2000R2488 — MT — 01.05.2004 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2488/2000

ta' l-10 ta' Novembru 2000

li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98

(ĠU L 287, 14.11.2000, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 1205/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001

  L 163

14

20.6.2001


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2488/2000

ta' l-10 ta' Novembru 2000

li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni 2000/599/CFSP tad-9 ta' Ottubru 2000 dwar appoġġ għar-RFJ demokratika u t-tneħħija minnufih ta' xi miżuri restrittivi ( 1 ), u għall-Posizzjoni Komuni 2000/696/CFSP ta' l-10 ta' Novembru 2000 dwar iż-żamma ta' miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra is-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li:

(1)

Fil-15 ta' Ġunju 1999, il-Kunsill addotta r-Regolament (KE) Nru 1294/1999 li jikkonċerna l-iffriżar tal-fondi u l-projbizzjoni fuq l-investiment dwar ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (RFJ) ( 3 ) minħabba l-vjolazzjoni kontinwa tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali umanitarja mill-Gvern ta' dak il-pajjiż.

(2)

Wara l-elezzjonijiet fl-24 ta' Settembru 2000, President ġdid tar-RFJ kien elett b'mod demokratiku u maħluf formalment, jiġifieri s-Sur V. Kostunica.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2000, il-Kunsill approva dikjarazzjoni fuq ir-RFJ li titlob it-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha imposti fuq ir-RFJ mill-1998, bl-eċċezzjoni tad-disposizzjonijiet li jaffettwaw il-President tar-RFJ ta' qabel, is-Sur Slobodan Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu, peress li jkomplu jirrappreżentaw theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija fir-RFJ.

(4)

Għalhekk, l-iskop tad-disposizzjonijiet tal-qafas legali preżenti li jikkonċernaw l-iffriżar tal-fondi miżmuma barra mill-Gvernijiet tar-RFJ u tar-Repubblika tas-Serbja għandhom ikunu limitati li jkopru lis-Sur Milosevic u l-persuni assoċjati miegħu.

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu fi ħdan l-iskop tat-Trattat.

(6)

Għalhekk, u bil-għan li jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, il-leġiżlazzjoni Komunitarja hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija safejn għandu x'jaqsam it-territorju tal-Komunità. Territorju bħal dan huwa meqjus li jħaddan, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorji kollha ta' l-Istati Membri li għalihom hu applikabbli dan it-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet msemmija fit-Trattat.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, ikollhom is-setgħa li jassiguraw konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(8)

Hemm il-bżonn għall-Kummissjoni u l-Istati Membri li jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u b'tagħrif rilevanti iehor għad-disposizzjoni tagħhom fuq dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi eżistenti fejn għandhom x'jaqsmu xi oġġetti.

(9)

Huwa mixtieq li l-penalitajiet għall-vjolazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu ikunu imposti mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(10)

Għar-raġunijiet tat-trasparenza u s-sempliċità, id-disposizzjonijiet ewlenija tar-Regolament (KE) Nru 1294/1999 ġew inkorporati f'dan ir-Regolament u għalhekk ir-Regolament ta' qabel għandu jiġi mħassar. Għall-istess raġunijiet, ir-Regolament (KE) Nru 607/2000 ( 4 ) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 ( 5 ) għandhom ukoll jiġu mħassra.

(11)

Għandha ssir proċedura għall-emendament ta' l-Annessi ma' dan ir-Regolament u għall-għoti ta' eżenzjonijiet speċifiċi għall-għanijiet strettament umanitarji.

(12)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jaħseb għall-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri t'implimentazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni ( 6 ),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Il-fondi kollha miżmuma barra t-territorju tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja fil-pussess tas-Sur Milosevic u tal-persuni naturali assoċjati miegħu, kif imniżżel fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.  Ebda fondi m'għandhom jkunu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe persuna msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

 fondi jfissru: attiv finanzjaru u benfiċċji ekonomiċi ta' kwalunkwe xorta, inklużi, imma mhux neċessarjament limitati għal, flus kontanti, ċekkijiet, drittijiet fuq flus, mandati, “money orders” u strumenti oħra ta' ħlas; depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entijiet oħrajn, bilanċi fuq il-kontijiet, djun u obbligazzjonijiet tad-djun; garanziji negozjati pubblikament jew privatament u strumenti tad-djun, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrapreżentaw il-garanziji, titoli, noti, warrants, obbligazzjonijiet, kuntratti derivattivi; l-interessi, id-dividendi jew dħul ieħor fuq jew valur minn jew iġġenerat mill-attiv; kreditu, id-dritt ta' tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew rabtiet finanzjarji oħrajn; ittri ta' kreditu, poloz, atti ta' bejgħ; dokumenti li juru dritt fil-fondi jew ir-riżorsi finanzjarji, u kwalunkwe strument ieħor ta' finanzjament fuq l-esportazzjoni;

 l-iffriżar tal-fondi għandu jfisser: il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta' jew negozju tal-fondi f'kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe tibdil fil-volum tagħhom, l-ammont, il-post, il-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew tibdil ieħor li jagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż t-tħaddim tal-“portfolio”, ħlief li kwalunkwe interessi jew dħul riżultanti jew kwalunkwe kapital li jiħallas lura awtomatikament meta jimmaturaw kwalunkwe fondi għandhom jitħallsu u jinżammu f'kont iffriżat.

Artikolu 2

1.  Il-parteċipazzjoni, koxjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet relatati, li l-oġġett jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li n-negozji jew l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 jiġu promossi jew li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu evitati għandha tkun ipprojibita.

2.  Kwalunkwe informazzjoni li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu evitati għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness II u/jew lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-banek, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, kumpaniji ta' l-assigurazzjoni, u korpi oħrajn u persuni għandhom:

(a) jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilta l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-kontijiet u l-ammonti ffirżati skond l-Artikolu 1:

 lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness II fejn huma residenti jew jinstabu, u

 direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni,

(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew irċevuta skond dan l-Artikolu għandha tiġi wżata biss għall-iskopijiet li għalihom kienet mogħtija jew irċevuta.

3.  Kwalunwke informazzjoni direttament irċevuta mill-Kummissjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.

Artikolu 4

1.  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-kwistjonijiet imsemmija hawn taħt ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu (ċ) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' tmexxija msemmija fl-Artikolu 5(2).

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li:

(a) temenda l-Anness I, billi tikkunsidra d-deċiżjonijiet li jimplimentaw il-Posizzjoni Komuni 2000/696/CFSP,

(b) fuq bażi eċċezzjonali, li tagħti eżenzjonijiet lill-Artikolu 1 għal skopijiet strettament umanitarji.

(ċ) fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fornita mill-Istati Membri, li temenda t-tagħrif fuq awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness II.

3.  Kwalunkwe talba minn persuna għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) jew għal emenda ta' l-Anness I għandha ssir permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness II.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bl-akbar reqqa possibli, l-informazzjoni mogħtija mill-persuni li jagħmlu talba.

Artikolu 5

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 2271/96.

2.  Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 10 ġranet tax-xogħol.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 6

1.  Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jeżamina l-kwistjonijiet kollha fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jistgħu jitqajjmu jew mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.

2.  Il-Kumitat għandu regolarment jirrevedi l-effettività tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-reviżjoni, tirraporta regolarment lill-Kunsill.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jagħtu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti għad-disposizzjoni tagħhom rigward dan ir-Regolament, b'mod partikulari informazzjoni rċevuta skond Artikolu 3, u dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar jew sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 8

Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi x'sanzjonijiet għandhom jiġu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru. Sanzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Qabel l-adozzjoni, fejn meħtieg, ta' kwalunkwe leġislazzjoni b'dan il-għan, is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru għandhom ikunu dawk determinati mill-Istati Membri skond Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1294/1999.

Artikolu 9

Ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/99 u 607/2000 u l-Artikolu 2 tar-Regolament 9 (KE) Nru 926/98 għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

 fi ħdan it-territorju tal-Komunità inkluża l-arja tagħha,

 abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru,

 għal kwalunkwe persuna tkun fejn tkun li hija ċittadin ta' Stat Membru,

 għal kwalunkwe korp li hu inkorportat jew ikkostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-interezza tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I



Milosevic, Slobodan

Ex-President tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, imwieled f'Pozarevac, Ir-Repubblika tas-Serbja, nhar l-20 ta' Awissu 1941

Gajic-Milosevic, Milica

Mart ibnu, imwielda fl-1970

Markovic, Mirjana

Martu, imwielda nhar l-10 ta' Lulju 1942

Milosevic, Borislav

Ħuħ, imwieled fl-1936

Milosevic, Marija

Bintu, imwielda fl-1965

Milosevic, Marko

Ibnu, imwieled nhar it-2 ta' Lulju 1974

Milutinovic, Milan

President tas-Serbja, imwieled f'Belgrad, Repubblika tas-Serbja, nhar id-19 ta' Diċembru 1942

Ojdanic, Dragoljub

Ex-Ministru tad-Difiża, imwieled f'Ravni, Repubblika tas-Serbja, nhar l-1 ta' Ġunju 1941

Sainovic, Nikola

Ex-Deputat Prim Ministru, imwieled f'Bor, Repubblika tas-Serbja, nhar is-7 ta' Diċembru 1948

Stojilkovic, Vlajko

Ex-Ministru ta' l-Intern, imwieled f'Mala Krsna, Repubblika tas-Serbja, fl-1937

Mrksic, Mile

Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Vriginmost, il-Kroazja, nhar l-20 ta' Lulju 1947

Radic, Miroslav

Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled nhar l-1 ta' Jannar 1961

Sljivancanin, Veselin

Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Zabljak, Ir-Repubblika tal-Montenegro, nhar it-13 ta' Ġunju 1953'

▼B




ANNESS II

Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2(2), 3 u 4

IL-BELĠJU

Ministère des finances

“Trésorerie”

Avenue des Arts 30

B-1040 Bruxelles

Fax (32 2) 233 75 18

▼A1

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo financí

Finanční analytický útvar

P.O. BOX 675

Jindřišská 14

111 21 Praha 1

Tel.: +420 2 57 044 501

Fax.: +420 2 57044502

▼B

ID-DANIMARKA

Erhvervsfremmestyrelsen

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Tlf. (45) 35 46 60 00

Fax (45) 35 46 62 03

IL-ĠERMANJA

Landeszentralbank in Baden-Württemberg

Postfach 10 60 21

D-70049 Stuttgart

Tel. (07 11) 944-11 20/21/23

Fax (07 11) 944-19 06

Landeszentralbank im Freistaat Bayern

D-80291 München

Tel. (0 89) 28 89-32 64

Fax (0 89) 28 89-38 78

Landeszentralbank in Berlin und Brandenburg

Postfach 11 01 60

D-10831 Berlin

Tel. (0 30) 34 75/11 10/15/20

Fax (0 30) 34 75/11 90

Landeszentralbank in der Freien Hansestadt Hamburg, in Mecklenburg-Vorpommern und Schleswig-Holstein

Postfach 57 03 48

D-22772 Hamburg

Tel. (0 40) 37 07-66 00

Fax (0 40) 37 07-66 15

Landeszentralbank in Hessen

Postfach 11 12 32

D-60047 Frankfurt am Main

Tel. (0 69) 23 88-19 20

Fax (0 69) 23 88-19 19

Landeszentralbank in der Freien Hansestadt Bremen, in Niedersachsen und Sachsen-Anhalt

Postfach 2 45

D-30002 Hannover

Tel. (05 11) 30 33-27 23

Fax (05 11) 30 33-27 30

Landeszentralbank in Rheinland-Pfalz und im Saarland

Postfach 10 11 48

Tel. (02 11) 8 74-23 73/31 59

Fax (02 11) 8 74-23 78

Landeszentralbank in den Freistaaten Sachsen und Thüringen

Postfach 90 11 21

D-04103 Leipzig

Tel. (03 41) 8 60-22 00

Fax (03 41) 8 60-23 89

Bundesausfuhramt

Referat 214

Postfach 51 60

D-65726 Eschborn

Tel. (0 61 96) 9 08-0

Fax (0 61 96) 9 08-412

▼A1

L-ESTONJA

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel: +372 66 80 500

Fax: +372 66 80 501

▼B

IL-GREĊJA

Is-Segretarju Ġenerali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali tal-Ministeru ta' l-Ekonomija Nazzjonali

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ

Director V. Voutsinas

Ermou and Cornarou 1

GR-105 63 Athens

Tel. (301) 32 86 431-32

Fax (301) 32 86 434

L-ISPANJA

Ministerio de Economía

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

Tel.: (34 91) 349 39 83

Fax: (34 91) 349 35 62

Dirección General del Tesoro y Política Financiera

Paseo del Prado, 6

E-28014 Madrid

Tel.: (34 91) 209 95 11

Fax: (34 91) 209 96 56

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction du Trésor

Bureau E1

139, rue du Bercy

F-75572 Paris-cedex 12 SP

L-IRLANDA

L-Artikli 2( 2) u 3.

Central Bank of Ireland

Financial Markets Department

Dame Street

Dublin 2

Ireland

Tel. (353 1) 671 66 66

Artikolu 4 (2).

Department of Foreign Affairs

Bilateral Economic Relations Section

76-78 Hartcourt Street

Dublin 2

Ireland

Tel. (353 1) 408 24 92

L-ITALJA

Ministero del Commercio estero - ROMA

Gabinetto

Tel. (39 06) 59 93 23 10

Fax (39 06) 59 64 74 94

▼A1

ĊIPRU

Υπουργείο Εξωτερικών

Λεωφόρος Προεδρικού Μεγάρου

1447 Λευκωσία

(Ministry of Foreign Affairs Presidential Palace Avenue 1447 Nicosia)

Tel: +357-22-300600

Fax: +357-22-661881

Γενικός Εισαγγελέας της Δημοκρατίας

Οδός Απελλή Αρ. 1

1403 Λευκωσία

(Attorney General of the Republic 1 Apellis Street 1403 Nicosia)

Tel: +357-22-889100

Fax: +357-22-665080

IL-LATVJA

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības bulvāris 36

Rīga

LV 1395

Tel: +371 7016201

Fax: +371 7828121

IL-LITWANJA

Lietuvos Respublikos užsienio reikalų ministerija

J. Tumo-Vaižganto 2

LT-2600 Vilnius

Tel: +370 5 236 24 44

Fax. +370 5 231 30 90

▼B

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères

Direction des relations économiques internationales et de la coopération

BP 1602

L-1016 Luxembourg

▼A1

L-UNGERIJA

Pénzügyminisztérium

József nádor tér 2-4.

1051 Budapest

Tel: +36-1-327 2100

Fax: +36-1-318 2570

MALTA

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356 21 24 28 53

Fax: +356 21 25 15 20

▼B

L-OLANDA

Ministerie van Financiën

Directie Wetgeving, Juridische en Bestuurlijke Zaken

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

Nederland

Tel. (31-70) 342 82 27

Fax (31-70) 342 79 05

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für wirtschaftliche Angelegenheiten

Abteilung II/A/2

Landstrasser Hauptstraße 55-57

A-1030 Wien

Österreichische Nationalbank

Otto Wagnerplatz 3

A-1090 Wien

Tel. (43 1) 40 420

▼A1

IL-POLONJA

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Departament Prawno - Traktatowy

Al. J. Ch. Szucha 23

PL-00-580 Warszawa

Tel: +48 22 523 93 48

Fax: +48 22 523 91 29

▼B

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

Avenida Infante D. Henrique, n.o 1C, 2.o

P-1100-273 Lisboa

▼A1

IS-SLOVENJA

Artikoli 2(2), u 3:

Banka Slovenije

Slovenska 35

1505 Ljubljana

Tel: +386 (1) 471 90 00

Fax: +386 (1) 251 55 16

http://www.bsi.si

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo financií

Štefanovičova 5

817 82 Bratislava

Tel: +421 2 5 958 2201

Fax: +421 2 5 249 3531

▼B

IL-FINLANDJA

Ulkoasiainministeriö

PL 176

FIN-00161 Helsinki

Utrikesministeriet

PB 176

FIN-00161 Helsingfors

L-IŻVEZJA

Artikolu 2 (2).

Riksåklagaren

Box 16370

S-103 27 Stockholm

Tfn (46-8) 453 66 00

Fax (46-8) 453 66 99

L-Artikli 3 u 4(2).

Regeringskansliet

Utrikesdepartementet

Rättssekretariatet för EU-frågor

Fredsgatan 6

S-103 39 Stockholm

Tfn (46-8) 405 10 00

Fax (46-8) 723 11 76

IR-RENJU UNIT

Bank of England

Sanctions Emergency Unit

London EC2R 8AH

Tel. (44 207) 601 46 07

Fax (44 207) 601 43 09

HM Treasury

International Financial Services

Parliament Street

London SW1P 3AG

Tel. (44 207) 207 55 50

Fax (44 207) 207 43 65



( 1 ) ĠU L 261, tal-14.10.2000, p. 1.

( 2 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 3 ) ĠU L 153, tad-19.6.1999, p. 63. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1440/2000 (ĠU L 161, 1.7.2000, p. 68).

( 4 ) ĠU L 73, tat-22.3.2000, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2227/2000 (ĠU L 261, 14.10.2000, p. 3).

( 5 ) ĠU L 130, ta' l-1.5.1998, p. 1.

( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.