2001L0111 — MT — 18.11.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/111/KE

tal-20 ta' Diċembru 2001

li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(ĠU L 010, 12.1.2002, p.53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1021/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Ottubru 2013

  L 287

1

29.10.2013




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/111/KE

tal-20 ta' Diċembru 2001

li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 );

Billi:

(1)

Ċerti Direttivi vertikali li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom jiġu ssimplifikati sabiex iqisu biss il-ħtiġiet essenzjali li jridu jintlaħqu mill-prodotti li jkopru sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jimxu bla tixkil fis-suq intern, skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar f'Edinburgu fil-11 u fit-12 ta' Diċembru 1992, kif ikkonfermat minn dawk tal-Kunsill Ewropew fl-10 u fil-11 ta' Diċembru 1993.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/437/KEE tal-11 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li tirrigwarda ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 4 ) kienet iġġustifikata bil-fatt illi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar ċerti kategoriji ta' zokkor jistgħu jirriżultaw f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ġusta li x'aktarx tqarraq bil-konsumaturi, u b'hekk ikollha effett dirett fuq kif jiġi stabbilit u jiffunzjona s-suq komuni.

(3)

Id-Direttiva 73/437/KEE kienet għalhekk iddisinjata sabiex tistabbilixxi d-definizzjonijiet u r-regoli komuni dwar il-karatteristiċi tal-manifattura, l-imballaġġ u t-tikkettjar tal-prodotti interessati hekk illi tiżgura l-moviment liberu tagħhom ġewwa l-Komunità.

(4)

Il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi, malajr kemm jista’ jkun, u jkun xi jkun il-każ qabel l-1 ta' Lulju 2000, l-inklużjoni fid-Direttiva tal-Kunsill 80/232/KEE tal-15 ta' Jannar 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-firxiet tal-kwantitajiet nominali u l-kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti imballati bil-quddiem ( 5 ) firxa ta' piżijiet nominali tal-prodotti koperti b'din id-Direttiva.

(5)

Id-Direttiva 73/437/KEE għandha tiġi mfassla mill-ġdid sabiex ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-fabbrikazzjoni u tat-tqegħid fis-suq li għandhom x'jaqsmu mal-konsum mill-bniedem isiru aktar aċċessibbli u, barra minn hekk, sabiex tikkorrispondi mal-liġijiet ġenerali Komunitarji dwar l-oġġetti ta' l-ikel, b'mod partikolari l-liġijiet dwar it-tikkettjar, il-materjali li jagħtu l-kulur u l-addittivi l-oħra awtorizzati, is-solventi ta' l-estrazzjoni u l-metodi ta' analiżi.

(6)

Ir-regoli ġenerali tat-tikkettjar ta' l-ikel stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) għandhom japplikaw bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet.

(7)

Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stabbiliti bl-Artikolu 5 tat-Trattat, il-għan li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet u r-regoli komuni għall-prodotti interessati u li d-dispożizzjonijiet jinġiebu f'linja mal-liġijiet ġenerali Komunitarji dwar l-oġġetti ta' l-ikel ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u, minħabba n-natura ta' din id-Direttiva, jista’ jinkiseb aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma tmurx iżjed ‘il bogħod milli meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan.

(8)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti lill-Kummissjoni ( 7 ).

(9)

Biex jevitaw ostakoli ġodda għall-moviment liberu, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jadottaw, għall-prodotti fil-kwistjoni, id-disposizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti b'din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness.

Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness meta jieħdu l-għamliet li ġejjin: zokkor ta' l-icing, zokkor tal-ħelu, zokkor fil-ħobz.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness li ġej bla ħsara għall-kundizzjonijiet u għad-derogi li ġejjin:

1. Mingħajr preġudizzju għall-punt 5 ta' hawn taħt, l-ismijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti A ta' l-Anness għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti hemmhekk u għandhom jintużaw fil-kummerċ biex jiġu ddenominati.

L-ismijiet tal-prodotti rriferiti fil-punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġi ddenominat il-prodott riferit fil-punt 3 tiegħu.

Madankollu,

 il-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness jistgħu, b'żieda ma’ l-isem obbligatorju tal-prodott, iġorru wkoll it-termini tal- kwalifika wżati b'mod komuni fl-Istati Membri varji;

 l-ismijiet tal-prodotti jistgħu jintużaw ukoll fl-ismijiet tal-prodotti imfassla sabiex jiddenominaw prodotti oħra, skond id-drawwa,

sakemm dawn l-ismijiet ma jkunux x'aktarx li jqarrqu bil-konsumatur.

2. Għall-prodotti imballati bil-quddiem li jiżnu inqas minn 20g, il-piż nett ma għandux għalfejn jiġi indikat fuq it-tikketta.

3. It-tikkettjar għandu jindika l-materjal niexef u l-kontenut taz-zokkor invertit tas-soluzzjoni taz-zokkor, is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u x-ġulepp taz-zokkor invertit.

4. It-tikkettjar għandu tinkludi t-termini tal-kwalifika “ikkristallizzat” għall-ġulepp taz-zokkor invertit li jinkorpora l-kristalli fis-soluzzjoni.

5. Meta l-prodotti rriferiti fil-punti 7 u 8 tal-Parti A ta' l-Anness ikun fihom il-fruttosju fi proporzjonijiet iktar minn 5 % fuq il-bażi tal-materjal niexef, għandhom, rigward l-isem tagħhom tal-prodott u bħala ingredjenti, jiġu ttikkettjati bħala “ġulepp mill-glukosju u l-fruttosju” jew “ġulepp mill-fruttosju u l-glukosju” u “ġulepp imnixxef mill-glukosju u l-fruttosju” jew “ġulepp imnixxef mill-fruttosju u l-glukosju”, rispettivament, sabiex juru jekk l-ikbar proporzjon ikunx il-komponent tal-glukosju jew il-komponent tal-fruttosju.

Artikolu 3

Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness, l-Istati Membri ma għandhomx jadottaw id-disposizzjonijiet nazzjonali li mhumiex ipprovvduti f'din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 4

Għall-fini li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5 biex temenda l-Parti B tal-Anness.

Artikolu 5

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 6

Id-Direttiva 73/437/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mit-12 ta' Lulju 2003.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-12 ta' Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Il-miżuri għandhom japplikaw hekk illi:

 jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2003,

 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2004.

Madankollu, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva imma kienu ttikkettjati qabel it-12 ta' Lulju 2004 skond id-Direttiva 73/437/KEE għandhom ikunu permessi sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri dawn għandu ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

A.   L-ISMIJIET U D-DEFINIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI

1.   Iz-zokkor nofsu abjad

Sukrosi ppurifikat u kkristallizzat ta' kwalità b'saħħitha u ta' tqegħid fis-suq tajba bil-karatteristiċi li ġejjin:



(a) il-polarizzazzjoni

mhux inqas minn 99,5 oZ

(b) il-kontenut taz-zokkor invertit

mhux aktar minn 0,1 % fil-piż

(ċ) it-telf waqt it-tnixxif

mhux aktar minn 0,1 % fil-piż

2.   Iz-zokkor jew iz-zokkor abjad

Sukrosi ppurifikat u kkristallizzat ta' kwalità tajba, fidabbli u tajba għat-tqegħid fis-suq bil-karatteristiċi li ġejjin:



(a) il-polarizzazzjoni

mhux inqas minn 99,7 oZ

(b) il-kontenut taz-zokkor invertit

mhux aktar minn 0,04 % tal-piż

(ċ) it-telf waqt it-tnixxif

mhux aktar minn 0,06 % tal-piż

(d) it-tip tal-kulur

mhux aktar minn disa’ punti stabbiliti skond il-punt (a) tal-Parti B.

3.   Iz-zokkor extra abjad

Il-prodott li jkollu l-karatteristiċi rriferiti fil-punt 2(a), (b) u (ċ) u li rigward tagħhom in-numru totali tal-punti stabbiliti skond id-disposizzjonijiet tal-Parti B ma jaqbiżx it-tmienja u mhux iktar minn:

 erbgħa rigward it-tip tal- kulur,

 sitta rigward il-kontenut ta' l-irmied,

 tlieta rigward il-kulur fis-soluzzjoni.

4.   Is-soluzzjoni taz-zokkor ( 8 )

Is-soluzzjoni ilmija tas-sukrosi bil-karatteristiċi li ġejjin:



(a) il-materjal niexef

mhux inqas minn 62 % fil-piż

(b) il-kontenut taz-zokkor invertit (il-proporzjon tal-fruttosju għad-destrosi): 1,0 ± 0,2)

mhux aktar minn 3 % fil-piż tal-materjal niexef

(ċ) l-irmied tal-konduttività

mhux iktar minn 0,1 % fil-piż tal-materjal niexef, stabbilit skond il-punt (b) tal-Parti B

(d) kulur fis-soluzzjoni

mhux aktar minn 45 unità ta' l-ICUMSA.

5.   Is-soluzzjoni taz-zokkor invertit ( 9 )

Is-soluzzjoni ilmija tas-sukrosi invertit parzjalment bl-idrolisi, li fiha l-proporzjon taz-zokkor invertit ma jippredominax, bil-karatteristiċi li ġejjin:



(a) il-materjal niexef

mhux inqas minn 62 % fil-piż

(b) il-proporzjon tal-kontenut taz-zokkor invertit għall-fruttosju:id-destrosi (1,0 ± 0,1)

aktar minn 3 % imma mhux iktar minn 50 % fil-piż tal-materjal niexef

(ċ) l-irmied tal-konduttività

mhux iktar minn 0,4 % fil-piż tal-materjal niexef, stabbilit skond il-punt (b) tal-Parti B

6.   Il-ġulepp taz-zokkor invertit ( 10 )

Is-soluzzjoni ilmija, li possibbilment li kienet ikkristallizata, tas-sukrosi li ġie invertit permezz ta' l-idrolisi, li l-kontenut tagħha taz-zokkor invertit (il-kwozjent tal-fruttosju/destrosi ta' 1,0 ± 0,1), irid jaqbeż il-50 % fil-piż tal-materjal niexef, imma li inkella jrid iħares il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 5(a) u (ċ).

7.   Il-ġulepp tal-glukosju

Is-soluzzjoni ilmija ppurifikata u kkonċentrata tas-sakkaridi nutrijenti miksuba mill-lamtu u/jew l-inulin, bil-karatteristiċi li ġejjin:



(a) il-materjal niexef

mhux inqas minn 70 % fil-piż

(b) l-ekwivalent tad-destrosi

mhux inqas minn 20 % fil-piż tal-materjal niexef u espress bħala D-glukosju

(ċ) l-irmied issolfatat

mhux aktar minn 1 % fil-piż tal-materjal niexef.

8.   Il-ġulepp imnixxef tal-glukosju

Il-ġulepp imnixxef parzjalment tal-glukosju b'mill-inqas 93 % fil-piż tal-materjal niexef, li inkella jrid jilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 7(b) u (ċ).

9.   Id-destrosi jew il-monoidrat tad-destrosi

Id-D-glokużju ppurifikat u kkristallizzat li jkun fih molekola waħda ta' l-ilma tal-kristallizzazzjoni, bil-karatteristiċi li ġejjin:



(a) id-destrosi (D-glukosju)

mhux inqas minn 99,5 % fil-piż tal-materjal niexef

(b) il-materjal niexef

mhux inqas minn 90 % fil-piż

(ċ) irmied issolfatat

mhux aktar minn 0,25 % fil-piż tal-materjal niexef.

10.   Id-destrosi jew l-anidriju destrosi

Id-D-glukosju ppurifikat u kkristallizzat li ma jkunx fih ilma tal-kristallizzazzjoni, b'mill-inqas 98 % fil-piż tal-materjal niexef, inkella li jrid jilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 9(a) u (ċ).

11.   Il-fruttosju

Id-D-fruttosju ppurifikat ikkristallizzat bil-karatteristiċi li ġejjin:



il-kontenut tal-fruttosju

minimu ta' 98 %

il-kontenut tal-glukosju

massimu ta' 0,5 % massimu

it-telf waqt it-tnixxif

mhux aktar minn 0,5 % fil-piż

l-irmied tal-konduttività

mhux aktar minn 0,1 % fil-piż stabbilit skond

B.   IL-METODU DWAR KIF JIĠU STABBILITI T-TIP TAL-KULUR, IL-KONTENUT TA' L-IRMIED TAL-KONDUTTIVITÀ U L-KULUR FIS-SOLUZZJONI TAZ-ZOKKOR (ABJAD) U TAZ-ZOKKOR EXTRA ABJAD IDDEFINITI FIL-PUNTI 2 U 3 TAL-PARTI A

“Punt” jikkorrispondi:

(a) fil-każ tat-tip tal-kulur, għal 0,5 ta' unità, ikkalkolata bil-metodu ta' l-Istitut ta' Brunswick tat-Teknoloġija ta' l-Industrija ta' l-Agrikoltura u taz-Zokkor, kif iddikjarat fil-paragrafu 2 tal-Kapitolu A ta' l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1265/69 ta' l-1 ta' Lulju 1969 li jistabbilixxi l-metodi biex tiġi stabbilita l-kwalità taz-zokkor mixtri mill-aġenziji ta' l-intervent ( 11 );

(b) fil-każ tal-kontenut ta' l-irmied, għal 0,0018 % ikkalkolat bil-metodu tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Metodi Uniformi ta' l-Analiżi taz-Zokkor (ICUMSA) kif ippreżentat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu A ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1265/69;

(ċ) fil-każ tal-kulur fis-soluzzjoni, għal 7,5 ta' unitajiet ikkalkolati bil-metodu tal-ICUMSA kif ippreżentat fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu A ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1265/69.



( 1 ) ĠU C 231, tad-9.8.1996, p. 6.

( 2 ) ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 90.

( 3 ) ĠU C 56, ta' l-24.2.1997, p. 20.

( 4 ) ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 71. Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1985.

( 5 ) ĠU L 51, tal-25.2.1980, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 87/356/KEE (ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 48).

( 6 ) ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

( 7 ) ĠU L 184, tas-7.7.1999, p. 23.

( 8 ) 1 Id-deskrizzjoni “abjad” hija rriservata għal:

(a)   is-soluzzjoni taz-zokkor fejn il-kulur fis-soluzzjoni ma jaqbiżx il-25 unità tal-ICUMSA stabbiliti skond il-metodu speċifikat fil-punt (ċ) tal-Parti B;

(b)   is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit li minnu:

( 9 ) 1 Id-deskrizzjoni “abjad” hija rriservata għal:

(a)   is-soluzzjoni taz-zokkor fejn il-kulur fis-soluzzjoni ma jaqbiżx il-25 unità tal-ICUMSA stabbiliti skond il-metodu speċifikat fil-punt (ċ) tal-Parti B;

(b)   is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit li minnu:

( 10 ) 1 Id-deskrizzjoni “abjad” hija rriservata għal:

(a)   is-soluzzjoni taz-zokkor fejn il-kulur fis-soluzzjoni ma jaqbiżx il-25 unità tal-ICUMSA stabbiliti skond il-metodu speċifikat fil-punt (ċ) tal-Parti B;

(b)   is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit li minnu:

( 11 ) ĠU L 163, ta' l-1.7.1969, p. 1.