2001L0081 — MT — 01.07.2013 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA 2001/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p.22) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 363 |
368 |
20.12.2006 |
||
|
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
|
|
L 158 |
193 |
10.6.2013 |
||
Emendat bi:
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA 2001/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Ottubru 2001
dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-2 ta' Awissu 2001,
Billi:|
(1) |
L-approċċ u l-istrateġija ġenerali tal-Ħames Programm ta' Azzjoni Ambjentali kien approvat permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu ġewwa l-Kunsill fi programm tal-Komunità ta' politika u azzjoni dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli ( 5 ) u jistabbilixxi bħala l-għanijiet tiegħu li tgħabijiet u livelli kritiċi għall-aċidifikazzjoni fil-Komunità m'għandhomx jinqabżu. Il-programm jeħtieġ li l-popli kollha għandhom effettivament ikunu protetti kontra r-riskji tas-saħħa minn tniġġis ta' l-arja u li l-livelli permessi ta' tniġġis għandhom jikkunsidraw il-protezzjoni ta' l-ambjent. Il-programm jeħtieġ ukoll li l-valuri ta' linji gwida mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għandhom ikunu tassattivi fil-livell tal-Komunità. |
|
(2) |
L-Istati Membri iffirmaw il-Protokoll ta' Gothenburg fl-1 ta' Diċembru 1999 għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Ekonomiċi għall-Ewropa (UNECE) dwar tniġġis ta' l-arja fuq distanza twila li taqsam il-fruntieri sabiex ikunu mwaqqfa l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu tal-livell ta' l-art. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar ir-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea tal-politika u l-azzjoni għar-rigward ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli “Lejn is-sostenibbiltà” ( 6 ) speċifikat li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikunu żviluppati u implimentati strateġija bil-għan li jkunu assigurati t-tgħabijiet kritiċi, għar-rigward espożizzjoni għall-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-inkwinanti ta' l-arja fotokimiċi, ma jinqabżux. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/72/KEE tal-21 ta' Settembru 1992 dwar it-tniġġis ta' l-arja bl-ożonu ( 7 ) teħtieġ li l-Kummissjoni tagħti lill-Kunsill rapport dwar l-evalwazzjoni ta' tniġġis fotokimiku fil-Komunità, akkumpanjat minn xi proposti li l-Kummissjoni jidhrilha li jkunu xierqa dwar il-kontroll tat-tniġġis bl-arja permezz tal-ożonu fl-art u, jekk meħtieġ, dwar it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' prekursuri ta' l-ożonu. |
|
(5) |
Żoni sinifikanti tal-Komunità huma esposti għad-depożizzjonijiet ta' aċidifikazzjoni u sustanzi ewtrofiċi f'livelli li għandhom effetti ħżiena fuq l-ambjent. Il-linji gwida ta' valuri tad-WHO dwar is-saħħa tal-bniedem u l-veġetazzjoni minn tniġġis fotokimiku huma sostanzjalment maqbuża fl-Istati Membri kollha. |
|
(6) |
L-eċċess tat-tgħabijiet kritiċi għandhom għalhekk ikunu eliminati bil-mod il-mod u l-livelli tal-linji gwida jkunu rispettati. |
|
(7) |
Fil-preżent mhux teknikament possibbli li jintlaħqu l-għanijiet fit-tul li jkunu eliminati l-effetti ħżiena ta' aċidifikazzjoni u titnaqqas l-espożizzjoni għall-ożonu fil-livell ta' l-art tal-bniedem u l-ambjent għall-valuri tal-linji gwida stabbiliti mill-WHO. Hu għalhekk meħtieġ li ssir disposizzjoni għall-għanijiet ambjentali temporanji għall-aċidifikazzjoni u it-tniġġis tal-ożonu fil-livell ta' l-art, li fuqhom għandhom ikunu bbażati l-miżuri biex jitnaqqas dak it-tniġġis. |
|
(8) |
Għanijiet temporanji ambjentali u l-miżuri biex dawn jintlaħqu għandhom jikkunsidraw il-possibiltà teknika u l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati magħhom. Dawk il-miżuri għandhom jassiguraw li kull azzjoni meħuda tkun cost-effective għall-Komunità b'mod globali u għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jkunu evitati spejjeż eċċessivi għal xi Stat Membru individwali. |
|
(9) |
It-tniġġis li jaqsam il-fruntieri jikkontribwixxi għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u l-formazzjoni ta' ożonu f'livell ta' l-art, li t-tneħħija tagħhom teħtieġ azzjoni kordinata tal-Komunità. |
|
(10) |
It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' inkwinanti li jikkawżaw l-aċidifikazzjoni u l-espożizzjoni għall-ożonu fil-livell ta' l-art sejjer inaqqas ukoll l-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija. |
|
(11) |
Sett ta' limiti nazzjonali għal kull Stat Membru għall-emissjonijiet ta' sulfidju tal-kubrit, nitrogen oxides, volatile organic compounds u ammonja hu mod cost-effective biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji. Dawk il-limiti ta' emissjonijiet ser jippermettu lill-Komunità u lill-Istati Membri l-flessibilità biex jistabbilixxu kif għandhom jaderixxu magħhom. |
|
(12) |
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jimplimentaw il-miżuri biex jaderixxu mal-limiti nazzjonali dwar l-emissjonijiet. Ikun meħtieġ li jiġi evalwat il-progress dwar kemm kien hemm konformità mal-limiti ta' emissjonijiet. Għandhom għalehkk jitfasslu programmi nazzjonali dwar it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet u rraportati lill-Kummissjoni u għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar il-miżuri adottati jew maħsuba biex jikkonformaw mal-limiti ta' l-emissjonijiet. |
|
(13) |
Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat u meta jkun ikkunsidrat, b'mod partikolari, il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-għan ta' din id-Direttiva, u ċioe il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' aċidifikazzjoni u inkwinanti ewtrofiċi u prekursuri ta' l-ożonu, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura li taqsam il-fruntieri tat-tniġġis u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar mill-Komunità; skond il-prinċipju ta' proporzjonalità din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan. |
|
(14) |
Għandu jkun hemm reviżjoni fil-ħin tal-progress magħmul mill-Istati Membri lejn il-limiti ta' emissjonijiet, kif ukoll reviżjoni tal-limitu li fih l-implimentazzjoni tal-limiti x'aktarx tilħaq l-għanijiet ambjentali temporanji, għall-Komunità b'mod globali. Dik ir-reviżjoni għandha tikkonsidra wkoll il-progress xjentifiku u tekniku, l-iżviluppi fil-leġislazzjoni tal-Komunità u t-tnaqqis fl-emissjonijiet barra mill-Komunità b'mod speċjali għar-rigward il-progress magħmul fost l-oħrajn mill-pajjiżi kandidati għas-sħubija. F'dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami ieħor ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-limiti ta' l-emissjonijiet, inkluż il-cost-effectiveness tagħhom, l-ispejjeż marġinali u l-benefiċċji ta' l-impatt soċjo-ekonomiku u kull impatt dwar il-kompetittività. Ir-reviżjoni għandha tikkonsidra wkoll il-limitazzjonijiet dwar l-iskop ta' din id-Direttiva. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni għandha għal dan il-għan tipprepara rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk tikkonsidra li jkun meħtieġ, tipproponi emendi xierqa għal din id-Direttiva billi tikkonsidra l-effetti ta' xi leġislazzjoni tal-Komunità fost l-oħrajn billi tistabbilixxi l-limiti ta' l-emissjonijiet u l-istandards tal-prodott għas-sorsi rilevanti ta' l-emissjonijiet u r-regolamenti internazzjonali dwar l-emissjonijiet mill-vapuri u mill-ajruplani. |
|
(16) |
It-trasport bil-baħar hu kontributur sinifikanti għall-emisssjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit u nitrogen oxides u wkoll għall-konċentrazzjonijiet u depożizzjonijiet ta' inkwinanti ta' l-arja fil-Komunità. Dawk l-emissjonijiet għandhom għalhekk jiġu mnaqqsa. L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-riduzzjoni ta' kontenut tas-sulfat ta' ċerti karburanti likwidi u li jemenda d-Direttiva 93/12/KEE ( 8 ) jeħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsidra liema miżuri jistgħu jittieħdu biex inaqqsu l-kontribuzzjoni għall-aċidifikazzjoni tal-kombustjoni tal-karburanti marittimi minbarra dawk speċifikati fl-Artikolu 2(3) ta' dik id-Direttiva. |
|
(17) |
L-Istati Membri għandhom ifittxu li jirratifikaw l-Anness VI tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) kemm jista' jkun malajr possibbli. |
|
(18) |
Minħabba n-natura li taqsam il-fruntieri ta' aċidifikazzjoni u t-tniġġis tal-ożonu, il-Kummissjoni għandha tkompli teżamina aktar il-ħtieġa li tiżviluppa miżuri armonizzati tal-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis integrat ( 9 ), bil-għan li jkun evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, u billi jkun ikkunsidrat il-bilanċ bejn il-benefiċċji u l-ispiża ta' l-azzjoni. |
|
(19) |
Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni tal-Komunità li tirregola l-ħruġ ta' dawk l-inkwinanti minn sorsi speċifiċi u għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet u l-użu ta' l-aqwa metodi ta' teknika disponibbli. |
|
(20) |
Inventarji ta' emissjonijiet huma meħtieġa biex jissorveljaw il-progress li sar biex ikun hemm konformità mal-limiti tal-emissjonijiet u għandhom ikunu kalkulati skond metodoloġiji maqbula fuq livell internazzjonali u rrappurtati b'mod regolari lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ambjetali Ewropea (EEA). |
|
(21) |
L-Istati Membri għandhom jagħmlu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jassiguraw li dawn ikunu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u preventivi. |
|
(22) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 10 ). |
|
(23) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fuq livell internazzjonali bil-għan li jilħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan
L-għan ta' din id-Direttiva hu li jkunu limitati l-emissjonijiet ta' aċidifikazzjoni u inkwinanti ewtrofiċi u l-prekursuri tal-ożonu sabiex tkun imtejba l-protezzjoni fil-Komunità ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem kontra r-riskji ta' l-effetti ħżiena minn aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u ożonu fil-livell ta' l-art u biex wieħed jersaq lejn l-għanijiet fit-tul li ma jinqabżuz il-livelli kritiċi u t-tgħabijiet u biex ikun hemm protezzjoni effettiva tal-poplu kollu kontra riskji tas-saħħa magħrufa kkaġunati minn tniġġis ta' l-arja billi jkunu stabbiliti limiti nazzjonali ta' emissjonijiet, fejn is-snin 2010 u 2020 jitqiesu bħala benchmarks, u permezz ta' reviżjonijiet suċċessivi kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 10.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
Din id-Direttiva tkopri l-emissjonijiet fit-territorju ta' l-Istati Membri u ż-żoni esklussivi tagħhom mis-sorsi kollha ta' inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4 li jirriżultaw minn attivitajiet umani.
Din ma tkoprix:
(a) emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali;
(b) emissjonijiet mill-ajruplani lil hinn miċ-ċiklu ta' landing u take-off;
(ċ) għal Spanja, l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji;
(d) għal Franza, l-emissjonijiet fid-dipartimenti overseas;
(e) għall-Portugal, l-emissjonijiet fil-Madejra u fl-Ażores.
Artikolu 3
Tifsir
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
(a) “AOT 40” tfissr is-somma tad-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet kull siegħa ta' ożonu fil-livell ta'l-art li jkun aktar minn 80 μ/m3 (= 40 ppb) u 80 μg/m3 matul is-sigħat tal-jum akkumulati minn Mejju sa Lulju kull sena;
(b) “AOT 60” tfisser is-somma tad-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet kull siegħa tal-ożonu fil-livell ta' l-art li jkunu aktar minn 120μg/m3 (= 60 ppb) u 120μg/m3 akkumulati matul is-sena;
(ċ) “tgħabija kritika” tfisser stima kwantitattiva ta' xi espożizzjoni lil xi wieħed jew aktar inkwinanti li inqas minn hekk ma jseħħux effetti ħżiena sinifikanti fuq elementi sensittivi speċifiċi ta' l-ambjent, skond informazzjoni preżenti;
(d) “livell kritiku” tfisser il-konċentrazzjoni ta' inkwinanti fl-atmosfera li aktar minn hekk jistgħu jseħħu effetti ħżiena fuq ir-riċevituri, bħalma huma l-bnedmin, il-pjanti, l-ekosistemi jew il-materjali, skond l-informazzjoni preżenti;
(e) “emissjoni” tfisser ir-rilaxx ta' xi sustanza minn xi punt jew sors imferrex ġewwa l-atmosfera;
(f) “grid cell” tfisser kwadrant ta' 150 km × 150 km, li hu r-resolution użat meta jkunu rintraċċati tgħabijiet kritiċi fuq skala Ewropea, u wkoll meta jkunu sorveljati l-emissjonijiet u d-depożizzjonijiet ta' inkwinanti ta' l-arja skond il-Porgramm Koperattiv għas-Sorveljar u l-Evalwazzjoni tat-Trasmissjoni fuq medda twila ta' Inkwinanti ta' l-Arja fl-Ewropa (EMEP);
(g) “landing and take-off cycle” tfisser ċiklu rappreżentat mill-ħin li ġej f'kull mod ta' operazzjoni: approċċ 4,0 minuti; taxi/ground idle 26,0 minuti, take-off 0,7 minuti; climb 2,2 minuti;
(h) “limitu nazzjonali ta' emissjoni” tfisser l-ammont massimu ta' xi sustanza espress f'kilotunellati, li tista' tkun maħruġa minn xi Stat Membru f'xi sena kalendarja;
(i) “ossidi nitroġeni” u “NOx” tfisser nitric oxide u nitrogen dioxide, espressi bħala nitrogen dioxide;
(j) “ożonu fil-livell ta' l-art” tfisser l-ożoni fil-parti l-aktar baxxa ta' l-atmosfera;
(k) “komposti organiċi volatili” u “VOC” tfisser l-komposti organiċi kollha li jirriżultaw minn attivitajiet umani, minbarra methane, li huma kapaċi li jipproduċu ossidanti fotokemikali permezz ta' reazzjonijiet ma' ossidi nitroġeni fil-preżenza tad-dawl tax-xemx.
Artikolu 4
Limiti nazzjonali ta' emissjonijiet
1. Sa mhux aktar tard mis-sena 2010, l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu fuq l-emissjonijiet annwali nazzjonali tagħhom ta' inkwinanti permezz tad-dijossidju tal-kubrit (SO2), nitrogen oxides (NOx), komposti organiċi volatili (VOC) u ammonja (NH3) għal ammonti li ma jkunux aktar mil-limitu ta' emissjoni stabbilit fl-Anness I, billi jkunu kkunsidrati xi modifiki magħmula permezz tal-miżuri tal-Komunità adottati wara r-rapporti msemmija fl-Artikolu 9.
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I ma jkunux maqbuza f'xi sena wara l-2010.
Artikolu 5
Għanijiet ambjentali interim
Il-limiti nazzjonali ta' emissjonijiet fl-Anness I għandu jkollhom bħala l-għan tagħhom li b'mod wiesa' jilħqu l-għanijiet ambjentali temporanji li ġejjin, għall-Komunità b'mod globali, sa l-2010:
(a) Aċidifikazzjoni
Iż-żoni fejn jinqabżu t-tgħabijiet kritiċi għandhom ikunu mnaqqsa b'mill-inqas 50 % (f'kull grid cell) komparati mas-sitwazzjoni fl-1990.
(b) Exposure relatata mas-saħħa għall-ożonu fil-livell ta' l-art
Il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art 'il fuq mil-livell kritiku għas-saħħa tal-bniedem (AOT60 = 0) għandu jkun imnaqqas b'żewġ terzi fil-grid cells kollha meta komparat mas-sitwazzjoni fl-1990. B'żieda ma' dan, il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art m'għandux jaqbeż il-limitu assolut ta' 2,9 ppm.h f'kull grid cell.
(ċ) Espożizzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art relatat mal veġetazzjoni
Il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art 'il fuq mil-livell kritiku għal-ħxejjex u veġetazzjoni semi-naturali (AOT40 = 3 ppm.h) għandu jkun imnaqqas b'terz fil-grid cells kollha meta komparat mas-sitwazzjoni fl-1990. B'żieda ma' dan, il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art m'għandux jaqbeż il-limitu assolut ta' 10 ppm.h espress bħala eċċess tal-livell kritiku ta' 3 ppm.h f'kull grid cell.
Artikolu 6
Programmi nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2002, jiddisinjaw programmi għat-tnaqqis progressiv ta' l-emissjonijiet nazzjonali ta' l-inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jkun hemm konformità mill-inqas mal-limiti nazzjonali ta' l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I sa mhux aktar tard mill-2010.
2. Il-programmi nazzjonali għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar politika adottata u dik maħsuba u l-miżuri u stimi kwantifikati ta' l-effett ta' dawn il-politiki u l-miżuri dwar emissjonijiet ta' l-inkwinanti fl-2010. Bidliet sinifikanti antiċipati fid-distribuzzjoni ġeografika ta' l-emissjonijiet nazzjonali għandhom ikunu indikati.
3. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jirrevedu l-programmi nazzjonali kif meħtieġ sa l-1 ta' Ottubru 2006.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u lill-organizzazzjonijiet xierqa bħalma huma organizzazzjonijiet ambjentali il-programmi magħmula skond il-paragrafi 1, 2 u 3. L-informazzjoni magħmula disponibbli lill-pubbliku u lill-organizzazzjonijiet skond dan il-paragrafu għandha tkun ċara, komprensibbli u faċli biex tkun aċċessibbli.
Artikolu 7
Inventarji ta' emissjonijiet u projettazzjonijiet
1. L-Istati Membri għadhom jippreparaw u jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali ta' l-emissjoni u l-projettazzjonijiet ta' l-emissjoni għall-2010 għall-inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji ta' l-emissjonijiet tagħhom u l-projettazzjonijiet bl-użu ta' metodoloġiji speċifikati fl-Anness III.
3. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea Ambjentali, għandha, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri u abbażi ta' l-informazzjoni mogħtija lilhom, tistabbilixxi l-inventarji u l-projettazzjonijiet ta' l-inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4. L-inventarji u l-projettazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
4. Kwalunkwe aġġornament tal-metodoloġiji li għandhom jintużaw skont l-Anness III, għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).
Artikolu 8
Rapporti mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru, jirrapportaw l-inventarji nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet u l-projettazzjonijiet tagħhom dwar l-emissjonijiet għall-2010 stabbiliti skond l-Artikolu 7 lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ambjentali Ewropea. Dawn għandhom jirrapportaw l-inventarji finali tagħhom ta' l-emissjonijiet għas-sena preċedenti nieqes waħda u l-inventarji proviżorji tagħhom dwar l-emissjonijiet għas-sena preċedenti. Projettazzjonijiet dwar l-emissjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni biex jippermettu għarfien kwantitattiv ta' l-assunzjonijiet soċjo-ekonomiċi prinċipali użati fil-preparazzjoni tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-programmi magħmula skond l-Artikolu 6(1) u (2).
L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006, jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-programmi aġġornati magħmula skond l-Artikolu 6(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-programmi nazzjonali li rċeviet lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar minn meta dawn ikunu riċevuti.
4. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(2), tistabbilixxi disposizzjonijiet biex jassiguraw rappurtaġġ konsistenti u trasparenti tal-programmi nazzjonali.
Artikolu 9
Rapporti mill-Kummissjoni
1. Fl-2004 u l-2008 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tal-limiti ta' l-emissjonijiet nazzjonali stabbiliti fl-Anness I u dwar sa fejn l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5 x'aktarx jintlaħqu sa l-2010 u dwar il-limiti li għalih l-għanijiet fit-tul stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jintlaħqu sa l-2020. Ir-rapporti għandhom jinkludu stima ekonomika, inklużi cost-effectiveness, benefiċċji, stima ta' spejjeż marġinali u l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-implimentazzjoni tal-limiti nazzjonali fuq Stati Membri u setturi partikolari. Dawn għandhom jinkludu wkoll reviżjoni tal-limitazzjonijiet ta' l-għan ta' din id-Direttiva kif imfisser fl-Artikolu 2 u stima tal-limitu li għalih aktar tnaqqis ta' emissjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5. Dawn għandhom jikkunsidraw ir-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-artikolu 8(1) u (2), kif ukoll, fost l-oħrajn:
(a) kull leġislazzjoni ġdida tal-Komunità li setgħet ġiet adottata li tistabbilixxi l-limiti ta' l-emissjonijiet u l-istandards tal-prodotti għas-sorsi rilevanti ta' l-emissjonijiet;
(b) l-iżviluppi ta' l-aqwa metodi ta' teknika disponibbli fil-qafas tal-bdil ta' l-informazzjoni skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 96/61/KE;
(ċ) għanijiet dwar tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2008 għall-emissjonijiet ta' dijossidju tal-kubrit u ossidi nitroġeni minn impjanti ta' kombustjoni kbar, rapportati mill-Istati Membri bis-saħħa tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni ( 11 );
(d) tnaqqis ta' l-emissjoni u obbligazzjonijiet ta' tnaqqis minn pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-pajjiżi kandidati għas-sħubija, u l-possibilità għal tnaqqis ieħor ta' emissjoni fir-reġjuni fil-viċinanza tal-Komunità;
(e) kull leġislazzjoni ġdida tal-Komunità u kull regolamenti internazzjonali li jirregolaw l-emissjonijiet minn vapuri u ajruplani;
(f) l-iżvilupp tat-trasport u kull azzjoni oħra biex tikkontrolla l-emissjonijiet mit-trasport;
(g) l-iżviluppi fil-qasam ta' l-agrikoltura, proġettazzjonijiet ġodda ta' annimali u titjib fil-metodi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fis-settur agrarju;
(h) kull bdil prinċipali fis-suq tal-provvista ta' enerġija ġewwa Stat Membru u tbassir ġdid li jirrifletti l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex iħarsu l-obbligi internazzjonali dwar il-bdil fil-klima;
(i) stima tal-eċċessi preżenti u dawk proġettati tat-tgħabijiet kritiċi u l-valuri tal-linji gwida tal-WHO għall-ożonu fil-livell ta' l-art;
(j) il-possibiltà ta' identifikazzjoni ta' xi għan propost interim għat-tnaqqis tal-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija;
(k) informazzjoni teknika u xjentifika ġdida li tinkludi stima tal-inċertezzi fi:
(i) inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet;
(ii) input reference data;
(iii) l-informazzjoni tat-trasport li jaqsam il-fruntieri u d-depożizzjoni ta' inkwinanti;
(iv) tgħabijiet kritiċi u livelli;
(v) il-mudell użat;
u stima tal-inċertezzi li jirriżultaw fil-limiti nazzjonali ta' l-emissjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji imsemmija fl-Artikolu 5.
(l) jekk hemmx il-ħtieġa li jkunu evitati spejjeż eċċessivi għal xi Stat Membru individwali;
(m) paragun ta' kalkolazzjonijiet mudell bl-osservazzjonijiet ta' aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni u ożonu fil-livell ta' l-art bil-għan li jkunu mtejjba l-mudelli;
(n) l-użu possibbli, meta xieraq, ta' l-istrumenti ekonomiċi rilevanti.
2. Fl-2012 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità mal-limiti fl-Anness I u dwar il-progress għar-rigward l-għanijiet ambjentali temporanji fl-Artikolu 5 u l-għanijiet fit-tul stabbiliti fl-Artikolu 1. Ir-rapport tagħha għandu jikkunsidra r-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 8(1) u (2) kif ukoll il-materji elenkati fil-punti (a) sa (n) tal-paragrafu 1.
Artikolu 10
Reviżjoni
1. Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkunsidraw il-fatturi elenkati fl-Artikolu 9(1). Fid-dawl ta' dawn il-fatturi, il-progress lejn il-ksib tal-limiti ta' l-emissjonijiet sas-sena 2010, tal-progress xjentifiku u tekniku, u tas-sitwazzjoni dwar il-progress biex jintlaħqu l-għanijiet temporanji ta' din id-Direttiva u l-għan fit-tul li ma jinqabżux il-critical loads u l-livelli u tal-linji gwida tad-WHO dwar l-ożonu, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta' din id-Direttiva bi preparazzjoni għal kull rapport.
2. Sabiex ir-reviżjoni tkun lesta sa l-2004 għandha ssir stima fil-limiti ta' l-emissjonijiet indikattivi għall-Komunità globali stabbiliti fl-Anness II. L-istima ta' dawn il-limiti indikattivi għandha tkun fattur għall-konsiderazzjoni matul l-analiżi ta' aktar azzjonijiet cost-effective li jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' l-inkwinanti kollha rilevanti, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5, għall-Komunità globali sa l-2010.
3. Ir-reviżjonijiet kollha għandhom jinkludu investigazzjoni oħra ta' l-istima ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-limiti nazzjonali ta' l-emissjonijiet, maħduma fuq mudelli ta' l-aħħar teknoloġija u bl-użu ta' l-aqwa informazzjoni disponibbli biex tintlaħaq l-inqas possibbiltà ta' inċertezza u billi jkun ikkunsidrat il-progress fit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, u tal-merti tal-metodoloġiji, fid-dawl tal-fatturi elenkati fl-Artikolu 9.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 96/61/KE, bil-għan li jkun evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, u meta jkunu kkunsidrati il-benefiċċji u l-ispejjeż tal-azzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina aktar il-ħtieġa li tiżviluppa miżuri armonizzati tal-Komunità, għas-setturi ekonomiċi l-aktar rilevanti u prodotti li jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-formazzjoni tal-ożonu fil-livell ta' l-art.
5. Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 9 ser, jekk xieraq, ikunu akkumpanjati bi proposti għal:
(a) modifiki tal-limiti nazzjonali fl-Anness I bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji ta' l-Artikolu 5 u/jew għall-modifiki lejn dawk l-għanijiet ambjentali temporanji;
(b) tnaqqis aktar possibbli ta' emissjonijiet bil-għan li jintlaħqu, preferibbilment sa l-2020, l-għanijiet ta' din id-Direttiva fuq medda twila ta' żmien;
(ċ) miżuri li jassiguraw konformità mal-limiti.
Artikolu 11
Koperazzjoni ma' pajjiżi terzi
Biex tippromwovi l-ksib ta' l-għanijiet stabbilit fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif jixraq, għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300 tat-Trattat, ifittxu li jagħmlu koperazzjoni bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħalma hi l-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), inkluż permezz tal-bdil ta' informazzjoni, dwar ir-riċerka u żvilupp tekniċi u xjentifiċi u bil-għan li titjieb il-bażi biex ikunu faċilitati t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet.
Artikolu 12
Rapporti dwar l-emissjonijiet minn vapuri u ajruplani
1. Sa l-aħħar ta' l-2002 Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm l-emissjonijiet minn traffiku internazzjonali marittimu jikkontribwixxi għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni u l-formazzjoni ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art ġewwa l-Komunità.
2. Sa l-aħħar ta' l-2004 il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm l-emissjonijiet minn ajruplani lil hinn miċ-ċiklu ta' nżul u tluq jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni u l-formazzjoni ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art ġewwa l-Komunità.
3. Kull rapport għandu jispeċifika programm ta' azzjonijiet li għandu jsir fuq livell internazzjonali u tal-Komunità kif jixraq biex inaqqas l-emissjonijiet mis-settur interessat, bħala bażi għal aktar konsiderazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Artikolu 13
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 12 tad- Direttiva 96/62/KE, hawnhekk iżjed “il quddiem magħruf bħala” il-Kumitat.
2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, billi jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 14
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-penali applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u preventivi.
Artikolu 15
Trasposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel is-27 ta' Novembru 2002. Dawn għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenijja tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 17
L-indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL-LIVELLI NAZZJONALI MASSIMI TA’ EMISSJONIJIET GĦAL SO2, NOx, VOC U NH3 LI GĦANDHOM JINTLAĦQU SAL-2010 (1)
|
Pajjiż |
SO2 Kilo-tunnellati |
NOx Kilo-tunnellati |
VOC Kilo-tunnellati |
NH3 Kilo-tunnellati |
|
Il-Belġju |
99 |
176 |
139 |
74 |
|
Il-Bulgarija (2) |
836 |
247 |
175 |
108 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
265 |
286 |
220 |
80 |
|
Id-Danimarka |
55 |
127 |
85 |
69 |
|
Il-Ġermanja |
520 |
1 051 |
995 |
550 |
|
L-Estonja |
100 |
60 |
49 |
29 |
|
L-Irlanda |
42 |
65 |
55 |
116 |
|
Il-Greċja |
523 |
344 |
261 |
73 |
|
Spanja |
746 |
847 |
662 |
353 |
|
Franza |
375 |
810 |
1 050 |
780 |
|
Il-Kroazja (3) |
70 |
87 |
90 |
30 |
|
L-Italja |
475 |
990 |
1 159 |
419 |
|
Ċipru |
39 |
23 |
14 |
9 |
|
Il-Latvja |
101 |
61 |
136 |
44 |
|
Il-Litwanja |
145 |
110 |
92 |
84 |
|
Il-Lussemburgu |
4 |
11 |
9 |
7 |
|
L-Ungerija |
500 |
198 |
137 |
90 |
|
Malta |
9 |
8 |
12 |
3 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
50 |
260 |
185 |
128 |
|
L-Awstrija |
39 |
103 |
159 |
66 |
|
Il-Polonja |
1 397 |
879 |
800 |
468 |
|
Il-Portugall |
160 |
250 |
180 |
90 |
|
Ir-Rumanija (2) |
918 |
437 |
523 |
210 |
|
Is-Slovenja |
27 |
45 |
40 |
20 |
|
Is-Slovakja |
110 |
130 |
140 |
39 |
|
Il-Finlandja |
110 |
170 |
130 |
31 |
|
L-Isvezja |
67 |
148 |
241 |
57 |
|
Ir-Renju Unit |
585 |
1 167 |
1 200 |
297 |
|
UE 28 |
8 367 |
9 090 |
8 938 |
4 324 |
|
(1) Dawn il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet huma mfassla bl-għan li b’mod ġenerali jkunu konformi mal-objettivi interim dwar l-ambjent tal-Artikolu 5. L-issodisfar ta’ dawk l-objettivi mistenni li jirriżulta fi tnaqqis fl-ewtrifikazzjoni tal-ħamrija sa tali punt li ż-żona tal-Unjoni b’depożiti ta’ nitroġenu nutrijenti ogħla mit-tagħbijiet kritiċi titnaqqas b’madwar 30 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-1990. (2) Dawn il-limiti nazzjonali massimi ta’ emissjonijiet huma temporanji u bla ħsara għar-reviżjoni skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, li għandha titlesta fl-2008. (3) Il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet għall-Kroazja għandhom jinkisbu sad-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni. |
||||
ANNESS II
Limitu ta' l-emissjoni għall-SO2, NOx u VOC (elf tunnellata)
|
SO2 Kilo-tunnellati |
NOx Kilo-tunnellati |
VOC Kilo-tunnellati |
|
|
UE 28 (1) |
7 902 |
8 267 |
7 675 |
|
(1) Dawn il-limiti nazzjonali massimi ta’ emissjonijiet huma temporanji u mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, li għandha titlesta fl-2008. |
|||
Dawn il-limiti ta' emissjonijiet huma disinjati bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5 għall-Komunità b'mod globali sa l-2010.
ANNESS III
Metodoloġiji għall-inventarji ta' emissjonijiet u proġettazzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji ta' l-emissjonijiet u proġettazzjonijiet bl-użu ta' metodoloġiji maqbula skond il-Konvenzjoni dwar it-tniġġis bl-Arja fuq Medda Twila li Taqsam il-Fruntieri u li huma mitluba biex jużaw il-ktieb gwida konġunt ta' EMEP/CORINAIR ( 12 ) fil-preparazzjoni ta' dawn l-inventarji u proġettazzjonijiet.
( 1 ) ĠU C 56 E, tad-29.2.2000, p. 34.
( 2 ) ĠU C 51, tat-23.2.2000, p. 11.
( 3 ) ĠU C 317, tas-6.11.2000, p. 35.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000 (ĠU C 377, tad-29.12.2000, p. 159), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 (ĠU C 375, tat-28.12.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2001 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Settembru 2001 u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001.
( 5 ) ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1.
( 6 ) ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1.
( 7 ) ĠU L 297, tat-13.10.1992, p. 1.
( 8 ) ĠU L 121, tal-11.5.1999, p. 13.
( 9 ) ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26.
( 10 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 11 ) Ara p. 1 ta' din l-edizzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali.
( 12 ) Inventarju ta' emissjonijiet ta' l-arja tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea.