01999L0062 — MT — 24.03.2022 — 009.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼M9

DIRETTIVA 1999/62/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Ġunju 1999

dwar il-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu tal-infrastrutturi tat-toroq

▼B

(ĠU L 187 20.7.1999, p. 42)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2006/38/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-17 ta' Mejju 2006

  L 157

8

9.6.2006

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

344

20.12.2006

►M3

DIRETTIVA 2011/76/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta’ Settembru 2011

  L 269

1

14.10.2011

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

356

10.6.2013

 M5

Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-Euro skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata  2014/C 46/05

  C 46

3

18.2.2014

 M6

Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE  2016/C 101/01

  C 101

1

17.3.2016

 M7

Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro b’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  2018/C 205/01

  C 205

1

14.6.2018

 M8

Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  2020/C 223/01

  C 223

1

7.7.2020

►M9

DIRETTIVA (UE) 2022/362 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-24 ta’ Frar 2022

  L 69

1

4.3.2022


Emendata bi:

►A1

ATT  li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġuta bi:

 C1

Rettifika, ĠU C 194, 1.6.2016, p.  15  (2016/C031)

►C2

Rettifika, ĠU L 227, 1.9.2022, p.  133 (2022/362)

►C3

Rettifika, ĠU L , 6.10.2023, p.  1 ((UE) 2022/362)




▼B

▼M9

DIRETTIVA 1999/62/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Ġunju 1999

dwar il-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu tal-infrastrutturi tat-toroq

▼B



IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

▼M9

Artikolu 1

1.  

Din id-Direttiva tapplika għal:

(a) 

taxxi fuq vetturi imposti fuq vetturi tqal tal-merkanzija;

(b) 

pedaġġi u tariffi għall-utent imposti fuq vetturi.

2.  
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi użati esklużivament fit-territorji mhux Ewropej tal-Istati Membri.
3.  
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi rreġistrati fil-Gżejjer Kanarji, f’Ceuta u Melilla, fl-Azores jew f’Madeira li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklużivament f’dawk it-territorji jew bejn dawk it-territorji u, rispettivament, il-partijiet kontinentali ta’ Spanja u tal-Portugall.

Artikolu 2

1.  

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1) 

“network trans-Ewropew tat-trasport” tfisser l-infrastruttura tat-trasport bit-triq imsemmija fil-Kapitolu II, Taqsima 3, tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) kif jidher fil-mapep fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament;

(2) 

“network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni” tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(3) 

“spejjeż tal-kostruzzjoni” tfisser l-ispejjeż marbuta mal-kostruzzjoni, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż tal-finanzjament ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

infrastruttura ġdida jew titjib tal-infrastruttura ġdida, inkluż tiswijiet strutturali sinifikanti;

(b) 

infrastruttura jew titjib infrastrutturali, inkluż tiswijiet strutturali sinifikanti, li tlestew mhux aktar minn 30 sena qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, fejn arranġamenti ta’ pedaġġ kienu diġà eżistenti fl-10 ta’ Ġunju 2008, jew tlestew mhux aktar tard minn 30 sena qabel l-istabbiliment ta’ kwalunkwe arranġament ġdid ta’ pedaġġ għall-użu introdott wara l-10 ta’ Ġunju 2008; jew

(c) 

infrastruttura jew titjib infrastrutturali li tlestew qabel il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-punt (b), fejn:

(i) 

Stat Membru jkun stabbilixxa sistema ta’ pedaġġi li tipprevedi l-irkupru ta’ dawn l-ispejjeż permezz ta’ kuntratt ma’ operatur tas-sistema ta’ pedaġġi, jew atti legali oħra li għandhom effett ekwivalenti, li daħlu fis-seħħ qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, jew

(ii) 

Stat Membru jista’ juri li l-każ għall-bini tal-infrastruttura inkwistjoni kien jiddependi fuq li din ikollha ħajja proġettata ta’ aktar minn 30 sena;

(4) 

“spejjeż ta” finanzjament’ tfisser imgħax fuq self u ritorn fuq kwalunkwe finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma kkontribwit mill-azzjonisti;

(5) 

“tiswijiet strutturali sinifikanti” tfisser tiswijiet strutturali minbarra dawk it-tiswijiet li mhumiex aktar ta’ benefiċċju għall-utenti tat-toroq, b’mod partikolari fejn ix-xogħol tat-tiswija ġie sostitwit b’aktar kisi mill-ġdid tat-toroq jew xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni;

(6) 

“awtostrada” tfisser triq iddisinjata u mibnija apposta għat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur, li ma twassalx għal proprjetajiet li jmissu magħha, u li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

hija pprovduta, għajr f’punti speċjali jew b’mod temporanju, b’karreġġati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin jew bi strippa diviżorja mhux intenzjonata għat-traffiku jew, b’mod eċċezzjonali, b’mezzi oħra;

(b) 

ma taqsam fl-istess livell ma’ ebda triq, linja tal-ferrovija jew tat-tramm, passaġġ għar-roti jew passaġġ għall-mixi; u

(c) 

hija ddeżinjata speċifikament bħala awtostrada;

(7) 

“pedaġġ” tfisser ammont speċifiku li jitħallas fir-rigward ta’ vettura bbażat fuq id-distanza ta’ vjaġġ fuq infrastruttura partikolari u fuq it-tip ta’ vettura, li l-ħlas tiegħu jikkonferixxi d-dritt biex dik il-vettura tuża l-infrastrutturi, u li tikkonsisti f’waħda jew aktar mit-tariffi li ġejjin:

(a) 

tariffa għall-infrastruttura;

(b) 

tariffa għall-konġestjoni; jew

(c) 

tariffa għall-ispejjeż esterni;

(8) 

“tariffa għall-infrastruttura” tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-operat u l-iżvilupp relatati mal-infrastruttura mġarrba fi Stat Membru;

(9) 

“tariffa għall-ispejjeż esterni” tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż relatati ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

it-tniġġis tal-arja mit-traffiku;

(b) 

it-tniġġis tal-istorbju mit-traffiku; jew

(c) 

emissjonijiet ta’ CO2 mit-traffiku;

(10) 

“spiża tat-tniġġis tal-arja mit-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara għas-saħħa tal-bniedem u tal-ħsara għall-ambjent ikkawżata mir-rilaxx ta’ materjal partikulat u ta’ prekursuri tal-ożonu, bħan-NOx u komposti organiċi volatili, matul it-tħaddim ta’ vettura;

(11) 

“spiża tat-tniġġis tal-istorbju mit-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara għas-saħħa tal-bniedem u tal-ħsara għall-ambjent ikkawżata mill-istorbju ġġenerat mill-vetturi jew mill-interazzjoni tagħhom mal-wiċċ tat-triq;

(12) 

“spiża tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mir-rilaxx ta’ CO2 matul it-tħaddim ta’ vettura;

(13) 

“konġestjoni” tfisser sitwazzjoni fejn il-volumi tat-traffiku joqorbu lejn jew jeċċedu l-kapaċità li jifilħu t-toroq;

(14) 

“tariffa tal-konġestjoni” tfisser tariffa li tiġi imposta fuq il-vetturi għall-fini li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-konġestjoni mġarrba fi Stat Membru u biex titnaqqas il-konġestjoni;

(15) 

“tariffa medja ppeżata għall-ispejjeż esterni” tfisser id-dħul totali minn tariffa għall-ispejjeż esterni fuq perijodu ta’ żmien speċifiku diviż bin-numru ta’ kilometri li l-vetturi tqal ivvjaġġaw fuq is-sezzjonijiet tat-toroq soġġetti għal dik it-tariffa matul dak il-perijodu;

(16) 

“tariffa għall-utent” tfisser ammont speċifiku li l-ħlas tiegħu jagħti d-dritt lil vettura li tuża għal perijodu speċifiku l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2);

(17) 

“vettura” tfisser vettura bil-mutur, b’erba’ roti jew aktar, jew kombinazzjoni ta’ vettura artikolata maħsuba jew użata għall-ġarr ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija fuq it-triq;

(18) 

“vettura tqila” tfisser vettura b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati;

(19) 

“vettura tqila tal-merkanzija” tfisser vettura tqila maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija;

(20) 

“kowċ” u “xarabank” ifissru vettura tqila maħsuba għall-ġarr ta’ aktar minn tmien passiġġieri, minbarra s-sewwieq;

(21) 

“vettura ħafifa” tfisser vettura b’ massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati;

(22) 

“karozza tal-passiġġieri” tfisser vettura ħafifa maħsuba għall-ġarr ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri, minbarra s-sewwieq;

(23) 

“vettura ta’ interess storiku” tfisser vettura ta’ interess storiku kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 7, tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

▼C3

(24) 

“minibus” tfisser vettura ħafifa maħsuba għall-ġarr ta’ aktar minn tmien passiġġieri, minbarra s-sewwieq;

▼M9

(25) 

“karavann bil-mutur” tfisser vettura bi spazju għall-għajxien, li fiha siġġijiet u mejda, akkomodazzjoni għall-irqad separata jew ikkonvertita mis-siġġijiet, faċilitajiet tat-tisjir u faċilitajiet tal-ħżin;

(26) 

“vettura kummerċjali ħafifa” tfisser vettura ħafifa maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija

(27) 

“vann” tfisser vettura ħafifa skont it-tifsira tal- Parti C, il-punt 4.2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(28) 

“emissjonijiet ta’ CO2” ta’ vettura tqila tfisser l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tagħha previsti fil-punt 2.3 tal-Fajl ta’ Informazzjoni għall-Klijent kif definit fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 ( 4 );

(29) 

“vettura b’emissjonijiet żero” tfisser:

(a) 

“vettura tqila b’emissjonijiet żero” kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 11, tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ); jew

(b) 

kwalunkwe karozza tal-passiġġieri, minibus jew vettura kummerċjali ħafifa mingħajr magna tal-kombustjoni interna;

(30) 

“vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” tfisser:

(a) 

“vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 12 tar-Regolament (UE) 2019/1242; jew

(b) 

vettura tqila mhux koperta mill-Artikolu 2(1), punti (a)-(d) ta’ dak ir-Regolament b’emissjonijiet ta’ CO2 inqas minn 50 % tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ referenza tal-grupp ta’ vetturi tagħha, għajr vettura b’emissjonijiet żero;

(31) 

“operatur tat-trasport” tfisser kull impriża li tittrasporta l-merkanzija jew il-passiġġieri bit-triq;

(32) 

‘‘vettura tal-klassijiet tal-emissjonijiet “Euro 0”, “Euro I”, “Euro II”, “Euro III”, “Euro IV”, “Euro V”, “EEV”, “Euro VI” tfisser vettura tqila li tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness 0;

(33) 

“tip ta’ vettura tqila” tfisser kategorija li taqa’ taħtha vettura tqila skont in-numru ta’ fusien tagħha, il-qisien jew il-piż tagħha, jew fatturi oħra ta’ klassifikazzjoni ta’ vetturi li jirriflettu l-ħsara fit-triq, bħas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-ħsara fit-triq stipulata fl-Anness IV, kemm-il darba s-sistema ta’ klassifikazzjoni użata tkun ibbażata fuq karatteristiċi tal-vettura li jidhru fid-dokumentazzjoni tal-vettura użata fl-Istati Membri kollha jew li jkunu jidhru b’mod viżwali;

(34) 

“sottogrupp ta’ vetturi” tfisser “sottogrupp ta’ vetturi” kif definit fl-Artikolu 3, punt 8 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(35) 

“grupp ta’ vetturi” tfisser grupp ta’ vetturi elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(36) 

“perijodu ta’ rappurtar tas-sena Y” tfisser “perijodu ta’ rappurtar tas-sena Y” kif definit fl-Artikolu 3, punt (3) tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(37) 

“trajettorja tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet’ għall-perijodu ta’ rappurtar ta’ sena (Y) u s-sottogrupp ta’ vettura (sg), jiġifieri ETY,sg, tfisser il-prodott tal-fattur (R-ETY) ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 annwali mmultiplikat bl-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ referenza (rCO2sg) tas-sottogrupp (sg), jiġifieri ETY,sg = R-ETY x rCO2sg għas-snin Y ≤ 2030, R-ETY u rCO2sg huma t-tnejn iddeterminati f’konformità mal-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242; għas-snin Y > 2030, R-ETY huwa 0.70; rCO2sg japplika kif aġġustat minn atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/1242 għall-perijodi ta’ rappurtar li jibdew wara d-dati rispettivi ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti delegati;

(38) 

‘‘l-emissjonijiet ta’ referenza ta’ CO2 ta’ grupp ta’ vetturi” tfisser:

(a) 

għal vetturi koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242, l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-formola fil-punt 3 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

għal vetturi mhux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242, il-valur medju tal-emissjonijiet ta’ CO2 kollha ta’ vetturi f’dak il-grupp ta’ vetturi, irrappurtat f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) għall-ewwel perijodu ta’ rappurtar, li ser jibda wara d-data li fiha r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi f’dak il-grupp ta’ vetturi, li ma jikkonformawx mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400, hu pprojbit f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(39) 

“kuntratt ta’ konċessjoni” tfisser “konċessjoni ta” xogħlijiet’ jew “konċessjoni ta’ servizz” kif definit fl-Artikolu 5, il-punt 1, (a) jew (b), tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(40) 

“pedaġġ ta’ konċessjoni” tfisser pedaġġ impost minn konċessjonarju taħt kuntratt ta’ konċessjoni;

(41) 

“arranġament ta’ pedaġġi jew ta’ tariffi emendat b’mod sostanzjali” tfisser arranġament ta’ pedaġġ jew ta’ tariffi, fejn l-emenda tar-rati hija mistennija żżid id-dħul b’aktar minn 10 % meta mqabbel mas-sena ta’ kontabbiltà preċedenti, eskluż l-effett taż-żieda fit-traffiku u wara li ssir korrezzjoni għall-inflazzjoni mkejla b’bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE kollha (HICP), u eskluż l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat).

2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt 2:

(a) 

fi kwalunkwe każ, il-proporzjon tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni li għandhom jitqiesu ma għandux jaqbeż il-proporzjon tal-perijodu tal-ħajja attwali tad-disinn tal-komponenti tal-infrastruttura li kien għad fadal jiskorri fl-10 ta’ Ġunju 2008 jew fid-data meta jiddaħħlu l-arranġamenti l-ġodda ta’ pedaġġ, jekk din tkun data aktar tard;

(b) 

spejjeż tal-infrastruttura jew titjib tal-infrastruttura jistgħu jinkludu kwalunkwe nefqa speċifika fuq l-infrastruttura li tkun iddisinjata biex tnaqqas id-disturbi marbuta mal-istorbju, biex jiġu introdotti teknoloġiji innovattivi jew biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u l-ħlasijiet reali li jsiru mill-operatur tal-infrastruttura li jikkorrispondu ma’ elementi ambjentali oġġettivi bħalma huma l-protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni tal-ħamrija.

3.  
Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 7da (3), l-Istati Membri jistgħu jittrattaw karavan bil-mutur jew bħala kowċ jew xarabank, jew bħala karozza tal-passiġġieri.

▼B

IL-KAPITOLU II

Tassazzjoni tal-vetturi

L-Artikolu 3

1.  

It-taxxi fuq il-vetturi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu huma kif ġej:

— 
Il-Belġju:
taxe de circulation sur les véhicules automobiles/ verkeersbelasting op de autovoertuigen,

▼M2

— 
Il-Bulgarija:
данък върху превозните средства,

▼A1

— 
Ir-Repubblika Ċeka:
silniční daň,

▼B

— 
Id-Danimarka:
vaegtafgift of motorkeretrajer m.v.,
— 
Il-Ġermanja:
Kraftfahrzeugsteuer,

▼A1

— 
L-Estonja:
raskeveokimaks,

▼B

— 
Il-Greċja:
Τέλη κυκλοφορίας
— 
Spanja:
(a) 

impuesto sobre vehiculos de traccion mecanica;

(b) 

impuesto sobre actividades economicas (fir-rigward ta' l-ammont ta' taxxa mitluba għal vetturi b'mutur biss),

— 
Franza:
(a) 

taxe spéciale sur certains véhicules routiers;

(b) 

taxe différentielle sur les véhicules a moteur,

▼M4

— 
Kroazja:
godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih I priključnih vozila,

▼B

— 
L-Irlanda:
vehicle excise duty,
— 
L-Italja:
(a) 

tassa automobilistica;

(b) 

addizionale del 5 % sulla tassa automobilistica,

▼A1

— 
Ċipru:
Τέλη Κυκλοφορίας Οχημάτων,
— 
Il-Latvja:
transportlīdzekļa ikgadējā nodeva,
— 
Il-Litwanja:
a) 

Transporto priemonių savininkų ar valdytojų naudotojo mokestis;

b) 

Mokestis už Lietuvoje įregistruotas krovinines transporto priemones,

▼B

— 
Il-Lussemburgu:
taxe sur les véhicules automoteurs,

▼A1

— 
L-Ungerija:
gépjárműadó,
— 
Malta:
liċenzja tat-triq road licence fee,

▼B

— 
L-Olanda:
motorrijtuigenbelasting,
— 
L-Awstrija:
Kraftfahrzeugsteuer,

▼A1

— 
Il-Polonja:
podatek od środków transportowych,

▼B

— 
Il-Portugall:
(a) 

imposto de camionagem;

(b) 

imposto de circulaçao,

▼M2

— 
Ir-Rumanija:
Taxa asupra mijloacelor de transport,

▼A1

— 
Is-Slovakkja:
letno povračilo za uporabo javnih cest za motorna in priklopna vozila,
— 
Is-Slovenja:
cestná daň,

▼B

— 
Il-Finlandja:
varsinainen ajoneuvovero/egentlig fordonsskatt,
— 
L-Isvezja:
fordonsskatt,
— 
Ir-Renju Unit:
(a) 

vehicle excise duty;

(b) 

motor vehicles licence.

2.  
L-Istati Membri li jbiddlu kwalunkwe taxxa elenkata fil-paragrafu 1 b'taxxa oħra ta' l-istess xorta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel l-emendi meħtieġa.

L-Artikolu 4

Il-proċeduri għall-impożizzjoni u ġbir tat-taxxi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat Membru.

L-Artikolu 5

Fir-rigward ta' vetturi rreġistrati fl-Istati Membri, it-taxxi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 għandhom jiġu imposti biss mill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni.

L-Artikolu 6

1.  
Tkun xi tkun l-istruttura tat-taxxi li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati b'mod li jagħmlu ċert li r-rata ta' taxxa għal kull kategorija jew sottokategorija ta' vettura li hemm referenza għaliha fl-Anness I ma tkunx iktar baxxa mill-minimu stipulat f'dak l-Anness.

Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw rati li huma iktar baxxi minn, iżda mhux inqas minn, 65 % tal-minima stipulati fl-Anness I.

2.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet għal:

(a) 

vetturi użati għal skopijiet ta' difiża nazzjonali jew ċivili, minn servizzi tan-nar jew ta' emerġenza oħrajn u mill-pulizija, u vetturi użati għall-manutenzjoni tat-toroq;

(b) 

vetturi li jivvjaġġaw b'mod okkażjonali biss fuq it-toroq pubbliċi ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni huma wżati minn persuni naturali jew ġuridiċi li l-okkupazzjoni prinċipali tagħhom mhix it-trasport ta' merkanzija, sakemm l-operazzjonijiet ta' trasport imwettqa minn dawn il-vetturi ma jikkawżawx tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, u soġġett għall-kunsens tal-Kummissjoni.

3.  
(a) 

Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil Stat Membru biex imantni aktar eżenzjonijiet jew riduzzjonijiet minn taxxi fuq vetturi minħabba raġunijiet ta' politika speċifika tat-tip soċjo-ekonomika jew marbuta ma' l-infrastruttura ta' dak l-Istat. Dawn l-eżenzjonijiet jew tnaqqis jista' japplika biss għal vetturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklussivament ġewwa parti definita sew tat-territorju tiegħu.

(b) 

Kull Stat Membru li jixtieq imantni eżenzjoni jew riduzzjoni ta' dan it-tip għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u għandu jgħaddilha wkoll kull informazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar l-eżenzjoni jew ir-riduzzjoni proposti fi żmien xahar.

Il-Kunsill għandu jitqies li jkun awtorizza l-manteniment ta' l-eżenzjoni jew riduzzjoni proposta jekk, fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data meta l-Istati Membri l-oħra kienu ġew infurmati b'mod konformi ma' l-ewwel subparagrafu, la l-Kummissjoni u lanqas kwalunkwe Stat Membru ma jkun talab li l-kwistjoni tiġi eżaminata mill-Kunsill.

4.  
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport kombinat ta' merkanzija bejn Stati Membri ( 8 ), l-Istati Membri ma jistgħu jagħtu ebda eżenzjoni jew riduzzjoni mit-taxxi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 li jagħmlu t-taxxa applikabbli iktar baxxa mill-minimu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

IL-KAPITOLU III

Ħlas għall-użu ta' triq u ħlas fuq l-utent

▼M9

Artikolu 7

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (1a), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu pedaġġi jew tariffi għall-utent fuq in-network trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti sezzjonijiet ta’ dak in-network, u fuq kwalunkwe parti oħra addizzjonali tan-network tal-awtostradi tagħhom li mhux parti min-network trans-Ewropew tat-toroq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 14 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7k.
2.  
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, f’konformità mat-TFUE, li japplikaw pedaġġi u tariffi għall-utent fuq toroq oħra, dment li l-impożizzjoni ta’ pedaġġi u tariffi għall-utent fuq toroq oħra bħal dawn ma tiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma tirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Pedaġġi u tariffi għall-utent applikati għal toroq minbarra toroq tan-network trans-Ewropew u minbarra l-awtostradi għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, fl-Artikolu 7a u fl-Artikolu 7j(1), (2) u (4).
3.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent għal kategoriji differenti ta’ vetturi, pereżempju vetturi tqal, vetturi tqal tal-merkanzija, kowċis u xarabanks, vetturi ħfief, vetturi kummerċjali ħfief, minibuses u karozzi tal-passiġġieri jistgħu jiġu introdotti jew miżmuma indipendentement minn xulxin. Madankollu, meta l-Istati Membri jimponu tariffi fuq karozzi tal-passiġġieri, għandhom ukoll jimponu tariffi fuq vetturi kummerċjali ħfief.
4.  
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu pedaġġi u tariffi għall-utent simultanjament fuq kwalunkwe kategorija speċifika ta’ vetturi għall-użu ta’ parti unika ta’ triq. Madankollu, Stat Membru li jimponi tariffa tal-utent fuq in-network tiegħu jista’ jimponi wkoll pedaġġi għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7ga(1) u l-Artikolu 7gb(2) għal tali pedaġġi għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji fejn tkun issodisfata waħda jew iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni tal-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7ga(1) u l-Artikolu 7gb(2) ma tkunx teknikament prattikabbli għall-introduzzjoni ta’ tali differenzjazzjoni fis-sistema kkonċernata ta’ pedaġġ;

(b) 

l-applikazzjoni tal-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7ga(1) u l-Artikolu 7gb(2) twassal għad-devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar, b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika.

Stat Membru li jiddeċiedi li ma japplikax l-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7ga(1) u l-Artikolu 7gb(2) skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu.

5.  

Il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent ma għandhomx jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, fuq il-bażi;

(a) 

tan-nazzjonalità tal-utent tat-triq;

(b) 

tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn l-operatur tat-trasport ikun stabbilit;

(c) 

tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn il-vettura tkun irreġistrata; jew

(d) 

l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-operazzjoni ta’ trasport.

6.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu pedaġġi jew tariffi għall-utent imnaqqsa fuq ċerti sezzjonijiet ta’ toroq, jew jeskludu għal kollox ċerti sezzjonijiet ta’ toroq minn tariffi għall-użu tat-triq, b’mod partikolari fejn l-intensità tat-traffiku tkun baxxa f’żoni b’popolazzjoni b’densità baxxa.
7.  
Fil-każ ta infrastrutturi ta’ toroq koperti minn kuntratti ta konċessjoni, fejn il-kuntratt ġie ffirmat qabel l-24 ta’ Marzu 2022 jew l-offerti jew tweġibiet għal stediniet għal negozjar skont il-proċedura negozjata ġew irċevuti wara proċess ta’ akkwist pubbliku qabel l-24 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7g(1) u (2), l-Artikolu 7ga u l-Artikolu 7gb għal pedaġġi u tariffi għall-utent fuq dawk l-infrastrutturi, sal-mument li l-kuntratt ta’ konċessjoni jiġġedded jew l-arranġament ta’ pedaġġi jew tariffi jiġi emendat b’mod sostanzjali,
8.  
Il-paragrafu 7 japplika wkoll għal kuntratti ta’ terminu twil, konklużi bejn entità pubblika u entità mhux pubblika, iffirmati qabel l-24 ta’ Marzu 2022 għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew il-ġestjoni ta’ servizzi għajr l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet li ma jinkludux it-trasferiment tar-riskju tad-domanda.
9.  

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa ta’ pedaġġi u tariffi għall-utent, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu pedaġġi u tariffi għall-utent għal:

(a) 

vetturi tqal eżentati mir-rekwiżit li jinstallaw u jużaw tagħmir ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(b) 

vetturi tqal tal-merkanzija li għandhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż it-3,5 tunnellati u inqas minn 7,5 tunnellati użati għall-ġarr ta’ materjali, tagħmir jew makkinarju għall-użu tas-sewwieq matul ix-xogħol tas-sewwieq, jew għall-kunsinna ta’ merkanzija li tiġi prodotta fuq bażi artiġjanali, fejn it-trasport ma jsirx b’kiri jew b’kumpens;

(c) 

kwalunkwe vettura koperta mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2), punti (a) u (b) jew kwalunkwe vettura użata jew li tkun proprjetà ta’ persuni b’diżabilità u

(d) 

vetturi b’emissjonijiet żero b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli sa 4,25t.

10.  
Mill-25 ta’ Marzu 2030, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw tariffi għall-utenti għal vetturi tqal fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni.
11.  

B’deroga mill-paragrafu 10, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi għall-utent għal vetturi tqal fuq sezzjonijiet tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni iżda biss f’każijiet debitament ġustifikati fejn l-applikazzjoni ta’ pedaġġ tkun:

(a) 

tinvolvi spejjeż amministrattivi, ta’ investiment u operatorji sproporzjonati meta mqabbla mad-dħul jew benefiċċji mistennija, li tali pedaġġ ikun jiġġenera, pereżempju minħabba t-tul limitat tas-sezzjonijiet tat-toroq ikkonċernati jew id-densità tal-popolazzjoni relattivament baxxa jew it-traffiku relattivament baxx; jew

(b) 

twassal għad-devjazzjoni tat-traffiku b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa pubblika.

Qabel ma japplikaw dawk it-tariffi għall-utent, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan. Dik in-notifika għandha tinkludi r-raġunijiet li jiġġustifikaw, fid-dawl tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjoni tat-tariffa għall-utent ibbażata fuq kriterji oġġettivi u informazzjoni ċara dwar il-vetturi u s-sezzjonijiet tat-toroq koperti mit-tariffa għall-utent.

L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw notifika waħda għal aktar sezzjonijiet tat-toroq koperti mill-eżenzjonijiet, dment li l-ġustifikazzjoni tkun inkluża għal kull sezzjoni.

12.  
Fejn l-Istati Membri japplikaw sistema komuni għal tariffi għall-utent skont l-Artikolu 8, dawk l-Istati Membri għandhom jadattaw jew iwaqqfu s-sistema komuni sal-25 ta’ Marzu 2032.
13.  

Sal-25 ta’ Marzu 2027, fir-rigward ta’ vetturi tqal tal-merkanzija, Stat Membru jista’ jagħżel li japplika pedaġġi jew tariffi għall-utent fil-każ biss ta’ vetturi tqal tal-merkanzija b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata fejn iqis li l-impożizzjoni ta’ pedaġġi jew tariffi għall-utent għall-vetturi tqal tal-merkanzija ta’ inqas minn 12-il tunnellata tkun:

(a) 

toħloq effetti negattivi sinifikanti fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku, l-ambjent, il-livelli ta’ storbju, il-konġestjoni, is-saħħa, jew is-sikurezza fit-toroq minħabba d-devjazzjoni tat-traffiku;

(b) 

tinvolvi spejjeż amministrattivi ta’ aktar minn 15 % tad-dħul addizzjonali li jirriżultaw minn dik l-estensjoni; jew

(c) 

tikkonċerna kategorija ta’ vetturi li ma tikkawżax aktar minn 10 % tal-ispejjeż infrastrutturali li jista’ jintalab ħlas għalihom

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw pedaġġi jew tariffi għall-utent jew it-tnejn li huma fil-każ biss ta’ vetturi tqal tal-merkanzija b’ massa massima mgħobbija teknikament permessibbli ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom flimkien mar-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom.

14.  
Fejn jiġu applikati pedaġġi għall-vetturi tqal kollha, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw perċentwali differenti tal-ispejjeż mill-kowċis u x-xarabanks u karavans bil-mutur, minn naħa, u mill-vetturi tqal tal-merkanzija, min-naħa l-oħra.
15.  
Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ tariffi imposti fuq vetturi ħfief.

Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-evoluzzjoni tas-sistemi tat-tariffi applikati għal vetturi ħfief f’termini tat-tip ta’ imposti applikati għal diversi kategoriji ta’ vetturi, il-firxa tan-network kopert, il-proporzjonalità tal-ipprezzar u elementi rilevanti oħra.

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tissottometti proposta leġislattiva, biex temenda d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 7a

1.  
It-tariffi għall-utent għandhom ikunu proporzjonati għat-tul tal-użu li jsir mill-infrastruttura.
2.  
Jekk it-tariffi għall-utent fir-rigward ta’ vetturi tqal jiġu applikati, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għal mill-inqas il-perijodi li ġejjin: ġurnata, ġimgħa, xahar u sena. Ir-rata għal xahar ma għandhiex taqbeż l-10 % tar-rata annwali, ir-rata għal ġimgħa ma għandhiex taqbeż il-5 % tar-rata annwali u r-rata għal ġurnata ma għandhiex taqbeż it-2 % tar-rata annwali.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li għall-vetturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru japplikaw biss ir-rati annwali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu tariffi għall-utent, inkluż l-ispejjeż amministrattivi, għall-vetturi tqal kollha, f’livell li ma jaqbiżx ir-rati massimi stipulati fl-Anness II.

3.  
Jekk it-tariffi għall-utent fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri jiġu applikati, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għal mill-inqas il-perijodi li ġejjin: ġurnata, ġimgħa jew għaxart ijiem jew it-tnejn, xahar jew xahrejn jew it-tnejn, u sena. Ir-rata ta’ xahrejn ma għandhiex taqbeż it-30 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ xahar ma għandhiex taqbeż id-19 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ għaxart ijiem ma għandhiex taqbeż it-12 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ ġimgħa ma għandhiex taqbeż il-11 % tar-rata annwali u r-rata ta’ ġurnata ma għandhiex taqbeż id-9 % tar-rata annwali.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-tariffa għall-utent ta’ ġurnata għal skopijiet ta’ tranżitu biss.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu l-użu tal-infrastruttura disponibbli għal perijodi oħra ta’ żmien. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom japplikaw rati skont il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-utenti, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari r-rata annwali u r-rati applikati għall-perijodi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, ix-xejriet eżistenti tal-użu u l-ispejjeż amministrattivi.

Fir-rigward ta’ skemi tat-tariffi għall-utent adottati qabel l-24 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri jistgħu jżommu rati ogħla mil-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, dment li dawn ikunu fis-seħħ qabel dik id-data, u jistgħu jżommu rati ogħla korrispondenti għal perijodi oħra ta’ użu, f’konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali. ►C2  Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu kif ukoll mat-tielet subparagrafu malli l-arranġamenti ta’ tariffi emendati b’mod sostanzjali jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mill-25 ta’ Marzu 2030. ◄

4.  
Għall-minibuses u vetturi kummerċjali ħfief, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw jew mal-paragrafu 2 jew mal-paragrafu 3. Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu tariffi differenti għall-utenti għal vetturi kummerċjali ħfief milli għall-karozzi tal-passiġġieri, huma għandhom jistabbilixxu rati ogħla ta’ tariffi għall-utenti għal vetturi kummerċjali ħfief milli għall-karozzi tal-passiġġieri.
5.  
Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà teknika u legali tad-differenzjar tat-trattament ta’ vetturi kummerċjali ħfief differenti abbażi ta’ jekk il-vettura kummerċjali ħafifa kkonċernata hijiex mgħammra b’takografu jew le. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tissottometti proposta leġislattiva biex temenda din id-Direttiva skont dan.

▼M9

Artikolu 7aa

1.  
L-Istati Membri li kienu japplikaw pedaġġi fuq in-network ta’ trasport trans-Ewropew ewlieni tagħhom jew parti minnu, qabel l-24 ta’ Marzu 2022, jistgħu jistabbilixxu sistema tat-tariffi kombinata għall-vetturi tqal kollha jew għal xi tipi ta’ vetturi tqal.
2.  
F’dik is-sistema tat-tariffi kombinata, l-Istati Membri jistgħu, minkejja l-Artikolu 7(10), japplikaw tariffi għall-utent għall-vetturi tqal kollha jew għal xi tipi ta’ vetturi tqal inkluż għal xi kategoriji ta’ piż ta’ vetturi tqal fuq in-network ta’ trasport trans-Ewropew ewlieni jew partijiet minnu, skont l-Artikolu 7(4).
3.  
It-tariffi għall-utent imsemmija fil-paragrafu 2 ta dan l-Artikolu għandhom ikunu varjati f’konformità mal-Artikolu 7ga u skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu t-tariffi għall-utent, inkluż l-ispejjeż amministrattivi, għall-vetturi tqal ikkonċernati, f’livell mhux ogħla mir-rati massimi stipulati fl-Anness II.
4.  
L-Istati Membri li jistabbilixxu l-iskema tat-tariffi kombinata għandhom iwettqu valutazzjoni jew analiżi tal-impatt li tispjega u tiġġustifika l-introduzzjoni tagħha li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-inqas sitt xhur qabel l-introduzzjoni tagħha.

▼M9

Artikolu 7b

1.  
It-tariffa għall-infrastruttura għall-vetturi tqal għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tal-infrastruttura. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura għall-vetturi tqal għandha tkun relatata mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-ispejjeż operatorji, tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tan-network tal-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura tista’ tinkludi wkoll dħul fuq il-kapital u/jew marġni ta’ profitt ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.
2.  
L-ispejjeż meqjusa għandhom ikunu relatati man-network jew il-parti tan-network li fuqha jiġu imposti t-tariffi għall-infrastruttura għall-vetturi tqal u mal-vetturi li jkunu soġġetti għal dawk it-tariffi. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwal minn dawk l-ispejjeż.

Artikolu 7c

1.  
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu tariffa għall-ispejjeż esterni, marbuta mal-ispiża tat-tniġġis tal-arja mit-traffiku, it-tniġġis mill-istorbju, l-emissjonijiet ta’ CO2 jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom.

Meta tiġi applikata tariffa għall-ispejjeż esterni għal vetturi tqal, l-Istati Membri għandhom ivarjawha u jistabbiluha f’konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi msemmija fl-Anness IIIa u għandhom jirrispettaw il-valuri ta’ referenza stipulati fl-Anness IIIb u IIIc. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwal minn dawk l-ispejjeż.

2.  
L-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal dan l-iskop, l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni jew il-ġbir tat-tariffa kollha jew ta’ parti minnha.
3.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet li jippermettu li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jiġu aġġustati għall-vetturi ta interess storiku.

▼M9

Artikolu 7ca

1.  
Meta tiġi imposta tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja jew mill-istorbju, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż relatati man-network jew mal-parti tan-network li fuqha tiġi imposta dik it-tariffa u l-vetturi li huma soġġetti għal dik it-tariffa.
2.  
It-tariffa għall-ispejjeż esterni marbuta mat-tniġġis tal-arja mit-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi tqal li jikkonformaw mal-aktar standards stretti tal-emissjonijiet Euro.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jibqa’ japplika erba’ snin wara d-data meta r-regoli li introduċew dawk l-istandards bdew japplikaw.

3.  
Mill-25 ta’ Marzu 2026, l-Istati Membri għandhom japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja mit-traffiku, lill-vetturi tqal fuq in-network b’pedaġġ imsemmi fl-Artikolu 7(1).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tariffa għall-ispejjeż esterni fuq dawk it-taqsimiet tat-triq fejn dan ikun iwassal għal devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar u li jirriżulta f’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika.

4.  
L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw il-possibbiltà li japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ s-CO2 u għat-tniġġis tal-arja u/jew skontijiet relatati ma’ dawk l-emissjonijiet, fejn il-pedaġġi ta’ konċessjoni ma jkunux varjati f’konformità mal-Artikoli 7g u 7ga, għal vetturi tqal, u f’konformità mal-Artikolu 7gb għal vetturi ħfief.

Ir-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni fakultattiva, inkluż ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex it-tariffa għall-ispejjeż esterni jew skont ma tiġix applikata għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 7cb

1.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 li jkunu ogħla mill-valuri ta’ referenza stipulati fl-Anness IIIc, sakemm dan isir b’mod mhux diskriminatorju, u limitat għal mhux aktar mid-doppju tal-valuri stipulati fl-Anness IIIc. Fejn l-Istati Membri japplikaw dan il-paragrafu huma għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom u jagħtu notifika dwarha lill-Kummissjoni, skont l-Anness IIIa.
2.  
Għax-xarabanks u l-kowċis, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw l-istess valuri jew valuri aktar baxxi minn dawk applikati għall-vetturi tqal tal-merkanzija.
3.  
Tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 tista’ tiġi kkombinata ma’ tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata f’konformità mal-Artikolu 7ga.
4.  
Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2, kif ukoll il-koerenza tagħha mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE ( 11 ). Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni, fejn xieraq, għandha tissottometti proposta leġislattiva biex temenda dan l-Artikolu. F’każ li dan l-Artikolu ma jiġix emendat kif xieraq sal-1 ta’ Jannar 2027 iżda d-Direttiva 2003/87/KE jew id-Direttiva 2003/96/KE tkun ġiet emendata b’mod li jirriżulta fl-internalizzazzjoni effettiva ta’ mill-inqas parti mill-ispejjeż esterni tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport bit-triq, il-Kummissjoni għandha tadotta, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9d ta’ din id-Direttiva, li jemendaw l-Anness IIIc ta’ din id-Direttiva biex il-valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 jiġu aġġustati, filwaqt li tqis il-prezz effettiv tal-karbonju applikat għall-fjuwils tat-trasport bit-triq fl-Unjoni.

▼M9

Artikolu 7d

Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ standards ġodda u aktar stretti tal-emissjonijiet Euro, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tiddetermina l-valuri ta’ referenza korrispondenti fl-Anness IIIb u taġġusta r-rati massimi tat-tariffi għall-utent fl-Anness II.

▼M9

Artikolu 7da

1.  
F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tariffa tal-konġestjoni fuq kwalunkwe sezzjoni tan-network tat-toroq tagħhom li tkun affettwata mill-konġestjoni. It-tariffa tal-konġestjoni tista’ tiġi applikata biss fuq dawk is-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari u matul dawk il-perijodi biss fejn tipikament ikollhom konġestjoni.
2.  
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sezzjonijiet tat-toroq u l-perijodi ta’ ħin imsemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ kriterji oġġettivi marbuta mal-livell li t-toroq u l-viċinanzi tagħhom huma affettwati mill-konġestjoni, li jitkejjel inter alia f’termini tal-medja tad-dewmien jew tat-tul tas-serbut ta’ vetturi.
3.  
Tariffa tal-konġestjoni imposta fuq kwalunkwe sezzjoni tan-network tat-toroq għandha tapplika b’mod mhux diskriminatorju għall-kategoriji kollha ta’ vetturi, f’konformità mal-fatturi ta’ ekwivalenza standard mogħtija fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw, b’mod parzjali jew kompletament, il-minibuses, ix-xarabanks u l-kowċis mit-tariffa tal-konġestjoni għall-promozzjoni tat-trasport kollettiv u tal-iżvilupp soċjoekonomiku u l-koeżjoni territorjali. Il-karavans bil-mutur, irrispettivament mill-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tagħhom, ma għandhomx jiġu ttrattati bħala kowċis u xarabanks għall-fini ta’ dan il-paragrafu.
4.  
It-tariffa tal-konġestjoni għandha tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Anness V. Hija għandha tirrifletti l-ispejjeż imposti minn vettura fuq l-utenti l-oħra tat-triq, u indirettament fuq is-soċjetà, u għandha tirrispetta l-valuri ta’ referenza mogħtija fl-Anness VI għal kull tip speċifiku ta’ triq. Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni japplika tariffi tal-konġestjoni ogħla mill-valuri ta’ referenza mogħtija fl-Anness VI, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness V.

Id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, għandu jintuża biex tiġi indirizzata l-problema tal-konġestjoni, jew biex jiġu żviluppati trasport u mobbiltà sostenibbli b’mod ġenerali.

Fejn tali dħul jiġi allokat għall-baġit ġenerali, għandu jitqies li Stat Membru jkun applika it-tieni subparagrafu, jekk huwa jimplimenta politiki ta’ appoġġ finanzjarju biex jindirizza l-problema tal-konġestjoni jew biex jiżviluppa trasport u mobbilità sostenibbli li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni.

5.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-monitoraġġ tal-impatt tat-tariffi tal-konġestjoni u għar-rieżami tal-livell tagħhom. Kull Stat Membru għandu iwettaq rieżami tal-livell ta’ tariffi b’mod regolari, tal-anqas kull tliet snin, biex jiżguraw li ma jaqbżux l-ispejjeż tal-konġestjoni li tokkorri f’dak l-Istat Membru f’dawk is-sezzjonijiet tat-toroq soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni.

▼M3

Artikolu 7e

▼M9

1.  
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għall-vetturi tqal billi jużaw metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Artikolu 7b u l-Anness III.
2.  
Għall-pedaġġi ta’ konċessjoni, il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għall-vetturi tqal għandu jkun ekwivalenti għal, jew inqas mil-livell li kien jirriżulta mill-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Artikolu 7b u l-Anness III. Il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza ta’ dan it-tip għandha ssir fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ referenza raġonevolment twil adatt għan-natura tal-kuntratt tal-konċessjoni.

▼M3

3.  
L-arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008 jew li għalihom ġew riċevuti offerti jew tweġibiet għal stediniet ta’ negozjar taħt proċedura nnegozjata, b’segwitu għal proċess ta’ akkwist pubbliku qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sakemm dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati b’mod sostanzjali.

▼M9

Artikolu 7f

1.  

Wara li jkun informa lill-Kummissjoni, Stat Membru jista’ japplika żieda marġinali mat-tariffa tal-infrastruttura imposta fuq sezzjonijiet speċifiċi tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari, jew li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali partikolari, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-dħul iġġenerat miż-żieda marġinali jiġi investit biex jiffinanzja l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport, jew fil-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni li jikkontribwixxu direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il-ħsara ambjentali u li jinsabu fl-istess kuritur bħas-sezzjoni tat-triq li fuqha tiġi applikata ż-żieda marġinali;

(b) 

iż-żieda marġinali ma taqbiżx il-15 % tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 7b(1) u l-Artikolu 7e ta’ din id-Direttiva, ħlief fejn id-dħul iġġenerat jiġi investit f’sezzjonijiet transfruntiera ta’ kuritur tan-network ewlieni identifikat f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, f’liema każ iż-żieda marġinali ma għandhiex taqbeż il-25 % ta’ dik it-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura, jew fejn żewġ Stati Membri jew aktar japplikaw żieda marġinali fl-istess kuritur f’liema każ, bi qbil mal-Istati Membri kollha li huma parti minn dak il-kuritur u li jkunu ġirien tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom taqa’ s-sezzjoni tal-kuritur li għaliha tkun ser tiġi applikata żieda marġinali, dik iż-żieda marġinali tista’ taqbeż il-25 % iżda ma tistax taqbeż il-50 % ta’ dik it-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura;

(c) 

l-applikazzjoni taż-żieda marġinali ma tkunx kawża ta’ trattament inġust tat-traffiku kummerċjali meta mqabbel ma’ utenti oħra tat-triq;

(d) 

deskrizzjoni tal-post eżatt ta’ fejn ser tiġi imposta ż-żieda marġinali u prova ta’ deċiżjoni li jiġu ffinanzjati l-infrastruttura tat-trasport jew is-servizzi tat-trasport imsemmija fil-punt (a) jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni taż-żieda marġinali;

(e) 

il-perijodu li għalih għandha tapplika ż-żieda marġinali jkun definit u limitat minn qabel u jkun konsistenti, fir-rigward tad-dħul li mistenni jidħol, mal-pjani finanzjarji u mal-analiżi tal-kost-benefiċċju għall-proġetti kofinanzjati bid-dħul miż-żieda marġinali.

2.  
Fil-każ ta’ proġett transfruntiera ġdid, żieda marġinali tista’ ssir biss jekk l-Istati Membri kollha involuti fil-proġett jaqblu.
3.  
Żieda marġinali tista’ tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata skont l-Artikolu 7g, 7ga jew 7gb.
4.  
Wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika żieda marġinali, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żieda marġinali ppjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk tikkunsidra li ż-żieda marġinali ppjanata ser ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni periferiċi, hija tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, biex tiċħad jew titlob l-emendar tal-pjanijiet għat-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9c(3).
5.  
Żieda marġinali ma tistax tiġi applikata għal sezzjonijiet tat-toroq li fuqhom tiġi applikata tariffa tal-konġestjoni.

Artikolu 7g

1.  

It-tariffa għall-infrastruttura tista’ tiġi varjata bl-iskop li tonqos il-konġestjoni, tonqos kemm jista’ jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jitjieb bl-aħjar mod possibbli l-użu tal-infrastruttura kkonċernata jew tiġi promossa s-sikurezza fit-toroq, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-varjazzjoni tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali;

(b) 

il-varjazzjoni tiġi applikata skont il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta’ ġurnata jew l-istaġun;

(c) 

ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 175 % ’l fuq mil-livell massimu tat-tariffa medja ponderata għall-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 7b;

(d) 

il-perijodi bl-aktar traffiku li matulhom jiġu imposti tariffi ogħla għall-infrastruttura bl-iskop li tonqos il-konġestjoni ma jkunux itwal minn sitt sigħat kuljum;

(e) 

il-varjazzjoni tkun ippjanata u applikata b’mod trasparenti u newtrali f’sens ta’ dħul finanzjarju fuq sezzjoni tat-triq effettwata mill-konġestjoni b’mod li toffri rati ta’ pedaġġ imnaqqsa għall-utenti tat-triq li jivvjaġġaw waqt perijodu bla traffiku u rati ta’ pedaġġ ogħla għall-utenti tat-triq li jivvjaġġaw waqt is-sigħat ta’ traffiku intensiv fl-istess sezzjoni tat-triq;

(f) 

ebda tariffa tal-konġestjoni ma hija imposta fuq is-sezzjoni tat-triq ikkonċernata.

Stat Membru li jkun jixtieq jintroduċi tali varjazzjoni jew ibiddel waħda eżistenti għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u jipprovdilha l-informazzjoni neċessarja biex tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet humiex issodisfati.

2.  
Sakemm tiġi applikata l-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utent imsemmija fl-Artikolu 7ga, fir-rigward tal-vetturi tqal, l-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro tal-vettura b’tali mod li ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ’l fuq mill-istess tariffa għal vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-aktar standards stretti tal-emissjonijiet Euro. Ladarba t-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utent jiġu varjati skont l-Artikolu 7ga, l-Istati Membri jistgħu ma jkomplux bil-varjazzjoni skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura jekk tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

huwa jimmina b’mod serju l-koerenza tas-sistemi ta’ pedaġġ fit-territorju tiegħu;

(b) 

ma jkunx teknikament prattikabbli li jiġi introdott dan id-differenzjar fis-sistema ta’ pedaġġ ikkonċernata;

(c) 

huwa jwassal għad-devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika;

(d) 

il-pedaġġ jinkludi tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja.

Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

3.  
Il-varjazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali.

▼M9

Artikolu 7ga

1.  
L-Istati Membri għandhom ivarjaw tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utent għal vetturi tqal f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dik il-varjazzjoni għandha tiġi applikata għas-sottogruppi ta’ vetturi tqal koperti mill-Artikolu 2(1) il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2019/1242, mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għal dawk is-sottogruppi ta’ vetturi fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament.

Għall-klassijiet 1, 4 u 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dik il-varjazzjoni għandha tapplika għall-gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242, mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza f’atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għall-grupp rilevanti. Fejn il-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat permezz ta’ att leġislattiv tal-Unjoni b’tali mod li jiġu koperti l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rilevanti għal grupp ta’ vetturi tqal, tali emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ma għandhomx jibqgħu jiġu ddeterminati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu iżda f’konformità mal-punt 5.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

Fejn it-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242, jiġu determinati minn att leġislattiv tal-Unjoni li jemenda l-punt 5.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, il-varjazzjonijiet għall-klassijiet 2 u 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2, kif definiti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet il-ġodda.

Mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis tar-rati previsti fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa għat-tariffi għall-infrastruttura jew għall-utent, jew eżenzjonijiet biex jitħallsu t-tariffi għall-infrastruttura jew għall-utent għal vetturi b’emissjonijiet żero minn kwalunkwe grupp ta’ vetturi mill-24 ta’ Marzu 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Mill-1 ta’ Jannar 2026, tali tnaqqis għandu jkun limitat sa 75 % meta mqabbel mat-tariffa applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2, kif definit fil-paragrafu 2.

2.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għal kull tip ta’ vettura tqila l-klassijiet tal-emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin:

(a) 

klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – vetturi li ma jappartjenu għal ebda klassi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija taħt il-punti (b) sa (e);

(b) 

klassi 2 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – vetturi tas-sottogrupp ta’ vetturi (sg) irreġistrati għall-ewwel darba fil-perijodu ta’ rappurtar tas-sena Y b’emissjonijiet ta’ CO2 aktar minn 5 % inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-perijodu ta’ rappurtar għas-sena Y u s-sottogrupp ta’ vetturi sg iżda li ma jappartjenu għall-ebda klassi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija taħt il-punti (c), (d) u (e);

(c) 

klassi 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – vetturi tas-sottogrupp ta’ vetturi sg irreġistrati għall-ewwel darba fil-perijodu ta’ rappurtar tas-sena Y b’emissjonijiet ta’ CO2 aktar minn 8 % inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-perijodu ta’ rappurtar għas-sena Y u s-sottogrupp ta’ vetturi sg li ma jappartjenu għall-ebda klassi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija taħt il-punti (d) u (e);

(d) 

klassi 4 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi;

(e) 

klassi 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – vetturi b’emissjonijiet żero.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni ta’ vettura li tappartjeni għall-klassi 2 jew 3 ta’ CO2 tiġi vvalutata mill-ġdid kull sitt snin wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni tagħha u li, fejn rilevanti, il-vettura tiġi kklassifikata mill-ġdid fil-klassi tal-emissjonijiet rilevanti abbażi tal-limiti massimi applikabbli f’dak iż-żmien. Ir-riklassifikazzjoni għandha, fir-rigward ta’ tariffa għall-utent, tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ validità tagħha li sseħħ fil-jum ta’ dik ir-riklassifikazzjoni jew warajh.

3.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għandhom japplikaw tariffi mnaqqsa għal vetturi fil-klassijiet 2, 3, 4 u 5, tal-emissjonijiet ta’ CO2 kif ġej:

(a) 

klassi 2 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – tnaqqis ta’ 5 % sa 15 % meta mqabbel mat-tariffa applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2;

(b) 

klassi 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – tnaqqis ta’ 15 % sa 30 % meta mqabbel mat-tariffa applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2;

(c) 

klassi 4 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – tnaqqis ta’ 30 % sa 50 % meta mqabbel mat-tariffa applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2;

(d) 

klassi 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2 – tnaqqis ta’ 50 % sa 75 % meta mqabbel mat-tariffa applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2.

Fejn it-tariffa għall-infrastruttura jew it-tariffa għall-utent tvarja wkoll skont il-klassi ta’ emissjoni Euro, it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika meta mqabbel mat-tariffa applikata għall-aktar standards stretti tal-emissjonijiet Euro.

4.  
Il-varjazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali.
5.  
B’deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura f’konformità mal-paragrafu 2 fejn tiġi imposta tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 u din tiġi varjata skont il-valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 fl-Anness IIIc.
6.  
F’sezzjonijiet tat-toroq fejn vettura titħaddem mingħajr emissjonijiet ta’ CO2 b’mod verifikabbli, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal dik il-vettura tariffi mnaqqsa f’konformità mal-klassi 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dik l-għażla għandhom japplikaw it-tariffi applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal dik il-vettura f’sezzjonijiet oħra tat-toroq.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għall-gruppi ta’ vetturi mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jirriproduċu d-data rilevanti għal kull grupp ta’ vetturi ppubblikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956.

8.  
Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività tal-varjazzjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija f’dan l-Artikolu, kif ukoll jekk tkunx għadha neċessarja u l-koerenza tagħha mad-Direttivi 2003/87/KE u 2003/96/KE. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tissottometti proposta leġislattiva biex temenda d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva dwar il-varjazzjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2.
9.  
Il-Kummissjoni għandha, kull ħames snin, wara l-24 ta’ Marzu 2022, tirrieżamina r-rati massimi tat-tariffi għall-utent fl-Anness II u l-livelli ta’ tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 3, u, fejn xieraq, tissottometti proposta leġislattiva, ibbażata fuq ir-riżultati ta’ dak il-proċess ta’ rieżami, biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet.
10.  
Kull 30 xahar wara l-24 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jivvaluta l-adegwatezza tal-limiti massimi għall-klassijiet 2 u 3 ta’ emissjoni ta’ CO2 imsemmija fl-Artikolu 7ga(2), punti (b) u (c) ta’ din id-Direttiva, fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ referenza ppubblikati skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 jew l-emissjonijiet ta’ CO2 irrappurtati skont ir-Regolament (UE) 2018/956, u fejn xieraq tissottometti proposta biex temenda dawk il-limiti massimi abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni.
11.  
L-applikazzjoni tal-varjazzjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhiex tkun obbligatorja fejn tapplika miżura oħra tal-Unjoni ta’ pprezzar tal-karbonju tal-karburant għat-trasport bit-triq.

Artikolu 7gb

1.  
L-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent għal vetturi ħfief skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, kif determinat mill-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi kkombinati, jew ponderati u kkombinati, irreġistrati fl-entrata 49 taċ-ċertifikat tal-konformità tal-vettura, u mill-prestazzjoni tal-emissjonijiet Euro.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, rati aktar baxxi ta’ pedaġġi u tariffi għall-utent għandhom japplikaw għall-karozzi tal-passiġġieri, minibuses u l-vetturi kummerċjali ħfief li jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom ta’ CO2, iddeterminati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ( 12 ), għandhom ikunu żero jew inqas mil-livelli li ġejjin:

(i) 

għall-perijodu mill-2021 sal-2024, il-miri għall-flotta kollha tal-UE2021 iddeterminata f’konformità mal-Parti A il-punt 6, u l-Parti B, il-punt 6, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

(ii) 

għall-perijodu mill-2025 sal-2029, il-miri għall-flotta kollha tal-UE ddeterminati skont l-Anness I tal-Parti A, punt 6.1.1, u l-Parti B, punt 6.1.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631;

(iii) 

għall-perijodu mill-2030 ’il quddiem, il-miri għall-flotta kollha tal-UE f’konformità mal-Anness I, il-Parti A, il-punt 6.1.2 u l-Parti B, punt 6.1.2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631;

(b) 

l-emissjonijiet tagħhom ta’ sustanzi niġġiesa, iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, għandhom ikunu kif speċifikat fit-Tabella tal-Anness VII ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis għall-vetturi b’emissjonijiet żero msemmija fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva mingħajr ma japplikaw tnaqqis għall-kategoriji l-oħra tar-rendiment tal-emissjonijiet imsemmija f’dak l-Anness.

2.  
Mill-1 ta’ Jannar 2026, fejn ikun teknikament prattikabbli, l-Istati Membri għandhom ivarjaw il-pedaġġi u t-tariffi annwali għall-utent għall-vannijiet u l-minibuses skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness VII. Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom ikunu indikattivi.

Fejn l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw kriterji ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet jew livelli ta’ tnaqqis differenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, jew jagħżlu li jinkludu kriterji differenti jew addizzjonali, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għażliet tagħhom u jiġġustifikawhom, mill-inqas sitt xhur qabel l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe varjazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw tnaqqis għal vetturi b’emissjonijiet żero biss, mingħajr ma japplikaw l-ebda varjazzjoni għal vetturi oħra u mingħajr ma jinnotifikaw lill-Kummissjoni.

3.  
Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jqisu titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-vettura li hija marbuta mal-konverżjoni ta’ dik il-vettura għal karburanti alternattivi.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri eċċezzjonali għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi fuq vetturi ta’ interess storiku.
5.  
Il-varjazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali.

▼M3

Artikolu 7h

▼M9

1.  

Tal-inqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta arranġament ġdid jew ta’ arranġament sostanzjalment emendat ta’ pedaġġ għal tariffa għall-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni:

▼M3

(a) 

fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq differenti minn dawk li jinvolvu ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni:

— 
il-valuri tal-unità u parametri oħrajn użati fil-kalkolu tad-diversi elementi ta’ spejjeż għall-infrastruttura, u
— 
informazzjoni ċara dwar il-vetturi koperti mill-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq, il-firxa ġeografika tan-netwerk, jew ta’ parti min-netwerk, użata għal kull kalkolu tal-ispiża, u l-persentaġġ tal-ispejjeż li huma maħsuba li jiġu rkuprati, u

▼M9

— 
fejn applikabbli, informazzjoni ċara dwar il-karatteristiċi ewlenin tas-sistema elettronika ta’ pedaġġ, inkluż dwar l-interoperabbiltà;

▼M3

(b) 

fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq li jinvolvu ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni:

— 
il-kuntratti ta’ konċessjoni jew bidliet sinifikanti għal dawn il-kuntratti,
— 
il-każ ta’ bażi li fuqu min ikun ta l-konċessjoni jkun bbaża n-notifika ta’ konċessjoni, kif imsemmi fl-Anness VII B għad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 14 ); dan il-każ ta’ bażi għandu jinkludi l-istima tal-ispejjeż kif definit fl-Artikolu 7b(1) prevista skont il-konċessjoni, it-traffiku previst, diviża skont it-tip ta’ vettura, il-livelli ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq previsti u l-firxa ġeografika tan-netwerk kopert mill-kuntratt ta’ konċessjoni.

▼M9

1a.  
Meta jibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jinkludi informazzjoni dwar aktar minn emenda waħda ta’ arranġament ta’ pedaġġi għall-infrastruttura. Fejn il-Kummissjoni tkun diġà ġiet infurmata dwar emenda, l-Istat Membru għandu jitqies li diġà ssodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-paragrafu 1 u dik l-emenda tista’ tiġi implimentata mingħajr ma l-Kummissjoni tiġi infurmata ulterjorment.

▼M3

2.  
Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar jekk ikunx hemm konformità mal-obbligi tal-Artikolu 7e. L-opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c.

▼M9

3.  
Qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid jew sostanzjalment emendat ta’ pedaġġ għal tariffi għall-ispejjeż esterni jew tariffi tal-konġestjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-network ikkonċernat, ir-rati għal kull kategorija ta’ vetturi u l-klassi tal-emissjonijiet li huma previsti u, fejn japplika, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f’konformità mal- Anness IIIa, il-punt (2) jew l-Anness V, il-punt 2.

▼M9 —————

▼M3

Artikolu 7i

1.  
L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu roħs jew tnaqqis għall-kwalunkwe utent relatati mal-element tat-tariffa għall-ispiża esterna ta’ ħlas għall-użu tat-triq.
2.  

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu roħs jew tnaqqis fuq it-tariffa għall-infrastruttura bil-kondizzjoni li:

(a) 

l-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta, tkun proporzjonata, magħmula pubblika b’mod miftuħ u disponibbli għall-utenti b’termini ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħrajn fl-għamla ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla;

▼M9

(b) 

dan ir-roħs jew tnaqqis jirrifletti l-iffrankar effettiv fl-ispejjeż amministrattivi tat-trattament ta’ utenti frekwenti meta mqabbla mal-utenti okkażjonali;

(c) 

it-tnaqqis ma jaqbiżx it-13 % tat-tariffa għall-infrastruttura mħallsa minn vetturi ekwivalenti li mhumiex eliġibbli għar-roħs jew għat-tnaqqis.

▼M9

2a.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu skontijiet jew tnaqqis fit-tariffa għall-infrastruttura għall-karozzi tal-passiġġieri għall-utenti frekwenti b’mod partikolari f’ żoni ta’ residenza dispersi u fil-periferiji tal-ibliet. Tnaqqis fid-dħul minħabba skont mogħti lil utenti frekwenti m’għandux jiġi impost fuq utenti anqas frekwenti.

▼M9

3.  
Soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7g(1), punt (b) u fl-Artikolu 7g(3) ta’ din id-Direttiva, ir-rati tal-pedaġġi għal proġetti kbar tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni li huma identifikati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, jistgħu jkunu soġġetti għal forom oħrajn ta’ varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabilità kummerċjali ta’ dawn il-proġetti, meta dawn ikunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma’ modi oħrajn ta’ trasport. L-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta għandha tkun lineari u proporzjonata. Id-dettalji tagħha għandhom isiru pubbliċi u hija għandha ssir disponibbli għall-utenti kollha b’termini ugwali. Hija ma għandhiex twassal biex l-ispejjeż addizzjonali jgħaddu għand utenti oħrajn fl-għamla ta’ pedaġġi ogħla.

▼M3

Artikolu 7j

▼M9

1.  
Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent għandhom jiġu applikati u miġbura u l-ħlas tagħhom immonitorjat b’tali mod li jikkawża l-inqas xkiel possibbli għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex jiġi evitat kwalunkwe kontroll jew verifika mandatorji fil-fruntieri interni tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-istabbiliment ta’ metodi li jippermettu lill-utenti tat-toroq iħallsu l-pedaġġi u t-tariffi għall-utent 24 siegħa kuljum, tal-inqas b’mod elettroniku jew mal-fruntiera jew f’punti tal-bejgħ ewlenin, bl-użu ta’ mezzi komuni ta’ ħlas, ġewwa u barra l-Istati Membri fejn ikunu applikati. L-Istati Membri mhumiex obbligati jipprovdu punti ta’ ħlas fiżiċi.

▼M3

2.  
L-arranġamenti għall-ġbir ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utent ma għandhomx, b’mod finanzjarju jew b’xi mod ieħor, iqiegħdu lil dawk li ma jużawx in-netwerk tat-toroq regolarment fi żvantaġġ mhux ġustifikat. B’mod partikolari, fejn Stat Membru jiġbor il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew il-ħlasijiet fuq l-utent esklussivament permezz ta’ sistema li teħtieġ l-użu ta’ unità abbord il-vettura, dan għandu jiżgura li l-utenti kollha jkunu jistgħu jiksbu unitajiet adatti li jintużaw abbord u li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq ( 15 ) skont arranġamenti amministrattivi u ekonomiċi raġonevoli.

▼M9

2a.  
Fejn xufier jew, jekk xieraq, l-operatur tat-trasport jew il-fornitur tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS), ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza tal-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura għall-finijiet tal- Artikolu 7g(2), l-Artikolu 7ga, jew l-Artikolu 7gb, l-Istati Membri jistgħu japplikaw pedaġġi jew tariffi għall-utent sal-ogħla livell li jista’ jintalab ħlas għalih.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-utent tat-triq ikun jista’ jiddikjara l-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura tal-anqas permezz ta’ mezzi elettroniċi qabel ma juża l-infrastruttura. L-Istati Membri jistgħu joffru mezzi elettroniċi u mhux elettroniċi biex jippermettu lill-utent jipprovdi evidenza sabiex jibbenefika mit-tnaqqis tal-pedaġġi jew, fejn xieraq, fil-każ ta’ verifika. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-evidenza pprovduta permezz ta’ mezzi elettroniċi tiġi pprovduta qabel ma tintuża l-infrastruttura.

L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għoti ta’ evidenza sussegwenti għall-użu tal-infrastruttura jiġi aċċettat għal 30 jum jew perijodu itwal determinat mill-Istati Membri wara l-użu tal-infrastruttura u biex jiġi żgurat ir-rimborż ta’ kwalunkwe differenza bejn il-pedaġġi jew it-tariffi għall-utent applikati u l-pedaġġ jew it-tariffa għall-utent li tikkorrispondi għall-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura kkonċernata li ssegwi mill-evidenza pprovduta fil-limitu ta’ żmien applikabbli.

▼M9

3.  
Jekk Stat Membru jimponi pedaġġ fuq vettura, l-ammont totali tal-pedaġġ, l-ammont tat-tariffa għall-infrastruttura, l-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni u l-ammont tat-tariffa tal-konġestjoni, fejn jiġu applikati, għandhom jiġu indikati f’irċevuta pprovduta lill-utent tat-triq, sa fejn ikun possibbli b’mezzi elettroniċi. L-utent tat-triq jista’ jaqbel li ma jingħatax l-irċevuta.
4.  
‘Fejn ikun ekonomikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jimponu u jiġbru t-tariffi għall-infrastruttura, tariffi għall-ispejjeż esterni u t-tariffi tal-konġestjoni permezz ta’ sistema elettronika ta’ pedaġġ li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ). Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tas-sistemi ta’ kollezzjoni elettronika tat-tariffi f’livell Ewropew.

Artikolu 7k

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ pedaġġi biex ikun previst kumpens xieraq.

▼B

L-Artikolu 8

1.  
Żewġ Stati Membri jew iżjed jistgħu jikkooperaw billi jintroduċu sistema komuni għal ħlasijiet imposti fuq l-utenti applikabbli fit-territorji tagħhom komplessivament. F'dak il-każ, dawk l-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-Kummissjoni tkun involuta f'dan mill-qrib u fit-tħaddim sussegwenti tas-sistema kif ukoll fl-emenda possibbli tagħha.
2.  

Sistema komuni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin flimkien ma' dawk fl-Artikolu 7:

▼M9

(a) 

il-pagament tat-tariffi komuni għall-utent għandu jagħti aċċess għas-sistema tat-toroq kif definit mill-Istati Membri parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (2);

(b) 

ir-rati komuni ta’ tariffi imposti għall-utent għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri parteċipanti f’livelli li mhumiex ogħla mir-rati massimi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7a;

▼B

(ċ) 

Stati Membri oħrajn jistgħu jissieħbu fis-sistema komuni;

(d) 

għandha tinħadem skala mill-Istati Membri li jipparteċipaw li permezz tagħha kull wieħed minnhom għandu jirċievi sehem ġust mid-dħul li jirriżulta mill-ħlasijiet fuq l-utenti.

▼M9

3.  
Fil-każ ta’ sistema komuni għal tariffi għall-utent imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data finali tal-applikazzjoni tal-varjazzjonijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7ga(1) hija estiża sal-25 ta’ Marzu 2025, jew jekk l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jkunu ppubblikati wara sal-24 ta’ Marzu 2022, tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza.

▼M1

L-Artikolu 8a

Kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ tas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ta' ħlasijiet fuq l-utent oħra fuq l-utent biex jiġi żgurat li din taħdem b'mod trasparenti u bla ma tkun diskriminatorja.

▼M3

Artikolu 8b

1.  
Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw fl-introduzzjoni ta’ sistema komuni għal ħlasijiet għall-użu tat-triq applikabbli fit-territorji magħquda tagħhom fl-intier. F’każ bħal dan, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi infurmata b’din il-kooperazzjoni u t-tħaddim sussegwenti tas-sistema kif ukoll dwar xi emenda possibbli.
2.  
Is-sistema komuni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 7k. Stati Membri oħrajn jistgħu jingħaqdu mas-sistema komuni.

▼B

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 9

▼M1

1.  

Din id-Direttiva m'għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta':

(a) 

taxxi u ħlasijiet speċifiċi:

— 
intaxxati fuq ir-reġistrazzjoni tal-vettura, jew
— 
imposti fuq il-vetturi jew fuq tagħbijiet ta' piżijiet jew ta' dimensjonijiet mhux normali;
(b) 

ħlasijiet ta' l-ipparkjar u ħlasijiet speċifiċi tat-traffiku urban.

▼M9

1a.  

Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli japplikaw:

(a) 

tariffi regolatorji mfasslin speċifikament biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku jew jiġġieldu l-impatti ambjentali, inkluż il-kwalità ħażina tal-arja, fuq kwalunkwe triq li tinsab f’żona urbana, inkluż toroq tan-network trans-Ewropew li jaqsmu żoni urbani;

(b) 

tariffi maħsuba speċifikament biex jiffinanzjaw il-kostruzzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ installazzjonijiet, integrati fit-toroq jew imqegħdin tul it-toroq jew fuqhom, li jipprovdu enerġija lil vetturi mexjin b’emissjonijiet żero jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet u imposti fuq tali vetturi.

Dawk it-tariffi għandhom jiġu applikati fuq bażi nondiskriminatorja.

▼M3

2.  

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta’ dħul iġġenerat minn din id-Direttiva. Biex is-sistema tat-trasport kollha tkun tista’ tiġi żviluppata, id-dħul mit-tariffi tal-infrastruttura, jew l-ekwivalenti tiegħu f’valur finanzjarju ta’ dan id-dħul irid jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mis-sistema kollha tat-trasport. B’mod partikolari, id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, irid jintuża ħalli jagħmel it-trasport aktar sostenibbli, inkluż wieħed jew aktar minn dan li ġej:

(a) 

jiġi ffaċilitat l-ipprezzar effiċjenti;

(b) 

jitnaqqas fis-sors it-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(c) 

jiġu mitigati fis-sors l-effetti tat-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(d) 

jittejjeb ir-rendiment tas-CO2 u l-enerġija tal-vetturi;

(e) 

tiġi żviluppata infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport u/jew il-kapaċità attwali li qiegħda tespandi;

(f) 

jingħata appoġġ lin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

(g) 

jsir l-aħjar użu mil-loġistika;

(h) 

tittejjeb is-sikurezza fit-toroq; u

(i) 

jiġu provduti postijiet tal-parkeġġ sikuri.

▼M9 —————

▼M1

L-Artikolu 9a

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontrolli xierqa u jiddeterminaw is-sistema ta' penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

▼M3

Artikolu 9b

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta’ kapaċitajiet tekniċi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari l-Annessi.

Artikolu 9c

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 17 ).
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M9

3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M9

Artikolu 9d

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e biex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-Anness 0, il-formuli fil-punti 4.1 u 4.2 tal-Anness IIIa, u l-ammonti indikati fit-Tabelli tal-Annessi IIIb u IIIc sabiex tadattahom skont il-progress xjentifiku u tekniku.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 7cb(4), il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e, biex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 stabbiliti fl-Anness IIIc, filwaqt li tqis il-prezz effettiv tal-karbonju applikat għall-karburanti għat-trasport bit-triq fl-Unjoni. Tali emendi għandhom ikunu limitati biex jiżguraw li l-livell tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu internalizzati dawk l-ispejjeż esterni.

Artikolu 9e

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 9d għal perijodu ta’ ħames snin mill-24 ta’ Marzu 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9d tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha jkollha effett l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 18 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 9d għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M9 —————

▼B

L-Artikolu 10

1.  
Għall-iskop ta' din id-Direttiva, ir-rati ta' kambju bejn il-euro u l-muniti nazzjonali ta' l-Istati Membri li ma adottawx il-euro għandhom ikunu dawk fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal- ►M3  Unjoni Ewropea ◄ ; għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja ta' wara.
2.  
L-Istati Membri li ma adottawx il-euro jistgħu jżommu l-ammonti fis-seħħ fil-ħin ta' l-aġġustament annwali magħmul taħt il-paragrafu 1 jekk il-kambju ta' l-ammonti espressi f'euro jirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % meta espressi f'muniti nazzjonali.

▼M9

Artikolu 10a

1.  
L-ammonti f’euro stabbiliti fl-Anness II u l-ammonti f’ċenteżmi stabbiliti fit-Tabelli tal-Annessi IIIb u IIIc għandhom jiġu adattati kull sentejn sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE (HICP) bl-esklużjoni tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat). L-ewwel adattament għandu jseħħ sal-31 ta’ Marzu 2025.

L-ammonti għandhom jiġu aġġornati awtomatikament, permezz tal-adattament tal-ammont bażi f’euro jew f’ċenteżmi bil-perċentwal tal-bidla f’dak l-indiċi. L-ammonti li jirriżultaw għandhom jiżdiedu sal-eqreb euro fir-rigward tal-Anness II, jiżdiedu sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ ċenteżmu fir-rigward tal-Annessi IIIb u IIIc.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Marzu 2025. Dawk l-ammonti adattati għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni.

Artikolu 11

1.  
Sal-25 ta’ Marzu 2025, u kull ħames snin wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw f’forma aggregata rapport dwar il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent imposti fuq it-territorju tagħhom.
2.  

Ir-rapport ippubblikat skont il-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

L-evoluzzjoni tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq, jiġifieri n-networks u l-kategoriji tal-vetturi koperti, inkluż kwalunkwe eżenzjoni skont l-Artikoli 7, 7c jew 7gb;

(b) 

il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura jew it-tariffi għall-utent skont il-kategorija tal-vettura u t-tip ta’ vettura tqila;

(c) 

il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura jew tat-tariffi għall-utent skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi, skont l-Artikoli 7g, 7ga jew 7gb;

(d) 

fejn applikabbli, il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont il-ħin tal-jum, it-tip ta’ jum jew l-istaġun, skont l-Artikolu 7g(1);

(e) 

it-tariffa għall-ispejjeż esterni imposta għal kull kombinazzjoni ta’ klassi ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien;

(f) 

it-tariffa medja ponderata għall-infrastruttura u d-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-infrastruttura;

(g) 

id-dħul totali ġġenerat mit-tariffi għall-ispejjeż esterni;

(h) 

id-dħul totali ġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni skont il-kategorija tal-vettura;

(i) 

id-dħul totali ġġenerat miż-żidiet marġinali u fuq liema sezzjonijiet tat-toroq ġew imposti;

(j) 

id-dħul totali ġġenerat mill-pedaġġi jew it-tariffi għall-utent, jew, fejn applikabbli, it-tnejn li huma;

(k) 

informazzjoni dwar l-użu tad-dħul iġġenerat permezz tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u kif dan l-użu ppermetta lill-Istat Membru jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2), jew, fejn tali dħul jiġi allokat għall-baġit ġenerali, informazzjoni dwar il-livell ta’ nfiq allokat għall-infrastruttura tat-trasport bit-triq u proġetti tat-trasport sostenibbli; kif ukoll

(l) 

l-evoluzzjoni tas-sehem tal-vetturi li jappartjenu għad-diversi klassijiet ta’ emissjonijiet fuq toroq b’pedaġġ.

L-Istati Membri li jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament online jistgħu jiddeċiedu li ma jfasslux ir-rapport.

▼B

L-Artikolu 12

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Lulju 2000. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.

L-Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




L-ANNESS 0

LIMITI TA' EMISSJONI

1.  Vettura “EURO 0”



Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

12,3

2,6

15,8

2.  Vetturi “EURO I”/“EURO II”



 

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

Massa ta' partikulati (PT) g/kWh

Vettura “EURO I”

4,9

1,23

9,0

0,4  (1)

Vettura “EURO II”

4,0

1,1

7,0

0,15

(1)   

Koeffiċjent ta' 1,7 huwa applikat għall-valur ta' limitu ta' emissjoni ta' partikulati fil-każ ta' magni b'rata ta' qawwa ta' 85 kW jew inqas.

3.  Vetturi “EURO III”/“EURO IV”/“EURO V”/“EEV”



Il-mases speċifiċi ta' monossidu tal-karbonju, it-total ta' idrokarboni, l-ossidi tan-nitroġenu u l-partikulati, determinati bit-test ta' l-ESC u l-opaċità tal-gass ta' skariku, determinat mit-test ta' l-ERL, m'għandhomx jeċċedu l-valuri li ġejjin( (1)):

 

Massa ta' monossidi tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

Massa ta' partikulati (PT) g/kWh

Gass ta' skariku m-1

Vettura “EURO III”

2,1

0,66

5,0

0,10  (2)

0,8

Vettura “EURO IV”

1,5

0,46

3,5

0,02

0,5

Vettura “EURO V”

1,5

0,46

2,0

0,02

0,5

Vettura “EEV”

1,5

0,25

2,0

0,02

0,15

(1)   

Ċiklu ta' prova jikkonsisti f'sekwenza ta' punti ta' prova, kull punt definit minn veloċità u torque li l-magna trid tirrispetta fi steady state (test ta' l-ESC) jew f'kondizzjonijiet ta' operazzjoni transitorja (prova ta' l-ETC u l-ELR).

(2)   

0,13 għal magni li ċ-ċilindrata unitorja tagħhom hi inqas minn 0,7 dm3 u l-veloċità nominali hi iktar minn 3 000 min-1.

▼M9

Limiti tal-Emissjonijiet Euro VI



 

Valuri ta’ limitu

CO

(mg/kWh)

THC

(mg/kWh)

NMHC

(mg/kWh)

CH4

(mg/kWh)

NOX (1)

(mg/kWh)

NH3

(ppm)

Massa ta’ PM

(mg/kWh)

Numru PM

(#/kWh)

WHSC (CI)

1 500

130

 

 

400

10

10

8,0 x 1011

WHTC (CI)

4 000

160

 

 

460

10

10

6,0 x 1011

WHTC (PI)

4 000

 

160

500

460

10

10

6,0 x 1011

Nota:

PI = Tqabbid bl-ispark.

CI = Tqabbid bil-kompressjoni.

(1)  Il-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu ta’ NOx jista’ jiġi definit fi stadju aktar tard.

▼M1

4. Klassijiet ta' emmissjonijiet ta' vetturi fil-ġejjieni kif definit fid-Direttiva 88/77/KEE u emendi sussegwenti jistgħu jiġu kkunsidrati.

▼B




L-ANNESS I

RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI



Vetturi b'Mutur

Numru ta' fusien u t-toqol gross mgħobbi massimu permissibbli

(f'tunnellati)

Rata minima ta' taxxa

(f'euro/sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus/fusien tas-sewqan b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut(i) (1)

Sistemi ta' sospensjoni oħrajn tal-fus/fusien tas-sewqan

Żewġ fusien

12

13

0

31

13

14

31

86

14

15

86

121

15

18

121

274

Tliet fusien

15

17

31

54

17

19

54

111

19

21

111

144

21

23

144

222

23

25

222

345

25

26

222

345

Erba' fusien

23

25

144

146

25

27

146

228

27

29

228

362

29

31

362

537

31

32

362

537

(1)   

Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti b'mod konformi mad-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistipula fir-rigward ta' ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkulaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fi traffiku nazzjonali u internazzjonali u t-toqol massimu awtorizzat fi traffiku internazzjonali (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59).



KOMBINAZZJONIJIET TA' VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAT-TRIQ)

Numru ta' fusien u t-toqol gross mgħobbi massimu permissibbli

(f'tunnellati)

Rata minima ta' taxxa

(f'euro/sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus/fusien tas-sewqan b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut(i) (1)

Sistemi ta' sospensjoni oħrajn tal-fus/fusien tas-sewqan

fusien 2 + 1

12

14

0

0

14

16

0

0

16

18

0

14

18

20

14

32

20

22

32

75

22

23

75

97

23

25

97

175

25

28

175

307

fusien 2 + 2

23

25

30

70

25

26

70

115

26

28

115

169

28

29

169

204

29

31

204

335

31

33

335

465

33

36

465

706

36

38

465

706

fusien 2 + 3

36

38

370

515

38

40

515

700

fusien 3 + 2

36

38

327

454

38

40

454

628

40

44

628

929

fusien 3 + 3

36

38

186

225

38

40

225

336

40

44

336

535

(1)   

Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti b'mod konformi mad-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistipula fir-rigward ta' ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkulaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fi traffiku nazzjonali u internazzjonali u t-toqol massimu awtorizzat fi traffiku internazzjonali (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59).

▼M9




ANNESS II

AMMONTI MASSIMI F’EURO TAT-TARIFFI GĦALL-UTENT, INKLUŻ L-ISPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7a(2)

Annwali



 

massimu ta’ tliet fusien

minimu ta’ erba’ fusien

Euro 0

1 899

3 185

Euro I

1 651

2 757

Euro II

1 428

2 394

Euro III

1 242

2 073

Euro IV

1 081

1 803

Euro V

940

1 567

Euro VI

855

1 425

Kull xahar kull ġimgħa u kuljum

Ir-rati massimi kull xahar kull ġimgħa u kuljum huma proporzjonati għall-perijodu ta’ żmien li fih tkun intużat l-infrastruttura.

▼M1




L-ANNESS III

PRINĊIPJI ĊENTRALI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA' L-ISPEJJEŻ U L-KALKOLU TAL-ĦLASIJIET GĦALL-UŻU TAT-TRIQ

▼M3

Dan l-Anness jistipula l-prinċipji ewlenin għall-kalkolu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura biex jirrifletti l-Artikolu 7b(1). L-obbligu li t-tariffi għall-infrastruttura jkunu relatati mal-ispejjeż għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu, f’konformità mal-Artikolu 7b(2), li ma jirkuprawx l-ispejjeż għal kollox permezz tad-dħul mit-tariffi għall-infrastruttura, jew għal-libertà, f’konformtià mal-Artikolu 7f, li jvarjaw l-ammonti ta’ tariffi speċifiċi għall-infrastruttura mill-medja.

▼M1

L-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji għandha tkun għal kollox konsistenti ma' obbligi eżistenti oħra taħt il-liġi ►M3  Unjoni ◄ rja, b'mod partikolari l-ħtieġa li kuntratti ta' konċessjoni jingħataw skond id-Direttiva 2004/18/KE u strumenti ►M3  Unjoni ◄ rji oħra fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku.

Fejn Stat Membru jidħol f'negozjati ma' parti terza waħda jew iktar bil-ħsieb li jiġi stabbilit kuntratt ta' konċessjoni fir-rigward tal-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta' parti mill-infrastruttura tiegħu, jew bil-ħsieb ta' dan il-għan, jidħol f'arranġament simili bbażat fuq leġiżlazzjoni nazzjonali jew fuq ftehim li jidħol fih il-Gvern ta' Stat Membru, il-konformità ma' dawn il-prinċipji għandha tiġi ġġudikata abbażi ta' l-eżitu ta' dawn in-negozjati.

1.   Tifsira tas-Sistema Tat-toroq u tal-vetturi koperti

— 
Fejn ma jkunx ser jiġi applikat arranġament uniku ta' ħlas għall-użu tat-triq għas-sistema tat-toroq kollha tat-TEN, Stat Membru għandu jispeċifika b'mod preċiż il-parti jew il-partijiet tas-sistema tat-toroq li għandhom ikunu soġġetti għal arranġament ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq kif ukoll is-sistema li huwa juża biex jikklassifika l-vetturi għall-finijiet ta' varjazzjoni fil-ħlas għall-użu tat-triq. L-Istati Membri għandhom ukoll jispeċifikaw jekk humiex qed jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema tagħhom ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq sabiex ikunu koperti vetturi taħt il-limitu ta' 12-il tunnellata metrika.
— 
Fejn Stat Membru jagħżel li jadotta linji politiċi differenti fir-rigward ta' kif jirkupra l-ispejjeż għal partijiet differenti tas-sistema tat-toroq tiegħu (kif permess taħt l- ►M3  Artikolu 7b(2) ◄ ), kull parti definita b'mod ċar tas-sistema tat-toroq għandha tkun soġġetta għal kalkolu separat ta' l-ispejjeż. Stat Membru jista' jagħżel li jaqsam is-sistema tat-toroq tiegħu f'numru ta' partijiet definiti b'mod ċar sabiex jistabbilixxi arranġamenti ta' konċessjoni separati jew simili għal kull parti.

2.   Spejjeż ta' infrastruttura

2.1   Spejjeż ta' l-investiment

— 
L-ispejjeż ta' l-investiment għandhom jinkludu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni (inkluż l-ispejjeż finanzjarji) u l-ispejjeż ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura biż-żieda, fejn xieraq, ta' dħul fuq l-investiment kapitali jew marġni ta' qligħ. Għandhom ukoll ikunu inklużi l-ispejjeż ta' l-akkwist ta' l-art, l-ippjanar, id-disinn, is-superviżjoni ta' kuntratti ta' kostruzzjoni u l-amministrazzjoni tal-proġett, u ta' investigazzjonijiet arkeoloġiċi u ta' l-art, kif ukoll spejjeż inċidentali rilevanti oħra.
— 
L-irkupru ta' l-ispejjeż tal-kostruzzjoni għandu jkun ibbażat jew fuq il-perjodu ta' ħajja mistennija ta' l-infrastruttura jew fuq perjodu ieħor ta' ammortizzazzjoni (li ma jkunx anqas minn 20 sena) li jista' jitqies xieraq għal raġunijiet ta' finanzjament permezz ta' kuntratt ta' konċessjoni jew b'mod ieħor. It-tul tal-perjodu ta' ammortizzazzjoni jista' jkun fattur varjabbli importanti fin-negozjati dwar l-istabbiliment ta' kuntratti ta' konċessjoni, b'mod partikolari jekk l-Istat Membru kkonċernat jixtieq, bħala parti mill-kuntratt, jistabbilixxi limitu massimu fir-rigward tal-ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq applikabbli.
— 
Bla preġudizzju għall-kalkolu ta' l-ispejjeż ta' investiment, l-irkuprar ta' l-ispejjeż jista':
— 
jitqassam indaqs tul il-perjodu ta' ammortizzazzjoni jew jiġi kkonċentrat fuq is-snin tal-bidu, tan-nofs jew lejn l-aħħar, dment li tali konċentrazzjoni titwettaq b'mod trasparenti;
— 
jipprovdi għall-indiċjar tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq tul il-perjodu ta' ammortizzazzjoni.
— 
L-ispejjeż kollha ta' l-imgħoddi għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mħallsa. L-ispejjeż li għad iridu jsiru jkunu bbażati fuq previżjonijiet raġonevoli ta' l-ispejjeż.
— 
L-investiment tal-gvern jista' jitqies li huwa self finanzjarju. Ir-rata ta' imgħax li tiġi applikata lill-ispejjeż ta' l-imgħoddi għandha tkun ir-rati li applikaw għas-self tal-gvern matul dak il-perjodu.

▼M9

— 
L-ispejjeż għandhom jitqassmu għal vetturi tqal fuq bażi oġġettiva u trasparenti billi jitqies il-proporzjon ta’ traffiku ta’ vetturi tqal li għandu jiċċirkola fuq in-network u l-ispejjeż marbuta ma’ dan. L-għadd ta’ kilometri tal-vettura mwettqa minn vetturi tqal jista’ għal dan l-għan jiġi aġġustat b”“fatturi ta’ ekwivalenza” ġustifikati oġġettivament bħal dawk stabbiliti fil-punt 4 ( 19 ).

▼M1

— 
Provvediment għal stima tad-dħul fuq il-kapital jew il-marġni ta' qligħ għandu jkun raġonevoli fid-dawl tal-kondizzjonijiet tas-suq u jista' jiġi varjat bl-iskop li jipprovdi inċentivi ta' rendiment għal parti terza kontraenti fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi mogħtija. Id-dħul fuq il-kapital għandu jiġi stmat bl-użu ta' indikaturi ekonomiċi bħall-IRR (rata ta' dħul intern fuq l-investiment) jew il-WACC (spejjeż medji ppeżati tal-kapital).

2.2.   Spejjeż annwali ta' manutenzjoni u spejjeż ta' tiswija strutturali

— 
Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu kemm l-ispejjeż annwali tal-manutenzjoni tas-sistema tat-toroq kif ukoll l-ispejjeż perjodiċi relatati mat-tiswija, it-tisħiħ u l-kisi mill-ġdid, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-livell tal-funzjonalità operattiva tas-sistema tat-toroq tinżamm matul iż-żmien.

▼M9

— 
Dawn l-ispejjeż għandhom jitqassmu bejn il-vetturi tqal u traffiku ieħor abbażi ta’ ishma reali u mbassra ta’ kilometri tal-vettura u jistgħu jiġu aġġustati b’fatturi ta’ ekwivalenza ġustifikati b’mod oġġettiv bħal dawk imniżżla fil-punt 4.

▼M1

3.   Spejjeż operattivi, ta' ġestjoni u ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq

Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludi l-ispejjeż kollha li jsiru mill-operatur ta' l-infrastruttura li m'humiex koperti taħt is-Sezzjoni 2 u li huma relatati ma' l-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-infrastruttura u tas-sistema ta' ħlas għall-użu tat-triq. B'mod partikolari dawn għandhom jinkludu:

— 
l-ispejjeż ta' kostruzzjoni, l-istabbiliment u ż-żamma ta' kabini għall-ħlas ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u sistemi ta' pagament oħra;
— 
l-ispejjeż ta' kuljum ta' l-operazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tas-sistema ta' ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq;
— 
miżati u ħlasijiet amministrattivi relatati ma' kuntratti ta' konċessjoni;
— 
spejjeż ta' ġestjoni, amminstrazzjoni u servizz relatati ma' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura.

L-ispejjeż jistgħu jinkludu ritorn fuq kapital jew marġni ta' qligħ li jirriflettu l-grad ta' riskju trasferit.

Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu diviżi skond bażi ġusta u trasparenti bejn il-klassijiet kollha ta' vetturi li huma soġġetti għas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq.

▼M9

4.   Is-sehem ta’ traffiku ta’ vetturi tqal, il-fatturi ta’ ekwivalenza u l-mekkaniżmu ta korrezzjoni

— 
Il-kalkolu tal-pedaġġi għandu jkun ibbażat fuq ishma reali jew imbassra ta’ kilometri tal-vettura vvjaġġati minn vetturi tqal, aġġustati, jekk mixtieq, b’fatturi ta’ ekwivalenza, biex titqies kif xieraq iż-żieda fl-ispejjeż tal-kostruzzjoni u tat-tiswija tal-infrastruttura għall-użu ta’ vetturi tqal.

▼M1

— 
It-tabella li ġejja tagħti sett ta' fatturi ta' ekwivalenza indikattivi. Fejn Stat Membru juża fatturi ta' ekwivalenza bi proporzjonijiet li huma differenti minn dawk fit-tabella, huma għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ġustifikabbli b'mod oġġettiv u għandhom isiru pubbliċi.



Klassi tal-vettura (1)

Fatturi ta' ekwivalenza

Tiswija strutturali (2)

Investimenti

Manutenzjoni annwali

Bejn 3,5 t u 7,5 t, Klassi 0

1

1

1

> 7,5 t, Klassi I

1,96

1

1

> 7,5 t, Klassi II

3,47

1

1

> 7,5 t, Klassi III

5,72

1

1

(1)   

Ara l-Anness IV li jindika l-klassijiet tal-vetturi.

(2)   

Il-klassijiet tal-vetturi jikkorrispondu mat-toqol tal-fusien ta' 5,5; 6,5; 7,5 u 8,5 tunnellati rispettivament.

— 
Arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li huma bbażati fuq livelli ta' traffiku mbassra għandhom jipprovdu għal mekkaniżmu ta' korrezzjoni li permezz tiegħu ħlasijiet għall-użu tat-triq huma aġġustati perjodikament biex jitranġa kwalunkwe rkupru nieqes jew żejjed ta' spejjeż minħabba żbalji ta' tbassir.

▼M9




ANNESS IIIa

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispejjeż esterni u, fejn applikabbli, għall-kalkolu tat-tariffa massima għall-ispejjeż esterni.

1.   Il-partijiet tan-network tat-toroq ikkonċernat

L-Istat Membru għandu jispeċifika b’mod preċiż il-parti jew il-partijiet tan-network tat-toroq tiegħu li għandhom ikunu soġġetti għal tariffa għall-ispejjeż esterni.

Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jimponi tariffa għall-ispejjeż esterni fuq parti waħda jew fuq xi partijiet biss tan-network tat-toroq mis-sehem tiegħu fin-network trans-Ewropew tat-trasport u l-awtostradi tiegħu, il-parti jew il-partijiet għandhom jintgħażlu wara valutazzjoni li tistabbilixxi li l-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispiża esterna fuq partijiet oħrajn tan-network tat-toroq ta’ dan it-tip jista’ jkollha effetti negattivi fuq l-ambjent jew is-sikurezza fit-toroq.

Mill-25 ta’ Marzu 2026, Stat Membru li biħsiebu ma jimponix tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja fuq sezzjonijiet speċifiċi tan-network tat-toroq tiegħu b’pedaġġi, huwa għandu jagħżel ukoll dawk is-sezzjonijiet abbażi ta’ valutazzjoni bħal din.

2.   Il-vetturi, it-toroq u l-perijodu ta’ żmien kopert

Fejn Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni mill-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb jew l-Anness IIIc, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-vetturi li skontha jvarjaw it-tariffi għall-ispejjeż esterni. Fejn applikabbli, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-lok ta’ toroq soġġetti għal tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni (“toroq suburbani (inkluż l-awtostradi)”), u ta’ toroq soġġetti għal tariffi aktar baxxi għall-ispejjeż esterni (“toroq interurbani (inkluż l-awtostradi)”).

Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perijodu ta’ billejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa esterna ogħla għall-istorbju biex tirrifletti fastidji akbar ta’ storbju.

Il-klassifikazzjoni tat-toroq bħala toroq suburbani (inkluż l-awtostradi) u toroq interurbani (inkluż l-awtostradi), u d-definizzjoni tal-perijodi ta’ żmien għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għat-tniġġis bħad-densità tal-popolazzjoni, il-medja annwali tat-tniġġis tal-arja (b’mod partikolari għal PM10 u NO2) u jinqabeż l-għadd ta’ jiem (għal PM10) u sigħat (għal NO2) li fih l-valuri ta’ limitu stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE. Il-kriterji użati għandhom jiġu inklużi fin-notifika.

3.   Ammont tat-tariffa

Din it-taqsima għandha tapplika fejn Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni mill-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb jew IIIc.

Għal kull klassi ta’ vettura, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien, kif applikabbli, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jiddeterminaw ammont wieħed speċifiku. L-istruttura tat-tariffi li tirriżulta għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali. Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ssir f’waqtha u qabel l-implimentazzjoni. Għandhom jiġu ppubblikati l-parametri kollha, id-data u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif jiġu kkalkolati l-elementi varji tal-ispiża esterna.

Fl-istabbiliment tat-tariffi, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju tal-ipprezzar effiċjenti jiġifieri prezz li jkun qrib l-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura li fuqha tiġi imposta t-tariffa.

It-tariffa għandha tkun stabbilita wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji.

L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-ħsara ambjentali li tirriżulta mit-trasport bit-triq. Fejn xieraq, kull sentejn huwa għandu jaġġusta l-istruttura li timponi t-tariffi u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal klassi partikolari ta’ vettura, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-provvista u fid-domanda tat-trasport.

4.   Elementi tal-ispiża esterna

4.1.   Spiża għat-tniġġis tal-arja mit-traffiku

Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni meta mqabbel mal-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jikkalkulaw l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku billi tiġi applikata l-formula li ġejja:

image

fejn:

— PCVij

=

l-ispiża tat-tniġġis tal-arja ta’ vettura tal-klassi i fuq tip ta’ triq j (euro/kilometru ta’ vettura)

— EFik

=

il-fattur ta’ emissjoni tas-sustanza niġġiesa k u l-klassi ta’ vettura i (gramma/kilometru ta’ vettura)

— PCjk

=

l-ispiża monetarja tas-sustanza niġġiesa k għal tip ta’ triq j (euro/gramma)

Il-fatturi tal-emissjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati mill-Istat Membru biex jistabbilixxi l-inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet previsti fid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) (li jeħtieġu l-użu tal-EMEP/EEA air pollutant emission inventory guidebook ( 21 )). L-ispiża monetarja tas-sustanzi niġġiesa għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, fejn xieraq, mill-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 7c(2) ta’ din id-Direttiva, permezz ta’ metodi pprovati xjentifikament.

L-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, jistgħu japplikaw metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex jiġi kkalkolat il-valur tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja bl-użu ta’ data mill-kejl tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-valur lokali tal-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu l-arja.

4.2.   Spiża għat-tniġġis mill-istorbju mit-traffiku

Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni meta mqabbel mal-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, l-Istat Membru, jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jikkalkulaw l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku billi jiġu applikati l-formuli li ġejjin:

image

NCVj (day) = a × NCVj

NCVj (night) = b × NCVj

fejn:

— NCVj

=

l-ispiża għall-istorbju ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fuq tip ta’ triq j (euro/kilometru tal-vettura)

— NCjk

=

l-ispiża għall-istorbju għal kull persuna esposta fuq tip ta’ triq j sa livell ta’ storbju k (euro/persuna)

— POPk

=

il-popolazzjoni esposta għal livell ta’ storbju k kuljum għal kull kilometru (persuna/kilometru)

— WADT

=

il-medja ponderata tat-traffiku ta’ kuljum (ekwivalenti għal karozzi tal-passiġġieri)

— a u b

=

huma fatturi ponderati determinati mill-Istat Membru b’tali mod li t-tariffa medja ponderata li tirriżulta għall-istorbju għal kull kilometru ta’ vettura tikkorrispondi għal NCVj (kuljum).

It-tniġġis mill-istorbju mit-traffiku hu relatat mal-impatt tal-istorbju fuq is-saħħa taċ-ċittadini tal-madwar tat-triq.

Il-popolazzjoni esposta għal-livell tal-istorbju k għandha tittieħed mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes abbozzati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ), jew sors ta’ data ekwivalenti ieħor.

L-ispiża għal kull persuna esposta għal-livell ta’ storbju k għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, jekk xieraq minn awtorità indipendenti, bl-użu ta’ metodi pprovati xjentifikament.

Il-medja ponderata tat-traffiku ta’ kuljum għandha tassumi fattur ta’ ekwivalenza “e” bejn vetturi tqal tal-merkanzija u karozzi tal-passiġġieri fuq il-bażi tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ storbju tal-karozza medja u tal-vetturi tqal medji tal-merkanzija, filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ).

L-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità independenti, jistgħu jistabbilixxu tariffi differenzjati tal-istorbju biex jiġi ppremjat l-użu ta’ vetturi aktar silenzjużi, jekk dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni kontra vetturi barranin.

4.3.   Spiża għal emissjonijiet ta’ CO2 mit-traffiku

Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 ogħla mill-valuri ta’ referenza stabbiliti fl-Anness IIIc, għandu jsir kalkolu minn dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, tal-ispiża li tista’ tiġi imposta abbażi ta’ evidenza xjentifika bl-użu tal-approċċ tal-ispejjeż tal-evitar, filwaqt li jitqiesu u jkunu spjegati, b’mod partikolari, l-aspetti li ġejjin:

(a) 

l-għażla tal-livell ta’ emissjonijiet fil-mira;

(b) 

stima tal-għażliet għall-mitigazzjoni;

(c) 

stima tax-xenarju ta’ referenza;

(d) 

averżjoni għar-riskju u għat-telf;

(e) 

ippeżar tal-ekwità.

Tal-anqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta’ tali tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni.




ANNESS IIIb

VALURI TA’ REFERENZA TAT-TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI

Dan l-Anness jistipula l-valuri ta’ referenza tat-tariffi għall-ispejjeż esterni, inkluż l-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju.



Tabella 1

Valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi tqal tal-merkanzija

Klassi tal-vettura

ċenteżmu/kilometru ta’ vettura

Suburbani (1)

Interurbani (2)

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli inqas minn 12-il tunnellata

jew li għandhom żewġ fusien

Euro 0

18,6

9,9

Euro I

12,6

6,4

Euro II

12,5

6,3

Euro III

9,6

4,8

Euro IV

7,3

3,4

Euro V

4,4

1,8

Euro VI

2,3

0,5

Iniġġsu inqas minn Euro VI, inkluż vetturi b’emissjonijiet żero

2,0

0,3

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli bejn 12 u 18-il tunnellata

jew li għandhom tliet fusien

Euro 0

24,6

13,7

Euro I

15,8

8,4

Euro II

15,8

8,4

Euro III

12,5

6,6

Euro IV

9,2

4,5

EURO V

5,6

2,7

Euro VI

2,8

0,7

Iniġġsu inqas minn EURO VI, inkluż vetturi b’emissjonijiet żero

2,3

0,3

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli bejn 18 u 32 tunnellata

jew li għandhom erba’ fusien

Euro 0

27,8

15,8

Euro I

20,4

11,3

Euro II

20,4

11,2

Euro III

16,3

8,9

Euro IV

11,8

6,0

Euro V

6,6

3,4

Euro VI

3,1

0,8

Iniġġsu inqas minn Euro VI, inkluż vetturi b’emissjonijiet żero

2,5

0,3

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli iktar minn 32 tunnellata

jew li għandhom 5 fusien jew aktar

Euro 0

33,5

19,4

Euro I

25,0

14,1

Euro II

24,9

13,9

Euro III

20,1

11,1

Euro IV

14,2

7,5

Euro V

7,6

3,8

Euro VI

3,4

0,8

Iniġġsu inqas minn Euro VI, inkluż vetturi b’emissjonijiet żero

2,8

0,3

(1)   

“Suburbani” tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni ta’ bejn 150 u 900 abitant/km2 (densità medjana tal-popolazzjoni ta’ 300 abitant/km2).

(2)   

“Interurbani” tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni inqas minn 150 abitant/km2.

Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ 2 jew inqas f’żoni muntanjużi u madwar l-agglomerazzjonijiet sa fejn dan ikun ġustifikat minn dispersjoni aktar baxxa, l-inklinazzjoni tat-toroq, l-altitudni jew l-inverżjonijiet tat-temperatura. Jekk ikun hemm evidenza xjentifika għal fattur akbar għaż-żoni muntanjużi jew għall-agglomerazzjonijiet, dan il-valur ta’ referenza jista’ jiżdied abbażi ta’ ġustifikazzjoni dettaljata.

▼M9




ANNESS IIIc

VALURI TA’ REFERENZA TAT-TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI GĦALL-EMISSJONIJIET TA’ CO2

Dan l-Anness jistipula l-valuri ta’ referenza tat-tariffi għall-ispejjeż esterni filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-emissjonijiet ta’ CO2.



Tabella 1

Valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi tqal tal-merkanzija

Klassi tal-vettura

 

ċenteżmu/kilometru ta’ vettura

Toroq interurbani (inkluż l-awtostradi)

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli inqas minn 12-il tunnellata

jew li għandhom żewġ fusien

Klassi 1 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

Euro 0

4,5

Euro I

Euro II

Euro III

Euro IV

Euro V

Euro VI

4,0

Klassi 2 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

3,8

Klassi 3 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

3,6

Vetturi b’emissjonijiet baxxi

2,0

Vetturi b’emissjonijiet żero

0

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli bejn 12 u 18-il tunnellata

jew li għandhom tliet fusien

Klassi 1 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

Euro 0

6,0

Euro I

Euro II

Euro III

5,2

Euro IV

Euro V

Euro VI

5,0

Klassi 2 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

4,8

Klassi 3 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

4,5

Vetturi b’emissjonijiet baxxi

2,5

Vetturi b’emissjonijiet żero

0

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli bejn 18 u 32 tunnellata

jew li għandhom erba’ fusien

Klassi 1 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

Euro 0

7,9

Euro I

6,9

Euro II

Euro III

Euro IV

6,7

Euro V

Euro VI

Klassi 2 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

6,4

Klassi 3 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

6,0

Vetturi b’emissjonijiet baxxi

3,4

Vetturi b’emissjonijiet żero

0

Vetturi tqal tal-merkanzija li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli iktar minn 32 tunnellata

jew li għandhom 5 fusien jew aktar

Klassi 1 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

Euro 0

9,1

Euro I

8,1

Euro II

Euro III

Euro IV

8,0

Euro V

Euro VI

Klassi 2 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

7,6

Klassi 3 ta’ emissjonijiet ta’ CO2

7,2

Vetturi b’emissjonijiet baxxi

4,0

Vetturi b’emissjonijiet żero

0

▼M1




L-ANNESS IV

INDIKAZZJONI TAL-KLASSIJIET TAL-VETTURI

Il-klassijiet tal-vetturi huma definiti bit-tabella hawn taħt.

Il-vetturi huma klassifikati f'subkategoriji 0, I, II u III skond il-ħsara li jagħmlu lill-wiċċ tat-triq, f'ordni axxendenti (il-Klassi III hi għalhekk il-kategorija li tagħmel l-aktar ħsara lill-infrastruttura tat-triq). Il-ħsara tiżdied b'mod esponenzjali biż-żieda fil-piż tal-fus.

Il-vetturi bil-mutur kollha u t-taħlitiet tal-vetturi b'piż massimu permissibbli meta mgħobbija taħt is-7,5 tunnellati jagħmlu part mill-klassi ta' ħsara 0.

Vetturi bil-mutur



Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut (1)

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni

Klassi ta' ħsara

Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati)

Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati)

 

Mhux anqas minn

Anqas minn

Mhux anqas minn

Anqas minn

 

Żewġ Fusien

 

7,5

12

13

14

15

12

13

14

15

18

7,5

12

13

14

15

12

13

14

15

18

I

Tliet Fusien

 

15

17

19

21

23

25

17

19

21

23

25

26

15

17

19

21

17

19

21

23

 

 

 

23

25

25

26

II

Erba' Fusien

 

23

25

27

25

27

29

23

25

25

27

I

 

 

27

29

31

29

31

32

II

29

31

31

32

 

 

 

(1)   

Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skond it-tifsira fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità l-qisien massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

▼M9

Kombinazzjonijiet ta’ vetturi (vetturi artikolati u road trains)



Fusien motorizzati b’sospensjoni tal-arja jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti

Sistemi oħra ta’ sospensjoni fuq il-fusien motorizzati

Klassi ta’ ħsara

Għadd ta’ fusien u massa massima mgħobbija teknikament permissibbli

(f’tunnellati)

Għadd ta’ fusien u massa massima mgħobbija teknikament permissibbli

(f’tunnellati)

 

Mhux inqas minn

Inqas minn

Mhux inqas minn

Inqas minn

 

2  + 1 fusien

 

7,5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

7,5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

I

2  + 2 fusien

 

23

25

26

28

25

26

28

29

23

25

26

28

25

26

28

29

 

29

31

29

31

II

31

33

31

33

 

33

36

36

38

33

36

III

2  + 3 fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

III

2  + 4 fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

III

3  + 1 fusien

II

30

32

32

35

30

32

 

 

 

32

35

III

3  + 2 fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

40

44

III

40

44

 

 

 

3  + 3 fusien

 

36

38

38

40

36

38

I

 

 

38

40

II

40

44

40

44

 

7 fusien

40

50

40

50

II

50

60

50

60

III

60

 

60

 

Mill-inqas 8 fusien

40

50

40

50

I

50

60

50

60

II

60

60

III

▼M9




ANNESS V

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA TAL-KONĠESTJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni.

1.   Il-partijiet tan-network soġġetti għat-tariffi tal-konġestjoni, il-vetturi u l-perijodi koperti

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw preċiżament:

(a) 

il-parti jew il-partijiet tan-network tagħhom magħmul mis-sehem tagħhom tan-network trans-Ewropew tat-toroq u l-awtostradi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), li jkunu soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni f’konformità mal-Artikolu 7da(1) u (3).

(b) 

il-klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet tan-network li huma soġġetti għat-tariffa tal-konġestjoni bħala “metropolitani” u “mhux metropolitani”. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kriterji stabbiliti fit-Tabella 1 għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni ta’ kull sezzjoni tat-triq.



Tabella 1

Kriterji għall-klassifikazzjoni tat-toroq fuq in-network imsemmija fil-punti (a) bħala “metropolitani” u “mhux metropolitani”

Kategorija tat-triq

Kriterju tal-klassifikazzjoni

“metropolitani”

Sezzjonijiet tan-network għaddejjin minn agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ta’ 250 000 abitant jew aktar

“mhux metropolitani”

Sezzjonijiet tan-network li mhumiex kwalifikati bħala “metropolitani”

(c) 

il-perijodi li matulhom tapplika t-tariffa, għal kull sezzjoni individwali. Meta japplikaw livelli ta’ tariffi differenti matul il-perijodu tariffarju, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw b’mod ċar il-bidu u t-tmiem ta’ kull perijodu li matulu tiġi applikata tariffa speċifika.

L-Istati Membri għandhom jużaw il-fatturi ta’ ekwivalenza pprovduti fit-Tabella 2 għall-fini tal-istabbiliment tal-proporzjon bejn il-livelli tariffarji għal kategoriji ta’ vetturi differenti:



Tabella 2

Fatturi ta’ ekwivalenza għall-istabbiliment tal-proporzjon bejn il-livelli tat-tariffi tal-konġestjoni għal kategoriji ta’ vetturi differenti

Kategorija tal-vettura

Fattur ta’ ekwivalenza

Vetturi ħfief

1

Vetturi tqal riġidi tal-merkanzija

1,9

Kowċis u xarabankijiet

2,5

Vetturi tqal tal-merkanzija artikolati

2,9

2.   Ammont tat-tariffa

Għal kull kategorija ta’ vettura, sezzjoni tat-triq u perijodu ta’ ħin, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jiddeterminaw ammont wieħed speċifiku, stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, filwaqt li jitqies il-valur ta’ referenza korrispondenti stabbilit fit-Tabella tal-Anness VI. L-istruttura tat-tariffi li tirriżulta għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali.

Qabel ma jimplimenta tariffa tal-konġestjoni, l-Istat Membru għandu jippubblika fil-ħin dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-parametri kollha, id-data u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif tiġi deċiża l-klassifikazzjoni tat-toroq u tal-vetturi u kif jiġu stabbiliti l-perijodi ta’ applikazzjoni tat-tariffi;

(b) 

id-deskrizzjoni sħiħa tat-tariffi tal-konġestjoni li japplikaw għal kull kategorija ta’ vetturi fuq kull sezzjoni tat-triq u għal kull perijodu ta’ żmien.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha tiġi ppubblikata skont il-punti (a) u (b).

It-tariffa għandha tkun stabbilita biss wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji.

Meta Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi tal-konġestjoni ogħla mill-valuri ta’ referenza stabbiliti fit-Tabella tal-Anness VI, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:

(i) 

il-lok tat-toroq soġġetti għat-tariffi tal-konġestjoni;

(ii) 

il-klassifikazzjoni ta’ toroq bħala “metropolitani” u “mhux metropolitani”, kif speċifikat fil-punt (b) tat-Taqsima 1;

(iii) 

il-perijodi li matulhom tapplika t-tariffa, kif speċifikat skont fil-punt (c) tat-Taqsima 1;

(iv) 

kwalunkwe eżenzjoni parzjali jew sħiħa applikata għal minibuses, xarabankijiet u kowċis.

3.   Monitoraġġ

L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-konġestjoni. Fejn xieraq, kull tliet snin, għandhom jaġġustaw l-istruttura tariffarja, il-perijodu/i tariffarju/i u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal kull kategorija partikolari ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-provvista u fid-domanda tat-trasport.




ANNESS VI

VALURI TA’ REFERENZA TAT-TARIFFA TAL-KONĠESTJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi l-valuri ta’ referenza tat-tariffa tal-konġestjoni.

Il-valuri ta’ referenza previsti fit-Tabella hawn taħt għandhom jiġu applikati għal vetturi ħfief. It-tariffa għall-konġestjoni għal kategoriji oħra ta’ vetturi għandha tiġi stabbilita permezz tal-multiplikazzjoni tat-tariffa applikata għal vetturi ħfief bil-fatturi ta’ ekwivalenza pprovduti fit-Tabella tal-Anness V.



Tabella

Il-valuri ta’ referenza tat-tariffa tal-konġestjoni għal vetturi ħfief

ċenteżmu/kilometru ta’ vettura

Metropolitani

Mhux metropolitani

Awtostradi

25,9

23,7

Toroq ewlenin

61,0

41,5




ANNESS VII

RENDIMENT TAL-EMISSJONIJIET

Dan l-Anness jispeċifika r-rendiment tal-emissjonijiet għal sustanzi niġġiesa li skonthom għandhom jiġu differenzjati l-pedaġġi u t-tariffi għall-utent f’konformità mal-Artikolu 7gb(1), il-punt (b).



Tabella

Kriterji tar-rendiment tal-emissjonijiet għal sustanzi niġġiesa għal vetturi ħfief

Pedaġġi u tariffi għall-utent

5-15 % inqas mill-ogħla rata

15-25 % inqas mill-ogħla rata

25-35 % inqas mill-ogħla rata

Massimu ta’ 75 % inqas mill-ogħla rata

Rendiment tal-emissjonijiet

Euro-6d-temp-x ()

Euro-6d-x ()

Valuri massimi ddikjarati tal-RDE għall-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa () < 80 % tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli

Vetturi b’emissjonijiet żero

(1)   

fejn x tista’ tkun vojta jew tkun waħda minn dawn li ġejjin (EVAP, EVAP-ISC, ISC jew ISC-FCM)

(2)   

kemm għal NOx kif ukoll għal PN kif irrappurtat fil-punt 48.2 taċ-Ċertifikat tal-Konformità, fl-Appendiċi għall-Anness VIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (*1)

(*1)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).



( 1 ) Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.)

( 2 ) Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE, (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

( 7 ) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta konċessjoni, ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1;

( 8 )  ĠU L 368, tas-17.12.1992, p. 38.

( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

( 10 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

( 11 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51)

( 12 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

( 13 ) Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

( 14 )  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

( 15 )  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.

( 16 ) Id-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45).

( 17 )  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

( 18 )  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 19 ) L-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ekwivalenza mill-Istati Membri tista’ tqis il-kostruzzjoni tat-toroq żviluppata fuq bażi ta’ fażijiet jew bl-użu ta’ approċċ ta’ ċiklu ta’ ħajja twil

( 20 ) Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1)

( 21 ) Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: EMEP/EEA air pollutant emission inventory guidebook 2019 – Technical guidance to prepare national emission inventories http://www.eea.europa.eu//publications/emep-eea-guidebook-2019).

( 22 ) Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12);

( 23 ) Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).