jkollha l-proċeduri tagħha fil-post sabiex tikkontrolla dawk l-aspetti tal-ħidmiet tagħha bla ħsara għall-liġijiet Komunitarji jew nazzjonali rilevanti u li dawn il-proċeduri jkunu kapaċi li jdaħħlu l-konformità. Il-kontrolli tal-verifika, għandhom b'mod partikolari, jipprovdu xiehda dwar il-kapabbiltà tal-proċeduri fil-post li jagħtu l-konformità legali. Il-verifikatur ta' l-ambjent ma għandux jivvalida l-prospett ta' l-ambjent, jekk matul il-proċess tal-verifika jinnota, per eżempju permezz tal-verifiki fuq il-post, illi l-organizzazzjoni ma tkunx f’ konformità legali. |
5.4.4. |
Id-definizzjoni ta' l-organizzazzjoni Meta jkun qiegħed jivverifika s-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u jivvalida l-prospett ta' l-ambjent, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jiżgura illi l-komponenti ta' l-organizzazzjoni jiġu ddefiniti b'mod mhux ambigwu u li jikkorrispondu mat-taqsim tassew ta' l-attivitajiet. Il-kontenut tal-prospett għandu jindika b'mod ċar il-partijiet differenti ta' l-organizzazzjoni li għalihom tapplika l-EMAS. |
5.5. Il-Kondizzjonijiet sabiex il-verifikatur ta' l-ambjent jwettaq l-attivitajiet tiegħu/tagħha.
5.5.1. Il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jopera ġewwa l-iskop ta' l-akkreditazzjoni tiegħu/tagħha, fuq il-bażi ta' ftehim bil-miktub ma’ l-organizzazzjoni li jiddefinixxi l-iskop tax-xogħol, jippermtti lill-verifikatur ta' l-ambjent jaħdem b'mod indipendenti u professjonali u jikkommetti lill-organizzazzjoni sabiex tipprovdi l-koperazzjoni meħtieġa.
5.5.2. Il-verfika għandha tinvolvi l-eżami tad-dokumentazzjoni, żjara lill-organizzazzjoni li tinkludi b'mod partikolari, intervisti mal-ħaddiema, it-tħejjija ta' rapport dwar l-immaniġġjar ta' l-organizzazzjoni u s-soluzzjoni ta' l-organizzazzjoni għall-kwistjonijiet imqajma mir-rapport.
5.5.3. Il-dokumentazzjoni li għandha tiġi eżaminata minn qabel ma’ ssir iż-żjara għandha tinkludi tagħrif bażiku dwar l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, il-politika ta' l-ambjent u l-programm, id-deskrizzjoni tas-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent mħaddma mill-organizzazzjoni, id-dettalji tar-reviżjoni ta' l-ambjent jew tal-verifika li tkun twettqet, ir-rapport dwar dik ir-reviżjoni jew verifika u kull azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet wara, u l-abbozz tal-prospett ta' l-ambjent.
5.5.4. Il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jħejji rapport għall-immaniġġjar ta' l-organizzazzjoni. Dan ir-rapport għandu jispeċifika:
(a) il-kwistjonijiet kollha rilevanti rigward ix-xogħol imwettaq mill-verifikatur ta' l-ambjent;
(b) il-punt tat-tluq ta' l-organizzazzjoni rigward l-implimentazzjoni ta' sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent;
(ċ) b'mod ġenerali, il-każijiet ta' nuqqas tal-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari:
— id-difetti tekniċi fir-reviżjoni ta' l-ambjent, jew fil-metodu tal-verifika, jew fis-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent, jew f’ kull proċess ieħor rilevanti,
— il-punti ta' nuqqas ta' qbil ma’ l-abbozz tal-prospett ta' l-ambjent, flimkien mad-dettallji ta' l-emendi jew iż-żiediet li għandhom isiru lill-prospett ta' l-ambjent,
(d) il-paragun mal-prospetti ta' qabel u ma’ l-istima tat-twettiq tax-xogħol ta' l-organizzazzjoni.
5.6. Il-Frekwenza tal-verifiki
F'konsultazzjoni ma’ l-organizzazzjoni, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jfassal programm sabiex jiżgura li jiġu vverifikati l-elementi kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni fl-EMAS f'perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx is-36 xahar. B'żieda ma’ dan, il-verifikatur ta' l-ambjent għandu jivvalida kull tagħrif aġġornat fil-prospett ta' l-ambjent f'intervalli taż-żmien li ma jaqbżux it-12-il xahar. Id-devjazzjonijiet mill-frekwenza li biha jiġu mwettqa l-aġġornamenti għandhom jittwettqu, jistgħu jsiru skond iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-gwida tal-Kummissjoni adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2).
ANNESS VI
ASPETTI TA' L-AMBJENT
6.1. Ġenerali
Organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-aspetti ta' l-ambjent kollha ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-kriterji li jqisu l-leġislazzjoni Komunitarja, liema mill-aspetti ta' l-ambjent tagħha għandhom impatt sinjifikanti, bħala bażi sabiex tiffissa l-miri u l-finijiet ta' l-ambjent tagħha. Dawn il-kriterji għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm l-aspetti ambjentli diretti u kemm dawk indiretti ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha.
6.2. L-aspetti ta' l-ambjent diretti
Dawn ikopru l-attivitajiet ta' organizzazzjoni li fuqhom għandha l-kontroll għall-immaniġġjar u jistgħu jinkludu, iżda mhux limitati għal:
(a) l-emissjonijiet fl-arja;
(b) ir-rilaxx fl-ilma;
(ċ) il-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u d-disponiment mill-iskart solidu u skart ieħor, b'mod partikolari l-iskart perikoluż;
(d) l-użu u t-tniġġiż ta' l-art;
(e) l-użu tar-riżorsi naturali u tal-materji prima (inkluża l-enerġija);
(f) kwistjonijiet lokali (il-ħsejjes, il-vibrazzjoni, l-irwejjaħ, it-trab, l-apparenza viżiva, eċċ.)
(g) kwistjonijiet tat-trasport (kemm għall-prodotti u s-servizzi u kemm għall-ħaddiema);
(h) ir-riskji ta' inċidenti ta' l-ambjent u l-impatti li joħorġu, jew li x'aktarx joħorġu minnhom, bħala konsegwenza ta' l-aċċidenti, l-inċidenti u s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza;
(i) l-effetti fuq il-biodiversità.
6.3. L-Aspetti ta' l-ambjent indiretti
B'riżultat ta' l-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi ta' organizzazzjoni jista’ jkun hemm aspetti ta' l-ambjent sinjifikanti li fuqhom jista’ ma jkollhiex kontroll sħiħ għall-immaniġġjar.
Dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
(a) il-kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-prodotti (id-disinn, l-iżvilupp, l-imballaġġ, it-trasport, l-użu ta' l-iskart u l-irkupru tiegħu u/jew id-disponiment minnu);
(b) l-investimenti kapitali, li jikkonċedu s-self u s-servizzi ta' l-assigurazzjoni;
(ċ) swieq ġodda;
(d) il-għażla u l-komposizzjoni tas-servizzi (p.e. is-sengħa tat-trasport jew tal-bejgħ ta' l-ikel);
(e) deċiżjonijiet amministrattivi u dwar il-pjanifikazzjoni;
(f) il-komposizzjoni ta' firxiet ta' prodotti;
(g) it-twettiq tax-xogħol ta' l-ambjent u l-prattiċi tal-kuntratturi, tas-sub-kuntratturi u tal-fornituri.
L-organizzazzjonijiet iridu kunu kapaċi juru illi l-aspetti ta' l-ambjent sinjifikanti assoċjati mal-proċeduri tagħhom tal-kisba jkunu ġew identifikati u li l-impatti ta' l-ambjent sinjifikanti assoċjati ma’ dawn l-aspetti jiġu indirizzati ġewwa s-sistema għall-immaniġġjar. L-organizzazzjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura illi l-fornituri u dawk li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni jħarsu l-politika ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni fir-remitt ta' l-attivitajiet imwettqa għall-kuntratt.
Fil-każ ta' dawn l-aspetti ta' l-ambjent indiretti, organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm jista’ jkollha influwenza fuq dawn l-aspetti, u liema miżuri jistgħu jittieħdu sabiex inaqqsu l-impatt.
6.4. Is-Sinifikat
Hija r-responsabbiltà ta' l-organizzazzjoni li tiddefinixxi l-kriterji sabiex ssir stima tas-sinifikat ta' l-aspetti ta' l-ambjent ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, sabiex tistabbilixxi liema jkollhom impatt ta' l-ambjent sinfikanti. Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom ikunu komprensivi, kapaċi li jiġu ċċekkjati b'mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku.
Il-konsiderazzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji sabiex issir stima tas-sinifikat ta' l-aspetti ta' l-ambjent ta' organizzazzjoni jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
(a) it-tagħrif dwar il-kondizzjoni ta' l-ambjent sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta' l-organizzazzjoni li jista’ jkollhom impatt ta' l-ambjent;
(b) l-infornazzjoni eżistenti ta' l-organizzazzjoni dwar id-dħul tal-materjal u l-enerġija, l-iskarigi, l-iskart u l-emissjonijiet f'termini ta' riskju;
(ċ) il-veduti tal-partijiet interessati;
(d) l-attivitajiet ta' l-ambjent ta' l-organizzazzjoni li huma rregolati;
(e) l-attivitaljiet tal-kisba;
(f) id-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u d-disponiment mill-prodotti ta' l-organizzazzjoni;
(g) dawk l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni bl-ispejjeż ta' l-ambjent l-iktar sinjifikanti, u l-benefiċċji ta' l-ambjent.
Waqt li tagħmel stima tas-sinifikat ta' l-impatti ta' l-ambjent ta' l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha taħseb mhux biss dwar il-kondizzjonijiet normali tal-ħidma iżda ukoll dwar il-kondizzjonijiet tal-ftuħ tax-xogħol, l-għeluq għall-btajjel u l-kondizzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jitbassru b'mod raġjonevoli. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati għall-futur.
ANNESS VII
REVIŻJONI AMBJENTJALI
7.1. Ġenerali
Organizzazzjoni li ma tkunx forniet it-tagħrif meħtieġ sabiex jiġu identifikati u ssir stima ta' l-aspetti ta' l-ambjent sinjifikanti skond l-Anness VI għandha tistabbilixxi l-posizzjoni korrenti tagħha rigward l-ambjent permezz ta' reviżjoni. L-għan għandu jkun li tikkunsidra l-aspetti ta' l-ambjent kollha ta' l-organizzazzjoni bħala bażi sabiex tiġi stabbilita s-sistema għall-immaniġġjar ta' l-ambjent.
7.2. Il-Ħtiġiet
Ir-reviżjoni għandha tkopri ħames żoni prinċipali:
(a) il-ħtiġiet leġislativi, regolatorji u ħtiġiet oħra li tħares l-organizzazzjoni;
(b) identifikazzjoni ta' l-aspetti ta' l-ambjent kollha b'impatt ta' l-ambjent sinjifikanti skond l-Anness VI, ikkwalifikati u kkwantitifikati kif approprjat, u l-kumpilazzjoni ta' reġistru ta' dawk identifikati bħala sinjifikanti.
(ċ) deskrizzjoni tal-kriterji sabiex issir stima tas-sinifikat ta' l-aspetti ta' l-ambjent skond il-punt 6.4 ta' l-Anness VI;
(d) eżami tal-prattiċi kollha eżistenti għall-immaniġġjar u l-proċeduri ta' l-ambjent;
(e) valutazzjoni tar-rispons mill-investigazzjoni ta' l-inċidenti ta' qabel.
ANNESS VIII
TAGĦRIF DWAR IR-REĠISTRAZZJONI
Il-Ħtiġiet Minimi
L-Isem ta' l-organizzazzjoni:
L-Indirizz ta' l-organizzazzjoni:
Il-Persuna tal-kuntatt:
Il-Kodiċi tan-NACE rigward l-attività:
In-Numru ta' impjegati:
L-Isem tal-verifikatur ta' l-ambjent:
In-Numru ta' l-akkreditazzjoni:
Il-Firxa ta' l-akkreditazzjoni:
Id-Data tal-prospett ta' l-ambjent li jmiss:
L-isem u ddettalji tal-kuntatt ta' l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti ta' l-infurzar, għall-organizzazzjoni
Magħmul fi… fil-…/…/2000
Il-Firma tar-rappreżentant ta' l-organizzazzjoni
…
( 1 ) ĠU C 400, tat-22.12.1998, p. 7 u ĠU C 212 E, tal-25.7.2000, p. 1.
( 2 ) ĠU C 209, tat-22.7.1999, p. 43.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999, p. 385), ikkonfermata fis-6 ta' Mejju 1999 (ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 253), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2000 (ĠU C 128, tat-8.5.2000, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Frar 2001 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001.
( 4 ) Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, f'laqgħa ġewwa l-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar programm Komunitarju tal-politika u l-azzjoni fejn għandhom x'jaqsmu l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1).
( 5 ) ĠU L 168, tal-10.7.1993, p. 1.
( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 7 ) ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.
( 8 ) L-użu tat-test riprodott f’dan l-Anness huwa bil-permess ta’ CEN. It-test sħiħ jista’ jinxtara mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istandards, li l-lista dwarhom tinsab f'dan l-Anness. Kull riproduzzjoni ta' dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali m'hijiex permessa.
( 9 ) ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 761/93 (ĠU L 83, tat-3.4.1993, p. 1).