01999A0728(03) — MT — 01.07.2013 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI U KOPERAZZJONI

li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra ( 1 )

(ĠU L 196 28.7.1999, p. 48)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2004

  L 303

9

1.11.2006

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Frar 2008

  L 205

42

1.8.2008

►M3

PROTOKOLL għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

  L 69

3

13.3.2018




▼B

FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI U KOPERAZZJONI

li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra ( 2 )



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KYRGYZ,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-rabtiet bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kyrgyz u l-valuri komuni li jaqsmu bejniethom,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi l-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz jixtiequ jsaħħu dawn ir-rabtiet u li jistabbilixxu assoċjazzjoni u koperazzjoni biex isaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet stabbiliti fl-imgħoddi partikolarment bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989,

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Kyrgyz sabiex isaħħu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi li jikkostitwixxu l-veru bażi ta' l-assoċjazzjoni,

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet sabiex imexxu 'l quddiem il-paċi u s-sigurtà internazzjonali kif ukoll is-soluzzjoni paċifika tal-kontroversji u li jikkoperaw għal dan il-għan fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa,

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn qawwi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Kyrgyz sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-prinċipji u d-disposizzjonijiet kollha li jinsabu fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), id-dokumenti tal-Għeluq tal-Laqgħat ta' Segwiment ta' Madrid u ta' Vjenna, id-Dokument tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u d-Dokument tas-CSCE ta' Helsinki (1992) “L-Isfidi tal-Bidla”,

FILWAQT LI JIKKONFERMAW ir-rabta tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Kyrgyz lejn il-Karta Ewropea dwar l-Enerġija,

KONVINTI mill-importanza ewlenija ta' l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk tal-minoranzi, l-istabbiliment tas-sistema ta' ħafna partiti b'elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-liberalizzazzjoni ekonomika mirata lejn l-istabbiliment ta' ekonomija tas-suq,

FILWAQT LI JEMMNU illi l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim ta' Assoċjazzoni u Koperazzjoni trid tiddependi u tikkontribwixxi kemm għall-issoktar u t-twettiq tar-riformi politiċi, ekonomiċi u legali fir-Repubblika tal-Kyrgyz, kif ukoll għad-dħul tal-fatturi metieġa għall-koperazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE,

XEWQANA li jinkoraġġixxu l-proċess tal-koperazzjoni reġjonali fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim ma' pajjiżi ġirien sabiex jippromwovu l-prosperità u l-istabbilità tar-reġjun,

XEWQANA li jistabbilixxu u jiżviluppaw djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali ta' interess għal xulxin,

FILWAQT LI JQISU r-rieda tal-Komunità li tipprovdi għall-koperazzjoni ekonomika u għall-għajnuna teknika kif xieraq,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz u b'mod partikolari l-fatt illi r-Repubblika tal-Kyrgyz hija pajjiż li għadu qiegħed jiżviluppa u li hija mdawra bl-art minn kullimkien,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi wieħed mill-għanijiet maġġuri tal-Ftehim għandu jkun li jelimina dawn id-disparitajiet permezz tal-għajnuna Komunitarja u l-iżvilupp u l-bini mill-ġdid ta' l-ekonomija ta' Kyrgyz,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-utilità tal-Ftehim li jiffavorixxi avviċinament bil-mod il-mod bejn ir-Repubblika tal-Kyrgyz u firxa iktar wiesgħa ta' koperazzjoni fl-Ewropa u r-reġjuni ġirien u l-integrazzjoni progressiva tagħha fis-sistema miftuħa internazzjonali,

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet li jilliberalizzaw il-kummerċ, imsejjes fuq il-prinċipji tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT),

KONXJI mill-ħtieġa li jtejbu l-kondizzjonijiet li jaffettwaw in-negozju u l-investiment, u l-kondizzjonijiet fl-oqsma bħalma huma l-istabbiliment tal-kumpanniji, ix-xogħol, il-provvista tas-servizzi u l-moviment tal-kapital,

KONVINTI illi dan il-Ftehim irid joħloq klima ġdida għar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u partikolarment għall-iżvilupp tal-kummerċ u ta' l-investiment, li huma essenzjali għall-bini mill-ġdid ta' l-ekonomija u għall-modernizzazzjoni teknoloġika,

XEWQANA li jistabbilixxu koperazzjoni mill-qrib fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali filwaqt li jqisu l-inter-dipendenza li teżisti bejn il-Partijiet f'dan il-qasam,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-intenzjoni tal-Partijiet li jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tar-riċerka spazjali bil-ħsieb tal-kumplimentarjetà ta' l-attivitajiet tagħhom f'dan il-qasam,

XEWQANA li jistabbilixxu l-koperazzjoni kulturali u li jtejbu l-mixi tat-tagħrif,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Hawnhekk hija stabbilita Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kyrgyz min-naħa l-oħra. L-għanijiet immedjati ta' din l-assoċjazzjoni huma:

— 
li jipprovdi qafas xieraq għad-djalogu politiku bejn il-Partijiet li jippermetti l-iżvilupp tar-relazzjonijiet politiċi,
— 
li jappoġġja l-isforzi ta' Kyrgyz biex tikkonsolida d-demokrazija tagħha u tiżviluppa l-ekonomija tagħha u twettaq it-transizzjoni għal ekonomija tas-suq,
— 
li jippromwovi l-kummerċ u l-investiment u relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi bejn il-Partijiet u b'hekk irawmu l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom,
— 
li jipprovdi bażi għall-koperazzjoni leġislattiva, ekonomika, soċjali, finanzjarja, xjentifika ċivili, teknoloġika u kulturali.



TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 2

Ir-rispett għad-demokrazija, il-prinċipji tal-liġijiet internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem kif definiti partikolarment fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Att Finali ta' Helsinki u fil-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq, inklużi dawk enunzjati fid-dokument tal-Konferenza ta' Bonn tal-CSCE, isejsu l-politiki interni u esterni tal-Partijiet u jikkostitwixxu element essenzjali ta' l-assoċjazzjoni u ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Partjiet jikkunsidraw illi huwa essenzjali għall-prosperità u l-istabbilità ġejjiena tar-reġjun ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika illi l-istati indipendenti l-ġodda li ħarġu mix-xoljiment ta' l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti, minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Istati Indipendenti”, għandhom iżommu u jiżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom f'konformità mal-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u mal-liġijiet internazzjonali u l-ispirtu ta' relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u jridu jagħmlu kull sforz sabiex jinkoraġġixxu dan il-proċess.



TITOLU II

ID-DJALOGU POLITIKU

Artikolu 4

Għandu jiġi stabbilit djalogu politiku bejn il-Partijiet li beħsiebhom jiżviluppaw u jintensifikaw. (Dan id-djalogu) Għandu jakkumpanja u jikkonsolida l-avviċinament bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz, jappoġġja l-bidliet politiċi u ekonomiċi li għaddejjin f'dak il-pajjiż u jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' għamliet oħra ta' koperazzjoni. Id-djalogu politiku:

— 
irid isaħħaħ ir-rabtiet bejn ir-Repubblika tal-Kyrgyz u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u b'hekk mal-komunità tan-nazzjonijiet demokratiċi b'mod sħiħ. Il-konverġenza ekonomika miksuba permezz ta' dan il-Ftehim trid twassal għal relazzjonijiet politiċi iktar intensi.
— 
irid iġib konverġenza dejjem tiżdied tal-posizzjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali ta' interess ta' bejn xulxin biex b'hekk jiżdiedu s-sigurtà u l-istabbilità.

Dan id-djalogu jista' jsir fuq bażi reġjonali.

Artikolu 5

Fuq livell ministerjali, id-djalogu politiku għandu jsir ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 75 u f'okkażjonijiet oħra bi ftehim bejn xulxin.

Artikolu 6

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri u mekkaniżmi oħra mill-Partijiet għal djalogu politiku, u partikolarment fl-għamliet li ġejjin:

— 
laqgħat regolari fil-livell ta' uffiċjali anzjani bejn rappreżentanti tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kyrgyz min-naħa l-oħra,
— 
jittieħed vantaġġ sħiħ tal-kanali diplomatiċi bejn il-Partijiet inklużi kuntatti xierqa fil-qasam bilaterali kif ukoll internazzjonali, bħalma huma l-laqgħat tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-CSCE u mkejjen oħra,
— 
kull mezz ieħor, inkluża l-possibbilità ta' laqgħat ta' l-esperti li jikkontribwixxu sabiex jikkonsolidaw u jiżviluppaw dan id-djalogu.

Artikolu 7

Id-djalogu politiku fil-livell parlamentari għandu jsir ġewwa l-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 80.



TITOLU III

IL-KUMMERĊ FIL-MERKANZIJA

Artikolu 8

1.  Il-partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit fl-oqsma kollha rigward:

— 
id-dazji u d-drittijiet dovuti applikati għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, inkluż il-metodu ta' kif jinġabru dawn id-dazji u ħlasijiet dovuti,
— 
id-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħruġ ta' permessi tad-dwana, it-transitu, l-imħażen u t-trasbord,
— 
it-taxxi u l-ħlasijiet interni l-oħra dovuti ta' kull kwalità applikati direttament u indirettament fuq il-merkanzija importata,
— 
il-metodi tal-ħlasijiet u t-trasferiment ta' dawn il-ħlasijiet,
— 
ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, it-tqassim u l-użu tal-merkanzija fis-suq domestiku.

2.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) 

vantaġġi konċessi bil-għan li joħolqu unjoni tad-dwana jew firxa ta' kummerċ ħieles jew is-segwiment tal-ħolqien ta' unjoni jew firxa bħal din;

(b) 

vantaġġi konċessi lil pajjiżi partikolari b'mod konformi mal-GATT u ma' arranġamenti oħra internazzjonali favur il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(ċ) 

vantaġġi konċessi lill-pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fuq il-fruntiera.

3.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw, matul perjodu transitorju taż-żmien li jagħlaq fid-data meta r-Repubblika tal-Kyrgyz taċċedi għall-GATT jew il-31 ta' Diċembru 1998, liema minnhom tiġi l-ewwel, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I konċessi mir-Repubblika tal-Kyrgyz lil stati oħra li ħarġu mix-xoljiment ta' l-URSS/USSR.

Artikolu 9

1.  Il-Partijiet jaqblu illi l-prinċipju tat-transitu ħieles huwa kondizzjoni essenzjali għall-kisba tal-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim.

B'konnessjoni ma' dan, kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura transitu mingħajr restrizzjonijiet permezz jew ġewwa t-territorju tagħha tal-merkanzija li toriġina fit-territorju tad-dwana jew ikunu destinati għat-territorju tad-dwana tal-Parti l-oħra.

2.  Ir-regoli deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu V tal-GATT japplikaw bejn iż-żewġ Partijiet.

3.  Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kull regola speċjali li għandha x'taqsam ma' setturi speċifiċi, partikolarment bħalma huwa t-trasport, jew mal-prodotti miftiehma bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-permessi tad-dħul temporanju tal-merkanzija li jorbtu liż-żewġ Partijiet, kull waħda mill-Partijiet għandha, barra minn hekk, teżenta lill-Parti l-oħra mill-ħlasijiet dovuti u d-dazji fuq l-importazzjoni tal-merkanzija mdaħħla temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati minn kull konvenzjoni internazzjonali oħra dwar din il-materja li jorbtuha, b'konformità mal-leġislazzjoni tagħha. Għandhom jitqiesu l-kondizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew aċċettati l-obbligi li joħorġu minn konvenzjoni bħal din mill-Parti fil-kwistjoni.

Artikolu 11

1.  Il-merkanzija li toriġina mir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tiġi importata fil-Komunità ħielsa mir-restrizzjonijiet mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 13, 16 u 17 ta' dan il-Ftehim u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 77, 81, 244, 249 u 280 ta' l-Att tas-Sħubija ta' Spanja u tal-Portugall fil-Komunità Ewropea.

2.  Il-merkanzija li toriġina mil-Komunità għandha tiġi importata fir-Repubblika tal-Kyrgyz ħielsa mir-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha u mill-miżuri ta' effett ekwivalwenti.

Artikolu 12

Il-merkanzija għandha titqiegħed fis-suq bejn il-Partijiet bi prezzijiet li għandhom x'jaqsmu mas-suq.

Artikolu 13

1.  Fejn prodott ikun qiegħed jiġi importat fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda illi jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara għall-prodotturi domestiċi simili jew f'kompetizzjoni diretta miegħu, il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Kyrgyz, liema minnhom tkun involuta, jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa b'mod konformi mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2.  Qabel ma tittieħed kull miżura, jew malajr kemm jista' jkun wara fil-każi li għalihom japplika l-paragrafu 4, il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Kyrgyz skond kif ikun il-każ, għandhom ifornu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu rilevanti bil-ħsieb li titfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif provdut fit-Titolu IX.

3.  Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-riferiment lill-Kunsill ta' Koperazzjoni dwar azzjonijiet sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet il-konsultazzjonijiet għandha tkun ħielsa li tirrestrinġi l-importazzjonijiet tal-prodotti nvoluti safejn u sakemm u għal dak iż-żmien meħtieġa sabiex tipprevjieni jew tirrimedja l-ħsara, jew li tadotta miżuri oħra xierqa.

4.  F'ċirkustanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża ħsara li diffiċli tissewwa, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni illi l-konsultazzjonijiet jiġu offruti immedjatament wara li tittieħed din l-azzjoni.

5.  Fil-għażla tal-miżuri skond dan l-Artikolu, il-Partijiet Kotrattanti għandhom jagħtu l-prijorità lil dawk li jikkawżaw l-inqas tfixkil għall-kisba tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

6.  Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika jew jaffettwa b'xi mod it-teħid, mill-waħda jew l-oħra taż-żewġ Partijiet, ta' miżuri kontra d-dumping jew miżuri kompensatorji b'mod konformi ma' l-Artikolu VI tal-GATT, tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI tal-GATT, tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew tal-leġislazzjoni nterna li għandha x'taqsam magħhom.

Artikolu 14

Il-Partijiet jintrabtu biex jikkunsidraw l-iżvilupp tad-disposizzjonijiet f'dan il-Ftehim dwar il-kummerċ ta' merkanzija bejniethom, skond kif jippermettu ċ-ċirkustanzi, inkluża s-sitwazzjoni li toħroġ mis-sħubija tar-Repubblika tal-Kyrgyz fil-GATT. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkommandazzjonijiet fuq dawn l-iżviluppi lill-Partijiet dwar dawn l-iżviluppi li jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ, fejn ikunu aċċettati, bis-saħħa ta' ftehim bejn il-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

Artikolu 15

Il-Ftehim ma għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew fuq merkanzija fit-transitu għal raġunijiet ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali jew ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-deheb u l-fidda. Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dan it-Titolu ma għandux japplika għall-kummerċ fil-prodotti tessili li jidħlu fil-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda. Il-kummerċ f'dawn il-prodotti għandu jiġi regolat bi ftehim separat, li jibda fil-15 ta' Ottubru 1993, u applikat temporanjament mill-1 ta' Jannar 1994.

Artikolu 17

1.  Il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jiġi regolat mid-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu, għajr l-Artikolu 11.

2.  Għandu jitwaqqaf grupp tal-kuntatt dwar materji li għandhom x'jaqsmu mal-faħam u l-azzar, li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Komunità minn naħa waħda, u rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kyrgyz min-naħa l-oħra.

Il-grupp tal-kuntatt għandu jiskambja, fuq bażi regolari, it-tagħrif dwar il-materji kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-faħam u l-azzar ta' interess għall-Partijiet.

Artikolu 18

Il-kummerċ fil-materjali nukleari għandu jkun suġġett għad-disposizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li jrid jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Kyrgyz.



TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IN-NEGOZJU U L-INVESTIMENTI



KAPITOLU I

IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 19

1.  Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw f'kull wieħed mill-Istati Membri, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jiżuraw illi t-trattament konċess liċ-ċittadini nazzjonali ta' Kyrgyz, legalment impjegati fl-Istati Membri ikun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq in-nazzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunat maċ-ċittadini nazzjonali tiegħu stess.

2.  Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw fir-Repubblika tal-Kyrgyz, ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tiżgura illi t-trattament konċess liċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri, legalment impjegati fit-territorju tar-Repubblika tal-Kyrgyz, għandu jkun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq in-nazzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunat maċ-ċittadini nazzjonali tagħha stess.

Artikolu 20

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema sforzi konġunti jistgħu jsiru sabiex tiġi kontrollata l-immigrazzjoni illegali, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju u l-prattika tal-permess tad-dħul mill-ġdid.

Artikolu 21

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema titjib jista' jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għan-nies tan-negozju konsistenti ma' l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi dawk dikjarati fid-dokument tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE.

Artikolu 22

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu mplimentati l-Artikoli 19, 20 u 21.



KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW L-ISTABBILIMENT U L-OPERAT TAL-KUMPANNIJI

Artikolu 23

1.  Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lil kull pajjiż terz għall-istabbiliment ta' kumpanniji ta' Kyrgyz kif definit fl-Artikolu 25 permezz tal-istabbiliment ta' sussidjarji u fergħat u għandhom jikkonċedu lis-sussidjarji u l-fergħat ta' kumpanniji ta' Kyrgyz stabbiliti fit-territorju tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji u lill-fergħat ta' kull pajjiż terz, rigward l-operat tagħhom, u dan b'konformità mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħhom.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 35 u 84, ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tikkonċedi lill-kumpanniji Komunitarji u lill-fergħat tagħhom trattament mhux inqas favorevoli milli tikkonċedi lill-kumpanniji ta' Kyrgyz u lill-fergħat tagħhom u lill-kumpanniji u l-fergħat ta' kull pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aħjar, rigward l-istabbiliment u l-operat tagħhom, kif definit fl-Artikolu 25, fit-territorju, u dan b'konformità mal-legislazzjoni u r-regolamenti tagħha.

Artikolu 24

Id-disposizzjoniet ta' l-Artikolu 23 ma għandhomx japplikaw għat-trasport bl-ajru, għal passaġġi ta' l-ilma interni u għat-trasport bil-baħar.

Artikolu 25

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) 

“kumpannija Komunitarja” jew “kumpannija tal-Kyrgyz” rispettivament għandhom ifissru kumpannija stabbilita b'mod konformi mal-liġijiet ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom jew il-post ewlieni tan-negozju fil-Komunità jew fir-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament. Madankollu, jekk il-kumpannija titwaqqaf b'mod konformi mal-liġijiet ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament, il-kumpannija għandha tiġi kunsidrata bħala kumpannija Komunitarja jew kumpannija tal-Kyrgyz rispettivament jekk l-operat tagħha jkunu fil-pussess ta' rabta reali u kontinwa ma' l-ekonomija ta' wieħed mill-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament;

(b) 

“sussidjarja” ta' kumpannija għandha tfisser kumpannija li hija effettivament kontrollata mill-ewwel kumpannija;

(ċ) 

“fergħa” ta' kumpannija għandha tfisser post tan-negozju li ma jkollux personalità legali imma li għandu d-dehra ta' permanenza, bħalma hija l-estensjoni ta' korp ewlieni, għandu tmexxija u huwa materjalment mgħammar sabiex jagħmel negozju ma' partijiet terzi sabiex dawn ta' l-aħħar, għalkemm ikunu jafu illi jekk ikun meħtieġ hemm rabta mal-korp ewlieni, li l-uffiċċju ewlieni tiegħu jkun barra mill-pajjiż, ma jkollhomx għalfejn jinnegozjaw direttament ma' dan il-korp ewlieni imma jistgħu jinnegozjaw fil-post tan-negozju li jikkostitwixxi l-estensjoni;

(d) 

“stabbiliment” għandhom ifissru d-dritt tal-kumpanniji Komunitarji jew ta' Kyrgyz kif riferit fil-punt (a), li jidħlu għal attivitajiet ekonomiċi permezz tal-istabbiliment u t-tmexxija ta' sussidjarji u ta' fergħat fir-Repubblika tal-Kyrgyz jew fil-Komunità rispettivament;

(e) 

“operat” għandhom ifissru s-segwiment ta' attivitajiet ekonomiċi;

(f) 

“attivitajiet ekonomiċi” għandhom ifissru l-attivitajiet ta' natura industrijali, kummerċjali jew professjonali.

Rigward it-trasport internazzjonali marittimu, inklużi l-operat inter-modali li jinvolvu kompetenza fit-tbaħħir, iċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kyrgyz stabbiliti barra mill-Komunità jew mir-Repubblika tal-Kyrgyz u kontrollati minn ċittadini nazzjonali ta' Stat Membru jew tar-Repubblika Kirkiża rispettivament, għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitoli III jekk il-bastimenti tagħhom ikunu reġistrati f'dan l-Istat Membru jew fir-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament, b'mod konformi mal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom.

Artikolu 26

1.  Minkejja kull disposizzjoni oħra ta' dan il-Ftehim, Parti ma għandhiex tiġi miżmuma milli tieħu miżuri għal raġunijiet ta' prudenza, inklużi għall-protezzjoni ta' l-investituri, tad-depożitaturi, ta' l-azzjonisti jew ta' persuni li d-dmir fiduċjarju tagħhom huwa pussess ta' fornitur tas-servizzi finanzjarji, jew sabiex jiżguraw l-integrità u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Fejn dawn il-miżuri ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tal-Ftehim, ma għandhomx jintużaw bħala mezz biex jevitaw l-obbligu ta' Parti skond il-Ftehim.

2.  Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi mifhum li jeħtieġ lil Parti li tiżvela tagħrif li jkollu x'jaqsam man-negozju u l-kontijiet ta' klijenti individwali jew kull tagħrif kunfidenzali jew proprjetarju fil-pussess ta' entitajiet pubbliċi.

Artikolu 27

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull waħda mill-Partijiet ta' kull miżura meħtieġa sabiex tipprevjeni l-evitar tal-miżuri tagħha li jirrigwardaw l-aċċess ta' pajjiż terz għas-swieq tagħha, permezz tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 28

1.  Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu, kumpannija Komunitarja jew kumpannija tal-Kyrgyz stabbilita fit-territorju tar-Repubblika tal-Kyrgyz jew tal-Komunità rispettivament għandhom ikunu ntitolati li jimpjegaw, jew li jkunu impjegaw minn waħda mis-sussidjarji jew waħda mill-fergħat tagħhom, b'mod konformi mal-leġislazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż li qed jilqa' dan l-istabbiliment, fit-territorju tar-Repubblika tal-Kyrgyz u tal-Komunità rispettivament, ħaddiema li huma ċittadini nazzjonali tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament, basta iżda illi dawn il-ħaddiema jkunu persunal importanti kif definit fil-paragrafu 2, u illi jkunu mpjegati esklussivament mill-kumpanniji, jew il-fergħat. Il-permessi tar-residenza u tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema għandhom ikopru biss il-perjodu taż-żmien ta' dan l-impjieg.

2.  Il-persunal importanti tal-kumpanniji msemmija hawn fuq minn issa 'l quddiem imsejħa “organizzazzjonijiet” huma “persuni trasferiti ġewwa l-korporazzjoni” kif definiti fiċ-(ċ) fil-katergoriji li ġejjin, basta iżda illi l-organizzazzjoni hija persuna legali u li l-persuni interessati jkunu ġew impjegati minnha jew ikunu msieħba fiha (għajr l-azzjonisti maġġoritarji), għal mill-inqas is-sena li tiġi immedjatament qabel dan il-moviment:

(a) 

persuni li jaħdmu f'posizzjoni ta' anzjanità ma' organizzazzjoni, li primarjament jidderieġu t-tmexxija ta' l-istabbiliment, li jirċievu sorveljanza jew direzzjoni prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew mill-azzjonisti tan-negozju jew l-ekwivalenti tagħhom, inklużi:

— 
id-direzzjoni ta' l-istabbiliment jew ta' dipartiment jew sotto-diviżjoni ta' l-istabbiliment,
— 
is-sorveljanza u l-kontroll tax-xogħol ta' impjegati oħra tas-sorveljanza, tat-tmexxija jew professjonali,
— 
li jkollhom l-awtorità li personalment iqabbdu jaħdmu u jkeċċu jew jirrakkommandaw li jaqbdu jaħdmu jew jitkeċċew persunal jew jieħdu azzjonijiet oħra dwar il-persunal;
(b) 

persuni li jaħdmu ġewwa organizzazzjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom għerf essenzjali għas-servizz ta' l-istabbilment, fit-tagħmir tar-riċerka, fil-metodi tat-teknika jew fit-tmexxija. L-istima ta' dan il-għerf jista' jirrifletti, minbarra l-għerf speċifikat dwar l-istabbiliment, livell għoli ta' kwalifiki li jirreferi għat-tip ta' xogħol jew sengħa li jeħtieġu għerf tekniku speċifiku, inkluża s-sħubija fi professjoni akkreditata;

(ċ) 

“persuna trasferita ġewwa l-korporazzjoni” hija definita bħala persuna naturali li taħdem ġewwa organizzazzjoni fit-territorju ta' Parti, u li tiġi trasferita temporanjament fil-kuntest tas-segwiment ta' attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizzazzjoni interessata jrid ikollha l-post ewlieni tagħha tan-negozju fit-territorju ta' Parti u t-trasferiment isir lejn stabbiliment (fergħa jew sussidjarja) ta' din l-organizzazzjoni, li effettivament issegwi attivitajiet ekonomiċi simili fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 29

Il-Partijiet jagħrfu l-importanza li jikkonċedu trattament nazzjonali lil xulxin rigward l-istabbiliment u l-operat tal-kumpanniji ta' xulxin fit-territorji tagħhom u jaqblu li jikkunsidraw il-possibbilità ta' moviment lejn dan il-għan fuq bażi sodisfaċenti għal xulxin, u fid-dawl ta' kull rakkomandazzjoni mill-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 30

1.  Il-Partijiet għandhom jużaw l-aqwa sforzi tagħhom sabiex jevitaw li jieħdu miżuri jew azzjonijiet li jagħmlu l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment u għall-operat tal-kumpanniji ta' xulxin iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim.

2.  Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk fl-Artikolu 38: is-sitwazzjonijiet koperti b'dan l-Artikolu 38 għandhom ikunu regolati biss bid-disposizzjonijiet tiegħu bl-esklużjoni ta' kull disposizzjoni oħra.

3.  Filwaqt li jaġixxi fl-ispirtu ta' l-assoċjazzjoni u l-koperazzjoni u fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 44, il-Gvern tar-Repubblika tal-Kyrgyz għandu jgħarraf lill-Komunità bl-intenzjonijiet tiegħu li jissottometti leġislazzjoni ġdida jew li jadotta regolamenti ġodda li jistgħu jagħmlu l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment jew l-operat fir-Repubblika tal-Kyrgyz ta' sussidjarji u fergħat ta' kumpanniji Komunitarji iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim. Il-Komunità tista' titlob lir-Repubblika tal-Kyrgyz li tikkomunika l-abbozzi ta' din il-leġislazzjoni jew dawn ir-regolamenti u li tidħol f'konsultazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi.

4.  Fejn il-leġislazzjoni l-ġdida jew ir-regolamenti l-ġodda mdaħħla mir-Repubblika tal-Kyrgyz jirriżultaw li jagħmlu l-kondizzjonijiet għall-operat tas-sussidjarji jew il-fergħat tal-kumpanniji Komunitarji stabbilit fir-Repubblika tal-Kyrgyz iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum tal-firma tal-Ftehim, din il-leġislazzjoni u dawn ir-regolamenti rispettivi ma għandhomx japplikaw matul it-tliet snin ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' l-att rilevanti għal dawn is-sussidjarji jew fergħat diġa stabbiliti fir-Repubblika tal-Kyrgyz mal-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' l-att rilevanti.



KAPITOLU III

IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI LI TAQSAM IL-FRUNTIERI BEJN IL-KOMUNITÀ U R-REPUBBLIKA TAL-KYRGYZ

Artikolu 31

1.  Il-Partijiet jindaħlu b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu li jieħdu l-passi xierqa sabiex progressivament jippermettu l-provvista tas-servizzi mill-kumpanniji Komunitarji u ta' Kyrgyz li huma stabbiliti f'Parti oħra għajr dik tal-persuna li għaliha s-servizzi jkunu maħsuba filwaqt li jqisu l-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi fil-Partijiet.

2.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkommandazzjonijiet sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1.

Artikolu 32

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiżviluppaw fir-Repubblika tal-Kyrgyz settur tas-servizzi orjentat lejn is-suq.

Artikolu 33

1.  Il-Partjiet jindaħlu sabiex japplikaw b'mod effettiv il-prinċipju ta' l-aċċess mingħajr restrizzjoni għas-suq u għat-traffiku marittimi internazzjonali fuq bażi kummerċjali:

(a) 

id-disposizzjoni ta' hawn fuq ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi tal-Kondotta għall-Konferenzi tal-Bastimenti tal-Linja, kif tapplika għal waħda mill-Partijiet Kontraenti ta' dan il-Ftehim. Il-linji tal-bastimenti li mhumiex fil-konferenza jridu jkunu ħielsa li joperaw f'kompetizzjoni mal-konferenza sakemm jibqgħu jaderixxu mal-prinċipju ta' kompetizzjoni imparzjali fuq bażi kummerċjali;

(b) 

il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom għal ambjent liberament kompetittiv bħala karatteristika essenzjali għall-kummerċ niexef u likwidu bil-massa.

2.  Huma u japplikaw il-prinċipji tal-paragrafu 1, il-Partijiet:

(a) 

ma għandhomx japplikaw, sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull disposizzjoni ta' tqassim bejn xulxin tal-merkanzija fi ftehim bilaterali bejn kull Stat Membru tal-Komunità u ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika;

(b) 

ma għandhomx idaħħlu klawsoli ta' tqassim bejn xulxin tal-merkanzija fi ftehim ġejjieni bilaterali ma' pajjiżi terzi, għajr f'ċirkustanzi eċċezzjonali fejn il-kumpanniji tal-bastimenti tal-linja minn Parti jew l-oħra ta' dan il-Ftehim ma jkollhomx opportunità effettiva xorta oħra li jsalpaw għall-kummerċ minn u lejn il-pajjiż terz interessat;

(ċ) 

għandhom jipprojbixxu arranġamenti ta' tqassim bejn xulxin tal-merkanzija fi ftehim ġejjieni bilaterali li jirrigwarda il-kummerċ niexef jew likwidu bil-massa;

(d) 

għandhom jabolixxu mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull miżura unilaterali, u kull ostakolu amministrattiv, tekniku jew ieħor li jista' jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa tas-servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

Artikolu 34

Bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp koordinat tat-trasport bejn il-Partijiet, adattat għall-ħtiġijiet kummerċjali tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-aċċess ta' bejn xulxin tas-suq u tal-provvista tas-servizzi fit-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bit-toroq ta' l-ibħra interni u, fejn japplika, bit-trasport bl-ajru jistgħu jiġu trattati fi ftehim speċifiku negozjat fejn jixraq bejn il-Partijiet wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.



KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 35

1.  Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jiġu applikati bla ħsara għal-limitazzjonijiet ġustifikati fuq raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.

2.  Ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet li huma konnessi fit-territorju ta' kull waħda miż-żewġ Partijiet, saħansitra okkażjonalment, ma' l-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali.

Artikolu 36

Għall-għan ta' dan it-Titolu, xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom li jirrigwardaw id-dħul, l-istabbiliment, ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-istabbiliment ta' persuni u l-provvista tas-servizzi basta iżda illi, meta jagħmlu dan, ma japplikawhomx b'tali manjiera li jxejnu jew jagħmlu ħsara lill-benefiċċji miżjuda lil kull Parti skond it-termini ta' disposizzjoni speċifika ta' dan il-Ftehim. Id-disposizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 35.

Artikolu 37

Il-kumpanniji li huma kontrollati u esklussivament fil-pussess ta' kumpanniji ta' Kyrgyz u ta' kumpanniji Komunitarji konġuntament għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-disposizzjonijiet tal-Kapitoli II, III u IV.

Artikolu 38

It-trattament konċess minn kull waħda miż-żewġ Partijiet lill-Parti l-oħra miġjuba hemm ma għandu fl-ebda każ, sa minn xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi rilevanti tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ u s-Servizzi (GATS), rigward is-setturi jew il-miżuri koperti bil-GATS, ma jkun inqas favorevoli minn dak konċess minn din l-ewwel Parti skond id-disposizzjonijiet tal-GATS u dan rigward kull settur tas-servizzi, sotto-settur u l-mod ta' provvista.

Artikolu 39

Għal-għanijiet tal-Kapitoli II, III u IV, ma għandux jitqies it-trattament konċess mill-Komunità, mill-Istati Membri tagħha jew mir-Repubblika tal-Kyrgyz skond l-impenji li jidħlu għalihom fi ftehim ta' ntegrazzjoni ekonomika b'mod konformi mal-prinċipji ta' l-Artikolu V tal-GATS.

Artikolu 40

1.  It-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit konċess b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandux japplika għall-vantaġġi tat-taxxa li l-partijiet jkunu qegħdin jipprovdu jew iridu jipprovdu fil-ġejjieni fuq il-bażi tal-ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, jew arranġamenti oħra tat-taxxa.

2.  Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi mifhum li jipprevjeni it-twarrib jew l-evażjoni tat-taxxa skond il-ftehim dwar disposizzjonijiet tat-taxxa sabiex jevadu t-taxxa doppja u arranġamenti oħra, jew il-leġislazzjoni fiskali domestika.

3.  Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi mifhum li jipprevjeni lill-Istati Membri jew lir-Repubblika tal-Kyrgyz milli jiddistingwu, fl-applikazzzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxi li ma humiex f'sitwazzjonijiet identiċi, partikolarment rigward il-post tar-residenza tagħhom.

Artikolu 41

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, l-ebda disposizzjoni tal-Kapitoli II, III u IV ma għandha tiġi nterpretata li tagħti d-dritt:

— 
liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kyrgyz rispettivament li jidħlu, jew joqogħdu, fit-territorju tar-Repubblika tal-Kyrgyz jew tal-Komunità rispettivament f'kull kapaċità, tkun liema tkun, u partikolarment bħala sieħeb f'kumpannija, azzjonist jew amministratur jew ħaddiem tagħha jew il-fornitur jew ir-riċevitur ta' servizzi,
— 
lis-sussidjarji jew il-fergħat Komunitarji ta' kumpanniji ta' Kyrgyz milli jimpjegaw jew ikunu impjegaw fit-territorju tal-Komunità ċittadini nazzjonali tar-Repubblika tal-Kyrgyz,
— 
lis-sussidjarji jew il-fergħat ta' Kyrgyz ta' kumpanniji Komunitarji milli jimpjegaw jew kienu impjegaw fit-territorju tar-Repubblika tal-Kyrgyz ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri,
— 
lil kumpanniji ta' Kyrgyz jew sussidjarji jew fergħat Komunitarji ta' kumpanniji ta' Kyrgyz milli jipprovdu lil persuni ta' Kyrgyz biex jaġixxu għal jew taħt il-kontroll ta' persuni oħra fuq kuntratti ta' xogħol temporanju,
— 
lil kumpanniji Komunitarji jew is-sussidjarji jew il-fergħat ta' Kyrgyz ta' kumpanniji Komunitarji milli jipprovdu ħaddiema li huma ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri fuq kuntratti ta' xogħol temporanju.



KAPITOLU V

IL-ĦLASIJIET KURRENTI U L-KAPITAL

Artikolu 42

1.  Il-Partijiet jindaħlu li jawtorizzaw f'munita kurrenti liberament konvertibbli kull ħlas fil-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Kyrgyz konness mal-moviment tal-merkanzija, tas-servizzi jew tal-persuni magħmul b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2.  Rigward it-transazzjonijiet dwar il-kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, għandhom jiġu żgurati l-moviment liberu tal-kapital li għandu x'jaqsam ma' investimenti diretti magħmula f'kumpanniji stabbiliti b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II, u l-likwidazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta' dawn l-investimenti u ta' kull qligħ li joħroġ minnhom.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 jew għall-paragrafu 5, sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ma għandhom jiddaħħlu l-ebda restrizzjonijiet ġodda ta' kambju barrani fuq il-moviment tal-ħlasijiet kapitali u kurrenti konnessi magħhom bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Kyrgyz u l-arranġamenti eżistenti ma għandhomx isiru iktar restrittivi.

4.  Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-moviment ta' għamliet oħra ta' kapital għajr dak riferit fil-paragrafu 2 ta' hawn fuq bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz sabiex imexxu 'l quddiem l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim.

5.  B'riferenza għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm tiddaħħal konvertibilità sħiħa tal-munita kurrenti ta' Kyrgyz fit-tifsira ta' l-Artikolu VIII ta' l-Artikoli tal-Ftehim dwar il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), ir-Repubblika tal-Kyrgyz tista' f'ċirkustanzi eċċezzjonali tapplika restrizzjonijiet fuq il-kambju konnessi mal-konċessjoni jew it-teħid ta' krediti finanzjarji għal perjodi qosra u medji safejn u sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jiġu mposti fuq ir-Repubblika tal-Kyrgyz għall-konċessjoni ta' dawn il-krediti u huma permessi skond l-istatus tar-Repubblika tal-Kyrgyz fl-IMF. Ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tapplika dawn ir-restrizzjonijiet f'manjiera mhux diskriminatorja. Dawn ir-restrizjonijiet għandhom jiġu applikati b'tali mod li jikkawżaw l-inqas tfixkil għal dan il-Ftehim. Ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tgħarraf lill-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-pront dwar id-dħul ta' dawn il-miżuri u b'kull tibdil fihom.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz jikkawża, jew jhedded li jikkawża, diffikultajiet serji għat-tħaddim tal-politika tar-rata tal-kambju jew għall-politika monetarja fil-Komunità jew fir-Repubblika tal-Kyrgyz, il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz, rispettivament, jistgħu jieħdu miżuri ta' salvagward rigward il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk dawn il-miżuri jkunu strettament meħtieġa.



KAPITOLU VI

IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI

Artikolu 43

1.  Skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness II, ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tissokta ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali sabiex, sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, tipprovdi livell ta' protezzjoni simili għal dak li jeżisti fil-Komunità, inklużi mezzi effettivi sabiex dawn id-drittijiet jiġu nfurzati. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jtawwal il-perjodu taż-żmien ta' hawn fuq, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari li tkun għaddejja minnhom ir-Repubblika tal-Kyrgyz.

2.  Mat-tmiem tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha taċċedi għall-konvenzjonijiet multi-laterali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelettwali, industrijali u kummerċjali riferiti fil-paragrafu 1 ta' l-Anness II lil tagħhom l-Istati Membri huma partijiet, jew li huma de facto applikati mill-Istati Membri, skond id-disposizzjonijiet rilevanti li jinsabu f'dawn il-konvenzjonijiet.



TITOLU V

IL-KOPERAZZJONI LEĠISLATTIVA

Artikolu 44

1.  Il-Partijiet jagħrfu illi kondizzjoni importanti sabiex jissaħħu r-rabtiet ekonomiċi bejn ir-Repubblika tal-Kyrgyz u l-Komunità hija t-tqarrib lejn xulxin tal-leġislazzjoni eżistenti u ġejjiena tar-Repubblika tal-Kyrgyz u dik tal-Komunità. Ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tagħmel ħiltha kollha sabiex tiżgura illi l-leġislazzjoni tagħha trid issir bil-mod il-mod kompatibbli ma' dik tal-Komunità.

2.  It-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet għandu jinfirex partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin: il-liġijiet tad-dwana, il-liġijiet tal-kumpanniji, il-liġijiet tal-banek, il-kontijiet u t-taxxi tal-kumpanniji, il-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, is-servizzi finanzjarji, ir-regoli tal-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, tal-annimali u tal-pjanti, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-taxxa ndiretta, ir-regoli u l-livelli stabbiliti fit-teknoloġija, il-liġijiet u r-regolamenti nukleari u t-trasport.

3.  Il-Komunità għandha tipprovdi lir-Repubblika tal-Kyrgyz bl-għajnuna teknika sabiex timplimenta dawn il-miżuri, li jistgħu jinkludu, fost ħwejjeġ oħra:

— 
l-iskambju ta' esperti,
— 
id-disposizzjoni ta' tagħrif bikri speċjalment dwar leġislazzjoni rilevanti,
— 
l-organizzazzjoni ta' seminars,
— 
attivitajiet ta' taħriġ,
— 
għajnuna għat-traduzzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-setturi rilevanti,

4.  Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw manjieri sabiex japplikaw il-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-kompetizzjoni fuq bażi orkestrata f'dawk il-każijiet fejn jiġi affettwat il-kummerċ ta' bejniethom.



TITOLU VI

IL-KOPERAZZJONI EKONOMIKA

Artikolu 45

1.  Il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz għandhom jistabbilixxu koperazzjoni ekonomika mirata li tikkontribwixxi għall-proċess tar-riforma u l-irkupru ekonomiċi u għall-iżvilupp sostenibbli tar-Repubblika tal-Kyrgyz. Din il-koperazzjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti, għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet.

2.  Iridu jiġu disinjati politiki u miżuri oħra sabiex iwasslu għal riformi ekonomiċi u soċjali u għall-bini mill-ġdid tas-sistema ekonomika fir-Repubblika tal-Kyrgyz u jridu jiġu gwidati mill-ħtiġijiet ta' żvilupp soċjali sostenibbli u armonjuż; iridu wkoll jinkorporaw bis-sħiħ kunsiderazzjonijiet ambjentali.

3.  Għal dan il-għan, il-koperazzjoni trid tikkonċentra, b'mod partikolari, fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, fuq l-iżvilupp tar-riżorsi umani, fuq l-appoġġ għall-intrapriżi (inklużi l-privatizzazzjoni, l-investiment u l-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji), fuq il-biedja u l-ikel, fuq l-enerġija u s-sigurtà nukleari ċivili, fuq it-trasport, it-turiżmu, il-protezzjoni ambjentali u l-koperazzjoni reġjonali.

4.  Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri kapaċi li jrawmu l-koperazzjoni bejn l-Istati Indipendenti, bil-ħsieb li jistimulaw l-iżvilupp armonjuż tar-reġjun.

5.  Fejn xieraq, il-koperazzjoni ekonomika u għamliet oħra ta' koperazzjoni provduti f'dan il-Ftehim jistgħu jiġu appoġġjati bl-għajnuna teknika Komunitarja, filwaqt li jitqiesu r-Regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità li japplika għall-għajununa teknika fl-Istati Indipendenti, il-prijoritajiet miftiehma dwarhom fil-programm indikattiv li għandu x'jaqsam mal-għajnuna teknika Komunitarja lir-Repubblika tal-Kyrgyz u l-proċeduri ta' kordinament u ta' implimentazzjoni stabbiliti tiegħu.

Artikolu 46

Il-koperazzjoni industrijali

1.  Il-koperazzjoni għandha timmira li tippromwovi b'mod partikolari dan li ġej:

— 
l-iżvilupp ta' rabtiet kummerċjali bejn l-operaturi ekonomiċi taż-żewġ naħat,
— 
il-parteċipazzjoni Komunitarja fl-isforzi tal-Kirgistan sabiex jistruttura mill-ġdid l-industrija tiegħu,
— 
it-titjib tat-tmexxija,
— 
l-iżvilupp ta' regoli u prattiċi kumerċjali xierqa,
— 
il-protezzjoni ta' l-ambjent.

2.  Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-infurzar tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni li japplikaw għall-impriżi.

Artikolu 47

Il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investiment.

1.  Filwaqt li jinżammu fil-moħħ il-poteri u l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, il-koperazzjoni għandha timmira li tistabbilixxi klima favorevoli għall-investiment privat, kemm domestiku u kemm barrani, speċjalment permezz ta' kondizzjonijiet aħjar għall-protezzjoni ta' l-investiment, għat-trasferiment tal-kapital u għall-iskambju tat-tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment.

2.  L-għanijiet tal-koperazzjoni għandhom ikunu partikolarment:

— 
il-konklużjoni, fejn xieraq, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kyrgyz ta' ftehim għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investiment,
— 
il-konklużjoni, fejn xieraq, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kyrgyz ta' ftehim li jevitaw it-taxxa doppja,
— 
il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli li jiġbdu l-investimenti barranin fl-ekonomija ta' Kyrgyz,
— 
l-istabbiliment ta' liġi tan-negozju u kondizzjonijiet stabbli u adekwati, u l-iskambju tat-tagħrif dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi amministrattivi fil-qasam ta' l-investiment,
— 
l-iskambju tat-tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment fil-għamla, fost ħwejjeġ oħra, ta' fieri kummerċjali, wirjiet, ġimgħat kummerċjali u okkażjonijiet oħra.

Artikolu 48

L-akkwist pubbliku

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex jiżviluppaw kondizzjonijiet għall-konċessjoni miftuħa u kompetittiva tal-kuntratti għall-merkanzija u s-servizzi partikolarment bis-sejħa għall-offerti.

Artikolu 49

Il-koperazzjoni fil-qasam tal-livelli stabbiliti u l-istima tal-konformità

1.  Il-koperazzjoni bejn il-Parijiet għandha tippromwovi l-allinjament mal-kriterji, il-prinċipji u l-linji-gwida miftiehma internazzjonalment segwiti fil-qasam tal-kwalità. L-azzjonijiet meħtieġa jridu jiffaċilitaw il-progress lejn l-għarfien ta' bejn xulxin fil-qasam ta' l-istima tal-konformità, kif ukoll it-titjib fil-kwalità tal-prodott Kirgiż.

2.  Għal dan il-għan, għandhom ifittxu li jikkoperaw fi proġetti ta' għajnuna teknika li jridu:

— 
jmexxu 'l quddiem il-koperazzjoni xierqa ma' l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet speċjalizzati f'dawn l-oqsma,
— 
imexxu 'l quddiem ir-regolamenti tekniċi Komunitarji u l-applikazzjoni tal-livelli stabbiliti Ewropej u l-proċeduri ta' l-istimi tal-konformità,
— 
jippermettu l-iskambju ta' l-esperjenzi u tat-tagħrif tekniku fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-kwalità.

Artikolu 50

It-tħaffir tal-minjieri u l-materji prima

1.  Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jżidu l-investiment fit-tħaffir tal-minjieri u l-materji prima.

2.  Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

— 
l-iskambju ta' tagħrif dwar il-prospetti tas-setturi tat-tħaffir tal-minjieri u tal-metalli mhux tal-ħadid,
— 
l-istabbiliment ta' qafas legali għall-koperazzjoni,
— 
materji kummerċjali,
— 
l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-ambjent,
— 
it-taħriġ,
— 
is-sigurtà fl-industrija tal-minjieri.

Artikolu 51

Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1.  Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-koperazzjoni fir-riċerka xjentifika ċivili u fl-iżvilupp teknoloġiku (RTD) fuq il-bażi ta' benefiċċju għal xulxin u, billi jqisu d-disponibilità tar-riżorsi, (fuq il-bażi ta') l-aċċess adekwat għall-programmi rispettivi tagħhom u bla ħsara għall-livelli xierqa ta' protezzjoni effettiva tad-drittijiet dwar l-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali (IPR).

2.  Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-tekonoloġija għandha tkopri:

— 
l-iskambju ta' tagħrif xjentifiku u tekniku,
— 
attivitajiet konġunti tal-RTD,
— 
attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' mobilità għax-xjenzati, ir-riċerkaturi u l-ħaddiema tekniċi li jaħdmu fl-RTD fuq iż-żewġ naħat.

Fejn din il-koperazzjoni tieħu l-għamla ta' attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni u/jew it-taħriġ, din għandha titwettaq b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 52.

Fuq il-bażi ta' ftehim ta' bejn xulxin, il-Partijiet jistgħu jindaħlu għal għamliet oħra ta' koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija.

Fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet ta' koperazzjoni, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iskjerament mill-ġdid tax-xjenzati, tal-inġiniera, tar-riċerkaturi u tal-ħaddiema tekniċi li jinsabu jew kienu jinsabu mqabbda jaħdmu fir-riċerka u/jew il-produzzjoni ta' armi ta' qerda tal-massa.

3.  Il-koperazzjoni koperta b'dan l-Artikolu għandha tiġi mplimentata skond arranġamenti speċjali li jridu jiġu negozjati u konklużi b'mod konformi mal-proċeduri adottati minn kull waħda mill-Partijiet, u li għandhom jiddikjaraw, fost ħwejjeġ oħra, disposizzjonijiet xierqa ta' l-IPR.

Artikolu 52

L-edukazzjoni u t-taħriġ

1.  Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jgħollu l-livell ta' l-edukazzjoni ġenerali u tal-kwalifiki professjonali fir-Repubblika tal-Kyrgyz, kemm fis-setturi pubbliċi u kemm f'dawk privati.

2.  Il-Koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

— 
l-aġġornament ta' l-edukazzjoni għolja u tas-sistemi tat-taħriġ fir-Repubblika tal-Kyrgyz inkluża s-sistema taċ-ċertifikazzjoni ta' l-istabbilimenti ta' edukazzjoni għolja u tad-diplomi fl-edukazzjoni għolja,
— 
it-taħriġ ta' uffiċjali eżekuttivi u ta' uffiċjali fis-settur pubbliku u dak privat fl-oqsma ta' prijorità li jridu jiġu stabbiliti,
— 
il-koperazzjoni bejn l-istabbilimenti edukattivi u bejn l-istabbilimenti edukattivi u d-ditti,
— 
il-mobilità ta' l-għalliema, tal-gradwati, ta' l-amministraturi, tax-xjenzati żgħażagħ, tar-riċerkaturi, u taż-żgħażagħ,
— 
it-tmexxija 'l quddiem tat-tagħlim fil-qasam ta' l-Istudji Ewropej ġewwa l-istituzzjonijiet xierqa,
— 
it-tagħlim ta' l-ilsna tal-Komunità,
— 
it-taħriġ ta' wara l-ewwel grad għall-interpreti għall-konferenzi,
— 
it-taħriġ tal-ġurnalisti,
— 
it-taħriġ ta' min iħarreġ.

3.  Tista' tiġi kunsidrata l-parteċipazzjoni possibbli ta' Parti fil-programmi rispettivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ tal-Parti l-oħra b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, għandhom imbagħad jiġu stabbiliti l-oqfsa istituzzjonali u l-pjani ta' koperazzjoni billi jibnu fuq il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kyrgyz fil-programm Tempus tal-Komunità.

Artikolu 53

Il-biedja u s-settur agro-industrijali

L-għan tal-koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkun is-segwiment tar-riforma agrarja, il-modernizzazzjoni, il-privatizzazzjoni u l-bini mill-ġdid tal-biedja, tas-setturi ta' l-agro-industrija u tas-sevizzi fir-Repubblika tal-Kyrgyz, l-iżvilupp tas-swieq domestiċi u barranin għall-prodotti ta' Kyrgyz, il-kondizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' l-ambjent, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel, kif ukoll l-iżvilupp tan-negozju agrikolu, il-proċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti agrikoli. Il-Partijiet għandhom jimmiraw ukoll għat-tqarrib bil-mod il-mod tal-livelli stabbiliti ta' Kyrgyz għar-regolamenti tekniċi Komuntarji li jirrigwardaw il-prodotti industrijali u agrikoli ta' l-ikel inklużi l-livelli stabbiliti sanitarji u fitosanitarji.

Artikolu 54

L-enerġija

1.  Il-koperazzjoni għandha ssir fil-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u l-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, fl-isfond ta' l-integrazzjoni progressiva tas-swieq ta' l-enerġija fl-Ewropa.

2.  Fost ħwejjeġ oħra, il-koperazzjoni għandha tinkludi l-oqsma li ġejjin:

— 
l-impatt fuq l-ambjent tal-provvista u l-konsum tal-produzzjoni ta' l-enerġija, sabiex tipprevjeni jew timminimizza l-ħsara lill-ambjent li tirriżulta minn dawn l-attivitajiet,
— 
it-titjib tal-kwalità u tas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija, inkluża d-diversifikazzjoni tal-provvista, f'manjiera ekonomika u soda għall-ambjent,
— 
il-formulazzjoni ta' politika dwar l-enerġija,
— 
it-titjib fit-tmexxija u r-regolamentazzjoni tas-settur ta' l-enerġija f'linja ma' l-ekonomija tas-suq,
— 
l-introduzzjoni ta' firxa ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali u oħrajn meħtieġa sabiex jinkoraġġixxu ż-żieda tal-kummerċ u ta' l-investiment fl-enerġija,
— 
il-promozzjoni tan-nuqqas fl-użu ta' l-enerġija u ta' l-effettività fl-użu tsa' l-enerġija,
— 
il-modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija,
— 
it-titjib tat-teknoloġiji ta' l-enerġija fil-provvista u l-użu aħħari matul firxa ta' tipi ta' enerġija,
— 
it-tmexxija u t-taħriġ tekniku fis-settur ta' l-enerġija,
— 
is-sigurtà fil-provvista ta' l-enerġija, fit-trasport u t-transitu ta' l-enerġiji u tal-materjali ta' l-enerġija.

Artikolu 55

L-ambjent

1.  Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom dwar l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

2.  Il-koperazzjoni għandha timmira li tikkumbatti d-deterjorazzjoni ta' l-ambjent u b'mod partikolari:

— 
il-monitorjar effettiv tal-livelli tat-tniġġis u ta' l-istima ta' l-ambjent; sistema ta' tagħrif dwar l-istat ta' l-ambjent,
— 
il-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja u ta' l-ilma lokali, reġjonali u li jaqsam il-fruntieri,
— 
ir-restorazzjoni ekologika,
— 
il-produzzjoni u l-użu sostenibbli, effiċjenti u ambjentalment effettivi ta' l-enerġija,
— 
is-salvagward ta' l-impjanti industrijali,
— 
il-klassifika u t-tqandil fis-sigurtà tal-kimiċi,
— 
il-kwalità ta' l-ilma,
— 
it-tnaqqis, ir-riċiklaġġ u r-rimi fis-sigurtà ta' l-iskart, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basilea,
— 
l-impatt tal-biedja, tat-tagħwir tal-ħamrija u tat-tniġġis kimiku fuq l-ambjent,
— 
il-protezzjoni tal-foresti,
— 
il-konservazzjoni tal-bijo-diversità, ta' żoni protetti u ta' l-użu sostenibbli u l-immaniġġjar tar-riżorsi bijoloġiċi,
— 
il-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art, inklużi l-kostruzzjoni u l-pjanifikazzjoni urbana,
— 
l-użu ta' l-istrumenti ekonomiċi u fiskali,
— 
il-bidla globali fil-klima,
— 
l-edukazzjoni u l-konoxxenza ta' l-ambjent,
— 
l-għajnuna teknika li tirrigwarda r-rijabilitazzjoni taż-żoni affettwati mir-radjo-attività u l-indirizzar ta' problemi soċjali u li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa,
— 
l-implementazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Espoo dwar l-Istima ta' l-Impatt fuq l-Ambjent f'kuntest li jaqsam il-fruntieri.

3.  Il-koperazzjoni għandha partikolarment issir permezz ta':

— 
pjanifikazzjoni kontra d-diżastri u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza,
— 
skambju ta' tagħrif u ta' esperti, inklużi t-tagħrif u l-esperti li jittrattaw it-trasferiment ta' teknoloġiji nodfa u l-użu fis-sigurtà u ambjentalment sod tal-bijo-teknoloġiji,
— 
attivitajiet konġunti ta' riċerka,
— 
it-titjib tal-liġijiet lejn il-livelli stabbiliti tal-Komunità,
— 
il-koperazzjoni fil-livell reġjonali, inkluża l-koperazzjoni ġewwa l-qafas ta' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent, u fil-livell internazzjonali,
— 
l-iżvilupp ta' strateġiji, partikolarment rigward il-kwistjonijiet globali u klimatiċi kif ukoll bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostenibbli,
— 
studji dwar l-impatt fuq l-ambjent.

Artikolu 56

It-trasport

Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport.

Din il-koperazzjoni għandha, fost ħwejjeġ oħra, timmira li tibni mill-ġdid u timmodernizza s-sistemi u n-networks tal-komunikazzjoni tat-trasport fir-Repubblika tal-Kyrgyz, u tiżviluppa u tiżgura, fejn xieraq, sistemi kompatibbli ta' trasportazzjoni fil-kuntest tal-kisba ta' sistema ta' trasport iktar globali.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi, fost ħwejjeġ oħra:

— 
il-modernizzazzjoni tat-tmexxija u ta' l-operati tat-trasport fit-triq, tal-ferroviji, tal-portijiet u ta' l-ajruportijiet,
— 
il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ferroviji, tat-toroq ta' l-ibħra interni, tat-toroq, tal-portijiet, ta' l-ajruporti u ta' l-infrastruttura tan-navigazzjoni bl-ajru inklużi l-modernizzazzjoni ta' toroq ewliena ta' interess komuni u r-rabtiet li jaqsmu l-Ewropa għall-modi ta' hawn fuq,
— 
it-tmexxija 'l quddiem u l-iżvilupp ta' trasport multi-modali,
— 
il-promozzjoni ta' programmi konġunti ta' riċerka u żvilupp,
— 
it-tħejjija tal-qafas leġislattiv u istituzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika inkluża l-privatizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

Artikolu 57

Is-servizzi postali u t-telekomunikazzjonijiet

Fi ħdan il-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom iwessgħu u jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma li ġejjin:

— 
l-istabbiliment ta' politiki u ta' linji-gwida għall-iżvilupp tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali,
— 
l-iżvilupp tal-prinċipji tal-politika tat-tariffi u tal-bejgħ fis-suq fit-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali,
— 
it-twettiq tat-trasferiment tat-teknoloġija u tal-kompetenza fis-sengħa, inklużi l-livelli stabbiliti tekniċi Ewropej u s-sistemi taċ-ċertifikazzjoni,
— 
l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta' proġetti tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali u l-attrazzjoni ta' l-investimenti,
— 
it-titjib fl-effiċjenza u l-kwalità tal-provvista tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali, fost ħwejjeġ oħra permezz tal-liberalizzazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sotto-setturi,
— 
l-applikazzjoni avvanzata tat-telekomnikazzjoijiet, notabilment fil-qasam tat-trasferiment tal-fondi bl-elettronika,
— 
it-tmexxija tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet u l-ottimizzazzjoni tagħhom,
— 
bażi xierqa regolatorja għall-provvista tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-posta u għall-użu ta' firxa ta' frekwenzi bir-radju,
— 
it-taħriġ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali għal ħidmiet f'kondizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 58

Is-servizzi finanzjarji

Il-koperazzjoni għandha timmira partikolarment li tiffaċilita l-involviment tar-Repubblika tal-Kyrgyz f'sistemi universalment aċċettati ta' soluzzjonijiet ta' bejn xulxin tal-kontroversji. L-għajnuna teknika għandha tiffoka fuq:

— 
l-iżvilupp tas-servizzi bankarji u finanzjarji, l-iżvilupp ta' suq komuni ta' riżorsi ta' kreditu, l-involviment tar-Repubblika tal-Kyrgyz f'sistema universalment aċċettata ta' soluzzjoni ta' bejn xulxin tal-kontroversji,
— 
l-iżvilupp tas-sistema fiskali u ta' l-istituzzjonijiet tagħha fir-Repubblika tal-Kyrgyz, l-iskambju ta' l-esperjenza u t-taħriġ tal-persunal,
— 
l-iżvilupp tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni, li jridu, fost ħwejjeġ oħra, joħolqu qafas favorevoli għall-parteċipazzjoni ta' kumpanniji Komunitarji fl-istabbiliment ta' intrapriżi konġunti fis-settur ta' l-assikurazzjoni fir-Repubblika tal-Kyrgyz kif ukoll l-iżvilupp ta' l-assikurazzjoni fuq l-esportazzjoni tal-kreditu.

Din il-koperazzjoni għandha tikkontribwixxi partikolarment sabiex trawwem l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Kyrgyz u l-Istati Membri fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

Artikolu 59

Il-ħasil tal-flus

1.  IL-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jagħmlu sforzi u jikkoperaw sabiex jipprevjenu l-użu tas-sistemi tagħhom finanzjarji għall-ħasil tal-qligħ tal-flus minn attivitajiet kriminali b'mod ġenerali u minn offiżi tad-drogi b'mod partikolari.

2.  Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tinkludi għajnuna amministrattiva u teknika bil-għan li jitwaqqfu livelli stabbiliti xierqa kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u minn fora internazzjonali f'dan il-qasam, inkluża l-Forza Armata għal Azzjoni Finanzjarja (FATF).

Artikolu 60

L-iżvilupp reġjonali

1.  Il-Partijiet għandhom isaħħu l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp reġjonali u l-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art.

2.  Għal dan il-għan, għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju tat-tagħrif minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar il-politika reġjonali u tal-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art u dwar metodi tal-formulazzjoni tal-politiki reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta' firxiet żvantaġġati.

Għandhom ukoll jinkoraġġixxu kuntatti diretti bejn ir-reġjuni rispettivi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi responsabbli mill-pjanifikazzjoni ta' l-iżvilupp reġjonali fil-għan, fost ħwejjeġ oħra, li jiskambjaw metodi u manjieri sabiex irawmu l-iżvilupp reġjonali.

Artikolu 61

Il-koperazzjoni soċjali

1.  Rigward is-saħħa u s-sigurtà, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw koperazzjoni bejniethom bil-għan li jtejbu l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-salvagward tal-ħaddiema.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi notabilment:

— 
l-edukazzjoni u t-taħriġ dwar kwistjonijiet ta' saħħa u ta' salvagward b'attenzjoni speċjali għas-setturi ta' attività b'riskju għoli,
— 
l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' miżuri preventivi sabiex jikkumbattu l-mard li għandu x'jaqsam max-xogħol u uġigħ ieħor li għandu x'jaqsam max-xogħol,
— 
il-prevenzjoni ta' riskji ta' inċidenti maġġuri u l-ġestjoni ta' kimiċi tossiċi,
— 
ir-riċerka sabiex tiġi żviluppata bażi ta' tagħrif li għandha x'taqsam ma' l-ambjent tax-xogħol u mas-saħħa u s-salvagwardja tal-ħaddiema.

2.  Rigward l-impjiegi, il-koperazzjoni għandha tinkludi notabilment għajnuna teknika għal:

— 
l-ottimizzazzjoni tas-suq tax-xogħol,
— 
il-modernizzazzjoni tas-servizzi tat-tfittxija għax-xogħol u ta' konsulenza,
— 
il-pjanifikazzjoni u l-ġestjoni ta' programmi ta' strutturazzjoni mill-ġdid,
— 
l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp tax-xogħol lokali,
— 
l-iskambju ta' tagħrif dwar programmi ta' xogħol flessibbli inklużi dawk li jistimulaw ix-xogħol ta' min jaħdem għal rasu u li jippromwovu l-intrapiża.

3.  Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-koperazzjoni fl-isfera tal-protezzjoni soċjali li, fost ħwejjeġ oħra, għandha tinkludi l-koperazzjoni fil-pjanifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi ta' protezzjoni soċjali fir-Repubblika tal-Kyrgyz.

Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw li jiżviluppaw fir-Repubblika tal-Kyrgyz metodi ta' protezzjoni intrinsiċi għall-ekonomiji tas-suq u għandhom jinkludu d-direzzjonijiet kollha tal-protezzjoni soċjali.

Artikolu 62

It-turiżmu

Il-Partijiet għandhom iżidu u jiżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom, li għandha tinkludi:

— 
il-faċilitazzjoni tal-kummerċ turistiku,
— 
iż-żieda tal-mixi tat-tagħrif,
— 
it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa,
— 
l-istudju tal-opportunitajiet għal ħidmiet konġunti,
— 
il-koperazzjoni bejn il-korpi uffiċjali tat-turiżmu,
— 
it-taħriġ għall-iżvilupp tat-turiżmu.

Artikolu 63

L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju

1.  Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw u jsaħħu l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-koperazzjoni bejn l-SMEs fil-Komunità u fir-Repubblika tal-Kyrgyz.

2.  Il-koperazzjoni għandha tinkludi għajnuna teknika, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

— 
l-iżvilupp ta' qafas leġislattiv għall-SMEs,
— 
l-iżvilupp ta' infrastruttura xierqa (aġenzija biex tappoġġja l-SMEs, il-komunikazzjonijiet, l-għajnuna għall-ħolqien ta' fond għall-SMEs),
— 
l-iżvilupp ta' parkeġġi tat-teknoloġija.

Artikolu 64

It-tagħrif u l-komunikazzjoni

Il-Partijiet għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta' metodi moderni tat-tqandil tat-tagħrif, inkluża l-media, u jistimulaw l-iskambju effettiv ta' bejn xulxin ta' informazzjoni. Għandha tingħata prijorità lil programmi mirati li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali b'tagħrif bażiku dwar il-Komunità u dwar ir-Repubblika tal-Kyrgyz, inkluż, fejn ikun possibbli, l-aċċess għal ħażniet ta' tagħrif magħruf, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Artikolu 65

Il-protezzjoni tal-konsumatur

Il-Partijiet iridu jidħlu f'koperazzjoni mill-qrib mirata li tikseb il-kompatibbilità bejn is-sistemi tagħhom ta' protezzjoni tal-konsumatur. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju tat-tagħrif dwar ix-xogħol leġislattiv u r-riforma istituzzjonali, l-istabbiliment ta' sistemi permanenti ta' tagħrif ta' bejn xulxin dwar prodotti perikolużi, it-titjib tat-tagħrif provdut lill-konsumaturi speċjalment dwar il-prezzijiet, il-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi offruti, l-iżvilupp ta' l-iskambji bejn ir-rappreżetanti ta' l-interessi tal-konsumaturi, u ż-żieda tal-kompatibbilità tal-politiki tal-protezzjoni tal-konsumatur, u l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi taż-żmien ta' taħriġ.

Artikolu 66

Id-dwana

1.  L-għan tal-koperazzjoni għandu jkun li jiggarantixxi l-konformità mad-disposizzjonijiet kollha skedati għall-adozzjoni b'konnessjoni mal-kummerċ u l-kummerċ ġust u li jikseb it-tqarrib tas-sistema tad-dwana tar-Repubblika tal-Kyrgyz lejn dik tal-Komunità.

2.  Il-koperazzjoni għandha tinkludi partikolarment dan li ġej:

— 
l-iskambju tat-tagħrif,
— 
it-titjib fil-metodi tax-xogħol,
— 
id-dħul tan-Nomenklatura Magħquda u tad-dokument waħdieni amministrattiv,
— 
l-inter-konnessjoni bejn is-sistemi tat-transitu tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kyrgyz,
— 
is-simplifikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet rigward il-ġarr tal-merkanzija,
— 
l-appoġġ għad-dħul ta' sistemi moderni tat-tagħrif doganali,
— 
l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi ta' żmien ta' taħriġ.

L-għajnuna teknika għandha tiġi provduta fejn jinħtieġ.

3.  Mingħajr preġudizzju għal iktar koperazzjoni prevista f'dan il-Ftehim u partikolarment fl-Artikolu 69, l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana tal-Partijiet għandha ssir b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll mehmuż ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 67

Il-koperazzjoni dwar l-istatistika

Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkollha bħala l-għan tagħha l-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' statistika sabiex tipprovdi statistiċi ta' min joqgħod fuqhom meħtieġa biex jappoġġjaw u jimmonitorjaw il-proċess tar-riforma ekonomika u sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-intrapriża privata fir-Repubblika tal-Kyrgyz.

Il-Partijiet għandhom b'mod partikolari jikkoperaw fl-oqsma li ġejjin:

— 
l-adattament tas-sistema ta' Kyrgyz ta' l-istatiska għall-metodi, il-livelli stabbliti u l-klassifika internazzjonali,
— 
l-iskambju ta' tagħrif statistiku,
— 
id-disposizzjoni tat-tagħrif makro-ekonomiku u mikro-ekonomiku meħtieġa sabiex jiġu mplimentati u maniġġjati r-riformi ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan il-għan billi tagħti għajnuna teknika lir-Repubblika tal-Kyrgyz.

Artikolu 68

Ix-xjenza ta' l-ekonomija

Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-proċess tar-riforma ekonomika u tal-kordinament tal-politiki ekonomiċi billi jikkoperaw sabiex itejbu l-fehim tal-prinċipji fundamentali ta' l-ekonomiji rispettivi tagħhom u d-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika f'ekonomiji tas-suq. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jiskambjaw it-tagħrif dwar il-qadi tax-xogħol u l-prospetti makro-ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tipprovdi l-għajnuna teknika sabiex:

— 
tgħin lir-Repubblika tal-Kyrgyz fil-proċess tar-riforma ekonomika billi tipprovdi għajnuna esperta konsultattiva u teknika,
— 
tinkoraġġixxi l-koperazzjoni fost l-ekonomisti sabiex tħaffef it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa għall-abbozzament tal-politiki ekonomiċi u sabiex tipprovdi għal disseminazzjoni wiesgħa tar-riċerka rilevanti għall-politika.

Artikolu 69

Id-droga

Fil-qafas tal-poteri u tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw fiż-żieda ta' l-effettività u l-effiċjenza tal-politiki u tal-miżuri sabiex jikkombattu l-produzzjoni, il-provvista u t-traffikar illeċiti tad-drogi narkotiċi u tas-sustanzi psikotropiċi, inkluża l-prevenzjoni tat-tagħwiġ tal-kimiċi prekursuri, kif ukoll fil-promozzjoni tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tkun imsejsa fuq konsultazzjoni ta' bejn xulxin u kordinament mill-qrib bejn il-Partijiet dwar l-għanijiet immedjati u l-miżuri dwar oqsma varji li għandhom x'jaqsmu mad-droga.



TITOLU VII

IL-KOPERAZZJONI KULTURALI

Artikolu 70

Il-Partjiet jindaħlu sabiex imexxu 'l quddiem, jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-koperazzjoni kulturali. Fejn ikun xieraq, jistgħu jiġu żviluppati l-programmi Komunitarji ta' koperazzjoni kulturali jew dawk ta' Stat Membru jew iktar jistgħu jkunu s-suġġett ta' koperazzjoni u ta' aktar attivitajiet ta' interess ta' bejn xulxin.



TITOLU VIII

IL-KOPERAZZJONI FINANZJARJA FIL-QASAM TAL-GĦAJNUNA TEKNIKA

Artikolu 71

Sabiex jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim u b'mod konformi ma' l-Artikoli 72, 73 u 74, ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tibbenefika minn għajnuna finanzjarja temporanja mill-Komunità permezz ta' għajnuna teknika fil-għamla ta' għotjiet sabiex jitħaffef il-pass tat-trasformazzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Kyrgyz.

Artikolu 72

Din il-għajnuna finanzjarja għandha tkun koperta ġewwa l-qafas tat-TACIS (Għajnuna Teknika lill-Komunità ta' l-Istati Indipendenti) kif prevista fir-Regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità.

Artikolu 73

L-għanijiet immedjati u l-firxiet tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu preskritti fi programm indikattiv li jrrifletti l-prijoritajiet stabbiliti li jridu jiġu miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tar-Repubblika tal-Kyrgyz, il-kapaċitajiet settorjali ta' l-assorbiment u l-progress fir-riforma. Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni b'dan.

Artikolu 74

Sabiex jippermettu l-aqwa użu tar-riżorsi disponibbli, il-Partijiet għandhom jiżguraw illi l-kontribuzzjonijiet Komunitarji ta' l-għajnuna teknika jsiru f'kordinament mill-qrib ma' dawk minn għejun oħra bħalma huma l-Istati Membri, pajjiżi oħra, il-Bank Internazzjonali tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.



TITOLU IX

DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

Artikolu 75

Huwa hawnhekk stabbilit Kunsill ta' Koperazzjoni li għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali darba fis-sena. Għandu jeżamina kull kwistjoni maġġuri li tinħoloq ġewwa l-qafas tal-Ftehim u kull kwistjoni oħra bilaterali jew internazzjonali ta' interess ta' bejn xulxin bil-għan li jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' wkoll jagħmel rakkommandazzjonijiet xierqa, bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 76

1.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti minn membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa l-waħda, u minn membri tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra.

2.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3.  L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba wara l-oħra minn rappreżentant tal-Komunità u minn membru tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kyrgyz.

Artikolu 77

1.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jiġi megħjun fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Koperazzjoni kompost minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u minn membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej minn naħa waħda u minn rappreżenanti tal-Gvern ta' Kyrgyz min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta' uffiċjali anzjani fis-servizz pubbliku. L-uffiċċju tal-president tal-Kumitat ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba wara l-oħra mill-Komunità u mir-Repubblika tal-Kyrgyz.

Fir-regoli tiegħu ta' proċedura, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi d-dmirijiet tal-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, u kif għandu jaħdem il-Kumitat.

2.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddelega kull wieħed mill-poteri tiegħu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni, li jrid jiżgura l-kontinwità bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 78

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kull kumitat jew korp ieħor speċjali li jistgħu jgħinuh fit-twettiq tad-dmiritiet tiegħu u għandu jistabblixxi l-komposizzjoni u d-dmiritjiet ta' dawn il-kumitati jew korpi u kif għandhom jaħdmu.

Artikolu 79

Meta jkun qiegħed jeżamina kull kwistjoni li tqum ġewwa l-qafas ta' dan il-Ftehim fejn għandha x'taqsam disposizzjoni li tirreferi għal Artikolu tal-GATT, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jqis fl-ikbar firxa possibbli l-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu tal-GATT fil-kwistjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-GATT.

Artikolu 80

Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni. Għandu jservi ta' forum għall-membri tal-Parlament Kirgiż u tal-Parlament Ewropew biex jiltaqgħu u jiskambjaw veduti. Għandu jiltaqa' f'intervalli taż-żmien li jistabbilixxi huwa nnifsu.

Artikolu 81

1.  Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti minn membri tal-Parlament Ewropew, minn naħa waħda, u minn membri tal-parlament Kirgiż, min-naħa l-oħra.

2.  Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3.  Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jkun presedut darba wara l-oħra mill-Parlament Ewropew u mill-Parlament Kirgiż rispettivament, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet li jridu jiġu preskritti fir-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 82

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jitlob it-tagħrif rilevanti rigward l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Kunsill ta' Koperazzjoni li għandu mbagħad iforni lill-Kumitat bit-tagħrif mitlub.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jiġi mgħarraf bir-rakkommandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 83

1.  Fl-iskop ta' dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet tindaħal biex tiżgura illi persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess ħieles minn kull diskriminazzjoni fejn ikollhom x'jaqsmu ċ-ċittadini tagħha nfisha mal-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Parti l-oħra sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u d-drittijiet tagħhom għall-proprjetà inklużi dawk li jirrigwardaw il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.

2.  Fil-limitu tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

— 
għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ sabiex isolvu l-kontroversji li jinħolqu minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Kyrgyz,
— 
jaqblu illi fejn kontroversja tiġi sottomessa għall-arbitraġġ, kull waħda mill-Partijiet fil-kontroversja tista', għajr fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ jipprovdu xorta oħra, tagħżel l-arbitratur tagħha nfisha, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitratur li jippresjiedi jew l-arbitratur waħdieni jistgħu jkunu ċittadini nazzjonali ta' Stat terz,
— 
iridu jirrakkommandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom li jagħżlu b'kunsens ta' bejn xulxin il-liġi li tapplika għall-kuntratti tagħhom,
— 
għandhom jinkoraġġixxu rikors għar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġijiet tal-Kummerċ Internazzjonali (Uncitral) u għall-arbitrazzjoni minn kull ċentru ta' Stat firmatarju tal-Konvenzjoni dwar r-Rikonoxximent u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet Arbitrali Barranin magħmula fi New York fil-10 ta' Ġunju 1958.

Artikolu 84

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni Parti milli tieħu kull miżura:

(a) 

li tikkunsidra meħtieġa sabiex tipprevjeni l-iżvelar ta' tagħrif kuntrarju għall-interessi essenzjali tagħha nfisha ta' sigurtà;

(b) 

li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, jew il-kummerċ fl-armi, fil-munizzjon jew fil-materjali tal-gwerra jew mar-riċerka, l-iżvilupp jew il-produzzjoni indispensabbli għall-għanijiet ta' difiża, basta iżda illi dawn il-miżuri ma jagħmlux ħsara lill-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni rigward prodotti mhux maħsuba speċifikament għal għanijiet militari;

(ċ) 

li tikkunsidra essenzjali għas-sigurtà tagħha stess fil-każ ta' disturbi serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u tal-bon ordni, fi żmien ta' gwerra jew ta' tensjoni serja internazzjonali li jikkostitwixxi theddid ta' gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi li tkun aċċettat għall-għan taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali;

(d) 

li tikkunsidra meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi u l-impenji internazzjonali tagħha fil-kontroll ta' merkanzija industrijali u teknoloġija ta' użu doppju.

Artikolu 85

1.  Fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni li tinsab fihom:

— 
l-arranġamenti applikati mir-Repubblika tal-Kyrgyz rigward il-Komunità ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini nazzjonali tagħhom jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħhom,
— 
l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward ir-Repubblika tal-Kyrgyz ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini nazzjonali ta' Kyrgyz, jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħha.

2.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom fuq dawk li jħallsu t-taxxi li ma jkunux f'sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 86

1.  Kull waħda miż-żewġ Partijiet tista' tirreferi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni kull kontroversja li jkollha x'taqsam ma' l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jsolvi l-kontroversja permezz ta' rakkommandazzjoni.

3.  Fil-każ li ma jkunx possibbli li tissolva l-kontroversja b'mod konformi mal-paragrafu 2, il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar il-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra trid imbagħad taħtar it-tieni koċiljtur fi żmien xahrejn. Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jagħmlu Parti waħda fil-kontroversja.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur.

Ir-rakkommandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu bil-vot tal-maġġoranza. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Partijiet.

Artikolu 87

Il-Partijiet jaqblu illi jikkonsutaw lil xulxin fil-pront permezz tal-kanali xierqa fuq it-talba tal-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet sabiex jiddiskutu kull materja li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-aspetti l-oħra kollha tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw l-Artikoli 13, 86 u 92 u huma mingħajr preġudizzju għalihom.

Artikolu 88

It-trattament konċess kif hawn taħt lir-Repubblika tal-Kyrgyz ma għandu fl-ebda każ ikun iktar favorevoli minn dak konċess mill-Istati Membri lil xulxin.

Artikolu 89

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, il-kelma 'Partijiet' għandha tfisser ir-Repubblika tal-Kyrgyz min-naħa l-waħda, u l-Komunità, jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri, b'mod konformi mal-poteri rispettivi tagħhom, min-naħa l-oħra.

Artikolu 90

Safejn u sakemm il-materji koperti b'dan il-Ftehim huma koperti bit-Trattat dwar il-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokolli ta' miegħu, dan it-Trattat u dawn il-Protokolli għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ għal dawn il-materji imma biss safejn u sakemm din l-applikazzjoni tkun provduta fihom.

Artikolu 91

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizzjali ta' żmien ta' 10 snin. Il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena wara sena basta iżda illi l-ebda waħda mill-Partijiet ma tagħti lill-Parti l-oħra avviż bil-miktub tar-rinunzja tal-Ftehim sitt xhur qabel ma jiskadi.

Artikolu 92

1.  Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan il-Ftehim. Għandhom jaraw illi jinkisbu l-għanijiet immedjati dikjarati fil-Ftehim.

2.  Jekk il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet tikkunsidra illi l-Parti l-oħra tkun naqset milli twettaq obbligu skond il-Ftehim, tista' tieħu l-miżuri xierqa. Qabel tagħmel dan, tista' għajr f'każijiet ta' urġenza speċjali, tforni lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu rilevanti meħtieġ għal eżaminazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li titfittex soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament tal-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati fil-pront lill-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob dan.

Artikolu 93

L-Annessi I u II flimkien mal-Protokoll għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 94

Sakemm jinkisbu drittijiet ekwivalenti għall-individwi u għall-operaturi ekonomiċi kif hawn taħt, dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa d-drittijiet assigurati lilhom permezz tal-Ftehim eżistenti li jorbot Stat Membru jew iktar, minn naħa waħda, u lir-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra, għajr f'oqsma li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom.

Artikolu 95

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn banda waħda, għat-territorji li fihom huma applikati t-Trattati li jwaqqfu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dawn it-Trattati u, mill-banda l-oħra, għat-territorji tar-Repubblika tal-Kyrgyz.

Artikolu 96

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 97

L-orġinal ta' dan il-Ftehim, li tiegħu l-kopji fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż, Kirgiż u Russu huma awtentiċi daqsu, għandu jiġi depożitat għand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 98

Dan il-Ftehim irid jiġi approvat mill-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri tagħhom.

Dan il-Ftehim għandu jidħol is-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea illi jkunu tlestew il-proċeduri riferiti fl-ewwel paragrafu.

Mad-dħul fis-seħħ, u safejn u sakemm jirrigwarda r-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Kyrgyz u l-Komunità, dan il-Ftehim għandu jieħu l-post tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali ffirmat fi Brussel fit-18 ta' Diċembru 1989.

Artikolu 99

Fil-każ li, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' dan il-Ftehim jiddaħħlu fis-seħħ fis-sena 1994 permezz ta' Ftehim Temporanju bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kyrgyz, il-Partijiet Kontraenti jaqblu illi, f'dawn iċ-ċirkustanzi, il-frażi “data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim” għandha tfisser id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Temporanju.

Hecho en Bruselas, el nueve de febrero de mil novecientos noventa y cinco.

Udfærdiget i Bruxelles, den niende februar nitten hundrede og femoghalvfems.

Geschehen zu Brüssel am neunten Februar neunzehnhundertfünfundneunzig.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εννέα Φεβρουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.

Done at Brussels, on the ninth day of February in the year one thousand nine hundred and ninety-five.

Fait à Bruxelles, le neuf février mil neuf cent quatre-vingt-quinze.

Fatto a Bruxelles, addì nove febbraio millenovecentonovantacinque.

Gedaan te Brussel, de negende februari negentienhonderd vijfennegentig.

Feito em Bruxelas, em nove de Fevereiro de mil novecentos e noventa e cinco.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenä päivänä helmikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.

Som skedde i Bryssel den nionde februari nittonhundranittiofem.

image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

signatory

På Kongeriget Danmarks vegne

signatory

Für die Bundesrepublik Deutschland

signatory

Για την Ελληνική Δημοκρατία

signatory

Por el Reino de España

signatory

Pour la République française

signatory

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

signatory

Per la Repubblica italiana

signatory

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

signatory

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

signatory

Für die Republik Österreich

signatory

Pela República Portuguesa

signatory

Suomen tasavallan puolesta

signatory

För Konungariket Sverige

signatory

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

signatory

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

signatory

signatory

signatory

LISTA TA' DOKUMENTI MEHMUŻIN

Anness I

Lista indikattiva tal-vantaġġi konċessi mir-repubblika tal-kyrgz lill-istati indipendenti b'mod konformi ma' l-artikolu 8(3)

Anness II

Il-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali riferiti fl-artikolu 43

Il- protokoll dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana

ANNESS I

LISTA INDIKATTIVA TAL-VANTAĠĠI KONĊESSI MIR-REPUBBLIKA TAL-KYRGZ LILL-ISTATI INDIPENDENTI B'MOD KONFORMI MA' L-ARTIKOLU 8(3)

1.

L-Istati Indipendenti kollha:

L-ebda dazji ma huma mplimentati fuq l-importazzjoni għajr fuq l-alkol u l-prodotti tat-tabakk.
L-ebda dazji ma huma mplimentati rigward l-merkanzija kunsinjata fuq permessi tal-ħruġ u l-ftehim bejn l-Istati skond il-volumi stipulati f'dawn il-ftehim.
L-ebda VAT ma hija applikata fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni. L-ebda taxxa tas-sisa ma hija applikata fuq l-esportazzjoni.
L-ebda kwoti ma huma mplimentati fuq l-esportazzjoni.

2.

L-Istati Indipendenti kollha li ma daħħlux il-munita korrenti nazzjonali tagħhom:

Il-ħlasijiet jistgħu jsiru bir-rublu.

L-Istati Indipendenti kollha:

Sistema speċjali ta' ħidmiet mhux kummerċjali, inklużi ħlasijiet li jirriżultaw minn dawn l-operat.

3.

L-Istati Indipendenti kollha:

Sistema speċjali ta' ħlasijiet kurrenti.

4.

L-Istati Indipendenti kollha:

Kondizzjonijiet speċjali għat-transitu.

5.

L-Istati Indipendenti kollha:

Kondizzjonijiet speċjali dwar il-proċeduri tad-dwana.

ANNESS II

IL-KONVENZJONIJIET DWAR IL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI RIFERITI FL-ARTIKOLU 43

1.

Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 43 jirrigwarda l-konvenzjonijiet multi-laterali li ġejjin:

— 
Il-Konvenzjoni ta' Berna dwar il-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (l-Att ta' Pariġi, 1971),
— 
il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni ta' l-Artisti, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Ruma, 1961),
— 
Il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid li jirrigwarda r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (Madrid, 1989),
— 
Il-Ftehim ta' Nizza li jrrigwarda l-Klassifika Internazzjonali tal-Merkanzija u s-Servizzi għall-għanijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki (Ġinevra 1977, u emendat fl-1979),
— 
It-Trattat ta' Budapest dwar l-Għarfien Internazzjonali tad-Depożitu tal-Mikro-organiżmi għall-għanijiet tal-Proċeduri tal-Patentijiet (1977, modifikat fl-1980),
— 
Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) (l-Att ta' Ġinevra, 1991).

2.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jirrakkommanda illi l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 43 għandu japplika għal konvenzjonijiet multi-laterali oħra. Jekk jinħolqu problemi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kummerċ, għandhom jindaħlu għalihom konsultazzjonijiet, fuq it-talba tal-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet, bil-ħsieb ji jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti.

3.

Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li jagħtu lill-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet multi-laterali li ġejjin:

— 
il-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (l-Att ta' Stokkolma 1967 u emendat fl-1979),
— 
il-Ftehim ta' Madrid li jirrigwarda r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (l-Att ta' Stokkolma, 1979, u emendat fl-1979),
— 
it-Trattat ta' Koperazzjoni dwar il-Patentijiet (Washington 1970, emendat fl-1979 u modifikat fl-1984).

4.

Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika tal-Kyrgyz għandha tikkonċedi lill-kumpanniji u liċ-ċittadini nazzjonali tal-Komunità, rigward l-għarfien u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lilha minn kull pajjiż terz skond ftehim bilaterali.

5.

Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 ma għandhomx japplikaw għal vantaġġi konċessi mir-Repubblika tal-Kyrgyz lil kull pajjiż terz ieħor u għall-vantaġġi konċessi mir-Repubblika tal-Kyrgyz lil pajjiż ieħor ta' dik li qabel kienet l-URSS.

IL-PROTOKOLL

dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana





Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll:

(a) 

“leġislazzjoni tad-dwana” għandha tfisser id-disposizzjonijiet li japplikaw għat-territorji tal-Partijiet li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu tal-merkanzija u t-tqegħid tiegħu taħt kull proċedura tad-dwana, inklużi l-miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll u adottati mill-Partijiet imsemmija;

(b) 

“dazji tad-dwana” għandhom ifissru d-dazji, it-taxxi, il-miżati/drittijiet u l-ħlasijiet dovuti l-oħra kollha li jiġu ntaxxati u miġbura fit-territorji tal-Partijiet, fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tad-dwana, imma ma jinkludux il-miżati u l-ħlasijiet dovuti li huma limitati fl-ammont għall-ispejjeż approssimattivi tas-servizzi mogħtija;

(ċ) 

“awtorita applikanti” għandha tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti b'dan il-għan u li tagħmel talba għall-għajnuna f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana;

(d) 

“awtorità mitluba” għandha tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti b'dan il-għan u li tirċievi talba għall-għajnuna f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana;

(e) 

“kontravenzjoni” għandha tfisser kull ksur tal-leġislazzjoni tad-dwana kif ukoll kull attentat ta' ksur ta' din il-leġislazzjoni.

Artikolu 2

Skop

1.  Il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin, skond il-kompetenzi tagħhom, fil-manjiera u skond il-kondizzjonjiet preskritti f'dan il-Protokoll, sabiex jiżguraw illi l-leġislazzjoni tad-dwana tiġi applikata korettament, partikolarment, bil-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni tal-kontravenzjonijiet ta' din il-leġislazzjoni.

2.  (a) F'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana, l-għajnuna kif provduta f'dan il-Protokoll tapplika għall kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti li tapplika dan il-Protokoll. Ma għandhiex tippreġudika r-regoli li jirregolaw il-għajnuna ta' bejn xulxin f'materji kriminali. Lanqas ma għandha tkopri t-tagħrif miksub skond il-poteri eżerċitati fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja, għajr jekk dawn l-awtoritajiet jiftiehmu hekk.

Artikolu 3

L-għajnuna fuq talba

1.  Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tforniha (lill-awtorità applikanti) bit-tagħrif kollu rilevanti sabiex tgħinha tiżgura illi l-leġislazzjoni tad-dwana tiġi applikata korrettement, inkluż it-tagħrif li jirrigwarda l-operat notati jew pjanati li jiksru, jew ikunu sejrin jiksru, din il-leġislazzjoni.

2.  Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tgħarrafha (lill-awtorità applikanti) jekk l-merkanzija esportata mit-territorju ta' waħda mill-Partijiet ġietx importata fit-territorju tal-Parti l-oħra kif xieraq, billi tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura tad-dwana applikata għall-merkanzija.

3.  Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura illi tinżamm is-sorveljanza fuq:

(a) 

persuni naturali jew legali li dwarhom ikun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen illi jkunu qegħdin jiksru jew li kienu kisru l-leġislazzjoni tad-dwana;

(b) 

post fejn il-ħażniet tal-merkanzija jkunu ġew miġbura b'tali mod hekk illi hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jissoponi illi l-merkanzija hija maħsuba bħala ħażniet għal ħidma kontra l-leġislazzjoni tal-Parti l-oħra;

(ċ) 

moviment ta' merkanzija notifikata bħala li possibbilment iwasslu għal kontravenzjonijiet sostanzjali tal-leġislazzjoni tad-dwana;

(d) 

mezzi ta' trasport li dwarhom ikun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen illi kienu, huma jew jistgħu jiġu wżati biex jiksru l-leġislazzjoni tad-dwana.

Artikolu 4

L-għajnuna spontanja

Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin, b'mod konformi mal-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħra tagħhom, bil-għajnuna jekk jikkunsidraw illi din tkun meħtieġa sabiex japplikaw il-leġislazzjoni tad-dwana korrettement, partikolarment meta jiksbu tagħrif li għandu x'jaqsam ma':

— 
ħidmiet li jkunu kisru, jikrsu jew li x'aktarx għad jiksru din il-leġislazzjoni u li jistgħu jkunu ta' interess lill-Partijiet l-oħra,
— 
mezzi u metodi ġodda wżati sabiex iwettqu dawn l-operat,
— 
merkanzija magħrufa li hija soġġetta għal kontravenzjoni sostanzjali tal-leġislazzjoni tad-dwana.

Artikolu 5

Il-kunsinja/in-notifika

Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tieħu l-miżuri kollha b'mod konformi mal-leġislazzjoni tagħha

— 
sabiex tikkunsinja d-dokumenti kollha,
— 
tinnotofika d-deċiżjonijiet kollha,

li jaqgħu taħt l-iskop ta' dan il-Protokoll lil dak li jiġi indirizzat, li jkun joqgħod jew stabbilit fit-territorju tagħha. F'dan il-każ japplika l-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

L-għamla u s-sustanza ta' talbiet għall-għajnuna

1.  It-talbiet skond dan il-Protokoll għandhom isiru bil-kitba. Id-dokumenti meħtieġa għat-twettiq ta' dawn it-talbiet għandhom jakkumpanjaw it-talba. Meta meħtieġa minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, jistgħu jiġu aċċettati talbiet bil-fomm, imma jridu jiġu konfermati bil-kitba fil-pront.

2.  It-talbiet skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a) 

l-awtorità applikanti li tagħmel it-talba;

(b) 

il-miżura mitluba;

(ċ) 

l-għan u r-raġuni tat-talba;

(d) 

il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħra nvoluti;

(e) 

indikazzjonijiet eżatti u komprensivi kemm jista' jkun dwar il-persuni naturali jew legali li jkunu l-mira ta' l-investigazzjonijiet;

(f) 

sommarju tal-fatti rilevanti u ta' l-investigazzjonijiet diġa mwettqa, ħlief fil-każi provduti fl-Artikolu 5.

3.  It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f'ilsien uffiċjali ta' l-awtorità mitluba jew f'ilsien aċċettat minn din l-awtorità.

4.  Jekk talba ma tilħaqx il-ħtiġijiet formali, jistgħu jiġu ordnati l-korrezzjoni jew it-tkomplija tagħha; jistgħu, madankollu, jinħarġu ordnijiet sabiex jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni.

Artikolu 7

It-twettiq tat-talbiet

1.  Sabiex tikkonforma ma' talba għall-għajnuna, l-awtorità mitluba jew, meta din ta' l-aħħar ma tistax taġixxi minn rajha, id-dipartiment amministrattiv li lilu t-talba tkun ġiet indirizzata minn din l-awtorità, għandha tipproċedi, skond il-kompetenza tagħha u r-riżorsi disponibbli, daqs li kieku qiegħda taġixxi minn rajha jew fuq it-talba ta' awtoritatijet oħra ta' l-istess Parti, billi tforni t-tagħrif diġa fil-pussess tagħha, billi twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa jew billi tirranġa biex dawn jitwettqu.

2.  It-talbiet għall-għajnuna għandhom jitwettqu b'mod konformi mal-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti l-oħra legali tal-Parti l-mitluba.

3.  Uffiċjali awtorizzati kif mistħoqq ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra nvoluta u skond il-kondizzjonijiet preskritti minn din ta' l-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji ta' l-awtorità mitluba jew ta' awtorità oħra li għaliha tkun responsabbli l-awtorità mitluba, it-tagħrif li għandu x'jaqsam mal-kontravenzjoni tal-leġislazzjoni tad-dwana li l-awtorità applikanti tkun teħtieġ għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll.

4.  L-uffiċjali ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra nvoluta u skond il-kondizzjonijiet preskritti minn din ta' l-aħħar, ikunu preżenti fl-investigazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-Parti ta' l-aħħar.

Artikolu 8

L-għamla tat-tagħrif li jrid jiġi komunikat

1.  L-awtorità mitluba għandha tikkomunika r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet lill-awtorità applikanti fl-għamla ta' dokumenti, kopji attestati tad-dokumenti, rapporti u bħal dawn.

2.  Id-dokumenti provduti fil-paragrafu 1 jistgħu jinbidlu b'tagħrif komputerizzat prodott f'kull għamla għall-istess għan.

Artikolu 9

Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tiġi provduta għajnuna

1.  Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-għajnuna kif provdut f'dan il-Protokoll, fejn dan l-għemil iwassal:

(a) 

li x'aktarx jippreġudika s-sovranità, il-politika pubblika, is-sigurtà jew interessi oħra essenzali; jew

(b) 

li jinvolvi r-regolamenti tal-munita kurrenti jew tat-taxxi għajr ir-regolamenti li jirrigwardaw id-dazji tad-dwana; jew

(ċ) 

li jiksru sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2.  Fejn l-awtorità applikanti titlob l-għajnuna li hija nfisha ma tkunx kapaċi tipprovdi meta tiġi mitluba tagħmel dan, għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Għandu mbagħad jitħalla għall-awtorità mitluba li tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.

3.  Jekk l-għajnuna tinżamm jew tiġi miċħuda, iridu jiġu notifikati d-deċiżjonijiet u r-raġunijiet lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.

Artikolu 10

L-obbligu li tiġi osservata l-kunfidenzalità

1.  Kull għamla ta' tagħrif komunikat, tkun xi tkun il-għamla tiegħu, skond dan il-Protokoll għandu jkun ta' natura kunfidenzali. Għandu jkun kopert bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandu jgawdi l-protezzjoni estiża għal tagħrif bħal dan skond il-liġijiet rilevanti tal-Parti li tkun irċevietu u skond id-disposizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-awtoritajiet tal-Komunità.

2.  Data li ssemmi l-ismijiet ta' persuni ma għandhiex tiġi trasmessa kull meta jkun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen li t-trasferiment jew l-użu magħmula mid-data trasmessa ikunu kuntrarju għall-prinċipji legali bażiċi tal-Partijiet, u, b'mod partikolari, jekk il-persuna interessata ssofri żvantaġġi mhux mistħoqqa. Fuq talba, il-Parti riċevitur għandha tgħarraf lill-Parti fornitur bl-użu magħmul mit-tagħrif fornit u bir-riżultati miksuba.

3.  Id-data li ssemmi l-ismijiet tal-persuni għandha tiġi trasmessa biss lill-awtoritajiet tad-dwana u, fil-każ ta' ħtieġa għal raġunijiet ta' prosekuzzjoni, lill-prosekuzzjoni pubblika u lill-awtoritajiet ġudizzjarji. Persuni jew awtoritajiet oħra jistgħu jiksbu dan it-tagħrif biss b'awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità fornitur.

4.  Il-Parti li tforni għandha tivverifika l-eżattezza tat-tagħrif li jrid jiġi trasferit. Kull meta jidher illi t-tagħrif fornit ma kienx eżatt jew irid jitħassar, il-Parti riċevitur għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien. Din ta' l-aħħar għandha tkun obbligata li twettaq il-korrezzjoni jew it-taħsir.

5.  Mingħajr preġudizzju għal każijiet ta' interess pubbliku prevalenti, il-persuna interessata tista' tikseb, fuq talba, tagħrif dwar id-data maħżuna u l-iskop ta' din il-ħażna.

Artikolu 11

L-użu tat-tagħrif

1.  It-tagħrif miksub għandu jintuża biss għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll u jista' jintuża biss ġewwa kull Parti għal għanijiet oħra bil-kunsens miktub ta' l-awtorità amministrattiva li tkun forniet it-tagħrif u għandu jkun bla ħsara għar-restrizzjonijiet preskritti minn din l-awtorità.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jimpedixxi l-użu ta' tagħrif f'kull proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva sossegwentement istitwita minħabba n-nuqqas ta' tħaris tal-leġislazzjoni tad-dwana.

3.  Fir-reġistrazzjoni tax-xhieda, tar-rapporti u tat-testimonjanzi u fil-proċeduri u t-taħrikiet miġjuba quddiem il-qrati, il-Partijiet jistgħu jużaw bħala xhieda t-tagħrif miksub u d-dokumenti konsultati b'mod konformi mad-disposizzjoniet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 12

L-esperti u x-xiehda

Fuq it-talba ta' awtorità, uffiċjal jista' jiġi awtorizzat, skond il-limiti ta' l-awtorizzazzjoni konċessa, li jidher bħala espert jew xhud fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-materji koperti b'dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni ta' Parti oħra, u li jipproduċi dawk l-oġġetti, dokumenti jew kopji awtentikati ta' dawn id-dokumenti, kif meħtieġa għall-proċeduri. It-talba għal dehra trid tindika speċifikament dwar liema materji u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal sa jiġi mistoqsi.

Artikolu 13

L-ispejjeż tal-għajnuna

Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għall-pretenzjonijiet kollha lejn xulxin dwar ir-rimbors ta' l-ispejjeż miġbura skond dan il-Protokoll, għajr, kif xieraq, għall-ispejjeż lill-esperti u lix-xiehda u lill-intepreti u tradutturi li ma jkunux dipendenti mis-servizz pubbliku.

Artikolu 14

L-implimentazzjoni

1.  It-tmexxija ta' dan il-Protokoll għandha tiġi fdata f'idejn l-awtoritajiet ċentrali tad-dwana tal-Repubblika tal-Kyrgyz minn banda waħda u f'idejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tar-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, mill-banda l-oħra. Dawn għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri u l-arranġamenti prattiċi kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu (il-Protokoll), filwaqt li jqisu r-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-fatti magħrufa. Jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti emendi li jikkunsidraw li jridu jsiru għal dan il-Protokoll.

2.  Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u wara jżommu lil xulxin mgħarrfa bir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni li jiġu adottati b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 15

Il-kumplimentarjetà

1.  Dan il-Protokoll għandu jikkumplimenta u mhux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' kull ftehim dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin li jkun ġie konkluż jew li jista' jiġi konkluż bejn Stat Membru individwali ta' l-Unjoni Ewropea jew numru minnhom u r-Repubblika tal-Kyrgyz. Lanqas ma għandu jippreġudika l-għajnuna ta' bejn xulxin iktar estensiva konċessa skond dawn il-ftehim.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, dan il-ftehim ma jippreġudikax id-disposizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar kull tagħrif miksub f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana li jistgħu jkunu ta' interess għall-Komunità.

▼M1

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kirgiżtan, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Istati Membri” rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Komunitajiet” rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KIRGIŻTAN

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kirgiżistan min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fid-9 ta' Frar 1995 (minn issa 'l quddiem il-“Ftehim”) u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim, u tad-dokumenti mehmuża miegħu.

Artikolu 2

Biex jittieħed kont ta' l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea, li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 4

1.  Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tal-Kirgiżistan skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.  Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

1.  Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003, basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data.

2.  Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data ta' meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

3.  Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-1 ta' Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 6

It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena.

Dawn it-testi huma annessi ( 3 ) ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma imfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiza, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Kirgiża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Hecho en Bruselas, el treinta de abril de dos mil cuatro.

V Bruselu dne třicátého dubna dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Bruxelles den tredivte april to tusind og fire.

Geschehen zu Brüssel am dreißigsten April zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta kolmekümnendal aprillil Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Brussels on the thirtieth day of April in the year two thousand and four.

Fait à Bruxelles, le trente avril deux mille quatre.

Fatto a Bruxelles, addì trenta aprile duemilaquattro.

Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada trīsdesmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio trisdešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-negyedik év április havának tizenharmadik napján.

Magħmul fi Brussel fit-tletin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Brussel, de dertigste april tweeduizendvier.

Sporządzono w Brukseli, dnia trzynastego kwietnia roku dwa tysiące czwartego.

Feito em Bruxelas, em trinta de Abril de dois mil e quatro.

V Bruseli dňa tridsiateho apríla dvetisícštyri.

V Bruslju, dne tridesetega aprila leta dva tisoč štiri.

Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Bryssel den trettionde april tjugohundrafyra.

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

signatory

signatory

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Comunidades Europeias

Za Európske spoločenstvá

Za Evropski skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

signatory

signatory

Por la República de Kirguistán

Za Kyrgyzskou republiku

For Den Kirgisiske Republik

Für die Kirgisische Republik

Kirgiisi Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία τον Κιργιστάν

For the Republic of Kyrgyzstan

Pour la République du Kirghizstan

Per la Repubblica del Kirghizistan

Kirgizstānas Republikas vārdā

Kirgizijos Respublikos vardu

Kirgizisztán részéről

Għar-Repubblika tal-Kirġizstan

Voor de Republiek Kirgizstan

W imieniu Republiki Kirgijskiej

Pela República do Quirguizistão

Za Kirgizskú republiku

Za Kirgiško republiko

Kirgisian tasavallan puolesta

På Republiken Kirgizistans vägnar

signatory

signatory

▼M2

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta’ partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ISLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunitajiet” irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

min-naħa waħda, u r-

REPUBBLIKA KIRGIŻA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Partijiet” għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007,

WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika Kirgiża u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika Kirgiża u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FPK,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta’ Patenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Frar 1995 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il-quddiem “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, ta’ l-Istati Membri l-oħra. tat-testi tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta’ Ittri u Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika Kirgiża annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll ta’ Ftehim tat-30 ta’ April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2006.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1.  Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika Kirgiża skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.  Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.  Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2.  Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effet mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 5

1.  It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta’ April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.

2.  Dawn jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokoll mal-Ftehim tat-30 ta’ April 2004.

Artikolu 6

Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Kirgiża, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на единадесети юни две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el once de junio de dosmile ocho.

V Bruselu dne jedenáctého června dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte juni to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am elften Juni zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta juunikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Ιουνίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the eleventh day of June in the year two thousand and eight.

Fait à Bruxelles, le onze juin deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì undici giugno duemilaotto.

Briselé, divtūkstoš astotā gada vienpadsmitajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų birželio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év június tizenegyedik napján.

Maghmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de elfde juni tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli, dnia jedenastego czerwca dwa tysiące ósmego roku.

Feito em Bruxelas, em onze de Junho de dois mil e oito.

Încheiat la Bruxelles, la unsprezece iunie două mii opt.

V Bruseli dňa jedenásteho júna dvetisícosem.

V Bruslju, dne enajstega junija leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den elfte juni tjugohundraåtta.

image

Составлено в Брюсселе одинадцатого июня две тысячи восьмого года.

За дьржавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalīvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

signatory

За Государства-Члены

signatory

За Европейската общност

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Comunidades Europeias

Pentru Comunitatea Europenă

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

signatory

За Европейские Сообщества

signatory

За Киргизката република

Por la República Kirguisa

Za Kyrgyzskou Republiku

For den Kirgisiske Republik

Für die Kirgisische Republik

Kirgiisi Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Κιργιζιστάν

For the Kyrgyz Republic

Pour la République kirghize

Per la Repubblica del Kirghizistan

Kirgizijos Respublikos vardu

Kirgizstānas Republikas vārdā

A Kirgiz Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Kirgιża

Voor de Republiek Kirgizstan

W imieniu Republiki Kirgiskiej

Pela República do Quirguizistão

Pentru Republica Kârgâzstan

Za Kirgizskú republiku

Za Kirgiško Republiko

Kirgisian tasavallan puolesta

För Republiken Kirgizistan

signatory

Зa Кыргызскую Республику

signatory

▼M3

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ITALJA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

min-naħa l-waħda,

KIF UKOLL

IR-REPUBBLIKA KIRGIŻA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet,”

BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika Kirgiża, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Frar 1995;

BILLI t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni tagħha mal-Ftehim permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim;

WARA LI TQIESET l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni u mal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-1 ta' Lulju 2013;

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha taderixxi mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika Kirgiża. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tadotta u tieħu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

Artikolu 2

Fi żmien debitu wara l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika t-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata lill-Istati Membri u lir-Repubblika Kirgiża. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, it-test imsemmi fl-ewwel sentenza ta' dan l-Artikolu għandha ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet tat-testi bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola,, Taljana, Ungeriża, Zvediża, Kirgiża u Russa tal-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 4

1.  Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stessu l-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak l-għan.

2.  Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara x-xahar li matulu tkun saret l-aħħar notifika prevista fil-paragrafu 1.

3.  Sakemm jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

Artikolu 5

Dan il-Ftehim għandu jifassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż, bl-Iżvediż, bil-Kirgiż u bir-Russu, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на шести февруари две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el seis de febrero de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne šestého února dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den sjette februar to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am sechsten Februar zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta veebruarikuu kuuendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις έξι Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the sixth day of February in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le six février deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu šestog veljače godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì sei febbraio duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada sestajā februārī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų vasario šeštą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év február havának hatodik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sitt jum ta' Frar fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, zes februari tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia szóstego lutego roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em seis de fevereiro de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la șase februarie două mii optsprezece.

V Bruseli šiesteho februára dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne šestega februarja leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kuudentena päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den sjätte februari år tjugohundraarton.

image

Составлено в Брюсселе шестого февраля две тысячи восемнадцатого года.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

signatory

За Европейский Союз

signatory

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

signatory

За государства-члены

signatory

За Европейската общност за атомна енергия

Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica

Za Evropské společenství pro atomovou energii

For Det Europæiske Atomenergifællesskab

Für die Europäische Atomgemeinschaft

Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής Ενέργειας

For the European Atomic Energy Community

Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique

Za Europsku zajednicu za atomsku energiju

Per la Comunità europea dell'energia atomica

Eiropas Atomenerģijas Kopienas vārdā –

Europos atominės energijos bendrijos vardu

Az Európai Atomenergia-közösség részéről

F'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie

W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej

Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica

Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice

Za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu

Za Evropsko skupnost za atomsko energijo

Euroopan atomienergiajärjestön puolesta

För Europeiska atomenergigemenskapen

signatory

За Европейское сообщество по атомной энергии

signatory

За киргизката република

Por la república kirguisa

Za kyrgyzskou republiku

For den Kirgisiske Republik

Für die Kirgisische Republik

Kirgiisi vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Κιργιζιστάν

For the Kyrgyz Republic

Pour la République Kirghize

Za kirgisku republiku

Per la repubblica del kirghizistan

Kirgizstānas Republikas vārdā –

Kirgizijos respublikos vardu

A Kirgiz köztársaság részéről

Għall-Repubblika Kirgiża

Voor de Kirgizische Republiek

W imieniu Republiki Kirgiskiej

Pela república do quirguistão

Pentru Republica Kârgâzstan

Za Kirgizskú Republiku

Za Kirgiško republiko

Kirgisian tasavallan puolesta

För Republiken Kirgizistan

signatory

Зa Кыргызcкую Республику

signatory

▼B

L-ATT FINALI

Il-Plenipotenzarji ta':

IR-RENJU TAL BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u ta'

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda, u

il-plenipotenzarji tar-REPUBBLIKA TAL-KYRGYZ,

min-naħa l-oħra,

imlaqqgħin fi Brussel fid-9 ta' Frar tas-sena elf, disa' mija u ħamsa u disgħin sabiex jiffirmaw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-Ftehim, adottaw it-testi li ġejjin:

il-Ftehim, inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:
il-Protokoll dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana.

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Kyrgyz adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti imniżżla fil-lista hawn taħt u mehmuża ma' dan l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 23 tal-Ftehim
id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' “kontroll” fl-Artikolu 25(b) u fl-Artikolu 37 tal-Ftehim
id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 43 tal-Ftehim
id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 92 tal-Ftehim.

Barra minn dan, il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Kyrgyz ħadu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Gvern Frenċiż mehmuża ma' dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar il-pajjiżi u t-territorji tiegħu lil hemm mill-baħar.

Hecho en Bruselas, el nueve de febrero de mil novecientos noventa y cinco.

Udfærdiget i Bruxelles, den niende februar nitten hundrede og femoghalvfems.

Geschehen zu Brüssel am neunten Februar neunzehnhundertfünfundneunzig.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εννέα Φεβρουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.

Done at Brussels, on the ninth day of February in the year one thousand nine hundred and ninety-five.

Fait à Bruxelles, le neuf février mil neuf cent quatre-vingt-quinze.

Fatto a Bruxelles, addì nove febbraio millenovecentonovantacinque.

Gedaan te Brussel, de negende februari negentienhonderd vijfennegentig.

Feito em Bruxelas, em nove de Fevereiro de mil novecentos e noventa e cinco.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenä päivänä helmikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.

Som skedde i Bryssel den nionde februari nittonhundranittiofem.

image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

signatory

På Kongeriget Danmarks vegne

signatory

Für die Bundesrepublik Deutschland

signatory

Για την Ελληνική Δημοκρατία

signatory

Por el Reino de España

signatory

Pour la République française

signatory

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

signatory

Per la Repubblica italiana

signatory

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

signatory

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

signatory

Für die Republik Österreich

signatory

Pela República Portuguesa

signatory

Suomen tasavallan puolesta

signatory

För Konungariket Sverige

signatory

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

signatory

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

signatory

signatory

signatory

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 23

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 38 u 41, il-Partijiet jaqblu illi l-kelmiet “b'konformita mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħhom” imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 23 ifissru illi kull waħda mill-Partijiet tista' tirregola l-istabbiliment u l-operat ta' kumpanniji fit-territorju tagħha, basta iżda illi dawn ir-regolamenti ma joħolqux għall-istabbiliment u l-operat tal-kumpanniji tal-Parti l-oħra riservi ġodda li jirriżultaw fi trattament inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji tagħhom jew lil kumpanniji, fergħat jew sussidjarji tal-kumpanniji ta' kull pajjiż terz.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' “konroll” fl-Artikolu 25(b) u fl-Artikolu 37

1.

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim tagħhom ta' bejn xulxin illi l-kwistjoni tal-kontroll għandha tiddependi miċ-ċirkustanzi fattwali tal-każ partikolari.

2.

Per eżempju, kumpannija għandha tiġi kunsidrata bħala “kontrollata” minn kumpannija oħra, u għalhekk sussidjarja ta' din il-kumpannija l-oħra, jekk:

— 
il-kumpannija l-oħra jkollha direttament jew indirettament maġġoranza tad-drittijiet tal-voti, jew
— 
il-kumpannija l-oħra għandha dritt li taħtar jew tkeċċi maġġoranza ta' l-organu amministrattiv, ta' l-organu tat-tmexxija jew ta' l-organu tas-sorveljanza u tkun fl-istess ħin azzjonista jew membru tas-sussidjarja.

3.

Iż-żewġ Partijiet jikkunsidraw il-kriterji tal-paragrafu 2 bħala li ma jkoprux kollox.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 43

Il-Partijiet jaqblu illi għall-għan tal-Ftehim, il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi partikolarment id-dritt letterarju, inklużi d-dritt letterarju fil-programmi tal-kompjuter, u drittijiet ġirien, il-jeddijiet li għandhom x'jaqsmu mal-patenti, id-disinji industrijali, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet ta' l-oriġini, il-marki tal-fabbriki u tas-servizzi, it-topografiji taċ-ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni kontra kompetizzjoni mhux bil-fier kif riferiti fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u l-Protezzjoni ta' Tagħrif Mhux Żvelat dwar il-Kompetenza fis-Sengħa.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 92

Il-Partijiet jaqblu, għall-għan ta' l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika tiegħu, illi l-frażi “każijiet ta' urġenza speċjali” inkluża fl-Artikolu 92 tal-Ftehim tfisser każijiet ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti fi

(a) 

iċ-ċaħda tal-Ftehim mhux sanzjonata mir-regoli ġenerali tal-liġijiet internazzjonali, jew

(b) 

il-ksur ta' l-elementi essenzjali tal-Ftehim dikjarati fl-Artikolu 2.

Dikjarazzjoni mill-Gvern Franċiż

Ir-Repubblika Franċiża tinnota illi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni mar-Repubblika tal-Kyrgyz ma japplikax għall-pajjiżi u t-territorji lil hemm mill-baħar assoċjati mal-Komunità Ewropea skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.



( 1 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 196 ta' 28.7.1998, p. 48.

Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

( 2 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 196 ta' 28.7.1998, p. 48.

Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

( 3 ) Il-verżjoni Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f'data aktar tard.