2000R2488 — MT — 01.07.2013 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2488/2000

ta' l-10 ta' Novembru 2000

li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98

(ĠU L 287, 14.11.2000, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 1205/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001

  L 163

14

20.6.2001

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 68/2006 tas-16 ta' Jannar 2006

  L 11

11

17.1.2006

 M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 554/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

1

25.6.2010

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013


Emendat bi:

 A1

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 342  (68/2006)

 C2

Rettifika, ĠU L 232, 29.8.2012, p. 10  (2488/2000)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2488/2000

ta' l-10 ta' Novembru 2000

li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni 2000/599/CFSP tad-9 ta' Ottubru 2000 dwar appoġġ għar-RFJ demokratika u t-tneħħija minnufih ta' xi miżuri restrittivi ( 1 ), u għall-Posizzjoni Komuni 2000/696/CFSP ta' l-10 ta' Novembru 2000 dwar iż-żamma ta' miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra is-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li:

(1)

Fil-15 ta' Ġunju 1999, il-Kunsill addotta r-Regolament (KE) Nru 1294/1999 li jikkonċerna l-iffriżar tal-fondi u l-projbizzjoni fuq l-investiment dwar ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (RFJ) ( 3 ) minħabba l-vjolazzjoni kontinwa tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali umanitarja mill-Gvern ta' dak il-pajjiż.

(2)

Wara l-elezzjonijiet fl-24 ta' Settembru 2000, President ġdid tar-RFJ kien elett b'mod demokratiku u maħluf formalment, jiġifieri s-Sur V. Kostunica.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2000, il-Kunsill approva dikjarazzjoni fuq ir-RFJ li titlob it-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha imposti fuq ir-RFJ mill-1998, bl-eċċezzjoni tad-disposizzjonijiet li jaffettwaw il-President tar-RFJ ta' qabel, is-Sur Slobodan Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu, peress li jkomplu jirrappreżentaw theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija fir-RFJ.

(4)

Għalhekk, l-iskop tad-disposizzjonijiet tal-qafas legali preżenti li jikkonċernaw l-iffriżar tal-fondi miżmuma barra mill-Gvernijiet tar-RFJ u tar-Repubblika tas-Serbja għandhom ikunu limitati li jkopru lis-Sur Milosevic u l-persuni assoċjati miegħu.

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu fi ħdan l-iskop tat-Trattat.

(6)

Għalhekk, u bil-għan li jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, il-leġiżlazzjoni Komunitarja hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija safejn għandu x'jaqsam it-territorju tal-Komunità. Territorju bħal dan huwa meqjus li jħaddan, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorji kollha ta' l-Istati Membri li għalihom hu applikabbli dan it-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet msemmija fit-Trattat.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, ikollhom is-setgħa li jassiguraw konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(8)

Hemm il-bżonn għall-Kummissjoni u l-Istati Membri li jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u b'tagħrif rilevanti iehor għad-disposizzjoni tagħhom fuq dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi eżistenti fejn għandhom x'jaqsmu xi oġġetti.

(9)

Huwa mixtieq li l-penalitajiet għall-vjolazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu ikunu imposti mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(10)

Għar-raġunijiet tat-trasparenza u s-sempliċità, id-disposizzjonijiet ewlenija tar-Regolament (KE) Nru 1294/1999 ġew inkorporati f'dan ir-Regolament u għalhekk ir-Regolament ta' qabel għandu jiġi mħassar. Għall-istess raġunijiet, ir-Regolament (KE) Nru 607/2000 ( 4 ) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 ( 5 ) għandhom ukoll jiġu mħassra.

(11)

Għandha ssir proċedura għall-emendament ta' l-Annessi ma' dan ir-Regolament u għall-għoti ta' eżenzjonijiet speċifiċi għall-għanijiet strettament umanitarji.

(12)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jaħseb għall-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri t'implimentazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni ( 6 ),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Il-fondi kollha miżmuma barra t-territorju tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja fil-pussess tas-Sur Milosevic u tal-persuni naturali assoċjati miegħu, kif imniżżel fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.  Ebda fondi m'għandhom jkunu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe persuna msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

 fondi jfissru: attiv finanzjaru u benfiċċji ekonomiċi ta' kwalunkwe xorta, inklużi, imma mhux neċessarjament limitati għal, flus kontanti, ċekkijiet, drittijiet fuq flus, mandati, “money orders” u strumenti oħra ta' ħlas; depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entijiet oħrajn, bilanċi fuq il-kontijiet, djun u obbligazzjonijiet tad-djun; garanziji negozjati pubblikament jew privatament u strumenti tad-djun, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrapreżentaw il-garanziji, titoli, noti, warrants, obbligazzjonijiet, kuntratti derivattivi; l-interessi, id-dividendi jew dħul ieħor fuq jew valur minn jew iġġenerat mill-attiv; kreditu, id-dritt ta' tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew rabtiet finanzjarji oħrajn; ittri ta' kreditu, poloz, atti ta' bejgħ; dokumenti li juru dritt fil-fondi jew ir-riżorsi finanzjarji, u kwalunkwe strument ieħor ta' finanzjament fuq l-esportazzjoni;

 l-iffriżar tal-fondi għandu jfisser: il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta' jew negozju tal-fondi f'kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe tibdil fil-volum tagħhom, l-ammont, il-post, il-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew tibdil ieħor li jagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż t-tħaddim tal-“portfolio”, ħlief li kwalunkwe interessi jew dħul riżultanti jew kwalunkwe kapital li jiħallas lura awtomatikament meta jimmaturaw kwalunkwe fondi għandhom jitħallsu u jinżammu f'kont iffriżat.

Artikolu 2

1.  Il-parteċipazzjoni, koxjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet relatati, li l-oġġett jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li n-negozji jew l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 jiġu promossi jew li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu evitati għandha tkun ipprojibita.

▼M4

2.  Kwalunkwe informazzjoni li d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu elużi għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II u/jew lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 1, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II għall-pajjiż fejn huma residenti jew ikunu jinstabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, lill-Kummissjoni; u

(b) jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  Kwalunkwe informazzjoni li tiġi pprovduta jew li tasal skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ngħatat jew waslet.

▼B

Artikolu 4

1.  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-kwistjonijiet imsemmija hawn taħt ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu (ċ) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' tmexxija msemmija fl-Artikolu 5(2).

▼M4

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa:

(a) li temenda l-Anness I, billi tqis id-deċiżjonijiet li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK,

(b) fuq bażi eċċezzjonali, li tagħti eżenzjonijiet għall-Artikolu 1 għal finijiet strettament umanitarji,

(ċ) li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

3.  Kwalunkwe talba minn persuna għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (b) jew għal emenda tal-Anness I, għandha ssir permezz tal-awtoritajiet kompetenti kif indikati fil-websites elenkati fl-Anness II.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bl-aktar mod sħiħ, l-informazzjoni pprovduta mill-persuni li jagħmlu talba.

▼B

Artikolu 5

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 2271/96.

2.  Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 10 ġranet tax-xogħol.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 6

1.  Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jeżamina l-kwistjonijiet kollha fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jistgħu jitqajjmu jew mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.

2.  Il-Kumitat għandu regolarment jirrevedi l-effettività tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-reviżjoni, tirraporta regolarment lill-Kunsill.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jagħtu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti għad-disposizzjoni tagħhom rigward dan ir-Regolament, b'mod partikulari informazzjoni rċevuta skond Artikolu 3, u dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar jew sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 8

Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi x'sanzjonijiet għandhom jiġu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru. Sanzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Qabel l-adozzjoni, fejn meħtieg, ta' kwalunkwe leġislazzjoni b'dan il-għan, is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru għandhom ikunu dawk determinati mill-Istati Membri skond Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1294/1999.

▼M4

Artikolu 8a

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 u jidentifikawhom fil-websites elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tal-websites tagħhom elenkati fl-Anness II qabel ma jidħlu fis-seħħ dawn il-bidliet.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, sal-15 ta’ Lulju 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

▼B

Artikolu 9

Ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/99 u 607/2000 u l-Artikolu 2 tar-Regolament 9 (KE) Nru 926/98 għandhom ikunu mħassra.

▼M4

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li hija ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-interezza tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I



Milosevic, Slobodan

Ex-President tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, imwieled f'Pozarevac, Ir-Repubblika tas-Serbja, nhar l-20 ta' Awissu 1941

Gajic-Milosevic, Milica

Mart ibnu, imwielda fl-1970

Markovic, Mirjana

Martu, imwielda nhar l-10 ta' Lulju 1942

Milosevic, Borislav

Ħuħ, imwieled fl-1936

Milosevic, Marija

Bintu, imwielda fl-1965

Milosevic, Marko

Ibnu, imwieled nhar it-2 ta' Lulju 1974

Milutinovic, Milan

President tas-Serbja, imwieled f'Belgrad, Repubblika tas-Serbja, nhar id-19 ta' Diċembru 1942

Ojdanic, Dragoljub

Ex-Ministru tad-Difiża, imwieled f'Ravni, Repubblika tas-Serbja, nhar l-1 ta' Ġunju 1941

Sainovic, Nikola

Ex-Deputat Prim Ministru, imwieled f'Bor, Repubblika tas-Serbja, nhar is-7 ta' Diċembru 1948

Stojilkovic, Vlajko

Ex-Ministru ta' l-Intern, imwieled f'Mala Krsna, Repubblika tas-Serbja, fl-1937

Mrksic, Mile

Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Vriginmost, il-Kroazja, nhar l-20 ta' Lulju 1947

Radic, Miroslav

Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled nhar l-1 ta' Jannar 1961

Sljivancanin, Veselin

Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Zabljak, Ir-Repubblika tal-Montenegro, nhar it-13 ta' Ġunju 1953'

▼M4




ANNESS II

Il-websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 u l-indirizzi għan-notifiki u t-talbiet lill-Kummissjoni Ewropea

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

▼M5

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

▼M4

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

ŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki u talbiet lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73



( 1 ) ĠU L 261, tal-14.10.2000, p. 1.

( 2 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 3 ) ĠU L 153, tad-19.6.1999, p. 63. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1440/2000 (ĠU L 161, 1.7.2000, p. 68).

( 4 ) ĠU L 73, tat-22.3.2000, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2227/2000 (ĠU L 261, 14.10.2000, p. 3).

( 5 ) ĠU L 130, ta' l-1.5.1998, p. 1.

( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.