1998L0078 — MT — 10.12.2005 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M3

ID-DIRETTIVA 98/78/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ottubru 1998

dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni

▼B

(ĠU L 330, 5.12.1998, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2002

  L 35

1

11.2.2003

►M2

ID-DIRETTIVA 2005/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b' relevanza għaż-ŻEE tad-9 ta' Marzu 2005

  L 79

9

24.3.2005

►M3

ID-DIRETTIVA 2005/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta’ Novembru 2005

  L 323

1

9.12.2005




▼B

▼M3

ID-DIRETTIVA 98/78/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ottubru 1998

dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni

▼B



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 198b tat-Trattat ( 3 ),

(1)

Billi l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti milli ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 4 ) u l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja ( 5 ) jenħtieġu li mpriżi ta’ assigurazzjoni jkollhom marġini ta’ likwidità;

(2)

Billi, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrrigwardaw l-assigurazzjoni diretta apparti milli assigurazzjoni fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE ( 6 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE ( 7 ) il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni huma suġġetti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni uffiċjali waħdanija maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li fih intrapriża ta’ assigurazzjoni għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha (Stat Membru tal-lokalità); billi tali awtorizzazzjoni tippermetti lill-intrapriża biex tkompli bin-negozju tagħha matul il-Komunità kollha; permezz ta’ jew id-dritt għall-istabbiliment inkella l-liberta’ li tipprovdi servizzi; billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-lokalità huma responsabbli għall-monitoraġġ tas-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni; kif ukoll il-likwidità tagħhom;

(3)

Billi miżuri dwar is-superviżjoni supplementari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni għandu jippermetti lill-awtoritajiet li jkunu jagħmlu s-superviżjoni fuq l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni biex jifformaw ġudizzju fuq bażi soda dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha; billi superviżjoni supplementari bħal din għandha tieħu akkont ta’ ċerti mpriżi li preżentement ma humiex suġġetti għas-superviżjoni skond id-Direttivi tal-Komuinità; billi din id-Direttiva bl-ebda mod ma timplika li Stati Membri huma meħtieġa li jwettqu superviżjoni ta’ dawk l-intrapriżi li huma kkunsidrati individwalment;

(4)

Billi intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’suq komuni ta’ l-assigurazzjoni jidħlu f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin u r-regoli oħra li jikkonċernaw il-ħtiġijiet tal-kapital iridu għalhekk ikunu ekwivalenti; billi, għal dak il-għan, il-kriterja applikata biex tiddetermina s-superviżjoni supplimentari m’għandhomx jitħallew biss għad-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri, billi l-adozzjoni tar-regoli bażiċi komuni għandhom ikunu fl-aħjar interessi tal-Komunità billi b’hekk jipprevjenu tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni; billi huwa meħtieġ li jkunu eliminati ċerti diverġenzi bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda regoli prudenti li għalihom intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma parti minn grupp ta’ assigurazzjoni jkunu suġġetti;

(5)

Billi l-approċċ adottat jikkonsisti f’wieħed li jwassal għal armonizzazzjoni bħal din hekk kif inhu essenzjali, meħtieġ u suffiċjenti biex jinkiseb l-għarfien reċiproku ta’ sistemi ta’ kontroll prudenti f’dan il-qasam; billi l-għan ta’ din id-Direttiva hu b’mod partikolari li jipproteġi l-interessi ta’ persuni assigurati;

(6)

Billi ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id Direttiva jiddefinixxu normi minimi; billi Stat Membru tal-lokal jista’ jesiġi regoli aktar stretti għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu;

(7)

Billi din id-Direttiva tipprovdi għas-superviżjoni supplimentarja ta’ kwalunkwe kumpannija ta’ assigurazzjoni li hija mpriża parteċipanti f’mill-anqas intrapriża ta’ assigurazzjoni waħda, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni li mhix ta’ Stat Membru u, taħt regoli differenti, għas-superviżjoni supplimentari ta’ kwalunkwe kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha hija holding company ta’ assigurazzjoni, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni; intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhux minn Stat Membru jew holding company ta’ attività mista; billi s-superviżjoni ta’ intrapriżi individwali ta’ l-assigurazzjoni minn awtoritajiet kompetenti tibqa’ l-prinċipju essenzjali ta’ superviżjoni ta’ l-assigurazzjoni;

(8)

Billi huwa meħtieġ li jsir kalkolu ta’ sitwazzjoni ta’ likwidità aġġustata għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jifformaw parti minn grupp ta’ assigurazzjoni; billi metodi differenti huma applikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità biex jittieħed akkont ta’ l-effetti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li huma attribwiti għall-fatt li hi tkun tappartjeni għal grupp ta’ assigurazzjoni; billi din id-Direttiva tistabbilixxi tliet metodi biex tkun effettwata dik il-kalkolazzjoni; billi l-prinċipju hu aċċettat li dawn il-metodi huma prudenti;

(9)

Billi l-likwidità ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni sussidjarja relatata ta’ holding company ta’ l-assigurazzjoni, ta’ intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhux ta’ Stat Membru, jistgħu jkunu affettwati mir-riżorsi finanzjari tal-grupp li tiegħu hija parti u mid-distribuzzjoni ta’ riżorsi finanzjari f’dak il-grupp; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi ta’ l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentarja u tat-teħid ta’ miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta l-likwidità tagħha hija jew tista’ tkun ipperikolata;

(10)

Billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari; billi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ setturi finanzjarji oħra għandhom ikunu stabbiliti;

(11)

Billi tranżazzjonijiet intra-gruppi jistgħu jeffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq ċerti tipi ta’ operazzjonijiet intra-grupp u jieħdu miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta l-likwidità tagħha hi jew tista’ tkun ipperikolata,

ADOTTAW DIN ID- DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)  intrapriża ta’ assigurazzjoni tfisser intrapriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE;

(b)  intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru tfisser intrapriża li għandha jkollha bżonn awtorizzazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE kieku kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Komunità;

▼M3

(c)  impriża tar-riassigurazzjoni tfisser impriża li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-Riassigurazzjoni ( 8 );

▼B

(d)  intrapriża prinċipali tfisser intrapriża prinċipali fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE ( 9 ) u kwalunkwe intrapriża li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra;

(e)  intrapriża sussidjarja tfisser intrapriża sussidjarja fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe intrapriża li fuqha, li fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, intrapriża prinċipali li effettivament teżerċita influwenza dominanti. Is-sussidjarji kollha ta’ intrapriżi sussidjarji għandhom ukoll ikunu meqjusa sussidjarji ta’ l-intrapriża prinċipali li hi fir-ras ta’ dawk l-intrapriżi;

(f)  parteċipazzjoni tfisser parteċipazzjoni fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 17, l-ewwel sentenza, tad-Direttiva 78/660/KEE ( 10 ) jew il-paterna, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar mid- drittijiet tal-vot jew kapital ta’ intrapriża;

▼M1

(ġ)  impriża li tipparteċipa għandha tfisser impriża li tkun jew impriża prinċipali jew impriża oħra li tikkontrolla parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma impriża oħra permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(h)  impriża relatata għandha tfisser jew sussidjarja jew impriża oħra li fiha tkun miżmuma parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma' impriża oħra permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

▼M3

(i)  kumpannija holding ta’ l-assigurazzjonitfisser impriża prinċipali, li l-kummerċ ewlieni tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni jew impriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri jew impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri, u fejn għall-inqas waħda minn l-impriżi sussidjarji hija impriża ta’ l-assigurazzjoni, jew impriża tar-riassigurazzjoni u li mhix kumpannija holding tal-finanzi mħallta fis-sens tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza ulterjuri ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ l-assigurazzjoni u ditti ta’ investiment f’ konglomerat finanzjarju ( 11 );

(j)  kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta:tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija holding tal-finanzi mħallta fis-sens tad-Direttiva 2002/87/KE li tinkludi għall-inqas impriża waħda ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;

(k)  awtoritajiet kompetentitfisser l-awtoritajiet nazzjonali li ngħataw is-setgħa mil-liġi jew minn regolamenti biex jissorveljaw impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni;

▼M3

(l)  impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru tfisser impriża li teħtieġ awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE kieku kellha l-uffiċċju reġistrat tagħha fil-Komunità.

▼M3

L-Artikolu 2

Il-każijiet ta’ applikazzjoni ta’ sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni

1.  Flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 73/239/KEE, Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja ( 12 ) u Direttiva 2005/68/KE, li jwaqqfu r-regoli għas-sorveljanza ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li s-sorveljanza ta’ kwalunkwe impriża ta’ l-assigurazzjoni jew kwalunkwe impriża tar-riassigurazzjoni, li hija impriża li tipparteċipa f’għal inqas waħda minn dawn: impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, għandu jiġi supplimentat bil-mod preskritt fl-Artikoli 5, 6, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva.

2.  Kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, kumpannija ta’ l- assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza supplimentari bil-mod preskritt fl-Artikoli 5(2), 6, 8 u 10.

3.  Kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni bl-attivitajiet imħallta għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza supplimentari bil-mod stabbilit fl-Artikoli 5(2), 6 u 8.

L-Artikolu 3

L-iskop tas-sorveljanza supplimentari

1.  L-eżerċizzju ta’ sorveljanza supplimentari skond l-Artikolu 2 bl-ebda mod m’għandu jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jkollhom rwol ta’ sorveljanza rigward l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta meħuda individwalment.

2.  Is-sorveljanza supplimentari għandha tqis l-impriżi li ġejjin imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 8, 9 u 10:

 impriżi relatati ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi li jipparteċipaw fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi relatati ma’ impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma jqisux, fis-sorveljanza supplimentari msemmija fl-Artikolu 2, impriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’pajjiż li mhux membru fejn hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta’ l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, punt 2.5, u ta’ l-Anness II, punt 4.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jeżerċitaw sorveljanza supplimentari jistgħu fil-każijiet elenkati hawn taħt jiddeċiedu f’kull każ individwali li ma jqisux impriża fis-sorveljanza supplimentari msemmija fl-Artikolu 2:

 jekk l-impriża li għandha tiġi inkluża hija ta’ interess negliġibbli rigward l-għanijiet tas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni;

 jekk l-inklużjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża ma tkunx xierqa jew tagħti l-idea żbaljata dwar l-għanijiet tas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni.

L-Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari

1.  Is-sorveljanza supplimentari għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE.

2.  Fejn impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar għandhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta jistgħu jilħqu ftehim rigward liema minnhom ikun responsabbli biex jeżerċita s-sorveljanza supplimentari.

3.  Fejn Stat Membru għandu aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-sorveljanza prudenzjali ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jorganizza l-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.

▼B

L-Artikolu 5

Disponibbiltà u kwantità ta’ informazzjoni

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għas-sorveljanza supplimentari għandu jkollha mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll intern implimentati għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe data jew tagħrif rilevanti għall-għanijiet ta’ din is-sorveljanza supplimentari.

▼B

2.  Stati Membri għandom jieħdu l-passi xierqa biex jassssiguraw li ma hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li ma jħallix l-intrapriżi li huma suġġetti għas-superviżjoni supplementari u l intrapriżi relatati tagħhom u l-intrapriżi li jipparteċipaw minnn skambju fosthom xi nformazzjoni rilevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni supplimentari bħal dik.

▼M3

L-Artikolu 6

Aċċess għall-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, responsabbli biex jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari għandu jkollhom aċċess għal kwalunkwe tagħrif li jkun rilevanti għall-iskopijiet tas-sorveljanza ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal din is-sorveljanza supplimentari. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw direttament lill-impriżi rilevanti msemmija fl-Artikolu 3(2) biex jiksbu t-tagħrif meħtieġ biss jekk dak it-tagħrif ġie mitlub mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew mill-impriża tar-riassigurazzjoni, u din ma tkunx ipprovdietu.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jwettqu fit-territorju tagħhom, huma stess jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ persuni li jqabbdu għal dak l-iskop, il-verifika għall-għarrieda fuq il-post tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 f’:

 l-impriża ta’ l-assigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari,

 l-impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari,

 impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni,

 impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi prinċipali ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni,

 impriżi prinċipali ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi sussidjarji ta’ impriża prinċipali ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni,

 impriżi sussidjarji ta’ impriża prinċipali ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni.

3.  Fejn, fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jixtiequ, f’każijiet speċifiċi, jivverifikaw tagħrif importanti dwar impriża li tinsab fi Stat Membru ieħor, li hija impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, impriża tar-riassigurazzjoni relatata, impriża sussidjarja, impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biex issir dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu din it-talba għandhom jaġixxu fuqha fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom billi jwettqu l-verifiki huma stess, billi jippermettu lill-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba, jew billi jippermettu lil awditur jew espert jagħmel il-verifika.

Jekk tixtieq, l-awtorità kompetenti li għamlet it-talba tista’ tieħu sehem fil-verifika meta ma tagħmilx il-verifika hija stess.

L-Artikolu 7

Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  Fejn impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni mwaqqfa fi Stati Membri differenti huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom impriża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin wara li ssir talba, it-tagħrif rilevanti kollu li jista’ jippermetti jew jiffaċilita l-eżerċizzju tas-sorveljanza skond din id-Direttiva u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom kwalunkwe tagħrif li jidhrilhom essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

2.  Fejn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u jew istituzzjoni tal-kreditu kif iddefinita fid-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 13 ) jew ditta ta’ l-investiment kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli ( 14 ), jew it-tnejn, huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom impriża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-sorveljanza ta’ dawk l-impriżi l-oħrajn għandhom jikkoperaw fil-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe tagħrif li x’aktarx jissimplifika l-funzjoni tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas ta’ din id-Direttiva.

3.  Tagħrif irċevut skond din id-Direttiva u, b’mod partikolari, kwalunkwe skambju ta’ tagħrif bejn awtoritajiet kompetenti provdut f’din id-Direttiva għandu jkun bla ħsara għall-obbligu tas-segretezza professjonali definit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja) ( 15 )u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikoli 24 sa 30 tad-Direttiva 2005/68/KE.

L-Artikolu 8

It-tranżazzjonijiet fost il-membri ta’ grupp

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw sorveljanza ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn:

(a) impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u:

(i) impriża relatata ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ma’ l-impriża tar-riassigurazzjoni;

(ii) impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni;

(iii) impriża relatata ma’ impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni;

(b) impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u persuni fiżiċi li għandhom parteċipazzjoni f’:

(i) l-impriża ta’ l-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew kwalunkwe impriża relatata magħha;

(ii) impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni;

(iii) impriża relatata ma’ impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni.

Dawn it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw b’mod partikolari:

 self,

 garanziji u t-tranżazzjonijiet mhux fuq il-bilanċ tal-kontijiet,

 elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà,

 investimenti;

 operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u retroċessjoni

 ftehim biex jinqasmu l-ispejjeż.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u lill-impriżi tar-riassigurazzjoni biexikollhom proċessi xierqa għall-amministrazzjoni tar-riskju u mekkaniżmi xierqa tal-kontroll intern, inklużi proċeduri tajbin tar-rappurtar u taż-żamma tal-kotba, sabiex jiġu identifikati, sorveljati u kkontrollati t-tranżazzjonijiet kif provdut fil-paragrafu 1 b’mod xieraq. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll għall-inqas li jsir rapport kull sena mill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u mill-impriżi tar-riassigurazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet sinifikanti. Dawn il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

Jekk, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, jidher li s-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni hija, jew tista’ tkun fil-periklu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni.

▼B

L-Artikolu 9

Ħtiġijiet aġġustati ta’ likwidità

1.  Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 2(1), Stati Membri għandhom ikunu jenħtieġu li l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Anness I.

2.  Kwalunkwe intrapriża rrelatata, intrapriża parteċipanti jew intrapriża rrelatata ta’ intrapriża parteċipanti għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1.

▼M3

3.  Jekk il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 juri li s-solvibbiltà aġġustata hija negattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata.

▼B

L-Artikolu 10

▼M3

Kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni, impriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri u impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri

▼B

1.  Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-metodu ta’ superviżjoni supplimentari li tkun applikata bi qbil ma’ l-Anness II.

▼M3

2.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi kollha relatati mal-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, bil-mod provdut fl-Anness II.

3.  Jekk, fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li s-solvibbiltà ta’ impriża sussidjarja ta’ l-assigurazzjoni jew impriża sussidjarja tar-riassigurazzjoni tal-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru hija, jew tista’ tkun fil-periklu, għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni.

▼M1

L-Artikolu 10a

Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi

1.  Il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill, jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, għan-negozjar ta' patti ta' ftehim ma' pajjiż terz wieħed jew aktar fir-rigward tal-mezzi ta' eżerċitar ta' superviżjoni supplementari fuq:

(a) impriżi ta' ssigurazzjoni li jkollhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom lokat f'pajjiż terz; u

▼M3

(b) impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 2 li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz; u

(ċ) impriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri jew impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri li għandhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 2 li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità.

2.  Il-ftehim msemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jfittxu li jiżguraw dawn it-tnejn:

(a) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ għas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità u li għandhom sussidjarji jew għandhom parteċipazzjonijiet f’impriżi barra mill-Komunità; u

(b) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ għas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom li għandhom sussidjarji jew għandhom parteċipazzjonijiet f’impriżi fi Stat Membru wieħed jew aktar.

▼M2

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 300(1) u (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, il-Kummissjoni, għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li toħroġ minnu.

▼M1

L-Artikolu 10b

Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpanniji ta' assigurazzjoni holding

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li persuni li effettivament imexxu negozju ta' kumpannija holding ta' assigurazzjoni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawn id-doveri.

▼B

L-Artikolu 11

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2000 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom immedjetament jinfurmaw lill-Kummisjoni dwar dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet f’ paragrafu 1 għandhom l-ewwel japplikaw għas-superviżjoni ta’ kontijiet ta’ snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2001 jew matul dik is-sena tal-kalendarju.

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri rreferuti f’paragrafu 1, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

▼M2

5.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-bżonn għal armonizzazzjoni ulterjuri.

▼B

L-Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 13

Lil min hi indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




L-ANNESS I

IL-KALKOLU TAS-SOLVIBBILTÀ AĠĠUSTATA TA’ IMPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI U IMPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI

1.   L-GĦAŻLA TAL-METODU TAL-KALKOLU U PRINĊIPJI ĠENERALI

A. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jsir skond wieħed mill-metodi preskritti fil-punt 3. Stat Membru jista’, madankollu, jipprovdi biex l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw jew jimponu l-applikazzjoni ta’ metodu mwaqqaf fil-punt 3 li mhux dak li għażel l-Istat Membru.

B.  Il-proporzjonalità

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni għandu jqis is-sehem proporzjonali li għandha l-impriża li tipparteċipa fl-impriżi relatati magħha.

“Sehem proporzjonali” tfisser jew, fejn jintużaw il-metodu 1 jew il-metodu 2 deskritti fil-punt 3, il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huwa miżmum, direttament jew indirettament, mill-impriża li tipparteċipa, jew inkella fejn jintuża l-metodu 3 deskritt fil-punt 3, il-perċentwali wżati għat-twaqqif tal-kontijiet konsolidati.

Madankollu, ikun x’ikun il-metodu li jintuża, meta l-impriża relatata hija impriża sussidjarja u għandha defiċit ta’ solvibbiltà, għandu jiġi meqjus id-defiċit totali tas-solvibbiltà tas-sussidjarja.

B’danakollu, fejn, fil-fehma ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà ta’ l-impriża prinċipali li għandha sehem tal-kapital hija limitata strettament u b’mod mhux ambigwu għal dak is-sehem tal-kapital, dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess biex id-defiċit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża sussidjarja jiġi meqjus fuq bażi proporzjonali.

Fejn m’hemm ebda rbit ta’ kapital bejn xi wħud mill-impriżi fi grupp ta’ l-assigurazzjoni jew fi grupp tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema sehem proporzjonali għandu jiġi meqjus.

Ċ.  L-eliminazzjoni ta’ użu doppju ta’ elementi ta’ marġni tas-solvibbiltà

Ċ.1.  Trattament ġenerali ta’ elementi ta’ marġni tas-solvibbiltà

Irrispettivament mill-metodu wżat għall-kalkolu tal-marġni aġġustat ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, l-użu doppju ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà fost l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriżi tar-riassigurazzjoni differenti meqjusa f’dak il-kalkolu għandu jiġi eliminat.

Għal dak l-iskop, meta tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni u fejn il-metodi deskritti fil-punt 3 ma jipprovdux għal dan, l-ammonti li ġejjin għandhom jiġu eliminati:

 il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ waħda mill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati jew impriżi tar-riassigurazzjoni relatati,

 il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni,

 il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ kwalunkwe impriża ta’ l-assigurazzjoni oħra relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra relatata ma’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.

Ċ.2.  It-trattament ta’ xi elementi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima Ċ.1:

 ir-riservi tal-profitt u profitti futuri li jiġu minn impriża relatata ta’ l-assigurazzjoni [jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata] ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata, u

 kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ma’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata,

jistgħu jiġu inklużi biss fil-kalkolu sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ dik l-impriża relatata. Madankollu, kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas li jirrapreżenta obbligazzjoni potenzjali minn naħa ta’ l-impriża li tipparteċipa għandu jiġi għal kollox eskluż mill-kalkolu.

Kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża ta’ riassigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata għandu wkoll jiġi eskluż mill-kalkolu.

Kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali minn naħa ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata oħra ta’ l-istess impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jiġi eskluż mill-kalkolu.

Ċ.3.  It-trasferibbiltà

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li xi elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata minbarra dawk imsemmija fit-Taqsima Ċ.2 ma jistgħux jitqiegħdu għad-disponibbiltà b’mod effettiv biex ikopru r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa li tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata tagħha, dawk l-elementi jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża relatata.

Ċ.4. Is-somma ta’ l-elementi msemmija fit-Taqsimiet Ċ.2 u Ċ.3 ma tistax teċċedi r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

D.  L-eliminazzjoni ta’ ħolqien tal-kapital fost il-grupp

Meta tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata, m’għandu jittieħed ebda kont ta’ kwalunkwe elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà li jirriżulta minn finanzjar reċiproku bejn l- impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni u:

 impriża relatata,

 impriża li tipparteċipa,

 impriża oħra relatata ma’ xi waħda mill-impriżi li jipparteċipaw.

Barra minn dan, m’għandu jittieħed ebda kont ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata meta l-element ikkonċernat jirriżulta minn finanzjar reċiproku ma’ kwalunkwe impriża relatata oħra ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.

B’mod partikolari, l-iffinanzjar reċiproku jeżisti meta impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, jew kwalunkwe impriża relatata magħha, ikollha azzjonijiet fi, jew tagħmel self lil, impriża oħra li, direttament jew indirettament, ikollha element eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-ewwel impriżi.

E. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-solvibbiltà aġġustata hija kkalkolata bl-istess frekwenza bħal dik stabbilita bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KEgħall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni. Il-valur ta’l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jiġi stmat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 73/239/KEE, 91/674/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KE.

2.   L-APPLIKAZZJONI TAL-METODI TAL-KALKOLU

2.1.  L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati u impriżi tar-riassigurazzjoni relatati.

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir skond il-prinċipji u l-metodi ġenerali mwaqqfa f’dan l-Anness.

Fil-każ tal-metodi kollha, fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha aktar minn impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata waħda, il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir billi kull waħda minn dawk l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati jew impriżi tar-riassigurazzjoni relatati jiġu integrati.

Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju, fejn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni hija impriża li tipparteċipa f’impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra li hija wkoll impriża li tipparteċipa f’impriża ta’ l-assigurazzjoni jew f’impriża tar-riassigurazzjoni), il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir fuq il-livell ta’ kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa u li għandha għall-inqas impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata waħda jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata waħda.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni:

 jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ riassigurazzjoni hija impriża relatata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, u dik l-impriża relatata, hija meqjusa fil-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, jew

 jekk l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni hija impriża relatata ma’ kumpannija holding ta’l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, u kemm il-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni u l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata jiġu meqjusa fil-kalkolu li jsir.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni jekk hija impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ impriża ta’ l-assigurazzjoni oħra, impriża tar-riassigurazzjoni oħra jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati qablu li jagħtu eżerċizzju tas-sorveljanza supplimentari lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru aħħari.

F’kull każ, ir-rinunzja tista’ tingħata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti ikunu sodisfatti li l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni inklużi fil-kalkolu huma mifruxa b’mod xieraq bejn dawk l-impriżi.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru minbarra dak ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha jsir il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata, il-kalkolu għandu jqis, rigward l-impriża relatata, is-sitwazzjoni tas-solvibbiltà kif stmata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.2.  Il-Kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni intermedjarji

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni, jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, li għandha parteċipazzjoni f’impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, f’impriża tar-riassigurazzjoni relatata, jew impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, permezz ta’ kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, is-sitwazzjoni tal-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni intermedjarja għandha tiġi meqjusa. Għall-iskop waħdieni ta’ dak il-kalkolu, li għandu jsir skond l-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f’dan l-Anness, il-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi meqjusa daqs li kieku kienet impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal rekwiżit ta’ solvibbiltà żero u li kienet soġġetta għall-istess kundizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE jew fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE rigward elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà.

2.3.  L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati li ma jinsabux f’pajjiż membru u impriżi tar-riassigurazzjoni relatati li ma jinsabux f’pajjiż membru

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li hija impriża li tipparteċipa f’impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, din ta’ l-aħħar għandha tiġi trattata biss għall-iskopijiet tal-kalkolu, b’analoġija ma’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata, bl-applikazzjoni tal-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f’dan l-Anness.

Madankollu, fejn il-pajjiż li mhux membru, fejn dik l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, jagħmilha soġġetta għal awtorizzazzjoni u jimponi fuqha rekwiżit tas-solvibbiltà għall-inqas komparabbli ma’ dak imwaqqaf bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE jew 2005/68/KE, filwaqt li jitqiesu l-elementi ta’ kopertura ta’ dak ir-rekwiżit, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolu għandu jqis, rigward dik l-impriża, ir-rekwiżit tas-solvibbiltà u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif imwaqqaf mill-pajjiż mhux membru konċernat.

2.4.  L-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li hija impriża li tipparteċipa f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni finanzjarja, ir-regoli mwaqqfa bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE dwar it-tnaqqis ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet għandhom jgħoddu mutatis mutandis, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-abbiltà ta’ l-Istati Membri taħt xi kundizzjonijiet li jippermettu metodi alternattivi u li jippermettu li dawn il-parteċipazzjonijiet ma jitnaqqsux.

2.5.  Meta t-tagħrif meħtieġ ma jkunx disponibbli

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, dwar impriża relatata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru, mhux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur fuq il-kotba ta’ dik l-impriża fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jitnaqqas mill-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà aġġustat. F’dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma’ din il-parteċipazzjoni ma jiġix permess bħala element eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà aġġustat.

3.   IL-METODI TAL-KALKOLU

Metodu 1: Il-Metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni

Is-sitwazzjoni aġġustata tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn:

(i) is-somma ta’:

(a) l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(b) is-sehem proporzjonali ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa fl-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata,

u

(ii) is-somma ta’:

(a) il-valur fuq il-kotba fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata, jew

(b) ir-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(ċ) is-sehem proporzjonali tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Fejn il-parteċipazzjoni fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni tikkonsisti, għal kollox jew parzjalment, fi proprjetà indiretta, allura n-numru (ii)(a) għandu jinkorpora l-valur ta’ din il-proprjetà indiretta, filwaqt li jittieħed kont ta’ l-interessi rilevanti suċċessivi, u n-numri (i)(b) u (ii)(ċ) għandhom jinkludu l-ishma proporzjonali korrispondenti ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Metodu 2: Il-metodu tat-tnaqqis tar-rekwiżit

Is-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn:

(i) is-somma ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa,

u

(ii) is-somma ta’:

(a) ir-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l- impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(b) is-sehem proporzjonali tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Meta jiġu valutati l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà, parteċipazzjonijiet fis-sens ta’ din id-Direttiva huma valutati bil-metodu ta’ ekwità, skond l-għażla mwaqqfa fl-Artikolu 59(2)(b) tad-Direttiva 78/660/KEE.

Metodu 3: Il-Metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni taż-żamma tal-kotba

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jsir fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati. Is-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà kalkolati fuq il-bażi ta’ data konsolidati, u:

(a) jew is-somma tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa u ta’ l-ishma proporzjonali tar-rekwiżiti tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata, fuq bażi tal-perċentwali użati għat-twaqqif tal-kontijiet konsolidati,

(b) jew ir-rekwiżit tas-solvibbiltà kalkolat fuq bażi ta’ informazzjoni konsolidata.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 91/674/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KE għandhom jgħoddu għall-kalkolu ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà u tar-rekwiżit tas-solvibbiltà bażat fuq data konsolidati.




ANNESS II

IS-SORVELJANZA SUPPLIMENTARI GĦAL IMPRIŻI TA' L-ASSIGURAZZJONI U IMPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA' KUMPANNIJI HOLDING TA' L-ASSIGURAZZJONI, IMPRIŻA TA' L-ASSIGURAZZJONI LI TINSAB F'PAJJIŻ MHUX MEMBRU JEW IMPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI LI TINSAB F'PAJJIŻ MHUX MEMBRU

1. F'każ ta' żewġ impriżi ta' l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni jew aktar imsemmija fl-Artikolu 2(2) li huma sussidjarji ta' kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru u li huma mwaqqfa fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-metodu deskritt f'dan l-Anness huwa applikat b'mod konsistenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari bl-istess frekwenza bħal dik stabbilita bid-Direttivi 73/239/KEE, 91/674/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KE għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għal kalkolu provdut f'dan l-Anness rigward impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni:

 jekk dik l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni hija impriża relatata ma' impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra u jekk tiġi meqjusa fil-kalkolu provdut f'dan l-Anness imwettaq għal dik l-impriża l-oħra,

 jekk dik l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, u impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni waħda jew aktar, awtorizzati fl-istess Stat Membru, għandhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru, u l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni tiġi meqjusa fil-kalkolu provdut f'dan l-Anness imwettaq għal waħda minn dawn l-impriżi l-oħrajn,

 jekk dik l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni waħda jew aktar awtorizzati fi Stati Membri oħrajn għandhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru, u ġie konkluż skond l- l-Artikolu 4(2) ftehim li jagħti eżerċizzju tas-sorveljanza supplimentari koperta minn dan l-Anness lill-awtorità ta' sorveljanza ta' Stat Membru ieħor.

 Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju: kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni jew impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru, li hija stess proprjetà ta' kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni jew impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru oħra), l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli provduti f'dan l-Anness biss fuq il-livell ta' l-impriża prinċipali aħħarija ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li hija kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni jew impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kalkoli analogi ma' dawk deskritti fl-Anness I isiru fuq il-livell tal-kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru.

L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti fl-Anness I fuq il-livell tal-kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru.

Biss għall-iskopijiet uniċi ta' daK il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal:

 rekwiżit ta' solvibbiltà żero fejn hija kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni,

 rekwiżit ta' solvibbiltà determinat skond il-prinċipji tat-Taqsima 2.3 ta' l-Anness I, fejn hija impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru,

u hija suġġetta għall-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE rigward l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà.

4.  Meta t-tagħrif meħtieġ ma jkunx disponibbli

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta' impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, dwar impriża relatata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru, mhux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur ta' dik l-impriża kif muri fil-kotba ta' l-impriża li tipparteċipa għandu jitnaqqas mill-elementi eliġibbli għall-kalkolu provdut f'dan l-Anness. F'dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma' dawn il-parteċipazzjoni ma jiġix permess bħala element eliġibbli għall-kalkolu.



( 1 ) ĠU C 341, tad-19.12.1995, p. 16, u ĠU C 108, tas-7.4.1998, p.48.

( 2 ) ĠU C 174, tas-17.6.1996, p. 16.

( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 1997 (ĠU C 339, ta’ l-10.11.1997, p. 136), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 204, tat-30.6.1998, p. 1) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 1998 (ĠU C 313, tat− 12.10.1998) u d-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998

( 4 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/26/KEE (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7).

( 5 ) ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/26/KE.

( 6 ) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/26/KE.

( 7 ) ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/26/KE.

( 8 ) ĠU L 323, tal-09.12.2005, p. 1

( 9 ) Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 bbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-Kontijiet ikkonsolidati (ĠU L 193, tat-18.7.1983, p.1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 10 ) Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-Kontijiet Annwali ta’ ċerti tipi ta’ Kumpanniji (ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adezjoni ta’ l-1994.

( 11 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).

( 12 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l aħħar bid Direttiva 2005/1/KE.

( 13 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 14 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE.

( 15 ) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.