2001R0539 — MT — 09.06.2014 — 011.006
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (ĠU L 081 21.3.2001, p. 1) |
Emendat bi:
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001
tal-15 ta' Marzu 2001
li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa
Artikolu - 1
L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal, jew eżentati, mill-ħtieġa tal-viża, abbażi ta’ valutazzjoni skont il-każ ta’ diversi kriterji relatati, inter alia, mal-immigrazzjoni irregolari, il-politika pubblika u s-sigurtà, il-benefiċċji ekonomiċi, partikolarment f’termini ta’ turiżmu u ta’ kummerċ barrani u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, inklużi, partikolarment, konsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ koerenza u reċiproċità reġjonali.
Artikolu 1
1. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta' l-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.
Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz li fih huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista fl-Anness II għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fil-paragrafu1 għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.
◄
Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża:
— iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma deternturi ta’ karta tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar it-Traffiku tal-Fruntieri Lokali fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen ( 5 ) meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku tal-Fruntieri Lokali;
— tfal ta’ l-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru ( 6 ) u jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;
— refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.
3. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi fil-listi ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2u sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-Trattat.
4. Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ għall-anqas Stat Membru wieħed, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) fi żmien 30 jum mill-implimentazzjoni mill-pajjiż terz tal-ħtieġa tal-viża jew, f’każijiet fejn jinżamm il-ħtieġa tal-viża eżistenti fi 9 ta' Jannar 2014, fi żmien 30 jum minn dik id-data, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika b'dan lill-Parlamet Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.
Dik in-notifika:
(i) għandha tispeċifika d-data ta’ implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati;
(ii) għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li l-Istat Membru kkonċernat ħa bil-ħsieb li jiżgura l-ivvjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat u għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha.
L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.
Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-ħtieġa tal-viża qabel l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, in-notifika m'għandhiex issir jew inkella għandha titneħħa u l-informazzjoni m'għandhiex tiġi ppubblikata;
(b) il-Kummissjoni għandha, immedjatament wara d-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz kkonċernat, b'mod partikolari fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid jew introdott l-ivvjaġġar mingħajr viża u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien b'dawk il-passi;
(c) jekk fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u minkejja l-passi kollha meħudin skont il-punt (b), il-pajjiż terz ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, l-Istat) Membrukkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-eżenzjoni mil-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. Meta Stat Membru jagħmel tali talba, huwa għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha;
(d) Il-Kummissjoni għandha, meta tqis passi ulterjuri skont il-punt (e), (f) jew (h), tieħu kont tal-eżitu tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jiġi żgurat vjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-passi meħudin skont il-punt (b) u l-konsegwenzi tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat;
(e) jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u sussegwentement f'intervalli li ma jaqbżux sitt xhur f'perijodu totali li ma jistax jestendi lil hinn mid-data li fiha l-att iddelegat imsemmi fil-punt (f) jidħol fis-seħħ jew jiġi oġġezzjonat:
(i) tadotta, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva tagħha stess, att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiddetermina data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha ssir b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni sussegwenti, il-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' dik is-sospensjoni b'aktar perijodi ta' mhux aktar minn sitt xhur u tista' timmodifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għalihom l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' sospensjoni l-kategoriji kollha ta' ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fl–att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri; jew
(ii) tippreżenta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 4a(1) rapport li jevalwa s-sitwazzjoni u li jsemmi r-raġunijiet għaliex hija ddeċidiet li ma tissospendix l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
F'dak ir-rapport għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħal dawk imsemmijin fil-punt (d). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jista' jkollhom diskussjoni politika abbażi ta' dak ir-rapport;
(f) Jekk fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 4b li jissospendi l-applikazzjoni tal-Anness II għal perijodu ta' 12-il xahar għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. L-att iddelegat għandu jiddetermina data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Anness II għandha ssir b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi ħdejn l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża rigward dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.
Mid-data meta s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Anness II għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat tidħol fis-seħħ jew meta oġġezzjoni għall-att iddelegat tiġi espressa skont l-Artikolu 4b(5), kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt (e) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandu jiskadi.
Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva kif imsemmi fil-punt (h), il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna li hemm referenza għaliha f'dak is-subparagrafu għandha tiġi emendata kif xieraq.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att iddelegat għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri;
(g) kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont il-punt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata fil-proċeduri li għaddejjin mingħajr ma jittawlu l-iskadenzi jew il-perijodi stipulati f'dawk il-punti;
(h) jekk fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat imsemmi fil-punt (f), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I;
(i) il-proċeduri msemmijin fil-punti (e), (f) u (h) m'għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta fi kwalunkwe ħin proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament sabiex tiġi trasferita r-referenza għall-pajjiż terz mill-Anness II għall-Anness I;
(j) fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Kwalunkwe att ta' implimentazzjoni jew iddelegat adottat skont il-punt (e) jew (f) dwar il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun introduċa ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-att ta' implimentazzjoni jew iddelegat li jikkonċerna lil dak il-pajjiż terz għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-notifika dwar l-aħħar Stat Membru kkonċernat li ċ-ċittadini tiegħu kienu soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn dak il-pajjiż terz. In-nota ta' qiegħ il-paġna msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (f) għandha titħassar meta jiskadi l-att iddelegat ikkonċernat. L-informazzjoni dwar dik l-iskadenza għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat jinnotifikah skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, il-Kummissjoni għandha fuq inizjattiva tagħha stess tipproċedi mingħajr dewmien bil-pubblikazzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għandu japplika.
▼M11 —————
Artikolu 1a
1. B'deroga mill-Artikolu 1(2), l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, għandha tiġi sospiża temporanjament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, bħala l-aħħar alternattiva, skont dan l-Artikolu.
2. Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi kkonfrontat, fuq perijodu ta' sitt xhur, meta mqabbel mal-istess perijodu fis-sena preċedenti jew mal-aħħar sitt xhur qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, b'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanza li ġejja li jwasslu għal sitwazzjoni ta' emerġenza li hu ma jkunx jista' jirremedja waħdu, jiġifieri żieda sostanzjali u f'daqqa fl-għadd ta':
(a) ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li jinsabu li jkunu qed joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr id-dritt għal dan,
(b) applikazzjonijiet għal asil miċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li għalih ir-rata ta' rikonoxximent hija baxxa, meta żieda bħal din qiegħda twassal għal pressjonijiet speċifiċi fuq is-sistema tal-asil tal-Istat Membru;
(c) applikazzjonijiet għar-riammissjoni rrifjutati, sottomessi mill-Istat Membru lil dak il-pajjiż terz għaċ-ċittadini tiegħu stess.
Il-paragun mal-perijodu ta' sitt xhur qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun applikabbli biss matul perijodu ta' seba' snin mid-data tal-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' dak il-pajjiż terz.
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqha hija bbażata u għandha tinkludi data u statistika rilevanti kif ukoll spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar tali notifika.
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 2, b'kont meħud ta':
(a) jekk xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil- paragrafu 2 tkunx preżenti;
(b) l-għadd ta' Stati Membri affettwati minn xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2;
(c) l-impatt globali taż-żidiet imsemmijin fil-paragrafu 2 fuq is-sitwazzjoni migratorja fl-Unjoni kif tkun tidher mid-data pprovduta mill-Istati Membri;
(d) ir-rapporti mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan fil-każ speċifiku nnotifikat;
(e) il-kwistjoni ġenerali tal-ordni pubbliku u s-sigurtà interna, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha.
4. Meta l-Kummissjoni, abbażi ta l-eżami msemmi fil-paragrafu 3, u b'kont meħud tal-konsegwenzi ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dak il-pajjiż terz biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi fit-tul, tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni, hija għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, tadotta att ta' implimentazzjoni li temporanjament jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). L-att ta' implimentazzjoni għandu jiddetermina d-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu obbligati li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.
5. Qabel tmiem il-perijodu ta’ validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva għall-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I.
6. Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva skont il-paragrafu 5, hi tista’ testendi l-validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 b'perijodu li ma jaqbiżx 12-il xahar. Id-deċiżjoni biex tiġi estiża l-validità tal-att ta' implimetazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2).
Artikolu 1b
Sa 10 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst fl-Artikolu 1(4) u l-mekkaniżmu ta' sospensjoni previst fl-Artikolu 1a u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġislattiva għall-emendar ta' dan ir-Regolament.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq tali proposta permezz tal-proċedura leġislattiva ordinarja.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” tfisser viża kif definita fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viżi) ( 7 ).
▼M5 —————
Artikolu 4
1. Stat Membru jista’ jipprevedi eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża previst mill-Artikolu 1(1) jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif previst mill-Artikolu 1(2), f'dak li jirrigwarda:
(a) id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' passaporti ta’ servizz/passaporti uffiċjali jew ta' passaporti speċjali;
(b) il-membri tal-ekwipaġġ ta’ titjiriet ċivili u tat-tbaħħir fit-twettiq ta' dmirijiethom;
(c) il-membri tal-ekwipaġġ tat-tbaħħir ċivili, meta jmorru fuq l-art, li jkollhom dokument ta' identità ta’ baħħara maħruġ skont il-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 108 tat-13 ta' Mejju 1958 jew Nru 185 tas-16 ta' Ġunju 2003 jew il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali tad-9 ta' April 1965;
(d) l-ekwipaġġ u l-membri tal-missjonijiet ta' emerġenza jew ta' riskju fil-każ ta' diżastru jew inċident;
(e) l-ekwipaġġ ċivili ta' vapuri li jbaħħru f'ibħra interni internazzjonali;
(f) id-detenturi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin minn organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali li tagħhom huwa membru għall-anqas Stat Membru wieħed jew minn entitajiet oħra rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala suġġetti tad-dritt internazzjonali, għall- uffiċjali ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew entitajiet.
2. Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:
(a) tifel/tifla ta’ l-iskola li jkollu/ha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu/hi residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun/tkun qed j/tivvjaġġa fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;
(b) refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;
(ċ) membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom;
(d) mingħajr preġudizzju għa-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhom ċittadinanza tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fir-Renju Unit jew fl-Irlanda u li huma detenturi ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mir-Renju Unit jew l-Irlanda, li huwa rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat.
3. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2) f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.
Artikolu 4a
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 4b
1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(4) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 9 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.
5. Att iddelegat adottat skont il-punt (f) tal-Artikolu 1(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ erba' xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 5
1. Fi żmien 10 t'ijiem utili mid-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bill-miżuri meħuda bis-saħħa ta' l-Artikoli 3, it-tieni nċiż u l-Artikolu 4. Aktar tibdiliet għal dawk il-miżuri għandhom l-istess ikunu ikkommunikati fi żmien ħamest ijiet utili.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-miżuri ikkommunikati bis-saħħa tal-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-informazzjoni.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.
Artikolu 7
1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/1999 ( 9 ) għandu jkun mibdul b'dan ir-Regolament.
2. Il-verżjonijiet finali tal-Istruzzjoni Konsulari Komuni (CCI) u tal-Manwal Komuni (CM), hekk kif jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tat-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex(99) 13) għandhom ikunu emendati kif ġej:
1. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:
“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”
;2. il-lista fl-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;
3. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:
“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”
;4. il-lista fl-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;
5. il-parti III ta' l-Anness 1 tal-CCI u l-parti III ta' l-Anness 5 tal-CM għandha tkun imħassra.
3. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tal-15 ta' Diċembru 1997 (SCH/Com-ex(97)32) I tas-16 ta' Diċembru 1998 (SCH/Com-ex(98)53, rev.2) għandhom ikunu mħassra.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
L-ANNESS I
Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1
1. STATI
L-Afganistan
▼M7 —————
L-Alġerija
L-Angola
▼M5 —————
L-Armenja
L-Ażerbajġann
▼M5 —————
Il-Baħrejn
Il-Bangladexx
▼M5 —————
Il-Belarus
IL-Beliż
Il-Benin
Il-Butan
Il-Bolivja
▼M7 —————
Il-Botswana
Il-Burkina Faso
Il-Burma/Mjanmar
Il-Burundi
Il-Kambodja
Il-Kamerun
Il-Kap Verde
Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana
Iċ-Ċadd
Iċ-Ċina
Il-Kolumbja
Il-Kongo
Il-Côte d'Ivoire
Il-Kuba
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Id-Dġjibuti
▼M13 —————
Ir-Repubblika Domenikana
L-Eġittu
L-Ekwador
Il-Gwinea Ekwatorjali
L-Eritrea
L-Etjopja
Il-Fiġi
▼M6 —————
Il-Gabon
Gambja
Il-Ġeorġja
Il-Gana
▼M13 —————
Il-Gwinea
Gwinea-Bissau
Il-Gujana
Haïti
L-Indja
L-Indoneżja
L-Iran
L-Iraq
Il-Ġamajka
Il-Ġordan
Il-Każakstan
Il-Kenja
▼M13 —————
Il-Kuwajt
IL-Kriġiżstan
Il-Laos
Il-Lebanon
Il-Lesoto
Il-Liberja
Il-Libja
Il-Madagaskar
Il-Malawi
Il-Maldivi
Il-Mali
▼M13 —————
Il-Mawritanja
▼M5 —————
▼M13 —————
▼M12 —————
Il-Mongolja
▼M6 —————
Il-Marokk
Il-Możambik
In-Namibja
▼M13 —————
In-Nepal
In-Niġer
In-Niġerja
Il-Korea ta' fuq
▼M8 —————
L-Oman
Il-Pakistan
▼M13 —————
Il-Papwa l-Gwinea l-Ġdida
▼M13 —————
Il-Filippini
Il-Qatar
Ir-Russja
Ir-Rwanda
▼M5 —————
▼M13 —————
São Tomé és Príncipe
L-Arabja Sawdita
Is-Senegal
▼M5 —————
▼M6 —————
Sierra Leone
▼M13 —————
Is-Somalja
L-Afrika t'Isfel
Is-Sri Lanka
Is-Sudan
għas-Sudan t’Isfel
Is-Surinam
Sważilandja
Is-Sirja
It-Taġikistan
It-Tanżanija
It-Tajlandja
Il-Komoros
▼M13 —————
It-Togo
▼M13 —————
It-Tunisja
It-Turkija
It-Turkmenistan
▼M13 —————
L-Uganda
L-Ukrajna
▼M13 —————
L-Użbekistan
▼M13 —————
Il-Vjetnam
Il-Jemen
Iż-Żambja
Iż-Żimbabwe
2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX TIKONOXXUTI BĦALA STATI B'MILL ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED
▼M2 —————
L-Awtorità Palestinjana
il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999
▼M8 —————
▼M13 —————
L-ANNESS II
Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1(2)
1. STATI
L-Albanija ( 10 )
L-Andorra
Antigwa u Barbuda ( 11 )
L-Arġentina
L-Awstralja
Baħamas (11)
Barbados (11)
▼M5 —————
Bosnja-Ħerzegovina (10)
Il-Brażil
Brunei Daussalam
▼M4 —————
Il-Kanada
Iċ-Ċili
dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 12 )
Dominika ( 13 )
Grenada (13)
Il-Gżejjer Marshall (13)
Il-Gżejjer Solomon (13)
Kiribati (13)
Kolombja (13)
Il-Kosta Rika
▼M9 —————
▼M2 —————
L-Emirati Għarab Magħquda (13)
Il-Gwatemala
Is-Santa Sede
Il-Ħonduras
L-Iżrael
Il-Ġappun
Il-Malażja
Mawrizju (11)
Il-Messiku
Il-Mikroneżja (13)
Moldova, ir-Repubblika tal- ( 14 )
Monako
il-Montenegro (12)
Nauru (13)
New Zealand
In-Nikaragwa
Palau (13)
Il-Panama
Il-Paragwaj
Il-Perù (13)
▼M4 —————
Saint Kitts u Nevis (11)
Salvador
Samoa (13)
San Marino
San Vinċenz u l-Grenadini (13)
Santa Luċija (13)
is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (12)
Seychelles (11)
Singapore
Timor-Leste (13)
Tonga (13)
Trinidad u Tobago (13)
Tuvalu (13)
Il-Korea t'Isfel
▼M2 —————
L-Istati Uniti ta' l-Amerika
L-Urugwaj
Vanuatu (13)
Il-Veneżwela
2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SEP¬JALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU
TAĊ-ĊINA, Hong Kong SAR ( 15 )
Makaw SAR ( 16 )
3. ĊITTADINI BRITTANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAL-LIĠI TAL-UNJONI:
Ċittadini Britanniċi (barra mill-pajjiż)
Ċittadini Brittaniċi tat-territorji barra l-pajjiż (BOTC)
Ċittadini Britanniċi barra l-pajjiż (BOC)
Persuni Britanniċi protetti (BPP)
Soġġetti Brittaniċi (BS)
4. ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED:
It-Tajwan ( 17 )
( 1 ) ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 66.
( 2 ) L-Opinjoni tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.
( 4 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.
( 5 ) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1.
( 6 ) ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1.
( 7 ) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
( 8 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 9 ) ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 2.
( 10 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti bijometriċi.
( 11 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża ser tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità Ewropea.
( 12 ) L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.
( 13 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
( 14 ) L-eżenzjoni tal-viża ser tkun limitata għad-detenturi ta’ passaporti bijometriċi maħruġa f’konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
( 15 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.
( 16 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.
( 17 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti maħruġa mit-Tajwan li jinkludu numru tal-karta ta’ identità.