02000A1028(01) — MT — 01.03.2008 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
(ĠU L 276 28.10.2000, p. 45) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 66 |
24 |
12.3.2005 |
||
|
L 141 |
69 |
2.6.2007 |
||
Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra ( *1 )
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-RENJU TA' L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
Patijiet għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjħa “L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea”,
IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità”,
min-naħa l-waħda, u
L-ISTATI UNITI MESSIKANI, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Messiku”,
min-naħa l-oħra,
JIKKUNSIDRAW il-wirt kulturali komuni u r-rabtiet qawwija storiċi, politiċi u ekonomiċi li jgħaqqduhom;
KONXJI mill-għan aktar wiesgħa li jiġi żviluppat u msaħħaħ il-qafas totali ta' relazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari, bejn l-Ewropa u l-Amerika Latina;
JIKKUNSIDRAW il-kontribuzzjoni sinjifikanti magħmula mill-Qafas ta' Ftehim għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Messiku ffirmat fis-26 April 1991 fil-Lussemburgu sabiex jissaħħu dawn ir-rabtiet;
JIKKUNSIDRAW l-interess ta' xulxin li jistabbilixxu kuntatti ġodda kontrattwali sabiex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom, l-aktar permezz ta' djalogu politiku akbar, il-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ, il-liberalizzazzjoni ta' ħlasijiet kurrenti, movimenti tal-kapital u transazzjonijiet li ma jidhrux, il-promozzjoni ta' l-investiment u permezz ta' koperazzjoni aktar wiesgħa;
JIKKUNSDIRAW ir-rabta sħiħa tagħhom li jirrispettaw il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem stipulati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll il-prinċipji tal-liġi internazzjonali rigward relazzjonijiet ta' ħbiberija u koperazzjoni bejn Stati skond il-Karta tal-Ġnus Magħquda, il-prinċipji tar-regola tal-liġi u gvern tajjeb, kif stipulati fid-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Grupp ta' Rio/Unjoni Ewropea adottata f'São Paulo fl-1994;
KONXJI illi sabiex jiġu intensifikati r-relazzjonijiet fl-oqsma kollha ta' interess komuni, d-djalogu politiku tagħhom għandu jiġi istituzzjonalizzat kemm fil-livell bilaterali kif ukoll fil-livell internazzjonali;
WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li ż-żewġ Partijiet jagħtu lill-prinċipji u valuri stipulati fid-Dikjarazzjoni finali tas-Sammit Dinji għall-Iżvilupp Soċjali f'Copenhagen f'Marzu 1995;
KONXJI mill-importanza li ż-żewġ Partijiet jagħtu lill-implimentazzjoni korretta tal-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli, kif miftiehem u stipulat fl-Aġenda 21 tad-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp;
JIKKUNSIDRAW ir-rabta tagħhom mal-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u konxji mill-importanza tar-rabta tagħhom mill-kummerċ internazzjonali ħieles f'konformità mar-regoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u fil-kapaċità tagħhom bħala membri ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD), b'enfasi partikolari fuq l-importanza ta' reġjonaliżmu miftuħ;
KONXJI mit-termini tad-Dikjarazzjoni Solenni Konġunta ffirmata f'Pariġi fit-2 Mejju 1995 li fiħa ż-żewġ Partijiet iddeċidew li jagħtu lir-relazzjoni bilaterali tagħhom perspettiva fuq perjodu twil fl-oqsma kollha,
IDDEĊIDEW li jaslu f'dan il-Ftehim:
TITOLU I
NATURA U KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Bażi tal-Ftehim
Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, proklamati mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, isostni l-politika domestika u esterna taż-żewġ Partijiet u jikkostitwixxi element essenzali ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Natura u Kamp ta' Applikazzjoni
L-objettiv ta' dan il-Ftehim huwa li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet eżistenti bejn il-Partijiet skond il-bażi tar-reċiproċita u l-interess ta' xulxin. Għal dan il-għan, il-Ftehimi għandu jistituzzjonalizza d-djalogu politiku, jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi permezz tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ f'konformità mar-regoli tal-WTO u għandu jsaħħaħ u jwessa' l-koperazzjoni.
TITOLU II
DJALOGU POLITIKU
Artikolu 3
1. Il-Partijiet jaqblu li jistituzzjonalizzaw djalogu politiku intensifikat ibbażat fuq il-prinċipji li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1 li jkopru s-suġġetti kollha bilaterali u internazzjonali ta' interess lill-xulxin u li jwasslu għal konsultazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Partijiet fil-kuntest ta' l-organizzazzjonijiet li t-tnejn li huma jifformaw parti minnhom.
2. Il-djalogu għandu jitmexxa skond “Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea u l-Messiku dwar id-Djalogu Politiku”, li għandha tifforma parti integrali mill-Ftehim u li tinsab fl-Att Finali.
3. Id-djalogu ministerjali li hemm provdut dwaru fid-Dikjarazzjoni Konġunta għandu jsir l-aktar fil-Kunsill Konġunt stabbilit bl-Artikolu 45.
TITOLU III
IL-KUMMERĊ
Artikolu 4
OBJETTIV
L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi qafas sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kummerċ f'merkanzija u servizzi, wara li jkun ikkonsidrat in-natura sensittiva ta' ċerti prodotti u setturi ta' servizz u skond ir-regoli relevanti tal-WTO.
Artikolu 5
Kummerċ f'merkanzija
Sabiex jinkiseb l-objettiv stipulat fl-Artikolu 4, il-Kunsill Konġunt għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti u l-orarju għal liberalizzazzjoni bilaterali, progressiva u reċiproka tal-barrieri tat-tariffa u mhux tat-tariffa għall-kummerċ f'merkanzija, skond ir-regoli relevanti tal-WTO, b'mod partikolari l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), u kkonsidrat in-natura sensittiva ta' ċerti prodotti. Din id-deċiżjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, is-suġġetti li ġejjin:
(a) perjodi li jkopru u ta' transizzjoni;
(b) dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti;
(ċ) restrizzjonijiiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u miżuri li għandhom effett ekwivalenti;
(d) trattament nazzjonali inkluża l-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni fiskali fir-rigward ta' taxxi mposti fuq merkanzija;
(e) miżuri kontra r-rimi u protettivi;
(f) miżuri ta' salvagward u ta' sorveljanza;
(g) regoli ta' oriġini u koperazzjoni amministrattiva;
(h) koperazzjoni tad-dwana;
(i) valutazzjoni tad-dwana;
(j) regolamenti u standards tekniċi, leġiżlazzjoni sanitarja u fitosanitarja, għarfien ta' stimi ta' konformità ta' xulxin, ċertifikazzjoni, sistema ta' marki, inter alia;
(k) eċċezzjonijiet ġustifikati għar-raġunijiet ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tal-ħajja umana, ta' l-annimali jew tal-ħxejjex jew is-saħħa; il-protezzjoni tal-propjetà industrijali, intelletwalli u kummerċjali, inter alia;
(l) restrizzjonijiet fil-każ ta' diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti.
Artikolu 6
Kummerċ f'servizzi
Sabiex jinkiseb l-objettiv stipulat fl-Artikolu 4, il-Kunsill Konġunt għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa għal liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ fis-servizzi, skond ir-regoli relevanti tal-WTO, b'mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi fis-Servizzi (GATS), u kkonsidrati l-impenji li diġa daħlu għalihom il-Partijiet fi ħdan il-qafas ta' dak il-Ftehim.
Artikolu 7
Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt li ssir riferenza għalih fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta' kummerċ fl-merkanzija u servizzi, għandhom ikopru b'mod adegwat dawn il-kwistjonijiet kollha fi ħdan qafas komprensiv u għandhom jidħlu fis-seħħ malli jiġu adottati.
TITOLU IV
MOVIMENTI TA' KAPITAL U ĦLASIJIET
Artikolu 8
Movimenti ta' kapital u ħlasijiet
L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi qafas sabiex jinkoraġġixxi l-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka ta' movimenti ta' kapital u ħlasijiet bejn il-Messiku u l-Komunità, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra f'dan il-Ftehim u aktar obbligazzjonijiet taħt patti ta' ftehim oħra internazzjonali li huma applikabbli bejn il-Partijiet.
Artikolu 9
Sabiex jinkiseb l-objettiv stipulat fl-Artikolu 8, il-Kunsill Konġunt għandu jadotta l-miżuri u l-orarju għall-eliminazzjoni progressiva u reċiproka tar-restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta' kapital u ħlasijiet bejn il-Partijiet, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra f'dan il-Ftehim u aktar obbligazzjonijiet taħt patti ta' ftehim oħra internazzjonali li huma applikabbli bejn il-Partijiet.
Din id-deċiżjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, is-suġġetti li ġejjin:
(a) id-definizzjoni, kontenut, estensjoni u sustanza tal-kunċetti inklużi espliċitament jew impliċitament f'dan it-Titolu;
(b) transazzjonijiet kapitali u ħlasijiet, inklużi trattament nazzjonali, li għandu jiġi kopert mill-liberalizzazzjoni;
(ċ) skop tal-liberalizzazzjoni u l-perjodi ta' transizzjoni;
(d) l-inklużjoni ta' klawsola li tippermetti lill-Partijiet li jżommu restrizzjonijiet f'dan il-qasam ġustifikati għal raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika, saħħa pubblika u difiża;
(e) l-inklużjoni ta' klawsoli li jippermettu lill-Partijiet li jintroduċu restrizzjonijiet f'dan il-qasam f'każ ta' diffikultajiet fit-tħaddim ta' politika ta' rati tal-kambju jew monetarja ta' wieħed mill-Partijiet, diffikultajiet ta' bilanċ ta' pagamenti jew, f'konformità mal-liġi internazzjonali, l-imposizzjoni ta' restrizzjonijiet finanzjarji fuq pajjiżi terzi.
TITOLU V
L-AKKWIST PUBBLIKU, KOMPETIZZJONI, PROPRJETÀ INTELLETTWALI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA LI GĦANDHOM X' JAQSMU MAL-KUMMERĊ
Artikolu 10
L-akkwist pubbliku
1. Il-Partijiet għandhom jaqblu mal-ftuh gradwali u għal xulxin ta' swieq miftehma ta' l-akkwist tal-gvern fuq bażi reċiproka.
2. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, il-Kunsill Konġunt għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa u orarju. Din id-deċiżjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, is-suġġetti li ġejjin:
(a) kopertura tal-liberalizzazzjoni miftehma;
(b) aċċess mingħajr diskriminazzjoni għas-swieq miftehma;
(ċ) valuri bażiċi;
(d) proċeduri ġusti u trasparenti;
(e) proċeduri ċari ta' sfida;
(f) l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni.
Artikolu 11
Il-Kompetizzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-miżuri xierqa sabiex jevitaw tgħawwiġ jew restrizzjonijiet ta' kompetizzjoni li jistgħu jaffettwaw b'mod sinjifikanti l-kummerċ bejn il-Messiku u l-Komunità. Għal dan il-għan, il-Kunsill Konġunt għandu jistabbilixxi mekkaniżmi ta' koperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tagħhom li jkollu r-responsabilità ta' l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni. Dik il-koperazzjoni għandha tinkludi l-assistenza legali lil xulxin, in-notifka, konsultazzjoni u bdil ta' informazzjoni sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward ta' l-infurzar tal-liġijiet u politika tal-kompetizzjoni.
2. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, il-Kunsill Konġunt għandu jiddeċiedi b'mod partikolari, dwar is-suġġetti li ġejjin:
(a) ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi flimkien u bi ftehim bejn impriżi;
(b) l-abbuż minn impriża waħda jew aktar ta' posizzjoni dominanti;
(ċ) inkorporazzjoni bejn impriżi;
(d) monopolji ta' l-istat ta' natura kummerċjali;
(e) impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom ikunu ngħataw drittijiet speċjali jew esklussivi.
Artikolu 12
Propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali
1. Waqt li jaffermaw mill-ġdid l-importanza kbira li jagħtu lill-protezzjoni ta' drittijiet ta' propjetà intellettwali (dritt ta' l-awtur – inkluz id-dritt ta' l-awtur fi programmi tal-kompjuter u databases u drittijiet qrib tagħhom, id-drittijiet relatati għal patenti, disinji industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi t-titoli ta' oriġini, trejdmark, topografiji ta' ċirkuwiti integrati, kif ukoll protezzjoni kontra l-kompetizzjoni inġusta kif issir riferenza għaliha fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Propjetà Industrijali u l-protezzjoni ta' informazzjoni sigrieta), il-Partijiet jintrabtu li jistabbilixxu l-miżuri xierqa bil-għan li jiżguraw protezzjoni adegwata u effettiva skond l-ogħla standards internazzjonali, inklużi mezzi effettivi sabiex jiġu infurzati dawk id-drittijiet.
2. Għal dan il-għan il-Kunsill Konġunt għandu jiddeċiedi dwar:
(a) mekkaniżmu għall-konsultazzjoni bil-għan li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti għal kulhadd fil-każ ta' diffikultajiet fil-protezzjoni tal-propjeta intellettwali;
(b) il-miżuri dettaljati li għandhom jiġu adottati skond l-objettiv stipulat fil-paragrafu 1, ikkonsidrat b'mod partikolari tal-konvenzjonijiet multilaterali relevanti dwar il-propjetà intellettwali.
TITOLU VI
IL-KOPERAZZJONI
Artikolu 13
Id-Djalogu dwar il-koperazzjoni u suġġetti ekonomiċi
1. Il-Kunsill Konġunt għandu jibda djalogu regolari sabiex jintensifika u itejjeb il-koperazzjoni li hemm provdut dwarha f'dan it-Titolu li għandha tinkludi, b'mod partikolari:
(a) bdil ta' informazzjoni u r-reviżjoni perjodika ta' l-iżvilupp tal-koperazzjoni;
(b) il-koordinazzjoni u s-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tal-ftehim settorjali li hemm provdut dwarhom f'dan il-Ftehim, kif ukoll l-ezami tal-possibilità ta' ftehim ġodda ta' dan it-tip.
2. Il-Kunsill Konġunt għandu wkoll jistabbilixxi djalogu regolari dwar suġġetti ekonomiċi li għandhom jinkludu l-analiżi u l-bdil ta' informazzjoni, b'mod partikolari dwar l-aspetti makro-ekonomiċi, sabiex jistimulaw il-kummerċ u l-investimenti.
Artikolu 14
Il-Koperazzjoni industrijali
1. Il-Partijiet għandhom jappoġġaw u jippromwovu miżuri sabiex jiżviluppaw u jsaħħu l-isforzi sabiex jagħtu bidu għal tmexxija dinamika, integrata u diċentralizzata tal-koperazzjoni industrijali sabiex tinħoloq klima li twassal għall-iżvilupp ekonomiku, ikkonsidrati l-interessi ta' xulxin.
2. Dik il-koperazzjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq:
(a) it-tisħiħ tal-kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi taż-żewġ Partijiet, permezz ta' konferenzi, seminars, missjonijiet sabiex jidentifikaw opportunitajiet industrijali u tekniċi, assembleji konsultattivi, fieri ġenerali u dwar oqsma speċifiċi, bil-għan li jiġu identifikati u wżati oqsma ta' negozju ta' interess għaż-żewġ naħat u li jingħataw spinta l-kummerċ, l-investiment u l-koperazzoni industrijali u proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija;
(b) li jisaħħaħ u jiġi estiżi d-djalogu eżistenti bejn l-operaturi ekonomiċi taż-żewġ Partijiet permezz tal-promozzjoni ta' aktar attivitajiet ta' konsultazzjoni u koordinazzjoni sabiex jiġu identifikati u eliminati l-ostakoli għall-koperazzjoni industrijali, sabiex jiġi inkoraġġit ir-rispett għar-regoli tal-kompetizzjoni, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-miżuri kollha u sabiex l-industrijia tiġi mgħejuna tadatta ruħha għall-ħtiġiet tas-suq;
(ċ) il-promozzjoni ta' inizjattivi ta' koperazzjoni industrijali fil-kuntest tal-proċess ta' privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni taż-żewġ Partijiet sabiex jiġu inkoraġġiti l-investiment permezz tal-koperazzjoni industrijali bejn impriżi;
(d) appoġġ għall-modernizzazzjoni, diversifikazzjoni, innovazzjoni, taħriġ, riċerka u żvilupp u inizjattivi ta' kwalità;
(e) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żewġ Partijiet fi proġetti piloti u fi programmi speċjali skond it-termini speċifiċi tagħhom.
Artikolu 15
Promozzjoni ta' l-investiment
Il-Partijiet għandhom jgħinu sabiex jiġi maħluq ambjent attraenti u stabbli għall-investiment reċiproku.
Dik il-koperazzjoni għandha tieħu l-forma inter alia ta':
(a) arraġamenti għall-informazzjoni, identifikazzjoni u tqassim rigward il-leġiżlazzjoni u opportunitajiet għall-investiment;
(b) appoġġ għall-iżvilupp ta' ambjent legali li jwassal għall-investiment bejn il-Partijiet, fejn ikun xieraq, bil-konklużjoni bejn l-Istati Membri u l-Messiku, ta' ftehim sabiex jippromwovu u jipproteġu l-investiment u ftehim sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja;
(ċ) l-iżvilupp ta' proċeduri amministrattivi armonizzati u simplifikati;
(d) l-iżvilupp ta' mekkaniżmi għal investimenti konġunti, b'mod partikolari, ma' l-entrapriżi żgħar u ta' daqs medju taż-żewġ Partijiet.
Artikolu 16
Is-servizzi finanzjarji
1. Il-Partijiet jintrabtu li jistabbilixxu koperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f'konformità mal-liġijiet tagħhom, regolamenti u politika u skond ir-regoli u dixxiplini tal-GATS, fid-dawl ta' l-interess ta' xulxin u l-objettivi ekonomiċi fuq perjodu twil u perjodu daqsxejn twil.
2. Il-Partijiet jiftehmu li jaħdmu flimkien kemm bilaterlament u fil-livell multilaterali sabiex iżidu l-ftehim ta' xulxin u l-għarfien ta' l-ambjenti tan-negozju rispettivi u sabiex iwasslu għal bdil ta' informazzjoni dwar regolamenti finanzjarji, sorveljanza finanzjarja u kontroll u aspetti oħra ta' interess komuni.
3. Dik il-koperazzjoni għandu jkollha l-objettiv partikolari li tinkoraġġixxi prodottività aħjar u diversifikata u kompetività fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
Artikolu 17
Il-koperazzjoni dwar entrapriżi żgħar u ta' daqs medju
1. Il-Partijiet għandhom jippromwovu ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta' entrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
2. Dik il-koperazzjoni għandha tikkonsisti fi:
(a) promozzjoni ta' kuntratti bejn l-operaturi ekonomiċi, li jiġu inkoraġġuti investimenti u t-twaqqif ta' entrapriżi bejn tnejn u sistemi ta' informazzjoni permezz ta' programmi eżistenti orizzontali bħal ECIP, AL-INVEST, BRE u BC-NET;
(b) li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi, tiġi provduta informazzjoni u stimulata l-innovazzjoni.
Artikolu 18
Regolamenti tekniċi u stima tal-konformità
Il-Partijiet jintrabtu li jikkoperaw dwar regolamenti tekniċi u stima tal-konformità.
Artikolu 19
Dwana
1. L-iskop tal-koperazzjoni dwar id-dwana għandu jkun li jiġi żgurat il-kummerċ ġust. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-koperazzjoni dwar id-dwana bil-għan li jiġi mtejjeb u konsolidat il-qafas legali għar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom.
2. Dik il-koperazzjoni għandha tittrata, b'mod partikolari, is-segwenti:
(a) bdil ta' informazzjoni;
b) l-iżvilupp ta' tekniċi ġodda ta' taħrig u koordinazzjoni ta' l-attivitajiet li għandhom jiġu assunti f'organizzazzjonijiet internazzjonali li jispeċjalizzaw f'dan il-qasam;
(ċ) bdil ta' uffiċjali u impjegati anzjani minn amministrazzjonijiet tad-dwana u tat-taxxa;
(d) is-simplifikar ta' proċeduri tad-dwana għall-ħelsien ta' merkanzija;
(e) għajnuna teknika, kull meta tkun meħtieġa.
3. Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' koperazzjoni li hemm provdut dwarhom taħt dan il-Ftehim, il-Partijiet itennu l-interess tagħhom li jikkunsidraw, fil-futur, l-iffinalizzar ta' Protokoll dwar għajnuna lil xulxin fil-qasam tad-dwana, fi ħdan il-qafas istituzzjonali stipulat f'dan il-Ftehim.
Artikolu 20
Is-soċjetà ta' l-informazzjoni
1. Il-Partijiet jgħarfu li t-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni huma elementi importanti tal-ħajja moderna u ta' importanza vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.
2. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tiffoka b'mod partikolari fuq:
(a) djalogu dwar l-aspetti kollha tas-soċjetà ta' l-informazzjoni;
(b) bdil ta' informazzjoni u kull għajnuna teknika meħtieġa f'konnessjoni mar-regolamenti u standardizzazzjoni, ittestjar għall-konformità u ċertifikazzjoni dwar it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u t-telekomunikazzjoni;
(ċ) it-tqassim ta' teknoloġiji ġodda tat-telekomunikazzjoni u ta' l-informazzjoni u l-irfinar ta' servizzi ġodda fil-komunikazzjoni avvanzata, servizzi u faċilitajiet tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni;
(d) li jippromwovu u jwettqu riċerka flimkien u proġetti teknoloġiċi u ta' żvilupp industrijali fil-qasam ta' informazzjoni ġdida, komunikazzjoni telematika u teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni;
(e) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żewġ partijiet fi proġetti piloti u fi programmi speċjali skond it-termini speċifiċi tagħhom;
(f) il-konnessjoni ma' xulxin u t-tħaddim ma' xulxin ta' sistemi u servizzi telematiċi;
(g) djalogu dwar il-koperazzjoni regolatorja rigward servizzi internazzjonali on-line, inklużi l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali;
(h) l-aċċess reċiproku għal data bases skond it-termini li għandhom jiġu miftehma.
Artikolu 21
Il-koperazzjoni fl-agrikoltura u l-qasam rurali
1. Il-Partijiet jiftehmu li jippromwovu l-iżvilupp u l-koperazzjoni fl-oqsma agrikoli, agro-industrijali u rurali.
2. Għal dan il-għan għandhom jeżaminaw, inter alia, is-segwenti:
(a) miżuri sabiex jarmonizzaw l-istandards u r-regoli dwar is-saħħa, saħħa tal-pjanti u ambjent, bil-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ, tenut kont tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ għaż-żewġ Parttijiet u f'konformità mar-regoli tal-WTO, barra mit-termini ta' l-Artikolu 5;
(b) il-potenzal għall-bdil ta' l-informazzjoni u t-twaqqif ta' proġetti u attivitajiet, b'dak il-għan, notevolment fl-oqsma ta' l-informazzjoni, riċerka xjentifika u teknika u l-iżvilupp tar-riżorsi umani.
Artikolu 22
Koperazzjoni dwar ix-xogħol tal-minjieri
Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-koperazzjoni fix-xogħol tal-minjieri, prinċipalment permezz ta' operazzjonijiet immirati għas-segwenti:
(a) li jippromwovu l-esplorazzjoni, esplojtazzjoni u l-użu bi profitt ta' minerali skond il-leġiżlazzjoni ta' kull Parti f'dan il-qasam;
(b) li jippromwovu l-bdil ta' l-informazzjoni, esperjenza u teknoloġija dwar l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tal-minjieri;
(ċ) li jippromwovu l-bdil ta' l-esperti u jwettqu riċerka flimkien sabiex iżidu l-opportunitajiet għall-iżvilupp teknoloġiku;
(d) li jiġu żviluppati miżuri li jippromwovu l-investiment f'dan il-qasam.
Artikolu 23
Koperazzjoni dwar l-enerġija
1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha timmira li tiżviluppa s-setturi rispettivi tagħhom ta' l-enerġija, waqt li tikkonċentra fuq il-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-bdil ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom.
2. Il-koperazzjoni f'dan is-settur għandha titwettaq fil-biċċa l-kbira permezz ta' bdil ta' informazzjoni, taħriġ ta' riżorsi umani, it-trasferiment ta' teknoloġija u proġetti flimkien ta' żvilupp teknoloġiku u ta' infrastruttura, it-tfassil ta' proċessi ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija aktar effiċjenti, il-promozzjoni ta' l-użu razzjonali ta' l-enerġija, li tappoġġa l-użu ta' sorsi alternattivi li jiġġeddu ta' l-enerġija li jipproteġu l-ambjent, u l-promozzjoni ta' reċiklaġġ u l-ipproċessar ta' fdalijiet għall-użu fil-ġenerazzjoni ta' l-enerġija.
Artikolu 24
Il-koperazzjoni dwar it-trasport
1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet dwar it-trasport għandha tfittex li:
(a) tappoġġa r-ristrutturar u l-modernizzar ta' sistemi ta' trasport;
(b) tippromwovi standards tat-tħaddim.
2. F'dan il-kuntest, għandha tingħata priorita lil:
(a) bdil ta' informazzjoni bejn esperti dwar il-politika tat-trasport tal-Partijiet u suġġetti oħra ta' interess komuni;
(b) programmi ta' taħriġ ekonomiċi, legali u tekniċi immirati għall-operaturi ekonomiċi u uffiċjali pubbliċi anzjani;
(ċ) bdil ta' informazzjoni dwar is-Sistema Globali tan-Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS);
(d) assistenza teknika sabiex tgħin fir-ristrutturar u l-immodernizzar tas-sistema ta' trasport fil-forom tagħha kollha.
3. Il-Partijiet għandhom iħarsu lejn l-aspetti kollha li jirrigwardaw is-servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali sabiex jiżguraw li dawn ma jfixklux it-tkabbir tal-kummerċ ta' xulxin. F'dan il-kuntest, il-liberalizzazzjoni tas-servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali għandu jiġi negozjat, skond it-termini ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 25
Il-koperazzjoni dwar it-turiżmu
1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha primarjament timmira li ttejjeb il-bdil ta' informazzjoni u tistabbilixxi l-aħjar prattiċi sabiex tiżgura żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tat-turiżmu.
2. F'dan il-kuntest, il-Partijiet għandhom jiffokaw b'mod partikolari fuq:
(a) li jiġi protett u mkabbar sa fejn hu possibbli l-potenzal tal-wirt naturali u kulturali;
(b) ir-rispett għall-integrità u l-interessi tal-komunitajiet lokali;
(ċ) il-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn reġjuni u bliet f'pajjiżi ġirien;
(d) it-titjib ta' taħriġ fl-industrija tal-lukandi, b'enfasi partikolari dwar it-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-lukandi.
Artikolu 26
Il-koperazzjoni dwar l-istatistika
Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-armonizzazzjoni ta' metodi u prattiċi ta' l-istatistika bil-għan li jużaw, fuq bażi aċċettabbli għat-tnejn, statistiċi dwar il-kummerċ f'merkanzija u servizzi u, b'mod aktar ġenerali, dwar kull qasam kopert minn dan il-Ftehim li jagħti ruħu għall-ipproċessar ta' l-istatistika.
Artikolu 27
Il-Gvern
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw f'suġġetti li jirrigwardaw il-gvern u istituzzjonijiet fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, bil-għan li jippromwovu t-taħriġ tar-riżorsi umani u modernizzazzjoni amministrattiva.
Artikolu 28
Il-koperazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, ħasil ta' flus u prekursuri kimiċi
1. Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa għall-koperazzjoni u l-kuntratti, li jidhrilhom xierqa, sabiex jintensifikaw l-azzjonijiet tagħhom għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-produzzjoni, distribuzzjoni u l-konsum illegali ta' drogi, f'konformità mar-regolamenti legali interni rispettivi tagħhom.
2. Waqt li tistrieh fuq il-korpi kompetenti f'dan il-qasam, dik il-koperazzjoni għandha tinvolvi b'mod partikolari:
(a) l-iżvilupp ta' programmi koordinati u miżuri dwar il-prevenzjoni ta' l-abbuż mid-drogi u l-kura u r-riabilitazzjoni ta' dawk bil-vizzju tad-droga, inklużi programmi ta' assistenza teknika. Dawn l-isforzi jistgħu jinkludu wkoll riċerka u miżuri mfassla sabiex inaqqsu l-produzzjoni tad-droga permezz ta' l-iżvilupp reġjonali ta' żoni b'tendenza li jintużaw sabiex jiġu jitkabbru prodotti tar-raba' llegali;
(b) l-iżvilupp ta' programmi koordinati ta' riċerka u proġetti dwar il-kontroll tad-drogi;
(ċ) il-bdil ta' informazzjoni rigward trattament leġislattiv u amministrattiv u l-adozzjon ta' miżuri xierqa dwar il-kontroll tad-drogi u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, inklużi miżuri adottati mill-Komunità u korpi internazzjonali attivi f'dan il-qasam;
(d) il-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' prekursuri kimiċi u sustanzi oħra wżati fil-produzzjoni illegali ta' drogi u sustanzi psikotropiċi, skond il-“Ftehim dwar il-Kontroll ta' Prekursuri tad-Drogi u Sustanzi Kimiċi” iffirmat mill-Partijiet fit-13 Diċembru 1996, u l-Konvenzjoni ta' Vienna tal-Ġnus Magħquda ta' l-1988.
Artikolu 29
Il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika
1. Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw fil-qasam tax-xjenza u teknologija f'oqsma ta' interess komuni, tenut kont tal-politika rispettiva tagħhom.
2. L-għanijiet ta' dik il-koperazzjoni għandhom ikunu:
(a) li jenkoraġġixxu l-bdil ta' informazzjoni u għerf tas-sengħa dwar ix-xjenza u teknoloġija, speċjalment dwar l-implimentazzjoni ta' politika u programmi;
(b) li jippromwovu relazzjonijiet li jdumu bejn il-komunitajiet xjentifiċi taż-żewġ Partijiet;
(ċ) li jippromwovu t-taħriġ tar-riżorsi umani.
3. Il-koperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' proġetti ta' riċerka flimkien u bdil ta' uffiċjali, laqgħat u taħriġ ta' xjentisti, li jipprovdu għall-akbar tixrid tar-riżultati tar-riċerka.
4. F'din il-koperazzjoni, l-Partijiet għandhom jiffavorixxu l-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjonijiet rispettivi ta' edukazzjoni għolja, ċentri ta' riċerka u oqsma produttivi, b'mod partikolari entrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
5. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet tista' tirriżulta fi ftehim settorali dwar ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, jekk ikun meqjus xieraq.
Artikolu 30
Il-koperazzjoni dwar it-taħriġ u l-edukazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jidentifikaw mezzi kif itejbu b'mod li jidher ċar is-sitwazzjoni fl-edukazzjoni u s-settur tat-taħriġ vokazzjonali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni u t-taħriġ tal-gruppi soċjali l-aktar żvantaġġjati.
2. Il-Partijiet għandhom iżidu l-koperazzoni dwar l-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja, it-taħriġ vokazzjonali u bdil bejn universitajiet u negozji, sabiex itejjbu l-livell ta' kompetenza ta' l-impjegati anzjani fis-settur privat u pubbliku.
3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu enfasi fuq miżuri mfassla sabiex joħolqu rabtiet bejn l-aġenziji speċjalizzati rispettivi u sabiex jinkoraġġixxu l-bdil ta' informazzjoni, għerf tas-sengħa, esperti, riżorsi tekniċi u fil-qasam taż-żgħażagħ, li jieħdu vantaġġ mill-faċilitajiet offruti mill-programme ALFA u l-esperjenza li ż-żewġ Partijiet akkwistaw f'dawn l-oqsma.
4. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet tista' twassal, bil-kunsens taż-żewġ naħat, għal ftehim settorali fil-qasam ta' l-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja, taħriġ vokazzjonali u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żgħażagħ.
Artikolu 31
Il-koperazzjoni kulturali
1. Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-koperazzjoni kulturali, li korrettement tirrispetta d-differenzi tagħhom, sabiex iżidu l-ftehim ta' xulxin u t-tixrid tal-kulturi rispettivi tagħhom.
2. Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jippromwovu bdil kulturali u iwettqu inizjattivi flimkien f'diversi sferi kulturali. F'dan ir-rigward, il-Partijiet għandhom jiddefinixxu, fil-ħin xieraq, l-attivitajiet u arranġamenti relevanti ta' koperazzjoni.
Artikolu 32
Il-koperazzjoni fis-settur awdjoviżiv
Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-koperazzjoni f'dan is-settur, l-aktar permezz ta' programmi ta' taħriġ fis-settur awdjoviżiv u l-medja, inkluża produzzjoni flimkien, taħriġ, żvilupp u attivitajiet ta' distribuzzjoni.
Artikolu 33
Il-koperazzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni
Il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu l-bdil u t-tqassim ta' informazzjoni u li jeżegwixxu u jappoġġaw attivitajiet ta' interess komuni fil-qasam ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni.
Artikolu 34
Koperazzjoni dwar l-ambjent u riżorsi naturali
1. Il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-bilanċi ta' l-ambjent u ekoloġija għandu jittieħed kont tagħha fil-miżuri kollha ta' koperazzjoni esegwiti mill-Partijiet taħt dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet jintrabtu li jiżviluppaw il-koperazzjoni sabiex jevitaw id-degradazzjoni ta' l-ambjent; sabiex jippromwovu l-konservazzjoni u t-tmexxija sostenibbli ta' riżorsi naturali; li jiżviluppaw, ixerrdu u jaqsmu bejniethom informazzjoni u esperjenza dwar il-leġiżlazzjoni ta' l-ambjent, li jistimulaw l-użu ta' inċentivi ekonomiċi biex jippromwovu l-osservanza; li jsaħħu t-tmexxija ambjentali fil-livelli kollha tal-gvern; li jippromwovu t-taħriġ tar-riżorsi umani, l-edukazzjoni f'suġġetti ambjentali u l-esekuzzjoni ta' proġetti ta' riċerka konġunti; li jiżviluppaw kanali ta' parteċipazzjoni soċjali.
3. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-aċċess ta' xulxin għal programmi f'dan il-qasam, skond it-termini speċifiċi ta' dawk il-programmi.
4. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet tista' twassal biex jiġi konkluż ftehim settorjali bejn il-qasam ta' l-ambjent u r-riżorsi naturali jekk ikun meqjus xieraq.
Artikolu 35
Koperazzjoni dwar is-sajd
Minħabba l-importanza soċjo-ekonimika ta' l-oqsma tas-sajd rispettivi tagħhom, il-Partijiet jintrabtu li jiżviluppaw koperazzjoni aktar mill-qrib f'dan il-qasam b'mod partikolari billi jiġi konkluż ftehim dwar is-sajd settorjali, skond il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom, jekk ikun meqjus xieraq.
Artikolu 36
Koperazzjoni dwar affarijiet soċjali u l-faqar
1. Il-Partijiet għandhom imexxu djalogu dwar l-aspetti kollha ta' l-aġenda soċjali ta' interess għal Parti waħda jew l-oħra.
Dan għandu jinkludi suġġetti relatati ma' gruppi u reġjuni vulnerabbli bħal: popolazzjoni indiġena, il-fqar rurali, nisa bi dħul baxx u gruppi oħra tal-popolazzjoni li qed jgħixu fil-faqar.
2. Il-Partijiet jgħarfu l-importanza li jarmonizzaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali waqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet bażiċi tal-gruppi msemmija fil-paragrafu preċedenti. Il-bażi l-ġdida għall-kobor għandha toħloq l-impjiegi u tiżgura livell ta' l-għixien aħjar għas-sezzjonijiet l-inqas preferuti tal-popolazzjoni.
3. Il-Partijiet għandhom iżommu konsultazzjonijiet minn żmien għal żmien dwar attivitajiet ta' koperazzjoni li jinvolvu s-soċjetà ċivili u huma maħsuba biex joffru opportunitajiet għall-ħolqien ta' impjiegi, taħriġ vokazzjonali u żieda fid-dħul.
Artikolu 37
Koperazzjoni reġjonali
1. Il-Partijiet għandhom jippromwovu attivitajiet immirati biex jiżviluppaw azzjonijiet konġunti permezz ta' koperazzjoni, l-aktar fl-Amerika ċentrali u l-Karibew.
2. Għandha tingħata priorita lil inizjattivi ggwidati lejn il-promozzjoni ta' kummerċ intra-reġjonali fl-Amerika ċentrali u l-Karibew; li jistimulaw il-koperazzjoni reġjonali dwar l-ambjent u dwar ir-riċerka teknoloġika u xjentifika; li tippromwovi l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun u inizjattivi t'appoġġ sabiex jiġi mtejjeb il-livell ta' l-għixien ta' dawk li qed jgħixu fil-faqar.
3. Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-iżvilupp tar-rwol tan-nisa, partikolarment fil-proċess tal-produzzjoni.
4. Il-Partijiet għandhom jistudjaw mezzi xierqa għall-promozzjoni u l-osservazzjoni mill-qrib tal-koperazzjoni konġunta ma' pajjiżi oħra.
Artikolu 38
Il-koperazzjoni dwar ir-refuġjati
Il-Partijiet għandhom jirsistu biex iħarsu l-benefiċċji ta' l-għajnuna diġa mogħtija lir-refuġjata mill-Amerika Ċentrali fil-Messiku u għandhom jikkoperaw fit-tfittxija ta' soluzzjonijiet dejjiema.
Artikolu 39
Il-koperazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija
1. Il-Partijiet jaqblu li l-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tippromwovi l-prinċipji li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1.
2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka l-aktar fuq:
(a) l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili permezz ta' l-edukazzjoni, it-taħriġ u programmi ta' għarfien pubbliku;
(b) miżuri ta' taħriġ u informazzjoni mfassla sabiex jgħinu lil istituzzjonijiet jiffunzjonaw b'mod aktar effettiv u sabiex isaħħu r-regola tal-liġi;
(ċ) il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi.
3. Il-Partijiet jistgħu jwettqu proġetti konġunti sabiex isaħħu l-koperazzjoni bejn il-korpi elettorali rispettivi tagħhom kif ukoll bejn korpi oħra responsabbli sabiex josservaw mill-qrib jinkoraġġixxu l-ħarsien tad-drittijiet umani.
Artikolu 40
Il-koperazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur
1. Il-Partijiet jaqblu li l-koperazzjooni f'dan il-qasam għandha tkun immirata sabiex jiġu raffinati s-sistemi tagħhom għall-ħarsien tal-konsumatur u jfittxu, fi ħdan il-leġiżlazzjonijiet rispettivi tagħhom, li jagħmlu s-sistemi tagħhom kompatibbli.
2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka l-aktar fuq:
(a) il-bdil ta' l-informazzjoni u esperti u l-inkoraġġiment tal-koperazzjoni bejn il-korpi tal-konsumaturi taż-żewġ Partijiet;
(b) l-organizzazzjoni ta' skemi ta' taħriġ u l-provisjoni ta' għajnuna teknika.
Artikolu 41
Il-koperazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni
1. Fir-rigward ta' l-Artikolu 51, il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali sabiex itejbu l-livell tal-protezzjoni u jevitaw ostakoli lill-kummerċ li jirrikjedi t-trasferiment ta' data personali.
2. Il-koperazzjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali tista' tinkludi għajnuna teknika fil-forma ta' bdil ta' informazzjoni u esperti u t-twaqqif ta' programmi u proġetti konġunti.
Artikolu 42
Is-Saħħa
1. L-għanijiet tal-koperazzjoni fis-saħħa għandhom ikunu li jsaħħu l-attivitajiet fil-qasam tar-riċerka, il-farmakoloġija, mediċina preventiva u mard li jittieħed bħal l-AIDS.
2. Il-koperazzjoni għandha sseħħ l-aktar permezz ta':
(a) proġetti dwar l-epidemjoloġija, id-diċentralizzazzjoni u l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa;
(b) l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ vokazzjonali;
(ċ) programmi u proġetti sabiex jiġu mtejba kondizzjonijiet tas-saħħa u għajnuna soċjali f'żoni rurali u urbani.
Artikolu 43
Klawsola dwar żviluppi fil-futur
1. Il-Partijiet jistgħu bil-kunsens tat-tnejn jespandu dan it-Titolu bil-għan li jtejjbu l-livelli tal-koperazzjoni u jissuplimentawhom permezz ta' ftehim dwar oqsma jew attivitajiet speċifiċi.
2. Fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu, il-Partijiet jistgħu jipproponu suġġerimenti sabiex jitwessa' l-iskop tal-koperazzjoni ma' xulxin, waqt li jittieħed kont ta' l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu.
Artikolu 44
Riżorsi għall-koperazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu r-riżorsi xierqa disponibbli, inklużi l-mezzi finanzjarji, safejn jippermettu r-riżorsi u r-regolamenti rispettivi, sabiex jissodisfaw l-għanijiet tal-koperazzjoni stipulati f'dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-Bank ta' Investiment Ewropew sabiex ikompli l-operazzjonijiet tiegħu fil-Messiku, skond il-proċeduri tiegħu u l-kriterji tal-finanzjament.
TITOLU VII
QAFAS ISTITUZZJONALI
Artikolu 45
Kunsill Konġunt
Kunsill Konġunt qiegħed b'dan jiġi mwaqqaf sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa' f'livell ministerjali, f'intervalli regolari, u meta ċ-ċirkostanzi hekk jitolbu. Għandu jeżamina kull kwistjoni importanti li tinqala fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim u kull kwistjoni oħra bilaterali jew internazzjonali ta' interess ta' xulxin.
Artikolu 46
1. Il-Kunsill Konġunt għandu jkun magħmul minn Membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Membri tal-Kummissjoni Ewropea minn-naħa l-waħda, u Membri tal-Gvern tal-Messiku, minn-naħa l-oħra.
2. Membri tal-Kunsill Konġunt jistgħu jagħmlu arranġamenti biex ikunu rappreżentati, skond il-kondizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.
3. Il-Kunsill Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.
4. Il-Kunsill Konġunt għandu jkun presedut darba kull wieħed minn Membru tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Membru tal-Gvern tal-Messiku, skond id-disposizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 47
Il-Kunsill Konġunt għandu, għall-iskop li jikseb l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jkollu l-poter li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet li hemm provdut dwarhom hawnhekk. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu għandhom jorbtu lill-Partijiet li għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimplimentawhom. Il-Kunsill Konġunt jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.
Għandu jħejji d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.
Artikolu 48
Il-Kumitat Konġunt
1. Il-Kunsill Konġunt għandu jkun mgħejun fl-esekuzzjoni tad-doveri tiegħu minn Kumitat Konġunt kompost minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea, minn-naħa l-waħda, u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Messiku minn-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan.
Fir-regoli ta' proċedura tiegħu l-Kunsill Konġunt għandu jistabbilixxi d-doveri tal-Kumitat Konġunt, li għandhom jinkludu l-preparazzjoni ta' laqgħat tal-Kunsill Konġunt u kif il-Kumitat għandu jiffunzjona.
2. Il-Kunsill Konġunt jista' jiddelega lill-Kumitat Konġunt kull wieħed mill-poteri tiegħu. F'dan il-każ il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 47.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu ġeneralment jiltaqa' darba fis-sena, f'data u b'aġenda miftehma minn qabel mill-Partijiet, fi Brussel sena waħda u l-Messiku s-sena ta' wara. Laqgħat speċjali jistgħu jissejjħu bi qbil bejn it-tnejn. L-uffiċċju ta' president tal-Kumitat Konġunt għandu jinzamm b'mod alternattiv minn rappreżentant ta' kull wieħed mill-Partijiet.
Artikolu 49
Kumitati oħra speċjali
Il-Kunsill Konġunt jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kull kumitat ieħor speċjali jew korp sabiex jgħinu fit-twettieq tad-doveri tiegħu.
Fir-regoli ta' proċedura tiegħu, il-Kunsill Konġunt għandu jistabbilixxi l-komposizzjoni u d-doveri ta' dawk il-kumitati jew korpi u kif għandhom jiffunzjonaw.
Artikolu 50
Riżoluzzjoni ta' disputi
Il-Kunsill Konġunt għandu jiddeċiedi dwar it-twaqqif ta' proċedura ta' riżoluzzjoni ta' disputi dwar kummerċ speċifiku jew li jkollhom x'jaqsmu ma' kummerċ kompatibbli mad-disposizzjonijiet tal-WTO f'dan il-qasam.
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 51
Protezzjoni ta' l-informazzjoni
1. Il-Partijiet jaqblu li jagħtu livell għoli ta' protezzjoni lill-ipproċessar ta' informazzjoni personali u informazzjoni oħra, skond l-istandards adottati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-Komunità.
2. Għal dan il-għan għandhom jieħdu kont ta' l-istandards li ssir riferenza għalihom fl-Anness li għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 52
Klawsola dwar is-sigurtà nazzjonali
Ebda disposizzjoni ta' dan il-Ftehim ma tipprekludi lil xi Parti mill-tieħu miżuri:
(a) li tkun tqis bħala neċessarji sabiex jiġi evitat kxif ta' informazzjoni li jkun kontra l-interessi essenzali tas-sigurtà tagħha;
(b) li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni ta', jew kummerċ fi, armi, munizzjon jew materjal ta' gwerra jew ta' riċerka, żvilupp jew produzzjoni neċessarji sabiex tiggarantixxi d-difiża tagħha, sakemm dawn il-miżuri ma jaffettwawx ħażin il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni dwar prodotti li m'humiex maħsuba għal skopijiet speċifikament militari;
(ċ) li tqis li tkun essenzali għas-sigurtà tagħha fil-każ ta' disturbi serji domestiċi li x'aktarx li jistgħu jpoġġu fil-perikolu l-ordni pubblika, ta' gwerra jew tensjonijiet serji internazzjonali li jistgħu jiżviluppaw f'konflitt armat jew sabiex tissodisfa l-obbligazzjonijiet li tkun daħlet għalihom għal żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali.
Artikolu 53
L-Att Finali fih id-Dikjarazzjonijiet Konġunti u Unilaterali magħmula ma' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 54
1. Jekk jingħata trattament ta' Nazzjon l-Aktar Favorit skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, jew kull arranġament adottat taħt dan il-Ftehim, m'għandux japplika għal vantaġġi ta' taxxa li l-Istati Membri jew il-Messiku qed jipprovdu jew li jistgħu jipprovdu fil-futur skond il-bazi ta' patti ta' ftehim sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra dwar taxxa, jew leġiżlazzjoni fiskali domestika.
2. Xejn f'dan il-Ftehim, jew fi kwalunkwe arranġament adottat taħt dan il-Ftehim, m'għandu jittieħed li jwaqqaf l-adozzjoni jew l-infurzar mill-Istati Membri jew mill-Messiku ta' kull miżura maħsuba sabiex ma tħallix il-ħrib jew evażjoni ta' taxxa skond id-disposizzjonijiet dwar it-taxxa ta' patti ta' ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja jew arranġamenti oħra dwar taxxa, jew leġiżlazzjoni fiskali domestika.
3. Xejn f'dan il-Ftehim, jew fi kwalunkwe arranġament adottat taħt dan il-Ftehim, m'għandu jittieħed li ma jħallix l-Istati Membri jew lill-Messiku milli jiddistigwu, fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxa li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom, jew fir-rigward tal-post fejn il-kapital tagħhom huwa investit.
Artikolu 55
Definizzjoni tal-Partijiet
Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, “il-Partijiet” għandha tfisser, minn-naħa l-wahda, l-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, skond iż-żoni rispettivi ta' kompetenza tagħhom, kif joħroġ mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, minn-naħa l-oħra, l-Messiku.
Artikolu 56
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat taħt il-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat, minn-naħa l-waħda, u għat-territorju ta' l-Istati Uniti Messikani, minn-naħa l-oħra.
Artikolu 57
Dewma
1. Dan il-Ftehim għandu jkun validu għal perjodu indefinit.
2. Kull waħda mill-Partijiet tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika l-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim m'għandux ikompli japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.
Artikolu 58
Esekuzzjoni ta' l-obbligazzjonijiet
1. Il-Partijiet għandhom jadottaw kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt dan il-Ftehim u għandhom jiżguraw li jikkonformaw ma' l-għanijiet stipulati f'dan il-Ftehim.
Jekk xi waħda mill-Partijiet jidhrilha li l-Parti l-oħra tkun naqset milli tissodisfa obbligazzjoni taħt dan il-Ftehim, tista' tieħu miżuri xierqa. Qabel tagħmel dan, ħlief f'każi ta' urġenza speċjali, għandha tipprovdi lill-Kunsill Konġunt bl-informazzjoni kollha relevanti meħtieġa għal ezami bir-reqqa tas-sitwazzjoni, fi żmien 30 jum, bil-għan li tiġi mfittxa soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.
F'din l-għażla ta' miżuri, għandha tingħat priorita għal dawk il-miżuri li l-inqas jiddisturbaw il-funzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati immedjatament lill-Kunsill Konġunt u għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet f'dak il-Kunsill, jekk il-Parti l-oħra hekk titlob.
2. Il-Partijiet jiftehimu illi termini “każijiet ta' urġenza speċjali” fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tfisser każ ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti fi:
(a) rifjut tal-Ftehim li ma jkunx sanzjonat mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali;
(b) ksur ta' l-elementi essenzali tal-Ftehim li ssir riferenza għalih fl-Artikolu 1.
3. Il-Partijiet jiftehmu li “miżuri xierqa” li ssir riferenza għalihom f'dan l-Artikolu huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali. Jekk Parti tieħu miżura f'każ ta' urġenza speċjali kif hemm provdut taħt dan l-Artikolu, il-Parti l-oħra tista' titlob li tissejjaħ laqgħa urġenti sabiex tlaqqa' l-Partijiet flimkien fi żmien 15 il-ġurnata.
Artikolu 59
Test awtentiku
Dan il-Ftehim sar f'żewġ kopji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Żvediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku daqs l-oħrajn.
Artikolu 60
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom.
2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-iskop.
L-applikazzjoni tat-Titoli II u VI għandha tkun sospiża sakem il-Kunsill Konġunt jadotta d-deċiżjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 5, 6, 9, 10, 11 u 12.
3. In-notifika għandha tintbagħat lis-Segregarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li għandu jkun id-depożitarju għal dan il-Ftehim.
4. Dan il-Ftehim għandu jieħu post il-Qafas ta' Ftehim għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Messiku ffirmat fis-26 April 1991 fid-data li fiha t-Titoli II u VI isiru applikabbli, kif hemm provdut fil-paragrafu 2.
5. Mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, kull deċiżjoni adottata mill-Kunsill Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Messiku ffirmat fit-8 Diċembru 1997, għandha tiġi meqjusa li tkun ġiet adottata mill-Kunsill Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 45.
Hecho en Bruselas, el ocho de diciembre de mil novecientos noventa y siete.
Udfærdiget i Bruxelles den ottende december nitten hundrede og syvoghalvfems.
Geschehen zu Brüssel am achten Dezember neunzehnhundertsiebenundneunzig.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.
Done at Brussels on the eighth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.
Fait à Bruxelles, le huit décembre mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.
Fatto a Bruxelles, addì otto dicembre millenovecentonovantasette.
Gedaan te Brussel, de achtste december negentienhonderd zevenennegentig.
Feito em Bruxelas, em oito de Dezembro de mil novecentos e noventa e sete.
Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.
Som skedde i Bryssel den åttonde december nittonhundranittiosju.
Pour le Royaume de Belgique
Voor het Koninkrijk België
Für das Königreich Belgien
Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallone, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.
Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstelijke Gewest.
Diese Unterschrift verbindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.
For Kongeriget Danmark
Für die Bundesrepublik Deutschland
Για την Ελληνική Δημοκρατία
Por el Reino de España
Pour la République française
Thar ceann na hÉireann
For Ireland
Per la Repubblica italiana
Pour le Grand-Duché de Luxembourg
Voor het Koninkrijk der Nederlanden
Für die Republik Österreich
Pela República Portuguesa
Suomen tasavallan puolesta
För Republiken Finland
För Konungariket Sverige
For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland
Por la Comunidad Europea
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Voor de Europese Gemeenschap
Pela Comunidade Europeia
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
Por los Estados Unidos Mexicanos
ANNESS
IL-PROTEZZJONI TA' INFORMAZZJONI PERSONALI LI SSIR RIFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 51
— Linji ta' gwida għar-regolazzjoni ta' inkartamenti komputerizzati ta' informazzjoni personali, modifikati mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-20 Novembru 1990.
— Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-OECD dwar il-linji ta' gwida li jirregolaw il-protezzjoni tal-privatezza u transborderflows ta' informazzjoni personali tat-23 Settembru 1980.
— Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' pproċessar awtomatiku ta' data personali tat-28 Jannar 1981.
— Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' informazzjoni personali u l-moviment ħieles ta' dik l-informazzjoni.
PROTOKOLL ADDIZZJONALI
għall-ftehim ta’ sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-RENJU TA’ L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
minn issa ‘l quddiem imsejjħa “l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea”,
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn issa ‘l quddiem imsejjħa “Il-Komunità”,
L-ISTATI UNITI TAL-MESSIKU,
minn issa ‘l quddiem imsejjħa “il-Messiku”,
u
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
minn issa ‘l quddiem imsejjħa “l-Istati Membri l-Ġodda”,
BILLI l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Messiku, min-naħa l-oħra, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, kien iffirmat fi Brussel fit-8 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2000;
BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “it-Trattat ta’ l-Adeżjoni”) kien iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April 2003;
BILLI, skond l-Artikolu 6(2) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni l-inkorporazzjoni ta’ l-Istati Membri Ġodda fil-Ftehim għandu jiġi formalizzat bil-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim;
BILLI l-Artikolu 55 tal-Ftehim jiddikjara li: “Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘il-partijiet’ għandha tfisser, min-naħa l-waħda, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, kif derivat mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-Messiku”;
BILLI l-Artikolu 56 tal-Ftehim jiddikjara li: “Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’dak it-Trattat, min-naħa l-waħda, u għat-territorju ta’ l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra”;
BILLI l-Artikolu 59 tal-Ftehim jiddikjara li: “Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku”;
BILLI l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb tad-data ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-Ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea, jista’ jkollha bżonn tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll qabel ma tkun temmet il-proċeduri interni kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu;
BILLI l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll preżenti jippermetti għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha qabel ma jkunu temmew il-proċeduri interni tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu;
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka huma hawnhekk inkorporati bħala Partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra.
Artikolu 2
Fi żmien sitt xhur minn meta dan il-Protokoll ikun inizjalat, il-Komunità Ewropea għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Messiku, il-verżjonijiet ta’ dan il-Ftehim biċ-Ċek, bl-Estonjan, bl-Ungeriż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollak, bis-Slovakk u bis-Sloven. Suġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll il-verżjonijiet fil-lingwi l-ġodda għandhom isiru awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet imfassla fil-lingwi preżenti tal-Ftehim.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika.
Artikolu 4
Dan il-Protokoll huwa mfassal f’żewġ kopji biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bis-Slovakk, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Artikolu 5
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunità Ewropea, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mill-Istati Uniti tal-Messiku skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.
3. Minkejja l-paragrafu 2, il-Partijiet jaqblu li, sakemm jiġu mtemma l-proċeduri interni tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għal perijodu massimu ta’ 12-il xahar mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jagħtu notifika bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan u l-Messiku jagħti notifika bit-tmiem tal-proċeduri tiegħu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.
4. In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea li għandu jkun id-depożitarju għall-Ftehim.
IT-TIENI PROTOKOLL ADDIZZJONALI
għall-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TA’ L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA’ L-IRLANDA TA’ FUQ,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea”,
IL-KOMUNITA EWROPEA,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Komunità” minn naħa waħda, u,
L-ISTATI UNITI MESSIKANI,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Messiku” min-naħa l-oħra,
u
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-RUMANIJA,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri l-Ġodda”,
BILLI l-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Messiku min-naħa l-oħra, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie iffirmat fi Brussell fit-8 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2000;
BILLI l-ewwel Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ġie iffirmat f’Mexico City fit-2 ta’ April 2004 u fi Brussell fid-29 ta’ April 2004;
BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-Trattat ta’ l-Adeżjoni”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005;
BILLI, skond it-Trattat ta’ l-Adeżjoni u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll mehmuż ma’ dak it-Trattat ta’ l-Adeżjoni, l-inkorporazzjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda mal-Ftehim għandha tiġi formalizzata permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim;
BILLI l-Artikolu 55 tal-Ftehim jgħid: “Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘il-Partijiet’ għandha tfisser, minn naħa waħda, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond l-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, kif stipulat fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-Messiku”;
BILLI l-Artikolu 56 tal-Ftehim jgħid: “Dan il-Ftehim għandhu japplika għat-territorju li fih huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dak it-Trattat, minn naħa waħda, u għat-territorju ta’ l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra”;
BILLI l-Artikolu 59 tal-Ftehim jgħid: “Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament fil-lingwi Daniża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Olandiża, Portugiża, Spanjola, Taljana u Żvediża, b’kull test ugwalment awtentiku”;
BILLI l-ewwel Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim jieħu kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea;
BILLI l-Ftehim ġie awtentikat fil-verżjoni lingwistika Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena bl-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet imfassla fil-lingwi oriġinali tal-Ftehim;
BILLI l-Komunità Ewropea, fid-dawl tad-data ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea, jista’ jkollha bżonn li tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll qabel tlesti l-proċeduri interni kollha meħtieġa għad-dħul tiegħu fis-seħħ;
BILLI l-Artikolu 5(3) ta’ dan il-Protokoll jippermetti li l-Protokoll jiġi applikat provviżorjament mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha qabel ma jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom meħtieġa għad-dħul tiegħu fis-seħħ,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma b’dan inkorporati bħala Partijiet għall-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra.
Artikolu 2
Fi żmien sitt xhur mill-inizjalar ta’ dan il-Protokoll, il-Komunità għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Messiku l-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena tal-Ftehim. Suġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, il-verżjonijiet bil-lingwi l-ġodda għandhom isiru awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet imfassla bil-lingwi preżenti tal-Ftehim.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.
Artikolu 4
Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Eston, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż, u Żvediż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Artikolu 5
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri u mill-Messiku skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.
2. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
3. Minkejja l-paragrafu 2, il-Partijiet jiftiehmu li, sa meta jitlestew il-proċeduri interni tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jagħtu notifika tat-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa għal dak il-għan u l-Messiku jagħti notifika tat-tlestija tal-proċeduri tiegħu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.
4. In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea li għandu jkun id-depożitarju tal-Ftehim.
Cъставено в Брюкссл на двалесет и първи февруари две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el veintiuno de febrero del dos mil siete.
V Bruselu dne dvacátého prvního února dva tísíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles den enogtyvende februar to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am einundzwanzigsten Februar zweitausendsieben.
Kahe tuhande kuuenda aasta veebruarikuu kahekümne esimesel päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι μία Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the twenty-first day of February in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le vingt et un février deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì ventuno febbraio duemilasette.
Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit pirmajā februārī.
Priimta du tūkstančiai septintų metų vasario dvidešimt pirmą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer hetedik év február havának huszonegyedik napján.
Maghmul fi Brussell, fil-wiehed u ghoxrin jum ta' Frar tas-sena elfejn u sebgha.
Gedaan te Brussel, de eenentwintigste februari tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego pierwszego lutego roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em vinte e um de Fevereiro de dois mil e sete.
Întocmit la Bruxelles, douăzeci și unu februarie două mii șapte.
V Bruseli dvadsiateho prvého februára dvetisícsedem.
V Bruslju, enaindvajsetega februarja leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den tjugoförsta februari tjugohundrasju.
За държавите-членки
Рог los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Europai Közösség részéről
Għall-Komunita Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За Съединените мексикански щати
Por los Estados Unidos Mexicanos
Za Spojene státy mexické
For De Forenede Mexicanske Stater
Für die Vereinigten Mexikanischen Staaten
Mehhiko Ühendriikide nimel
Για τις Ηνωμένες Πολιτείες του Μεξικού
For the United Mexican States
Pour les États-Unis mexicains
Per gli Stati Uniti messicani
Meksikas Savienoto Valstu vārdā
Meksikos Jungtinių Valstijų vardu
a Mexikói Egyesült Államok részéről
Għall-Istati Uniti Messikani
Voor de Verenigde Mexicaanse Staten
W imieniu Meksykańskich Stanów Zjednoczonych
Pelos Estados Unidos Mexicanos
Pentru Statele Unite Mexicane
Za Spojené Státy mexické
Za Združene države Mehike
Meksikon yhdysvaltojen puolesta
För Mexikos förenta stater
ATT FINALI
Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji ta' l-Istati Uniti Messikani b'dan jadottaw is-segwenti Att Finali, fir-rigward tal-:
1. Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, minn-naħa l-oħra,
2. Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea minn-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, minn-naħa l-oħra, u
3. Dikjarazzjoni Konġunta bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti Messikani.
(1)
Il-plenipotenzarji ta':
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-RENJU TA' L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
Il-Partijiet li kkontrattaw għat-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA,
li minn hawn 'il quddiem issir riferenza għalihom bħala “L-Istati Membri”, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Komunità”,
minn-naħa l-waħda, u
il-plenipotenzarji ta' l-ISTATI UNITI MESSIKANI,
minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Messiku”,
minn-naħa l-oħra,
waqt li qed jiltaqgħu fi Brussel fit-tmien jum ta' Diċembru fis-sena elf disa' mija u seba' u disgħin għall-iffirmar tal-Ftehim dwar Shubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, minn-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim”, adottaw is-segwenti testi:
— il-Ftehim u l-Anness ta' l-istess.
Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tal-Messiku adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi ma' dan l-Att Finali:
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea u l-Messiku dwar id-Djalogu Politiku li ssir riferenza għalih fl-Artikolu 3 tal-Ftehim,
Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Djalogu fil-livell Parlamentari,
Dikjarazzjoni Interpretattiva Konġunta dwar l-Artikolu 4 tal-Ftehim,
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 24(3) tal-Ftehim,
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 35 tal-Ftehim,
Il-plenipotenzarji tal-Messiku ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet tal-Komunità Ewropea u/jew l-Istati Membri tagħha msemmija hawn taħt u annessi ma' dan l-Att Finali:
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 11 tal-Ftehim,
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 12 tal-Ftehim.
Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità ħadu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Messiku msemmija hawn taħt u annessa ma' dan l-Att Finali:
Dikjarazzjoni dwar it-Titolu I tal-Ftehim.
DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea u l-Messiku dwar id-djalogu politiku (Artikolu 3)
1. PREAMBOLU
l-Unjoni Ewropea, minn-naħa l-waħda, u l-Messiku, minn-naħa l-oħra,
— konxji mir-rabtiet storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali tagħhom, u mir-rabtiet ta' ħbiberija bejn il-popli tagħhom,
— konxji mix-xewqa tagħhom li jsaħħu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi li huma fundamentali għas-soċjetà fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Messiku,
— waqt li jaffermaw mill-ġdid il-valur tad-dinjità umana u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bħala l-pedamenti ta' soċjetà demokratika, kif ukoll ir-rwol essenzali ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi bbażati fuq ir-regola tal-liġi,
— xewqana li jsaħħu l-paċi u siġurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tal-Ġnus Magħquda,
— waqt li jaqsmu l-interess fl-integrazzjoni reġjonali bħala mod li jagħmel possibbli li ċ-ċittadini tagħhom jiksbu l-iżvilupp sostenibbli u armonjuż affermat fuq il-prinċipji tal-progress soċjali u s-solidarjetà bejn il-membri,
— waqt li jibnu fuq ir-relazzjonijiet preferenzali mwaqqfa bil-Qafas ta' Ftehim għall-Koperazzjoni ffirmat bejn il-Komunità u l-Messiku fl-1991,
— waqt li jiftakkru fil-prinċipji stipulati fid-Dikjarazzjoni Solenni Konġunta ffirmata f'Pariġi fit-2 Mejju 1995 mill-Kummissjoni u l-Kunsill, minn-naħa l-waħda, u l-Messiku, minn-naħa l-oħra,
iddeċidew li jiżviluppaw ir-relazzjonijiet fuq bażi ta' żmien twil.
2. GĦANIJIET
L-Unjoni Ewropea u l-Messiku jikkonsidraw li t-twaqqif ta' djalogu politiku akbar jirrapreżenta aspett fundamentali tat-tiġdid previst tal-ħbiberija ekonomika u politika tagħhom u jikkostitwixxi fattur deċiżiv fil-promozzjoni tal-prinċipji stipulati fil-preambolu ta' din id-Dikjarazzjoni.
Dak id-djalogu għandu jkun ibbażat fuq ir-rabta taż-żewġ Partijiet mad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet umani kif ukoll ix-xewqa li tinżamm il-paċi u tiġi stabbilita ordni internazzjonali ġusta u stabbli, skond il-Karta tal-Ġnus Magħquda.
L-għanijiet tagħha għandhom ikunu li joħolqu ħoloq dejjiema ta' solidarjetà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Messiku, li jikkontribwixxu għall-istabbilità u l-prosperità tar-reġjuni rispettivi tagħhom, li jistinkaw sabiex jimplimentaw il-proċess ta' l-integrazzjoni reġjonali u li jippromwovu klima ta' ftehim u tolleranza bejn il-popli u kulturi tagħhom.
Id-djalogu għandu jkopri s-suġġetti kollha ta' interess u għandu jkollu l-għan li jiftaħ toroq lejn forom ġodda ta' koperazzjoni b'għanijiet bi sħab, inkluż permezz ta' inizjattivi konġunti internazzjonali, partikolarment fl-oqsma ta' paċi, sigurtà u żvilupp reġjonali.
3. MEKKANIŻMI TAD-DJALOGU
Il-Partijiet għandhom imexxu dak id-djalogu politiku permezz ta' kuntatti, bdil ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet bejn id-diversi korpi Messikani u ta' l-Unjoni Ewropea, inkluża l-Kummissjoni Ewropea.
Għandu jinżamm, b'mod partikolari:
— fil-livell presidenzali,
— fil-livell ministerjali,
— fil-livell ta' uffiċjal anzjan,
— u billi jużaw il-kanali diplomatiċi għall-akbar vantaġġ.
Laqgħat presidenzali, li l-arranġamenti dettaljati dwarhom għandhom jiġu deċiżi mill-Partijiet, għandhom isiru regolarment bejn l-ogħla awtoritajiet tal-Partijiet.
Laqgħat fil-livell ministerjali, li l-arranġamenti dettaljati dwarhom għandhom jiġu deċiżi mill-Partijiet, għandhom isiru regolarment bejn il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin.
Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-djalogu fil-livell parlamentari,
Il-Partijiet jisħqu li huwa rakkomandabbli li d-djalogu politiku jiġi istituzjonalizzat fil-livell Parlamentari permezz ta' kuntatti bejn il-Parlament Ewropew u l-Kungress Messikan (Kamra tad-Deputati u Senat).
Dikjarazzjoni Interpretattiva Konġunta dwar l-Artikolu 4
L-impenji li jirriżultaw mill-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel id-deċiżjoni li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 5 tiġi adottata, f'konformità ma' l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 24(3)
Il-Partijiet jikkonfermaw l-obbligazzjonijiet multilaterali tagħhom dwar is-servizzi ta' trasport marittimu assunti bħala membri tal-WTO, waqt li jittieħed kont ukoll ta' l-obbligazzjonijiet rispettivi tagħhom taħt il-Kodiċi ta' Liberalizzazzjoni ta' l-Operazzjonijiet Kurrenti Inviżibbli ta' l-OECD.
Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 35
Iż-żewġ partijiet jaqblu li jagħtu l-appoġġ istituzzjonali tagħhom, fil-qasam multilaterali, għall-adozzjoni, dħul fis-seħħ u infurzar tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Kondotta għas-Sajd Responsabbli.
DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI
Dikjarazzjoni mill-Komunità dwar l-Artikolu 11
Il-Komunità tiddikjara li, sakemm jiġu adottati mill-Kunsill Konġunt ir-regoli li jimplimentaw dwar il-kompetizzjoni ġusta li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 11(2) għandha tagħmel stima ta' kull prattika li tmur kontra dak l-Artikolu skond il-bażi tal-kriterji li jirriżultaw mir-regoli li hemm fl-Artikoli 85, 86 u 92 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, għal prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, minn dawk li jinsabu fl-Artikoli 65 u 66 ta' dak it-Trattat u r-regoli tal-Komunità dwar għajnuniet mill-Istat, inkluża leġiżlazzjoni sekondarja.
Dikjarazzjoni mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha dwar il-konvenzjonijiet dwar il-propjeta intellettwali li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 12
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jafu li l-konvenzjonijiet multilaterali rilevanti dwar il-propjeta intellettwali li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 12(2)(b) jinkludi mill-inqas dan li ġej:
— Il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni ta' Xogħolijiet Litterarji u Artistiċi (Att ta' Pariġi 1971, emendat fl-1979),
— Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Min Jahdem fuq il-Palk, Produtturi ta' Diski u Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Ruma 1961),
— Il-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-protezzjoni tal-propjeta industrijali (Att ta' Stokkolma 1967 u emendat fl-1979),
— Trattat ta' Koperazzjoni dwar il-Patenti (Washington 1970, emendat fl-1979 u modifikat fl-1984),
— Ftehim ta' Madrid dwar ir-Registrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (Att ta' Stokkolma 1967 u emendat fl-1979),
— Protokoll għall-Ftehim ta' Madrid dwar ir-registrazzjoni internazzjonali ta' marki (Madrid 1989),
— Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Merkanzija u Servizzi għall-iskopijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Marki (Ġinevra 1977, emendat fl-1979),
— Trattat ta' Budapest dwar ir-Rikonoxximent Internazzjonali tad-depożitu ta' Mikro-organiżmi għall-Iskopijiet ta' Proċedura tal-Patenti (1977, modifikat fl-1980),
— Konvenzjoni Internazzjonali għall-protezzjoni ta' varjetajiet ġodda ta' pjanti (UPOV) (Att ta' Ġinevra 1991),
— Trattat dwar il-Liġi tat-Trejdmark (Ġinevra 1994).
Dikjarazzjoni mill-Messiku dwar it-Titolu I
Il-politika barranija tal-Messiku hija msejsa fuq il-prinċipji minquxa fil-Kostituzzjoni tiegħu:
Id-dritt ta' nazzjonijiet li jmexxu lilhom infushom
Ebda indħil
Ir-riżoluzzjoni paċifika ta' disputi
Il-projbizzjoni tat-theddida jew l-użu tal-forza fir-relazzjonijiet internazzjonali
Ugwaljanza legali ta' l-Istati
Koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp
Il-ġlieda għall-paċi internazzjonali u s-sigurtà internazzjonali.
Minħabba l-esperjenza storika tiegħu u l-mandat suprem tal-kostituzzjoni politika tiegħu, il-Messiku jesprimi l-konvinzjoni sħiħa tiegħu li l-osservanza sħiħa tal-liġi internazzjonali biss hija l-pedament tal-paċi u l-iżvilupp. Il-Messiku jiddikjara, bl-istess mod, illi l-prinċipji tal-koeżistenza tal-komunità internazzjonali, kif imfissra fil-Karta tal-Ġnus Magħquda, l-prinċipji enunċjati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani u l-prinċipji demokratiċi, huma l-gwida permanenti tal-parteċipazzjoni kostruttiva tiegħu fl-affarijiet internazzjonali u huma l-qafas għar-relazzjonijiet tiegħu mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, regolati b'dan il-Ftehim, u għar-relazzjoni tiegħu ma' kull pajjiż ieħor jew grupp ta' pajjiżi.
Hecho en Bruselas, el ocho de diciembre de mil novecientos noventa y siete.
Udfærdiget i Bruxelles den ottende december nitten hundrede og syvoghalvfems.
Geschehen zu Brüssel am achten Dezember neunzehnhundertsiebenundneunzig.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.
Done at Brussels on the eighth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.
Fait à Bruxelles, le huit décembre mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.
Fatto a Bruxelles, addì otto dicembre millenovecentonovantasette.
Gedaan te Brussel, de achtste december negentienhonderd zevenennegentig.
Feito em Bruxelas, em oito de Dezembro de mil novecentos e noventa e sete.
Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.
Som skedde i Bryssel den åttonde december nittonhundranittiosju.
Pour le Royaume de Belgique
Voor het Koninkrijk België
Für das Königreich Belgien
Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallone, la Région flamande et la Région Bruxelles-Capitale.
Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.
Diese Unterschrift verbindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.
For Kongeriget Danmark
Für die Bundesrepublik Deutschland
Για την Ελληνική Δημοκρατία
Por el Reino de España
Pour la République française
Thar ceann na hÉireann
For Ireland
Per la Repubblica italiana
Pour le Grand-Duché de Luxembourg
Voor het Koninkrijk der Nederlanden
Für die Republik Österreich
Pela República Portuguesa
Suomen tasavallan puolesta
För Republikken Finland
För Konungariket Sverige
For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland
Por la Comunidad Europea
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Voor de Europese Gemeenschap
Pela Comunidade Europeia
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
Por los Estados Unidos Mexicanos
(2)
Fl-istess ħin, il-plenipotenzarji tal-KOMUNITÀ EWROPEA,
Minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Komunità”,
minn-naħa l-waħda, u
il-plenipotenzarji ta' l-ISTATI UNITI MESSIKANI,
minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Messiku”,
minn-naħa l-oħra,
waqt li qed jiltaqgħu fi Brussel fit-tmien jum ta' Diċembru fis-sena elf disa' mija u seba' u disgħin għall-iffirmar tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, minn-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim”, adottaw it-test li ġej:
— Il-Ftehim
Il-plenipotenzarji tal-Komunità u l-plenipotenzarji tal-Messiku adottaw it-test tad-Dikjarazzjoni Konġunta elenkat hawn taħt u anness ma' dan l-Att Finali:
— Dikjarazzjoni Interpretattiva Konġunta dwar l-Artikolu 2 tal-Ftehim,
Il-plenipotenzarji tal-Messiku ħadu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Komunità msemmija hawn taħt u annessa ma' dan l-Att Finali:
— Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim,
Hecho en Bruselas, el ocho de diciembre de mil novecientos noventa y siete.
Udfærdiget i Bruxelles den ottende december nitten hundrede og syvoghalvfems.
Geschehen zu Brüssel am achten Dezember neunzehnhundertsiebenundneunzig.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.
Done at Brussels on the eighth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.
Fait à Bruxelles, le huit décembre mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.
Fatto a Bruxelles, addì otto dicembre millenovecentonovantasette.
Gedaan te Brussel, de achtste december negentienhonderd zevenennegentig.
Feito em Bruxelas, em oito de Dezembro de mil novecentos e noventa e sete.
Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.
Som skedde i Bryssel den åttonde december nittonhundranittiosju.
Por la Comunidad Europea
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Voor de Europese Gemeenschap
Pela Comunidade Europeia
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
Por los Estados Unidos Mexicanos
Dikjarazzjoni interpretattiva konġunta dwar l-Artikolu 2
L-impenji li jirriżultaw mill-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel tiġi adottata d-deċiżjoni li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 3.
Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea dwar l-Artikolu 5
Il-Komunità tiddikjara li, sakemm jiġu adottati mill-Kunsill Konġunt ir-regoli li jimplimentaw dwar il-kompetizzjoni li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 5(2), għandha tagħmel stima ta' kull prattika li tmur kontra dak l-Artikolu skond il-bażi tal-kriterji li jirriżultaw mir-regoli li hemm fl-Artikoli 85, 86 u 92 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, għal prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, minn dawk li jinsabu fl-Artikoli 65 u 66 ta' dak it-Trattat u r-regoli tal-Komunità dwar għajnuniet mill-Istat, inkluża leġiżlazzjoni sekondarja.
(3)
Fl-istess waqt il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tal-Messiku adottaw it-test tas-segwenti Dikjarazzjoni Konġunta:
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA U L-ISTATI UNITI MESSIKANI
Bil-għan li jkun koperti b'mod adegwat il-kwistjonijiet li jinsabu f'Titoli III u IV tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni ffirmat fit-8 Diċembru 1997 fi ħdan qafas komprensiv, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti Messikani jintrabtu li:
1. Jibdew u jekk ikun possibbli, jikkonkludu n-negozjati dwar arranġamenti għall-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi u tal-movimenti kapitali u ħlasijiet kif ukoll il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-propjetà intellettwali li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 6, 8, 9 u 12 ta' dak il-Ftehim, fl-istess waqt li jkunu għaddejjin negozjati dwar l-arranġamenti u l-orarju għall-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-merkanzija li hemm provdut dwarhom kemm fl-Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim kif ukoll fl-Artikolu 3 tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani ffirmat fit-8 Diċembru 1997.
2. Jimmiraw li jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għat-twettieq tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom, ir-riżultati tan-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tas-servizzi u tal-movimenti kapitali u ħlasijiet kif ukoll il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-propjeta intellettwali, li hemm provdut dwarha hawn fuq, jistgħu jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, b'hekk jilħqu l-għanijiet komuni tal-Partijiet ta' liberalizzazzjoni globali tal-kummerċ li jkun ikopri kemm il-merkanzija kif ukoll is-servizzi, skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar is-Sħubija Ekonomika, l-Koordinazzjoni Politika u l-Koperazzjoni.
( *1 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Żvediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 276 ta' 28.10.2000, p. 45.
Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.