01999L0062 — MT — 01.08.2020 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA 1999/62/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187 20.7.1999, p. 42) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA 2006/38/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Mejju 2006 |
L 157 |
8 |
9.6.2006 |
|
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006 |
L 363 |
344 |
20.12.2006 |
|
|
L 269 |
1 |
14.10.2011 |
||
|
L 158 |
356 |
10.6.2013 |
||
|
C 46 |
3 |
18.2.2014 |
||
|
C 101 |
1 |
17.3.2016 |
||
|
C 205 |
1 |
14.6.2018 |
||
|
C 223 |
1 |
7.7.2020 |
||
Emendata bi:
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA 1999/62/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Ġunju 1999
dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi
IL-KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-Artikolu 1
Din id-Direttiva tapplika għal taxxi fuq vetturi, ħlasijiet għall-użu ta' toroq u ħlasijiet fuq l-utenti imposti fuq vetturi kif definiti fl-Artikolu 2.
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa vetturi li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport esklussivament fit-territorji mhux Ewropej ta' l-Istati Membri.
Anqas ma għandha taffetwa vetturi rreġistrati fil-Gżejjer Kanarji, Ċewta u Melilla, l-Ażores jew Madejra u li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklussivament f'dawk it-territorji jew bejn dawk it-territorji u, rispettivament, il-partijiet prinċipali ta' Spanja u tal-Portugall.
L-Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:
“sistema tat-toroq trans-Ewropea” tfisser is-sistema tat-toroq imfissra fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp ta' sistema tat-toroq trans-Ewropea ( 1 ) kif muri permezz ta' mapep. Il-mapep jirriferu għas-sezzjonijiet korrispondenti msemmija fil-parti operattiva ta' dik id-Direttiva u/jew fl-Anness II għaliha;
“spejjeż ta' kostruzzjoni” tfisser l-ispejjeż relatati mal-kostruzzjoni, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż ta' finanzjament, ta':
Stat Membru stabbilixxa sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li tipprovdi għall-irkupru ta' dawn l-ispejjeż permezz ta' kuntratt ma' operatur ta' sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, jew atti ġuridiċi oħrajn li għandhom effett ekwivalenti, li jidħlu fis-seħħ qabel 10 ta' Ġunju 2008, jew
Stat Membru jista' juri li l-każ għall-bini ta' l-infrastruttura in kwistjoni kien jiddependi fuq li din ikollha ħajja proġettata ta' aktar minn 30 sena.
Fi kwalunkwe każ, il-proporzjon ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni m'għandux jaqbeż il-proporzjon tal-perjodu ta' ħajja proġettata attwali tal-komponenti ta' l-infrastruttura li jkun għad fadal f'10 ta' Ġunju 2008 jew fid-data meta l-arranġamenti ġodda ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu introdotti, fejn din hi data aktar tard.
L-ispejjeż ta' l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali jistgħu jinkludu kwalunkwe spiża speċifika fuq infrastruttura iddisinjata biex jitnaqqas l-inkonvenjent relatat ma' ħsejjes jew biex titjieb is-sigurtà fit-toroq u l-pagamenti attwali magħmula mill-operatur ta' l-infrastruttura li jikkorrispondu ma' elementi ambjentali oġġettivi bħal protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni tal-ħamrija;
“spejjeż ta' finanzjament” tfisser imgħax fuq self u/jew ritorn fuq kwalunkwe finanzjament permezz ta' ishma kkontribwit mill-azzjonisti;
“tiswijiet strutturali sinjifikanti” tfisser tiswijiet strutturali minbarra dawk it-tiswijiet li m'humiex aktar ta' benefiċċju għal min juża t-toroq, eżempju fejn ix-xogħol tat-tiswija ġie sostitwit b'aktar kisi mill-ġdid tat-toroq jew xogħol ieħor ta' kostruzzjoni;
“awtostrada” tfisser triq iddisinjata u mibnija apposta għat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur, li ma twassalx għal proprjetajiet li jmissu magħha, u li:
hija pprovduta, għajr f’punti speċjali jew b’mod temporanju, b’karreġġati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin jew bi strippa diviżorja mhux intenzjonata għat-traffiku jew, b’mod eċċezzjonali, b’mezzi oħra;
ma taqsam fl-istess livell ma’ ebda triq, linja tal-ferrovija jew tat-tramm, passaġġ għar-roti jew passaġġ għall-mixi; u
hija denominata speċifikament bħala awtostrada;
“ħlas għall-użu tat-triq” tfisser ammont speċifiku pagabbli għal vettura bbażat fuq id-distanza ta’ vjaġġ fuq infrastruttura partikolari u fuq it-tip ta’ vettura, li jinkludi tariffa għall-infrastruttura u/jew tariffa għall-ispejjeż esterni;
“tariffa għall-infrastruttura” tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-operat u l-iżvilupp relatati mal-infrastruttura mġarrba fi Stat Membru;
“tariffa għall-ispejjeż esterni” tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż imġarrba fi Stat Membru li huma relatati mat-tniġġis tal-arja u/jew l-istorbju minħabba t-traffiku;
“spiża tat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mir-rilaxx ta’ materjal partikulat u ta’ prekursuri tal-ożonu, bħall-ossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili, matul l-operat ta’ vettura;
“spiża tat-tniġġis ta’ storbju minħabba t-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mill-istorbju ġġenerat mill-vetturi jew mill-interazzjoni tagħhom mal-wiċċ tat-triq;
“tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura” tfisser id-dħul totali ta’ tariffa għall-infrastruttura fuq perijodu ta’ żmien speċifiku diviż bin-numru ta’ kilometri li l-vetturi vvjaġġaw fuq il-partijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perijodu;
“tariffa medja ppeżata għall-ispejjeż esterni” tfisser id-dħul totali ta’ tariffa għall-ispejjeż esterni fuq perijodu ta’ żmien speċifiku diviż bin-numru ta’ kilometri li l-vetturi vvjaġġaw fuq il-partijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perijodu;
“ħlas fuq l-utent” tfisser ammont speċifiku li l-pagament tiegħu jagħti d-dritt lil vettura li tuża għal perjodu speċifiku l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1);
“vettura” tfisser vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi artikolata maħsuba jew użata għall-ġarr ta’ merkanzija fuq it-triq u li għandha piż massimu permissibbli meta tkun mgħobbija ’l fuq minn 3,5 tunnellati;
vettura tal-kategorija “EURO 0”, “EURO I”, “EURO II”, “EURO III”, “EURO IV”, “EURO V”, “EEV” tfisser vettura li tkun konformi mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness 0;
“tip ta' vettura” tfisser kategorija li vettura taqa' taħtha skond in-numru ta' fusien tagħha, il-qisien jew il-piż tagħha, jew fatturi oħra ta' klassifikazzjoni ta' vetturi li jirriflettu l-ħsara fit-triq, per eżempju s-sistema ta' klassifikazzjoni tal-ħsara fit-triq stabbilita fl-Anness IV, kemm-il darba s-sistema ta' klassifikazzjoni użata tkun bbażata fuq karatteristiċi tal-vettura li jew jidhru fid-dokumentazzjoni tal-vettura użata fl-Istati Membri kollha jew ikunu jidhru b'mod viżwali;
“kuntratt ta' konċessjoni” tfisser “konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi” jew “konċessjoni ta' servizz” kif imfisser fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta' provvisti pubbliċi u kuntratti ta' servizzi pubbliċi ( 2 );
“Konċessjoni ta' ħlas għall-użu tat-triq” tfisser ħlas għall-użu tat-triq imposta minn konċessjonarju taħt kuntratt ta' konċessjoni.
IL-KAPITOLU II
Tassazzjoni tal-vetturi
L-Artikolu 3
1. It-taxxi fuq il-vetturi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu huma kif ġej:
impuesto sobre vehiculos de traccion mecanica;
impuesto sobre actividades economicas (fir-rigward ta' l-ammont ta' taxxa mitluba għal vetturi b'mutur biss),
taxe spéciale sur certains véhicules routiers;
taxe différentielle sur les véhicules a moteur,
tassa automobilistica;
addizionale del 5 % sulla tassa automobilistica,
Transporto priemonių savininkų ar valdytojų naudotojo mokestis;
Mokestis už Lietuvoje įregistruotas krovinines transporto priemones,
imposto de camionagem;
imposto de circulaçao,
vehicle excise duty;
motor vehicles licence.
2. L-Istati Membri li jbiddlu kwalunkwe taxxa elenkata fil-paragrafu 1 b'taxxa oħra ta' l-istess xorta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel l-emendi meħtieġa.
L-Artikolu 4
Il-proċeduri għall-impożizzjoni u ġbir tat-taxxi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat Membru.
L-Artikolu 5
Fir-rigward ta' vetturi rreġistrati fl-Istati Membri, it-taxxi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 għandhom jiġu imposti biss mill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni.
L-Artikolu 6
1. Tkun xi tkun l-istruttura tat-taxxi li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati b'mod li jagħmlu ċert li r-rata ta' taxxa għal kull kategorija jew sottokategorija ta' vettura li hemm referenza għaliha fl-Anness I ma tkunx iktar baxxa mill-minimu stipulat f'dak l-Anness.
Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw rati li huma iktar baxxi minn, iżda mhux inqas minn, 65 % tal-minima stipulati fl-Anness I.
2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet għal:
vetturi użati għal skopijiet ta' difiża nazzjonali jew ċivili, minn servizzi tan-nar jew ta' emerġenza oħrajn u mill-pulizija, u vetturi użati għall-manutenzjoni tat-toroq;
vetturi li jivvjaġġaw b'mod okkażjonali biss fuq it-toroq pubbliċi ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni huma wżati minn persuni naturali jew ġuridiċi li l-okkupazzjoni prinċipali tagħhom mhix it-trasport ta' merkanzija, sakemm l-operazzjonijiet ta' trasport imwettqa minn dawn il-vetturi ma jikkawżawx tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, u soġġett għall-kunsens tal-Kummissjoni.
3.
Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil Stat Membru biex imantni aktar eżenzjonijiet jew riduzzjonijiet minn taxxi fuq vetturi minħabba raġunijiet ta' politika speċifika tat-tip soċjo-ekonomika jew marbuta ma' l-infrastruttura ta' dak l-Istat. Dawn l-eżenzjonijiet jew tnaqqis jista' japplika biss għal vetturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklussivament ġewwa parti definita sew tat-territorju tiegħu.
Kull Stat Membru li jixtieq imantni eżenzjoni jew riduzzjoni ta' dan it-tip għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u għandu jgħaddilha wkoll kull informazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar l-eżenzjoni jew ir-riduzzjoni proposti fi żmien xahar.
Il-Kunsill għandu jitqies li jkun awtorizza l-manteniment ta' l-eżenzjoni jew riduzzjoni proposta jekk, fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data meta l-Istati Membri l-oħra kienu ġew infurmati b'mod konformi ma' l-ewwel subparagrafu, la l-Kummissjoni u lanqas kwalunkwe Stat Membru ma jkun talab li l-kwistjoni tiġi eżaminata mill-Kunsill.
4. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport kombinat ta' merkanzija bejn Stati Membri ( 3 ), l-Istati Membri ma jistgħu jagħtu ebda eżenzjoni jew riduzzjoni mit-taxxi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 li jagħmlu t-taxxa applikabbli iktar baxxa mill-minimu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
IL-KAPITOLU III
Ħlas għall-użu ta' triq u ħlas fuq l-utent
Artikolu 7
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (1a), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti partijiet ta’ dak in-netwerk, u fuq kwalunkwe parti oħra addizzjonali tan-netwerk tal-awtostradi tagħhom li mhux parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7k. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq oħra, dment li l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq oħra bħal dawn ma jiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma jirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi.
2. L-Istati Membri m’għandhomx jimponu kemm ħlasijiet għall-użu tat-triq kif ukoll ħlasijiet fuq l-utent fuq kwalunkwe kategorija ta’ vetturi għall-użu ta’ parti unika ta’ triq. Madankollu, Stat Membru li jimponi tariffa għall-utent fuq in-netwerk tiegħu jista’ jimponi wkoll ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji.
3. Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent ma għandhomx jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, fuq il-bażi tan-nazzjonalità tat-trasportatur tal-merkanzija, tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn it-trasportatur tal-merkanzija huwa stabbilit jew fejn il-vettura hi rreġistrata, jew tal-oriġini jew id-destinazzjoni tal-attività tat-trasport.
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent għall-vetturi eżentati mir-rekwiżit li jistallaw u jużaw tagħmir ta’ reġistrazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq ( 4 ), u fil-każijiet koperti minn u soġġetti għall-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 6(2)(a) u (b) ta’ din id-Direttiva.
5. Stat Membru jista’ jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-vetturi biss li għandhom piż massimu permissibbli mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata jekk iqis li estensjoni għall-vetturi ta’ inqas minn 12-il tunnellata tkun ser, fost oħrajn:
toħloq effetti negattivi sinifikanti fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku, l-ambjent, il-livelli ta’ storbju, il-konġestjoni, is-saħħa, jew is-sikurezza fit-toroq minħabba d-devjazzjoni tat-traffiku;
tinvolvi spejjeż amministrattivi ta’ aktar minn 30 % tad-dħul addizzjonali li seta’ jiġi ġġenerat b’dik l-estensjoni.
L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw taxxi u/jew tariffi għall-użu tat-triq biss għal vetturi li għandhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
Artikolu 7a
1. Il-ħlasijiet fuq l-utent għandhom ikunu proporzjonali għat-tul ta’ żmien li tintuża l-infrastruttura, mingħajr ma jinqabżu l-valuri stipulati fl-Anness II, u għandhom ikunu validi għal ġurnata, ġimgħa, xahar jew sena. Ir-rata għal xahar ma għandhiex tkun aktar minn 10 % tar-rata annwali, ir-rata għal ġimgħa ma għandhiex tkun aktar minn 5 % tar-rata annwali u r-rata għal ġurnata ma għandhiex tkun aktar minn 2 % tar-rata annwali.
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika biss rati annwali għall-vetturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ħlasijiet fuq l-utent, inklużi l-ispejjeż amministrattivi, għall-kategoriji kollha, f’livell mhux ogħla mir-rati massimi stipulati fl-Anness II.
Artikolu 7b
1. It-tariffa għall-infrastruttura għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tal-infrastruttura. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura għandha tkun relatata mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-ispejjeż tal-operat, manutenzjoni u żvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura tista’ tinkludi wkoll dħul fuq il-kapital u/jew marġni ta’ profitt ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.
2. L-ispejjeż li jittieħdu fil-kont għandhom ikunu relatati man-netwerk jew il-parti tan-netwerk li fuqu huma imposti t-tariffi għall-infrastruttura u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwali minn dawk l-ispejjeż.
Artikolu 7c
1. It-tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ tkun relatata mal-ispiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku. F’taqsimiet tat-toroq li jgħaddu minn żoni b’popolazzjoni esposta għall-istorbju minħabba t-traffiku, it-tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ tinkludi l-ispejjeż għall-istorbju minħabba t-traffiku.
It-tariffa għall-ispejjeż esterni għandha tvarja u tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi kif speċifikati fl-Anness IIIa u għandha tirrispetta l-valuri massimi stipulati fl-Anness IIIb.
2. L-ispejjeż li jiġu kkunsidrati għandhom ikunu relatati man-netwerk jew il-parti tan-netwerk li fuqu huma imposti t-tariffi għall-ispejjeż esterni u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwali minn dawk l-ispejjeż.
3. It-tariffa għall-ispejjeż esterni relatata mat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi li jikkonformaw mal-aktar standards tal-emissjonijiet stretti tal-EURO sa erba’ snin wara d-dati ta’ applikazzjoni stipulati fir-regoli li introduċew dawk l-istandards.
4. L-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal dan l-iskop l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni u l-ġbir tat-tariffa jew ta’ parti minnha.
Artikolu 7d
Sa żmien sena wara l-adozzjoni ta’ standards tal-emissjonijiet tal-EURO futuri u aktar stretti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja, jiddeterminaw il-valuri massimi korrispondenti fl-Anness IIIb.
Artikolu 7e
1. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livell massimu ta’ tariffa għall-infrastruttura billi jużaw metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Anness III.
2. Għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni, il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għandu jkun ekwivalenti jew inqas mil-livell li kien jirriżulta mill-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Anness III. Il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza ta’ dan it-tip għandha ssir fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ referenza raġonevolment twil adatt għan-natura tal-kuntratt ta’ konċessjoni.
3. L-arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008 jew li għalihom ġew riċevuti offerti jew tweġibiet għal stediniet ta’ negozjar taħt proċedura nnegozjata, b’segwitu għal proċess ta’ akkwist pubbliku qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sakemm dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati b’mod sostanzjali.
Artikolu 7f
1. F’każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw infrastruttura f’reġjuni muntanjużi, u wara li tiġi mgħarrfa l-Kummissjoni, tista’ tiżdied mark-up mat-tariffa għall-infrastruttura imposta fuq partijiet speċifiċi ta’ toroq li huma soġġetti għall-konġestjoni qawwija, jew li l-użu tagħhom minn vetturi huwa l-kawża ta’ ħsara ambjentali sinifikanti, b’kondizzjoni li:
id-dħul iġġenerat mill-mark-up jiġi investit biex jiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew, identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew ( 5 ), li jikkontribwixxu direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il-ħsara ambjentali u li jinsabu fl-istess passaġġ bħall-parti tat-triq li fuqha hija applikata l-mark-up;
il-mark-up ma taqbiżx il-15 % tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 7b(1) u l-Artikolu 7e ħlief fejn id-dħul iġġenerat jiġi investit f’partijiet transkonfinali ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew li jinvolvu infrastruttura f’reġjuni muntanjużi, f’liema każ il-mark-up ma għandhiex taqbeż il-25 %;
l-applikazzjoni tal-mark-up ma tkunx kawża ta’ trattament inġust tat-traffiku kummerċjali meta mqabbel ma’ utenti oħra tat-triq;
deskrizzjoni tal-lok eżatt ta’ fejn se tiġi imposta l-mark-up u prova ta’ deċiżjoni li tiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ proġetti ta’ prijorita’ msemmija fil-punt (a) jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni tal-mark-up; u
il-perijodu li għalih għandha tapplika l-mark-up ikun definit u limitat minn qabel u jkun konsistenti, fir-rigward tad-dħul li mistenni jidħol, mal-pjani finanzjarji u mal-analiżi tal-kost-benefiċċju għall-proġetti kofinanzjati bid-dħul mill-mark-up.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-proġetti ġodda transkonfinali soġġett għall-qbil tal-Istati Membri kollha involuti f’dak il-proġett.
2. Mark-up tista’ tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata konformement mal-Artikolu 7 g.
3. Wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika mark-up, il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew jekk tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ser ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni periferiċi, hija tista’ tiċħad jew titlob emenda tal-pjani għat-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura ta’ parir imsemmija fl-Artikolu 9c(2).
4. Fuq taqsimiet ta’ toroq fejn jiġu ssodisfati l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ mark-up skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu tariffa għall-ispiża esterna sakemm ma tiġix applikata mark-up.
5. L-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mill-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7c, ħlief għal vetturi tal-klassijiet tal-emissjonijiet EURO 0, I u II mill-15 ta' Ottubru 2011 u III mill-2015 ’il quddiem. Dan id-dħul kollu ġġenerat mill-applikazzjoni simultanja tal-mark-up u t-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu investiti fl-iffinanzjar tal-kostruzzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew identifikati fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE.
Artikolu 7 g
1. L-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet EURO tal-vettura b’tali mod li ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ‘l fuq mill-istess tariffa għal vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-aktar standards stretti tal-emissjonijiet. Il-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti huma eżentati min dan ir-rekwiżit sakemm il-kuntratt jiġġedded.
Madankollu Stat Membru jista’ jidderoga mir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura jekk:
dan jimmina b’mod serju l-koerenza tas-sistemi tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq fit-territorju tiegħu;
ma jkunx teknikament prattikabbli li jiġi introdott dan id-differenzjar fis-sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ikkonċernata;
dan iwassal għad-devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika; jew
il-ħlas għall-użu tat-triq jinkludi tariffa għall-ispejjeż esterni.
Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
2. Fejn, f’każ ta’ kontoll, is-sewwieq jew, jekk ikun adatt, it-trasportatur ta’ merkanzija, ma jkunx jista’ jippreżenta d-dokumenti tal-vettura meħtieġa biex jikkonferma l-klassi tal-emissjonijiet EURO tal-vettura, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq sal-ogħla livell li jista’ jiġi impost.
3. It-tariffa għall-infrastruttura tista’ wkoll tiġi varjata bl-iskop li tonqos il-konġestjoni, tonqos kemm jista’ jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jitjieb bl-aħjar mod possibbli l-użu tal-infrastruttura kkonċernata jew tingħata promozzjoni għas-sikurezza fit-toroq, bil-kondizzjoni li:
il-varjazzjoni tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli b’mod miftuħ għall-utenti kollha fuq termini ugwali;
il-varjazzjoni tiġi applikata skont il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta’ ġurnata jew l-istaġun;
ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 175 % ’l fuq mil-livell massimu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 7b;
il-perijodi bl-aktar traffiku li matulhom jiġu imposti tariffi ogħla għall-infrastruttura bl-iskop li tonqos il-konġestjoni ma jkunux itwal minn ħames sigħat kuljum;
il-varjazzjoni tkun ippjanata u applikata b’mod trasparenti u newtrali f’sens ta’ dħul fuq sezzjoni tat-triq effettwata mill-konġestjoni b’mod li toffri rati tal-ħlasijiet għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġjaw waqt perjodu bla traffiku u tapplika rati ta’ ħlasijiet ogħla għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġjaw waqt is-sigħat ta’ traffiku intensiv fl-istess sezzjoni tat-triq; u
Stat Membru li jixtieq jintroduċi tali varjazzjoni jew ibiddel waħda eżistenti għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u jipprovdilha l-informazzjoni neċessarja biex jiżgura li l-kondizjonijiet jiġu sodisfatti. Ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni għandha tagħmel lista, li fiha l-perjodi u r-rati korrispondenti li matulhom tapplika l-varjazzjoni, pubblika u taġġornaha regolarment.
4. Il-varjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 mhumiex maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Kwalunkwe żieda mhux intenzjonata fid-dħul għandha tiġi bbilanċjata minn bidliet għall-istruttura tal-varjazzjoni li għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mit-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà li fiha jiġi ġġenerat id-dħul addizzjonali.
Artikolu 7h
1. Tal-inqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid ta’ ħlas għall-użu tat-triq b’tariffa għall-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq differenti minn dawk li jinvolvu ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni:
fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq li jinvolvu ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni:
2. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar jekk ikunx hemm konformità mal-obbligi tal-Artikolu 7e. L-opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c.
3. Qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid ta’ ħlas għall-użu tat-triq b’tariffa għall-ispiża esterna, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
informazzjoni preċiża li tillokalizza s-sezzjonijiet tat-toroq fejn ser tiġi imposta it-tariffa għall-ispiża esterna u tiddeskrivi l-klassi tal-vetturi, it-tip ta’ toroq u l-perijodi ta’ żmien eżatti skont liema ser tkun qed tvarja t-tariffa għall-ispiża esterna;
it-tariffa medja ppeżata tal-ispiża esterna prevista u d-dħul totali previst;
jekk ikun adatt, l-isem tal-awtorità maħtura f’konformità mal-Artikolu 7c(4) biex tistabbilixxi l-ammont tat-tariffa, u dak tar-rappreżentant tagħha;
il-parametri, id-data u l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera kif ser jiġi applikat il-metodu ta’ kalkolu stabbilit fl-Anness IIIa.
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk ikunx hemm konformità mal-obbligi tal-Artikoli 7b, 7c, 7j jew 9(2) sa:
sitt xhur wara l-preżentazzjoni tal-fajl imsemmi fil-paragrafu 3; or
fejn applikabbli, tliet xhur addizjonali wara li tiġi riċevuta informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta t-tariffa proposta għall-ispiża esterna sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c, u għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.
Artikolu 7i
1. L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu roħs jew tnaqqis għall-kwalunkwe utent relatati mal-element tat-tariffa għall-ispiża esterna ta’ ħlas għall-użu tat-triq.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu roħs jew tnaqqis fuq it-tariffa għall-infrastruttura bil-kondizzjoni li:
l-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta, tkun proporzjonata, magħmula pubblika b’mod miftuħ u disponibbli għall-utenti b’termini ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħrajn fl-għamla ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla;
dan ir-roħs jew it-tnaqqis iwassal għal iffrankar effettiv fl-ispejjeż amministrattivi; u
ma jeċċedux it-13 % tat-tariffa għall-infrastruttura mħallsa minn vetturi ekwivalenti li mhumiex eliġibbli għar-roħs jew it-tnaqqis.
3. Soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 g(3)(b) u fl-Artikolu 7 g(4), ir-rati tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jiġifieri għal proġetti speċifiċi ta’ interess għoli Ewropew identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ikunu soġġetti għal forom oħrajn ta’ varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kummerċjali ta’ dawn il-proġetti, meta dawn ikunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma’ modi oħrajn ta’ trasport b’vetturi. L-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonata, magħmula pubblika, u disponibbli għall-utenti kollha b’termini ugwali u ma għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħrajn fl-għamla ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità ma’ dawk il-kondizzjonijiet qabel l-implimentazzjoni tal-istruttura inkwistjoni li timponi t-tariffi.
Artikolu 7j
1. Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent għandhom jiġu applikati u miġbura u l-ħlas tagħhom mmonitorjat b’tali mod li jikkawża l-inqas xkiel possibbli għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex jiġi evitat kwalunkwe kontroll jew verifika mandatorji fil-fruntieri interni tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-istabbiliment ta’ metodi li jippermettu lit-trasportaturi tal-merkanzija li jħallsu l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent 24 siegħa kuljum, tal-inqas f’punti tal-bejgħ ewlenin, bl-użu ta’ mezzi ta’ ħlas komuni, ġewwa u barra l-Istati Membri fejn ikunu applikati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu faċilitajiet adegwati fil-punti ta’ ħlas għal ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utent sabiex iżommu standards normali ta’ sikurezza fit-toroq.
2. L-arranġamenti għall-ġbir ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utent ma għandhomx, b’mod finanzjarju jew b’xi mod ieħor, iqiegħdu lil dawk li ma jużawx in-netwerk tat-toroq regolarment fi żvantaġġ mhux ġustifikat. B’mod partikolari, fejn Stat Membru jiġbor il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew il-ħlasijiet fuq l-utent esklussivament permezz ta’ sistema li teħtieġ l-użu ta’ unità abbord il-vettura, dan għandu jiżgura li l-utenti kollha jkunu jistgħu jiksbu unitajiet adatti li jintużaw abbord u li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq ( 7 ) skont arranġamenti amministrattivi u ekonomiċi raġonevoli.
3. Jekk Stat Membru jimponi ħlas għall-użu tat-triq fuq vettura, l-ammont totali tal-ħlas għall-użu tat-triq, l-ammont tat-tariffa għall-infrastruttura u/jew l-ammont tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu indikati f’irċevuta pprovduta lit-trasportatur tal-merkanzija, permezz ta’ mezzi elettroniċi, safejn ikun possibbli.
4. Fejn ikun ekonomikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jimponu u jiġbru t-tariffi għall-ispejjeż esterni permezz ta’ sistema elettronika li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/52/KE. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri li tista’ tkun meħtieġa sabiex tiġi gurata l-interoperabilità tas-sistemi ta’ kollezzjoni elettronika tat-tariffi f’livell Ewropew.
Artikolu 7k
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma taffetwax il-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-infrastruttura li jipprovdu kumpens adegwat għal dawk il-ħlasijiet imposti.
L-Artikolu 8
1. Żewġ Stati Membri jew iżjed jistgħu jikkooperaw billi jintroduċu sistema komuni għal ħlasijiet imposti fuq l-utenti applikabbli fit-territorji tagħhom komplessivament. F'dak il-każ, dawk l-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-Kummissjoni tkun involuta f'dan mill-qrib u fit-tħaddim sussegwenti tas-sistema kif ukoll fl-emenda possibbli tagħha.
2. Sistema komuni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin flimkien ma' dawk fl-Artikolu 7:
ir-rati komuni ta' ħlasijiet imposti fuq l-utenti għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri li jipparteċipaw fuq livelli li mhumiex iktar għoljin mir-rati massimi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(7);
il-pagament tal-ħlas komuni mill-utent għandu jagħti aċċess għas-sistema tat-toroq kif definit mill-Istati Membri parteċipanti skond l-Artikolu 7(1);
Stati Membri oħrajn jistgħu jissieħbu fis-sistema komuni;
għandha tinħadem skala mill-Istati Membri li jipparteċipaw li permezz tagħha kull wieħed minnhom għandu jirċievi sehem ġust mid-dħul li jirriżulta mill-ħlasijiet fuq l-utenti.
L-Artikolu 8a
Kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ tas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ta' ħlasijiet fuq l-utent oħra fuq l-utent biex jiġi żgurat li din taħdem b'mod trasparenti u bla ma tkun diskriminatorja.
Artikolu 8b
1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw fl-introduzzjoni ta’ sistema komuni għal ħlasijiet għall-użu tat-triq applikabbli fit-territorji magħquda tagħhom fl-intier. F’każ bħal dan, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi infurmata b’din il-kooperazzjoni u t-tħaddim sussegwenti tas-sistema kif ukoll dwar xi emenda possibbli.
2. Is-sistema komuni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 7k. Stati Membri oħrajn jistgħu jingħaqdu mas-sistema komuni.
IL-KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
L-Artikolu 9
1. Din id-Direttiva m'għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta':
taxxi u ħlasijiet speċifiċi:
ħlasijiet ta' l-ipparkjar u ħlasijiet speċifiċi tat-traffiku urban.
1a. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta’ tariffi regolatorji mfasslin speċifikament biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku jew jiġġieldu l-impatti ambjentali, inkluża l-kwalità ħażina tal-arja, fi kwalunkwe triq li tinsab f’żona urbana, inklużi t-toroq tan-netwerk trans-Ewropew li jaqsmu żoni urbani.
2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta’ dħul iġġenerat minn din id-Direttiva. Biex is-sistema tat-trasport kollha tkun tista’ tiġi żviluppata, id-dħul mit-tariffi tal-infrastruttura, jew l-ekwivalenti tiegħu f’valur finanzjarju ta’ dan id-dħul irid jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mis-sistema kollha tat-trasport. B’mod partikolari, id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, irid jintuża ħalli jagħmel it-trasport aktar sostenibbli, inkluż wieħed jew aktar minn dan li ġej:
jiġi ffaċilitat l-ipprezzar effiċjenti;
jitnaqqas fis-sors it-tniġġis tat-trasport bit-triq;
jiġu mitigati fis-sors l-effetti tat-tniġġis tat-trasport bit-triq;
jittejjeb ir-rendiment tas-CO2 u l-enerġija tal-vetturi;
tiġi żviluppata infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport u/jew il-kapaċità attwali li qiegħda tespandi;
jingħata appoġġ lin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;
jsir l-aħjar użu mil-loġistika;
tittejjeb is-sikurezza fit-toroq; u
jiġu provduti postijiet tal-parkeġġ sikuri.
Dan il-paragrafu għandu jitqies li jkun ġie applikat mill-Istati Membri, jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politika fiskali u finanzjarja ta’ appoġġ, liema politika tinfluwenza l-appoġġ finanzjarju għan-netwerk trans-Ewropew u jkollha valur ekwivalenti ta’ mill-anqas 15 % tad-dħul iġġenerat mit-tariffi infrastrutturali u ta’ spiża esterna f’kull Stat Membru.
L-Artikolu 9a
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontrolli xierqa u jiddeterminaw is-sistema ta' penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 9b
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta’ kapaċitajiet tekniċi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari l-Annessi.
Artikolu 9c
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 8 ).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 9d
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward:
Il-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 9e, 9f u 9 g għandhom japplikaw għall-atti ddelegati msemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 9e
1. Is-setgħa ta’ -adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9d għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat.
2. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati qegħdin jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9f u 9 g.
Artikolu 9f
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9d tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni u għandu jkollha effett immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9 g
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.
L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.
L-Artikolu 10
1. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, ir-rati ta' kambju bejn il-euro u l-muniti nazzjonali ta' l-Istati Membri li ma adottawx il-euro għandhom ikunu dawk fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal- ►M3 Unjoni Ewropea ◄ ; għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja ta' wara.
2. L-Istati Membri li ma adottawx il-euro jistgħu jżommu l-ammonti fis-seħħ fil-ħin ta' l-aġġustament annwali magħmul taħt il-paragrafu 1 jekk il-kambju ta' l-ammonti espressi f'euro jirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % meta espressi f'muniti nazzjonali.
Artikolu 10a
1. L-ammonti f’euro kif stabbiliti fl-Anness II u l-ammonti f’ċenteżmi kif stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IIIb għandhom jiġu riveduti kull sentejn b’bidu mill-1 ta’ Jannar tal-2013, sabiex jittieħed kont tal-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsum madwar l-UE bl-esklużjoni tal-enerġija u ta’ ikel mhux ipproċessat (kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat)).
L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro jew f’ċenteżmi bil-persentaġġ tal-bidla f’dak l-indiċi. L-ammonti li jirriżultaw għandhom jiżdiedu sal-eqreb euro fir-rigward tal-Anness II, jiżdiedu sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ ċenteżmu fir-rigward tat-Tabella 1 fl-Anness IIIb u jiżdiedu sal-eqreb wieħed minn mija ta’ ċenteżmu fir-rigward tat-Tabella 2 fl-Anness IIIb.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-ammonti adattati għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni.
Artikolu 11
1. Sas-16 ta' Ottubru 2014, u kull erba’ snin wara dan, l-Istati Membri li jimponu tariffa għall-ispiża esterna u/jew t-tariffa għall-infrastruttura għandhom ifasslu rapport dwar il-ħlasijiet għall-użu tat-triq, inklużi l-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni, li jkunu ġew imposti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni li għandha tqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħrajn. Dak ir-rapport jista’ jeskludi l-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008 u li ma jinkludux t-tariffa għall-ispiża esterna, dment li dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati sostanzjalment. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:
it-tariffa medja ppeżata għall-ispiża esterna u l-ammonti speċifiċi imposti għal kull kombinazzjoni ta’ klassi ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien;
il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont it-tip tal-vetturi u ż-żmien;
it-tariffa medja ppeżata għall-infrastuttura u d-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-infrastruttura;
id-dħul totali ġġenerat mit-tariffi ta’ spiża esterna; u
l-azzjonijiet meħudin skont it-termini tal-Artikolu 9(2).
2. Sas-16 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż relatati mat-tniġġis minħabba t-traffiku, u dwar l-inklużjoni ta’ vetturi ta’ aktar minn 3,5 tunnellati u anqas minn 12-il tunnellata. Ir-rapport għandu wkoll janalizza, abbażi ta’ monitoraġġ kontinwu u jivvaluta, fost l-oħrajn:
l-effikaċja tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva sabiex jiġu ttrattati l-impatti negattivi kkawżati mit-trasport bit-triq b’kont meħud ukoll, b’mod partikolari, tal-impatt fuq Stati Membri ġeografikament iżolati u periferiċi;
l-effett tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li twassal lill-utenti għas-soluzzjonijiet ta’ trasport l-aktar effiċjenti u dawk li jagħmlu l-inqas ħsara lill-ambjent u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-introduzzjoni ta’ tariffi bbażati fuq id-distanza;
l-implimentazzjoni u l-effett tal-varjazzjoni ta’ tariffi għall-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 7 g dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni lokali. Ir-rapport għandu wkoll jivvaluta jekk il-varjazzjoni massima u l-perijodu ta’ quċċata kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 7 g humiex biżżejjed ħalli jippermettu l-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmu ta’ varjazzjoni;
il-progress xjentifiku fl-istima tal-ispejjeż esterni tat-trasport għall-iskop tal-internalizzazzjoni tagħhom; u
il-progress lejn l-applikazzjoni tat-tariffi għall-utenti stradali u mezzi ta’ kif ikunu gradwalment armonizzati s-sistemi ta’ tariffii li huma applikati għall-vetturi kummerċjali.
Ir-rapport għandu jevalwa wkoll l-użu ta’ sistemi elettroniċi li jimponu u jiġbru tariffi għall-infrastruttura u għall-ispiża esterna u l-grad tagħhom ta’ interoperabilità skont ma jingħad fid-Direttiva 2004/52/KE.
3. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta’ din id-Direttiva.
4. Sas-16 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti sommarju tal-miżuri l-oħrajn, bħal linji ta’ politika regolatorji, li jittieħdu biex jiġu internalizzati jew imnaqqsal-ispejjeż esterni relatati mal-ambjent, l-istorbju u s-saħħa mill-modi kollha tat-trasport, inklużi l-bażi legali u l-valuri massimi użati.
Bl-iskop li jiżgura kompetizzjoni intermodali ġusta filwaqt li gradwalment jagħmel tariffi fuq l-ispejjeż esterni tal-modi kollha ta’ trasport, għandha tinkludi skeda tal-miżuri li fadlilhom jittieħdu ħalli jkunu indirizzati modi jew vetturi oħrajn u/jew l-elementi ta’ spejjeż esterni li għadhom ma tqisux, billi jitqies il-progress li sar fir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriċità ( 9 ).
L-Artikolu 12
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Lulju 2000. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.
L-Artikolu 13
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 14
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS 0
LIMITI TA' EMISSJONI
1. Vettura “EURO 0”
|
Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh |
Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh |
Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh |
|
12,3 |
2,6 |
15,8 |
2. Vetturi “EURO I”/“EURO II”
|
|
Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh |
Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh |
Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh |
Massa ta' partikulati (PT) g/kWh |
|
Vettura “EURO I” |
4,9 |
1,23 |
9,0 |
0,4 (1) |
|
Vettura “EURO II” |
4,0 |
1,1 |
7,0 |
0,15 |
|
(1) Koeffiċjent ta' 1,7 huwa applikat għall-valur ta' limitu ta' emissjoni ta' partikulati fil-każ ta' magni b'rata ta' qawwa ta' 85 kW jew inqas. |
||||
3. Vetturi “EURO III”/“EURO IV”/“EURO V”/“EEV”
|
Il-mases speċifiċi ta' monossidu tal-karbonju, it-total ta' idrokarboni, l-ossidi tan-nitroġenu u l-partikulati, determinati bit-test ta' l-ESC u l-opaċità tal-gass ta' skariku, determinat mit-test ta' l-ERL, m'għandhomx jeċċedu l-valuri li ġejjin( (1)): |
|||||
|
|
Massa ta' monossidi tal-karbonju (CO) g/kWh |
Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh |
Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh |
Massa ta' partikulati (PT) g/kWh |
Gass ta' skariku m-1 |
|
Vettura “EURO III” |
2,1 |
0,66 |
5,0 |
0,10 (2) |
0,8 |
|
Vettura “EURO IV” |
1,5 |
0,46 |
3,5 |
0,02 |
0,5 |
|
Vettura “EURO V” |
1,5 |
0,46 |
2,0 |
0,02 |
0,5 |
|
Vettura “EEV” |
1,5 |
0,25 |
2,0 |
0,02 |
0,15 |
|
(1) Ċiklu ta' prova jikkonsisti f'sekwenza ta' punti ta' prova, kull punt definit minn veloċità u torque li l-magna trid tirrispetta fi steady state (test ta' l-ESC) jew f'kondizzjonijiet ta' operazzjoni transitorja (prova ta' l-ETC u l-ELR). (2) 0,13 għal magni li ċ-ċilindrata unitorja tagħhom hi inqas minn 0,7 dm3 u l-veloċità nominali hi iktar minn 3 000 min-1. |
|||||
4. Klassijiet ta' emmissjonijiet ta' vetturi fil-ġejjieni kif definit fid-Direttiva 88/77/KEE u emendi sussegwenti jistgħu jiġu kkunsidrati.
L-ANNESS I
RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI
Vetturi b'Mutur
|
Numru ta' fusien u t-toqol gross mgħobbi massimu permissibbli (f'tunnellati) |
Rata minima ta' taxxa (f'euro/sena) |
||
|
Mhux inqas minn |
Inqas minn |
Fus/fusien tas-sewqan b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut(i) (1) |
Sistemi ta' sospensjoni oħrajn tal-fus/fusien tas-sewqan |
|
Żewġ fusien |
|||
|
12 |
13 |
0 |
31 |
|
13 |
14 |
31 |
86 |
|
14 |
15 |
86 |
121 |
|
15 |
18 |
121 |
274 |
|
Tliet fusien |
|||
|
15 |
17 |
31 |
54 |
|
17 |
19 |
54 |
111 |
|
19 |
21 |
111 |
144 |
|
21 |
23 |
144 |
222 |
|
23 |
25 |
222 |
345 |
|
25 |
26 |
222 |
345 |
|
Erba' fusien |
|||
|
23 |
25 |
144 |
146 |
|
25 |
27 |
146 |
228 |
|
27 |
29 |
228 |
362 |
|
29 |
31 |
362 |
537 |
|
31 |
32 |
362 |
537 |
|
(1) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti b'mod konformi mad-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistipula fir-rigward ta' ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkulaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fi traffiku nazzjonali u internazzjonali u t-toqol massimu awtorizzat fi traffiku internazzjonali (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59). |
|||
KOMBINAZZJONIJIET TA' VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAT-TRIQ)
|
Numru ta' fusien u t-toqol gross mgħobbi massimu permissibbli (f'tunnellati) |
Rata minima ta' taxxa (f'euro/sena) |
||
|
Mhux inqas minn |
Inqas minn |
Fus/fusien tas-sewqan b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut(i) (1) |
Sistemi ta' sospensjoni oħrajn tal-fus/fusien tas-sewqan |
|
fusien 2 + 1 |
|||
|
12 |
14 |
0 |
0 |
|
14 |
16 |
0 |
0 |
|
16 |
18 |
0 |
14 |
|
18 |
20 |
14 |
32 |
|
20 |
22 |
32 |
75 |
|
22 |
23 |
75 |
97 |
|
23 |
25 |
97 |
175 |
|
25 |
28 |
175 |
307 |
|
fusien 2 + 2 |
|||
|
23 |
25 |
30 |
70 |
|
25 |
26 |
70 |
115 |
|
26 |
28 |
115 |
169 |
|
28 |
29 |
169 |
204 |
|
29 |
31 |
204 |
335 |
|
31 |
33 |
335 |
465 |
|
33 |
36 |
465 |
706 |
|
36 |
38 |
465 |
706 |
|
fusien 2 + 3 |
|||
|
36 |
38 |
370 |
515 |
|
38 |
40 |
515 |
700 |
|
fusien 3 + 2 |
|||
|
36 |
38 |
327 |
454 |
|
38 |
40 |
454 |
628 |
|
40 |
44 |
628 |
929 |
|
fusien 3 + 3 |
|||
|
36 |
38 |
186 |
225 |
|
38 |
40 |
225 |
336 |
|
40 |
44 |
336 |
535 |
|
(1) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti b'mod konformi mad-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistipula fir-rigward ta' ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkulaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fi traffiku nazzjonali u internazzjonali u t-toqol massimu awtorizzat fi traffiku internazzjonali (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59). |
|||
ANNESS II
AMMONTI MASSIMI F’EURO TA’ ĦLASIJIET FUQ L-UTENTI, INKLUŻI SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI, LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 7(7)
Annwali
|
|
massimu ta’ tliet fusien |
minimu ta’ erba’ fusien |
|
EURO 0 |
1 475 |
2 472 |
|
EURO I |
1 282 |
2 140 |
|
EURO II |
1 116 |
1 861 |
|
EURO III |
970 |
1 617 |
|
EURO IV u li jniġġsu inqas |
882 |
1 471 |
Fix-xahar u fil-ġimgħa
Ir-rati massimi fix-xahar u fil-ġimgħa huma proporzjonali għad-durata tal-użu li jsir mill-infrastruttura.
Kuljum
Il-ħlas ta’ kuljum huwa ndaqs għall-kategoriji kollha ta’ vetturi u jammonta għal EUR 13.
L-ANNESS III
PRINĊIPJI ĊENTRALI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA' L-ISPEJJEŻ U L-KALKOLU TAL-ĦLASIJIET GĦALL-UŻU TAT-TRIQ
Dan l-Anness jistipula l-prinċipji ewlenin għall-kalkolu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura biex jirrifletti l-Artikolu 7b(1). L-obbligu li t-tariffi għall-infrastruttura jkunu relatati mal-ispejjeż għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu, f’konformità mal-Artikolu 7b(2), li ma jirkuprawx l-ispejjeż għal kollox permezz tad-dħul mit-tariffi għall-infrastruttura, jew għal-libertà, f’konformtià mal-Artikolu 7f, li jvarjaw l-ammonti ta’ tariffi speċifiċi għall-infrastruttura mill-medja.
L-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji għandha tkun għal kollox konsistenti ma' obbligi eżistenti oħra taħt il-liġi ►M3 Unjoni ◄ rja, b'mod partikolari l-ħtieġa li kuntratti ta' konċessjoni jingħataw skond id-Direttiva 2004/18/KE u strumenti ►M3 Unjoni ◄ rji oħra fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku.
Fejn Stat Membru jidħol f'negozjati ma' parti terza waħda jew iktar bil-ħsieb li jiġi stabbilit kuntratt ta' konċessjoni fir-rigward tal-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta' parti mill-infrastruttura tiegħu, jew bil-ħsieb ta' dan il-għan, jidħol f'arranġament simili bbażat fuq leġiżlazzjoni nazzjonali jew fuq ftehim li jidħol fih il-Gvern ta' Stat Membru, il-konformità ma' dawn il-prinċipji għandha tiġi ġġudikata abbażi ta' l-eżitu ta' dawn in-negozjati.
1. Tifsira tas-Sistema Tat-toroq u tal-vetturi koperti
2. Spejjeż ta' infrastruttura
2.1 Spejjeż ta' l-investiment
2.2. Spejjeż annwali ta' manutenzjoni u spejjeż ta' tiswija strutturali
3. Spejjeż operattivi, ta' ġestjoni u ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq
Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludi l-ispejjeż kollha li jsiru mill-operatur ta' l-infrastruttura li m'humiex koperti taħt is-Sezzjoni 2 u li huma relatati ma' l-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-infrastruttura u tas-sistema ta' ħlas għall-użu tat-triq. B'mod partikolari dawn għandhom jinkludu:
L-ispejjeż jistgħu jinkludu ritorn fuq kapital jew marġni ta' qligħ li jirriflettu l-grad ta' riskju trasferit.
Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu diviżi skond bażi ġusta u trasparenti bejn il-klassijiet kollha ta' vetturi li huma soġġetti għas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq.
4. Is-sehem ta' traffiku ta' merkanzija l-fatturi ta' ekwivalenza u l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni
|
Klassi tal-vettura (1) |
Fatturi ta' ekwivalenza |
||
|
Tiswija strutturali (2) |
Investimenti |
Manutenzjoni annwali |
|
|
Bejn 3,5 t u 7,5 t, Klassi 0 |
1 |
1 |
1 |
|
> 7,5 t, Klassi I |
1,96 |
1 |
1 |
|
> 7,5 t, Klassi II |
3,47 |
1 |
1 |
|
> 7,5 t, Klassi III |
5,72 |
1 |
1 |
|
(1) Ara l-Anness IV li jindika l-klassijiet tal-vetturi. (2) Il-klassijiet tal-vetturi jikkorrispondu mat-toqol tal-fusien ta' 5,5; 6,5; 7,5 u 8,5 tunnellati rispettivament. |
|||
ANNESS IIIa
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispiża esterna u biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja differenzjata massima għall-ispiża esterna.
1. Il-partijiet tan-netwerk tat-toroq ikkonċernat
L-Istat Membru għandu jispeċifika b’mod preċiż il-parti jew il-partijiet tan-netwerk tat-toroq tiegħu li għandhom ikunu soġġetti għal tariffa għall-ispiża esterna.
Fejn Stat Membru jagħżel li jimponi tariffa għall-ispiża esterna fuq parti waħda jew fuq xi partijiet biss tan-netwerk tat-toroq li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-parti jew il-partijiet għandhom jintgħażlu wara valutazzjoni li tistabbilixxi li:
2. Il-vetturi, it-toroq u l-perijodu ta’ żmien kopert
L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummisjoni dwar il-klassifika tal-vetturi skont liema klassifika għandu jvarja l-ħlas għall-użu tat-triq. Huwa għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar il-lok ta’ toroq soġġetti għal tariffi ogħla għall-ispiża esterna (minn issa ’l quddiem imsejħa “toroq suburbani (inklużi l-awtostradi)”), u ta’ toroq soġġetti għal tariffi aktar baxxi għall-ispiża esterna (minn issa ’l quddiem imsejħa “toroq interurbani (inklużi l-awtostradi)”).
Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perijodu ta’ billejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa esterna ogħla għall-ispiża tal-istorbju biex tirrifletti storbju u fastidju akbar.
Il-klassifika tat-toroq bħala toroq suburbani (inklużi l-awtostraddi) u toroq interurbani (inklużi l-awtostradi), u d-definizzjoni tal-perijodi ta’ żmien għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għat-tniġġis bħad-densità tal-popolazzjoni, u l-għadd ta’ livelli massimi ta’ tniġġis imkejla fis-sena f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-kriterji użati għandhom jiġu inklużi fin-notifika.
3. Ammont tat-tariffa
Għal kull klassi ta’ vettura, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tiddetermina ammont wieħed speċifiku. L-istruttura li timponi t-tariffi li tirriżulta, inkluż il-ħin tal-bidu u l-ħin tat-tmiem ta’ kull perijodu ta’ billejl fejn t-tariffa għall-ispiża esterna tkun tinkludi l-ispiża għat-tniġġis mill-istorbju, għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha b’termini ugwali. Il-pubblikazzjoni għandha ssir f’waqtha u qabel l-implimentazzjoni. Għandhom jiġu ppubblikati l-parametri kollha, id-data u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif jiġu kkalkolati l-elementi varji tal-ispiża esterna.
Fl-istabbiliment tat-tariffi, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tkun iggwidata mill-prinċipju tal-ipprezzar effiċjenti jiġifieri prezz li huwa qrib l-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura li fuqha tiġi imposta t-tariffa.
It-tariffa għandha tkun stabbilita wkoll wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji.
L-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, għandha timmonitorja l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-ħsara ambjentali li tirriżulta mit-trasport bit-triq. Jekk adatt, kull sentejn hi għandha taġġusta l-istruttura li timponi t-tariffi u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal klassi partikolari ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-forniment u fid-domanda tat-trasport.
4. Elementi tal-ispiża esterna
4.1. Spiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku
Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-ispiża kollha tat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku jew parti minnha fit-tariffa għall-ispiża esterna, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tikkalkola l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku billi tapplika l-formula li ġejja jew billi tuża l-valuri tal-unità fit-Tabella 1 tal-Anness IIIb jekk dawn tal-aħħar ikunu aktar baxxi:
fejn
|
PCVij |
= |
l-ispiża tat-tniġġis tal-arja ta’ vettura tal-klassi i fuq tip ta’ triq j (euro/vettura.kilometru) |
|
Efik |
= |
il-fattur ta’ emissjoni tas-sustanza li tniġġes k u l-klassi ta’ vettura i (gramma/vettura.kilometru) |
|
PCjk |
= |
l-ispiża monetarja tas-sustanza li tniġġes k għal tip ta’ triq j (euro/gramma) |
Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati mill-Istat Membru biex jabbozza l-inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet previsti bid-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi ( 11 ) (li teħtieġ l-użu tal-EMEP/CORINAIR Emission Inventory Guidebook ( 12 )). L-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, filwaqt li jiġi rrispettat l-istħarriġ l-aktar reċenti.
L-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti tista’ tapplika metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex jiġi kkalkolat il-valur tal-ispejjeż għat-tniġġis tal-arja bl-użu ta’ data mill-kejl tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-valur lokali tal-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, dment li r-riżultati ma jeċċedux il-valuri tal-unità msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness IIIb għal kwalunkwe klassi ta’ vetturi.
4.2. Spiża għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku
Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-ispiża kollha għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku jew parti minnha fit-tariffa għall-ispiża esterna, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tikkalkola l-ispiża li għandha titħallas għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku billi tapplika l-formuli li ġejjin jew billi tuża l-valuri tal-unità fit-Tabella 2 tal-Anness IIIb jekk dawn tal-aħħar ikunu aktar baxxi:
fejn
|
NCVj = |
l-ispiża għall-istorbju ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fuq tip ta’ triq j (euro/vettura.kilometru) |
|
NCjk = |
l-ispiża għall-istorbju għal kull persuna esposta fuq tip ta’ triq j sa livell ta’ storbju k (euro/persuna) |
|
POPk = |
il-popolazzjoni esposta għal livell ta’ storbju k kuljum għal kull kilometru (persuna/kilometru) |
|
WADT = |
il-medja ppeżata tat-traffiku ta’ kuljum (ekwivalenti għal karozzi tal-passiġġieri) |
|
a u b |
huma fatturi ppeżati ddeteminati mill-Istat Membru b’tali mod li t-tariffa medja ppeżata li tirriżulta għall-istorbju għal kilometru ta’ vettura ma teċċedix NCVj (kuljum). |
It-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku hu relatat mal-impatt fuq il-livelli ta’ storbju mkejla qrib il-punt ta’ esponiment u wara l-ostakoli kontra l-istorbju, skont il-każ.
Il-popolazzjoni esposta għal livell ta’ storbju u għandha tittieħed mill-mapep strateġiċi dwar l-istorbju abbozzati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali ( 13 ).
L-ispiża għal kull persuna esposta għal livel ta’ storbju k għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, filwaqt li jiġi rrispettat l-istħarriġ l-aktar reċenti.
Il-medja ppeżata tat-traffiku ta’ kuljum għandha tassumi fattur ekwivalenti “e” ta’ mhux aktar minn 4 bejn vetturi tqal tal-merkanzija u karozzi tal-passiġġieri.
L-Istat Membru, jew, jekk adatt, awtorità indipendenti tista’ tapplika metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex tikkalkola l-valur tal-ispejjeż għall-istorbju dment li r-riżultati ma jeċċedux il-valuri tal-unità msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness IIIb.
L-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, tista’ tistabbilixxi tariffi differenzjati għall-istorbju biex tippremja l-użu ta’ vetturi li jagħmlu inqas storbju dment li dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni kontra vetturi barranin. Jekk jiġu introdotti tariffi differenzjati għall-istorbju, it-tariffi għall-kategorija ta’ vetturi li jagħmlu l-iżjed storbju ma jistgħux jeċċedu l-valuri tal-unità msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness IIIb u erba’ darbiet it-tariffa għall-istorbju għall-vettura li tagħmel l-anqas storbju.
ANNESS IIIb
TARIFFA MEDJA PPONDERATA MASSIMA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA
Dan l-Anness jistabbilixxi l-parametri li jridu jintużaw biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja pponderata massima għall-ispiża esterna.
1. Spiża massima għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku
Tabella 1
Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja
|
ċenteżmi/kilometru bil-vettura |
Toroq suburbani (inkluż l-awtostradi) |
Toroq interurbani (inkluż l-awtostradi) |
|
EURO 0 |
17,8 |
13,3 |
|
EURO I |
12,2 |
8,9 |
|
EURO II |
10,0 |
7,8 |
|
EURO III |
7,8 |
6,7 |
|
EURO IV |
4,5 |
3,4 |
|
EURO V wara l-31 ta’ Diċembru 2013 |
0 |
0 |
|
3,4 |
2,3 |
|
|
EURO VI wara l-31 ta’ Diċembru 2017 |
0 |
0 |
|
2,3 |
1,2 |
|
|
Li jniġġsu inqas mill-EURO VI |
0 |
0 |
Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ mhux iktar minn 2 f’żoni muntanjużi diment li dan ikun iġġustifikat mill-gradjent tat-toroq, l-altitudni u/jew l-inverżjonijiet tat-temperatura.
2. Spiża massima għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku
Tabella 2
Spiża massima li għandha titħallas għall-istorbju
|
ċenteżmi/kilometru bil-vettura |
Binhar |
Billejl |
|
Toroq suburbani (inkluż l-awtostradi) |
1,22 |
2,22 |
|
Toroq interurbani (inkluż l-awtostradi) |
0,23 |
0,34 |
Il-valuri fit-Tabella 2 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur mhux iktar minn 2 fiż-żoni muntanjużi diment li dan ikun iġġustifikat mill-gradjent tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u/jew l-effett ta’ anfiteatru tal-widien.
L-ANNESS IV
INDIKAZZJONI TAL-KLASSIJIET TAL-VETTURI
Il-klassijiet tal-vetturi huma definiti bit-tabella hawn taħt.
Il-vetturi huma klassifikati f'subkategoriji 0, I, II u III skond il-ħsara li jagħmlu lill-wiċċ tat-triq, f'ordni axxendenti (il-Klassi III hi għalhekk il-kategorija li tagħmel l-aktar ħsara lill-infrastruttura tat-triq). Il-ħsara tiżdied b'mod esponenzjali biż-żieda fil-piż tal-fus.
Il-vetturi bil-mutur kollha u t-taħlitiet tal-vetturi b'piż massimu permissibbli meta mgħobbija taħt is-7,5 tunnellati jagħmlu part mill-klassi ta' ħsara 0.
Vetturi bil-mutur
|
Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut (1) |
Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni |
Klassi ta' ħsara |
||
|
Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati) |
Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati) |
|
||
|
Mhux anqas minn |
Anqas minn |
Mhux anqas minn |
Anqas minn |
|
|
Żewġ Fusien |
|
|||
|
7,5 12 13 14 15 |
12 13 14 15 18 |
7,5 12 13 14 15 |
12 13 14 15 18 |
I |
|
Tliet Fusien |
|
|||
|
15 17 19 21 23 25 |
17 19 21 23 25 26 |
15 17 19 21 |
17 19 21 23 |
|
|
|
|
23 25 |
25 26 |
II |
|
Erba' Fusien |
|
|||
|
23 25 27 |
25 27 29 |
23 25 |
25 27 |
I |
|
|
|
27 29 31 |
29 31 32 |
II |
|
29 31 |
31 32 |
|
|
|
|
(1) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skond it-tifsira fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità l-qisien massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47). |
||||
Taħlitiet ta' vetturi (vetturi artikolati u ferroviji tat-triq)
|
Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut |
Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni |
Klassi ta' ħsara |
||
|
Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati) |
Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati) |
|
||
|
Mhux anqas minn |
Anqas minn |
Mhux anqas minn |
Anqas minn |
|
|
2 + 1 Fusien |
|
|||
|
7,5 12 14 16 18 20 22 23 25 |
12 14 16 18 20 22 23 25 28 |
7,5 12 14 16 18 20 22 23 25 |
12 14 16 18 20 22 23 25 28 |
I |
|
2 + 2 Fusien |
|
|||
|
23 25 26 28 |
25 26 28 29 |
23 25 26 28 |
25 26 28 29 |
|
|
29 |
31 |
29 |
31 |
II |
|
31 |
33 |
31 |
33 |
|
|
33 36 |
36 38 |
33 |
36 |
III |
|
2 + 3 Fusien |
II |
|||
|
36 38 |
38 40 |
36 |
38 |
|
|
|
|
38 |
40 |
III |
|
3 + 2 Fusien |
II |
|||
|
36 38 |
38 40 |
36 |
38 |
|
|
|
|
38 40 |
40 44 |
III |
|
40 |
44 |
|
|
|
|
3 + 3 Fusien |
|
|||
|
36 38 |
38 40 |
36 |
38 |
I |
|
|
|
38 |
40 |
II |
|
40 |
44 |
40 |
44 |
|
( 1 ) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1)
( 2 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).
( 3 ) ĠU L 368, tas-17.12.1992, p. 38.
( 4 ) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
( 5 ) ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1.
( 6 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
( 7 ) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.
( 8 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
( 9 ) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
( 10 ) L-applikazzjoni ta'' fatturi ta' ekwivalenza mill-Istati Membri tista' tieħu f'kunsiderazzjoni l-bini tat-toroq żviluppata fuq bażi ta' fażijiet jew bl-użu ta' approċċ ta' ċiklu ta' ħajja twil.
( 11 ) ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.
( 12 ) Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent http://reports.eea.europa.eu/EMEPCORINAIR5/.
( 13 ) ĠU L 189,18.7.2002, p. 12.