1998R0327 — MT — 01.01.2002 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 327/98 ta'

fl-10 ta' Frar 1998.

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur

(ĠU L 037, 11.2.1998, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 648/98 tat-23 ta' Marzu 1998

  L 88

3

24.3.1998

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2458/2001 ta' l-14 ta' Diċembru 2001

  L 331

10

15.12.2001




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 327/98 ta'

fl-10 ta' Frar 1998.

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL ifformolata wara l-konkużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV(6) ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja bi qbil ma' l-Artikolu XXIII ( 2 ) tal-GATT, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi, taħt n-negozjati konklużi bi qbil ma' l-Artikolu XXIV(6) tal-GATT wara l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fil-Komunità Ewropea, ġie miftiehem li mill-1 ta' Jannar 1996 jinfetħu l-kwoti annwali ta' importazzjoni gat-63 000 tunnellata ta' ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 1006 30 ta' bla dazju għal 20 000 tunnellata ta' ross bil-qoxra kopert bil-kodiċi NM 1006 20 b' dazju fiss ta' ECU 88 għal kull tunnellata; billi dawn il-kwoti ġew inklużi fil-lista tal-Komunità Ewropea li għaliha hemm provdut fl-Artikolu II(1)(a) tal-GATT 1994; billi matul in-negozjati ġie miftiehem ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li għandhom isiru aktar konsultazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu mplimentati l-kwoti miftehma; billi dawn il-konsultazzjonijiet għadhom ma ntemmux; billi l-importazzjonijiet tar-ross mill-Istati Uniti taħt il-kwoti ta' tariffi għandhom iseħħu biss meta jintemmu l-konsultazzjonijiet;

Billi, taħt il-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja bi qbil ma' l-Artikolu XXIII tal-GATT, ġie miftiehem li tinfetaħ kwota annwali għal 80 000 tunnellata ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 b'dazju ta' importazzjoni imnaqqas b'ECU 28 għal kull tunnellata;

Billi l-impenni msemmija qabel jipprovdu li l-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti tagħti kas tal-fornituri tradizzjonali;

Billi, sabiex importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti ma jitħallewx jikkawżaw disturb għall-marketing normali ta' ross imkabbar fil-Komunità, importazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu mifruxin fuq is-sena sabiex ikunu jistgħu jiġu assorbiti aktar faċilment mis-suq tal-Komunità;

Billi, sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba tal-kwoti msemmija qabel u b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet stabbiliti ma jiġux maqbuża, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati speċjali biex ikopru is-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzi; billi regoli dettaljati bħal dawn għandhom jew jissupplimentaw jew jidderogaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati u komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati li jiffissaw minn qabel għall-prodotti agrikoli ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1404/97 ( 4 );

Billi għandu jiġi stipulat li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta' sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni għal ċereali u ross ( 5 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 932/97 ( 6 ), japplika taħt dan ir-Regolament;

Billi l-Kummissjoni adottat miżuri dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' dawn il-kwoti ta' tariffi tal-5 ta' Lulju 1996; billi dawn il-miżuri ma kienux skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali; billi l-Kummissjoni iddeferit l-applikazzjoni tagħhom u kkomunikathom lill-Kunsill; billi, skond l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 ( 7 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/96 ( 8 ), il-Kunsill ħa deċiżjoni differenti fi żmien xahar; billi dik id-deċiżjoni għandha x'taqsam mal-kontroll mill-Kummissjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ tradizzjonali għall-Komunità, b'mod partikolari f'termini ta' importazzjoni f'pakketti żgħar, u għar-riskju possibbli tas-sussidju; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet introdotti mill-Kunsill f'dan ir-rigward fir-Regolament (KE) Nru 1522/96 ta' l-24 ta' Lulju 1996 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur ( 9 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 112/97 ( 10 ), għandhom jiġu nklużi;

Billi, taħt il-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja bi qbil ma' l-Artikolu XXIII tal-GATT, ġie miftiehem li jiġu addattati ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1522/96, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-perjodu ta' validità tal-liċenzi ta' importazzjoni u d-distribuzzjoni ta' kwantitajiet ta' kwoti għal ross mitħun għal kollox u ross miksur; billi, sabiex jiġu mħarsa r-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet, it-tranche ta' Jannar 1998 għal ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox li joriġina fit-Tajlandja u għal ross miksur tal-pajjiżi kollha ta' oriġini għandu jiġi kkompletat bi tranche addizzjonali li għandu jinfetaħ sa minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament;

Billi, għal raġunijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1522/96 għandu jiġi rrevokat u mibdul b'dan ir-Regolament;

Billi il-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Kwota ta' tariffi annwali huma b'dan il-mezz miftuħa għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta':

(a) 63 000 tunnellata ta' ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 1006 30 bla dazju (numru serjali tal-kwota 09.4076), suddiviż skond il-pajjiż ta' oriġini kif ġej:

 38 721 tunnellata mill-Istati Uniti ta' l-Amerika,

 21 455 tunnellata mit-Tajlandja,

 1 019-il tunnellata mill-Awstralja,

 1 805 tunnellati minn pajjiżi oħra;

(b) 20 000 tunnellata ta' ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 20 b'dazju ta' ECU 88 għal kull tunnellata (numru serjali tal-kwota 09.4077), suddiviż skond il-pajjiż ta' oriġini kif ġej:

 10 429 tunnellata mill-Awstralja,

 7 642 tunnellata mill-Istati Uniti ta' l-Amerika,

 1 812-il tunnellata mit-Tajlandja,

 117-il tunnellata minn pajjiżi oħra;

(ċ) 80 000 tunnellata ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 bi tnaqqis ta' ECU 28 għal kull tunnellata fuq id-dazju stabbilit fin-Nomenklatura Magħquda (numru serjali tal-kwota 09.4078), suddiviż skond il-pajjiż ta' oriġini kif ġej:

 41 600 tunnellata mit-Tajlandja,

 12 913-il tunnellata mill-Awstralja,

 8 503 tunnellati mill-Gujana,

 7 281 tunnellata mill-Istati Uniti ta' l-Amerika,

 9 703 tunnellati minn pajjiżi oħra.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

1.  Għandhom jinħarġu liċenzi ta' importazzjoni għal kwantitajiet ta' kwoti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 taħt it-tranches li ġejjin, imfissra f'tunnellati:

(a) fil-każ tal-kwota imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a):



 

Jannar

April

Lulju

Settembru

Istati Uniti

9 681

19 360

9 680

Tajlandja

10 727

5 364

5 364

Awstralja

1 019

Pajjiżi oħra

1 805

 

20 408

27 548

15 044

(b) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):



 

Jannar

April

Lulju

Settembru

Awstralja

2 608

5 214

2 607

Istati Uniti

1 911

3 821

1 910

Tajlandja

1 812

Pajjiżi oħra

117

 

4 519

10 964

4 517

(ċ) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ):



 

Jannar

Lulju

Tajlandja

29 120

12 480

Awstralja

6 456

6 457

Gujana

4 251

4 252

Stati Uniti

3 640

3 641

Pajjiżi oħra

4 851

4 852

 

48 318

31 682

2.  Iżda, sabiex ikun jista' jsir il-ħruġ tal-liċenzi għal Jannar 1998 għall-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1(a) fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw fit-Tajlandja, u fil-paragrafu 1(ċ) fir-rigward tal-pajjiżi kollha ta' oriġini, għandu jinfetaħ tranche sa massimu ta':

(i) ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 1006 30



Oriġini

Kwantità

Tajlandja

5 363

(ii) ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00



Oriġini

Kwantità

Tajlandja

18 720

Awstralja

3 227

Gujana

2 125

Stati Uniti ta' l-Amerika

1 820

Pajjiżi oħra

2 426

Applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jiddaħħlu fl-ewwel għaxart'ijiem xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

▼M1

2a.  Għas-snin 1998, 1999 u 2000, il-kwantitajiet ta' ross mitħun u ross imnaddaf li joriġina fl-Istati Uniti u stabbilit fil-paragrafi 1(a) u (b) għandu jitqassmu kif ġej:

(i) għall-1998:

 ross nofsu mitħun u mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 1006 30:

 



April

Lulju

Settembru

19 361

19 360

 ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 20:

 



April

Lulju

Settembru

4 776

4 776

(ii) għall-1999:

 ross nofsu mitħun u mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 1006 30:

 



Jannar

April

Lulju

Settembru

19 361

19 360

19 360

 ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 20:

 



Jannar

April

Lulju

Settembru

3 821

3 821

3 821

(iii) għas-sena 2000:

 ross nofsu mitħun u mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 1006 30:

 



Jannar

April

Lulju

Settembru

19 362

19 360

19 360

 ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 20:

 



Jannar

April

Lulju

Settembru

3 822

3 821

1 910

▼B

3.  Kwantitajiet mhux koperti b'liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tranche għandhom jinġarru għat-tranche ta' wara tal-kwota relevanti.

Għal kwantitajiet mhux koperti b'liċenzi ta' importazzjoni maħruġa taħt it-tranche ta' Settembru, l-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni jistgħu jiddaħħlu fir-rigward tal-pajjiżi ta' oriġini kollha koperti bil-kwota relevanti taħt tranche addizzjonali f'Ottubru skond l-Artikolu 4(1), għajr fir-rigward tal-kwantitajiet msemmija fil-paragrafu 1(ċ) fuq.

▼M1

Artikolu 3

Billi jiġu sottomessi applikazzjonijet għal liċenzji ta' importazzjoni fir-rigward tar-ross u ross miksur li joriġina fit-Tajlandja u ross li joriġina fl-Awstralja jew fl-Istati Uniti skond il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, dawn għandhom jiġu akkumpanjati mil-liċenzja ta' esportazzjoni oriġinali magħmulha b'mod konformi ma' l-Annessi I, II u IV u maħruġa mill-korp kompetenti fil-pajjiżi msemmija hemmhekk.

Id-daħliet fis-sezzjonijiet 7, 8 u 9 ta' l-Anness I ma għandhomx ikunu obbligatorji.

Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa fir-rigward tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu validi għas-sena konċernata biss.

▼B

Artikolu 4

1.  L-applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jiddaħħlu għand l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru konċernat fl-ewwel għaxart'ijiem xogħol tax-xahar li jikkorrispondi għal kull tranche.

2.  Minkejja l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, id-depożitu għal-liċenzi ta' importazzjoni għandu jkun:

 ECU 46 għal kull tunnellata għall-kwoti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1)(a),

 ECU 22 għal kull tunnellata għall-kwoti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1)(b),

 ECU 5 għal kull tunnellata għall-kwoti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1)(ċ).

3.  Il-pajjiż ta' oriġini għandu jiddaħħal fis-sezzjoni 8 ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzi u għal liċenzi ta' importazzjoni u l-kelma “iva” għandha tiġi mmarkata b'salib.

4.  Is-sezzjoni 24 tal-liċenzi għandu jkollha waħda mid-daħliet li ġejjin:

(a) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):

 Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98]

 Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (Forordning (EF) nr. 327/98)

 Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98)

 Ατελώς μέχρι τπν ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού ġκανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98].

 Exemption from customs duty up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98)

 Exemption du droit de douane jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [Règlement (CE) no 327/98]

 Esenzione dal dazio doganale limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [regolamento (CE) n. 327/98]

 Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98)

 Isenção de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98]

 Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98)

 Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98);

(b) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):

 Derecho de aduana reducido a 88 ecus/t hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98]

 Nedsat told 88 ECU/t op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (Forordning (EF) nr. 327/98)

 Ermäßigter Zollsatz von 88 ECU/t bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98)

 Μειωμένος δασμός σε 88 Ecu ανά τόνο μέχρι τπν ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού ġκανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98]

 Reduced duty to ECU 88 per tonne up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98)

 Droit réduit à 88 écus par tonne jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat (Règlement (CE) no 327/98)

 Dazio ridotto a 88 ECU/t limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo (regolamento (CE) n. 327/98)

 Verminderd douanerecht van 88 ECU/ton voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98)

 Direito reduzido a 88 ecus/t até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98]

 Tulli, joka on alennettu 88 ecuun/t tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98)

 Tullsatsen nedsatt till 88 ecu/t upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98);

(ċ) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ):

 Derecho de aduana reducido de 28 ecus/t hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98]

 Reduceret afgift med 28 ECU/t op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (Forordning (EF) nr. 327/98)

 Um 28 ECU/t ermäßigter Zollsatz bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98)

 Μειωμένος δασμός κατά 28 Ecu ανά τόνο μέχρι τπν ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού ġκανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98].

 Reduced duty by ECU 28 per tonne up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98)

 Droit réduit de 28 écus par tonne jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat (Règlement (CE) no 327/98)

 Dazio ridotto di 28 ECU/t limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo (regolamento (CE) n. 327/98)

 Douanerecht verminderd met 28 ECU/ton voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98)

 Direito reduzido em 28 ecus/t até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98]

 Tulli, jota on alennettu 28 ecua/t tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98)

 Tullsatsen nedsatt med 28 ecu/t upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98).

5.  Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

 l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi minn persuni naturali jew legali li, f'għallinqas sena mit-tlett snin ta' qabel id-data ta' sottomissjoni ta' l-applikazzjoni, kienu nvoluti fin-negozju tar-ross jew issottomettew applikazzjonijiet ta' liċenzi ta' importazzjoni li jkopru r-ross u li ġew imdaħħla f'reġistru pubbliku ta' Stat Membru,

 l-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-Istat Membru fejn huma mdaħħlin f'reġistru pubbliku. Fejn applikazzjonijiet jiġu sottomessi mill-istess persuna f'żewġ Stati Membri jew aktar, ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma għandha tiġi aċċettata,

 fejn mhuwiex meħtieġ ebda ċertifikat ta' esportazzjoni, l-applikati għandhom jissottomettu biss applikazzjoni waħda fi ħdan il-kwantità massima li għaliha hemm provdut fir-rigward ta' kull tranche u pajjiż ta' oriġini.

Artikolu 5

1.  Fi żmien jumejn xogħol mid-data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzi, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta' fax jew telex u skond l-Anness III għal dan ir-Regolament bil-kwantitajiet, suddiviżi skond kodiċi NM bi tminn figuri u l-pajjiż ta' oriġini, kopert mill-applikazzjonijiet ta' liċenzi ta' importazzjoni, b'dettalji tan-numru tal-liċenza li għaliha saret l-applikazzjoni u l-isem u l-indirizz ta' l-applikant.

Għandha ssir notifikazzjoni bħal din ukoll fejn ma tkun ġiet sottomessa ebda applikazzjoni fi Stat Membru.

L-informazzjoni ta' fuq għandha tiġi nnotifikata separatament minn dik li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjonijiet ta' liċenzi ta' importazzjoni oħrajn li jkopru r-ross u bi qbil ma' l-istess proċedura.

2.  Fi żmien 10 t'ijiem mid-data ta' għeluq tan-notifikazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha:

 tiddeċiedi sa liema punt tista' tiġi aċċettata l-applikazzjoni. Fejn il-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni jaqbżu dawk disponibbli fir-rigward tat-tranche u l-pajjiż ta' oriġini msemmi, hija għandha tistabbilixxi perċentwali ta' tnaqqis sabiex ikun applikat għal kull applikazzjoni,

 tistabbilixxi l-kwantitajiet disponibbli taħt it-tranche li ġej u, fejn xieraq, taħt it-tranche addizzjonali f'Ottubru.

3.  Jekk it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel inċiż ta' paragrafu 2 jirriżulta fi kwantità waħda jew aktar ta' inqas minn 20 tunnellata għal kull applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jallokaw it-total ta' dawn il-kwantitajiet billi jiġbru l-lottijiet f'lottijiet ta' 20 tunnellata u, fejn applikabbli, il-lott li jibqa.

Artikolu 6

1.  Fi żmien tlett ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jinħarġu l-liċenzi ta' importazzjoni għall-kwantitajiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(2).

Fejn il-kwantitajiet koperti mil-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa huma inqas minn dawk li tkun saret applikazzjoni għalihom, is-sigurtà stabbilita fl-Artikolu 4(2) għandha tiġi mnaqqsa b'mod proporzjonali.

2.  Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-drittijiet ipprovduti mil-liċenzi ta' importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 7

1.  Ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma għandux japplika.

2.  Il-benefiċji fit-termini tad-dazji doganali li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 1(1) ma għandhomx japplikaw għall-kwantitajiet importati taħt it-tolleranza speċifikata taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88.

3.  Artikolu 33(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu japplika.

4.  Minkejja l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 u taħt l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88:

 il-liċenzi ta' importazzjoni għal ross imnaddaf, ross nofsu mitħun u ross mitħun għal kollox għandhom ikunu validi mid-data attwali ta' ħruġ sa l-aħħar tat-tielet xahar minn hemm 'il quddiem,

 liċenzi ta' importazzjoni għal ross miksur għandhom ikunu validi mid-data attwali tal-ħruġ sal-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ tal-liċenza.

Iżda, il-perjodu ta' validità għal liċenzi ta' importazzjoni ma jistax jestendi aktar mill-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

Artikolu 8

Il-korpi kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta' fax jew telex u skond l-Anness III għal dan ir-Regolament:

▼M2

 fi żmien jumejn mill-ħruġ tagħhom, tal-kwantitajiet, subdiviżi b'kodiċi NM ta' tmien numri u l-pajjiż ta' oriġini, kopert bil-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa, b'dettalji tad-data tal-ħruġ, in-numru taċ-ċertifikat ta' esportazzjoni, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tal-pussessur,

▼B

 fi żmien xahrejn mill-għeluq tal-perjodu ta' validità ta' kull liċenza, tal-kwantitajiet, suddiviżi skond kodiċi NM ta' tminn figuri, ippakkjar u l-pajjiż ta' oriġini, fil-fatt rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, b'dettalji tad-data ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, in-numru tal-liċenza wżat u l-isem u l-indirizz tal-pussessur.

Notifikazzjonijiet bħal dawn għandhom isiru wkoll meta ma tkun inħarġet ebda liċenza u meta ma jkunu seħħew ebda importazzjonijiet.

Artikolu 9

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-kwantitajiet ta' oġġetti mportati taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari bil-għan li tistabbilixxi:

 kemm huma mibdula ċ-ċirkolazzjonijiet tal-kummerċ tradizzjonali, f'termini ta' volum u preżentazzjoni, għall-Komunità mkabbra, u

 jekk hemmx sussidju bejn esportazzjonijiet li jibbenefikaw dirattament minn dan ir-Regolament u esportazzjonijiet soġġetti għal ħlas ta' importazzjoni normali.

2.  Jekk xi wieħed mill-kriterji stabbilit fl-inċiż ta' paragrafu 1 jiġi sodisfatt, u b'mod partikolari jekk l-importazzjonijiet tar-ross f'pakketti ta' ħames kilogrammi jew inqas jaqbżu l-figura ta' 33 428 tunnellata, u fi kwalunkwe każ fuq bażi annwali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill akkompanjat, jekk ikun hemm bżonn, bi proposti xierqa sabiex jevitaw disturbi għas-settur tar-ross tal-Komunità.

3.  Kwantitajiet importati f'pakketti tat-tip li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 u rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera għandhom ikunu indikati fil-liċenza ta' importazzjoni relevanti skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3719/88.

Artikolu 10

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1522/96 huwa sostitwit.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal liċenzi maħruġa bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1522/96.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANEXO I —BILAG I —ANHANG I —ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι —ANNEX I —ANNEXE I —ALLEGATO I —BIJLAGE I —ANEXO I —LIITE I —BILAGA I

image

▼B




ANNESS II




“ANEXO II —BILAG II —ANHANG II —ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ II —ANNEX II —ANNEXE II —ALLEGATO II —BIJLAGE II —ANEXO II —LIITE II —BILAGA II

image

▼M2




ANNESS III

Ross - Regolament (KE) Nru 327/98

image

▼M1




ANEXO IV —BILAG IV —ANHANG IV —ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IV —ANNEX IV —ANNEXE IV —ALLEGATO IV —BIJLAGE IV —ANEXO IV —LIITE IV —BILAGA IV

image

image



( 1 ) ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

( 2 ) ĠU L 122, tat-22.5.1996, p. 15.

( 3 ) ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

( 4 ) ĠU L 194, tat-23.7.1997, p. 5.

( 5 ) ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

( 6 ) ĠU L 135, tas-27.5.1997, p. 2.

( 7 ) ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

( 8 ) ĠU L 126, ta' l-24.5.1996, p. 37.

( 9 ) ĠU L 190, tal-31.7.1996, p. 1.

( 10 ) ĠU L 20, tat-23.1.1997, p. 23.