1998R0280 — MT — 01.01.2004 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 280/98 tat-3 ta’ Frar 1998 (ĠU L 028, 4.2.1998, p.3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 169/2000 tal-25 ta’ Jannar 2000 |
L 21 |
10 |
26.1.2000 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2306/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 |
L 342 |
10 |
30.12.2003 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 280/98
tat-3 ta’ Frar 1998
li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib rigward il-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-L-Artikolu 149 ( 1 ) tiegħu,
|
(1) |
Billi r-Regolament tal-Kunsill itawwal il-perjodu taż-żmien li matulu jistgħu jiġu adottati miżuri transitorji sabiex jiffaċilitaw il-qlib mill-arranġamenti li japplikaw fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fil-waqt ta’ l-adeżjoni għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq; billi, rigward il-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass fil-ħalib prodott fil-Finlandja u fl-Isvezja, dan il-perjodu taż-żmien ġie mtawwal għal sal-31 ta’ Diċembru 1999; |
|
(2) |
Billi, skond l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom deroga mill-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass fil-ħalib tax-xorb stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 ( 2 ), imħassar u mibdul mill-1 ta’ Jannar 1998 bir-Regolament (KE) Nru 2597/97 ( 3 ); billi din ir-regola tiskafi fil-31 ta’ Diċembru 1997; billi, minħabba s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-Istati Membri interessati u safejn u sakemm huma meħtieġa l-aġġustamenti, din id-deroga għandha tiġi mtawla temporanjament sabiex tippermetti lil dawn l-Istati Membri jaġġustaw ruħhom għall-arranġamenti fis-seħħ fil-bqija tal-Komunità; |
|
(3) |
Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Minkejja l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97, il-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass ma għandhomx japplikaw għall-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Isvezja bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u ►M2 l-30 ta’ April 2009 ◄ . Il-ħalib tax-xorb prodott f’dawn iż-żewġ Stati Membri u kopert b’din id-deroga jista’ jiġi mqiegħed fis-suq biss fil-pajjiż tal-produzzjoni jew esportat lejn pajjiż terz.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1998.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 12.
( 2 ) ĠU L 148, tat-3.7.1971, p. 4.
( 3 ) ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 13.