01998L0024 — MT — 08.04.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/24/KE tas-7 ta'April 1998 (ĠU L 131 5.5.1998, p. 11) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 |
L 165 |
21 |
27.6.2007 |
|
|
DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 65 |
1 |
5.3.2014 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2024/869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Marzu 2024 |
L 869 |
1 |
19.3.2024 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/24/KE
tas-7 ta'April 1998
dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
TAQSIMA I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan u firxa
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta'din id-Deċiżjoni, it-termini użati għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:
“Aġent kimiku” ifisser kull element jew kompost kimiku, waħdu jew f'taħlita, kif jidher fl-istat naturali tiegħu jew kif prodott, użat jew irrilaxxjat, li jinkludu r-rilaxx bħala skart, minn kull attività ta' xogħol, sewwa jekk prodott intenzjonalment u sewwa jekk le u sewwa jekk imqiegħed fis-suq u sewwa jekk le;
“Aġent kimiku ta' riskju” ifisser:
kull aġent kimiku li jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikoluż taħt kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu fiżiku u/jew għas-saħħa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), sew jekk dak l-aġent kimiku huwa kklassifikat skont dak ir-Regolament u sew jekk le;
▼M2 —————
kull aġent kimiku li, filwaqt li ma jissodisfax il-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala perikoluż skont il-punt (i) tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu jista’, minħabba l-proprjetajiet fiżikokimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi tiegħu u l-mod kif jintuża jew ikun preżenti fuq il-post tax-xogħol, jippreżenta riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluż kull aġent kimiku li huwa assenjat valur ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali skont l-Artikolu 3.
“Attivita li tinvolvi l-aġenti kimiċi” tfisser kull xogħol li fih jintużaw l-aġenti kimiċi, jew li jkunu maħsuba li jintużaw, f'kull proċess, inklużi l-produzzjoni, it-tqandil, il-ħażna jew id-disponiment u t-trattament, jew li jirriżultaw minn dan ix-xogħol;
“Valur tal-limitu ta' esposizzjoni minħabba x-xogħol” tfisser, għajr jekk speċifikat xort'oħra, il-limitu tal-medju ppeżat bil-ħin tal-konċentrazzjoni ta' aġent kimiku fl-arja ġewwa ż-żona tat-teħid tan-nifs ta' ħaddiem b'relazzjoni mal-perjodu speċifikat taż-żmien ta' referenza;
“Valur tal-limitu bijoloġiku” tfisser il-limitu tal-konċentrazzjoni fil-medju approprjat bijoloġiku ta' l-aġent relevanti, il-metabolit tiegħu, jew indikatur ta' l-effetti;
“Sorveljanza dwar is-saħħa” tfisser l-istima ta' ħaddiem individwali sabiex tistabbilixxi l-istat tas-saħħa ta' dan l-individwu, skond kif ikollha x'taqsam ma' l-esposizzjoni għal aġenti kimiċi speċifiċi fuq ix-xogħol;
“Riskju” ifisser il-proprjetà intrinsika ta' l-aġent kimiku bil-potenzjal li jikkawża ħsara;
“Riskju” jfisser il-possibbiltà li l-potenzjal għall-ħsara jinkiseb skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu u/jew l-esposizzjoni.
Artikolu 3
Valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni waqt ix-xogħol u valuri tal-limitu bjioloġiċi
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi jew tirrevedi l-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tad-disponibbiltà tat-tekniki tal-kejl.
L-Istati Membri għandhom iżommu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem informati bil-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol iffissati fil-livell tal-Unjoni.
Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
TAQSIMA II
OBBLIGI TA'MIN IĦADDEM
Artikolu 4
Kif jiġi stabbilit u stmat ir-riskju ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju
Sabiex iwettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu l-ewwel jistabbilixxi jekk ikunx hemm aġenti kimiċi ta' riskju preżenti fuq il-post tax-xogħol. Jekk iva, għandu mbagħad jagħmel stima tar-riskju għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema li jinħoloq mill-preżenza ta' dawn l-aġenti kimiċi, filwaqt li jikkunsidra dan li ġej:
Min iħaddem għandu jikseb it-tagħrif addizzjonali li jkun meħtieġ minn għand il-fornitur jew minn sorsi oħra disponibbli fil-pront rigward l-istima għar-riskju jew minn sorsi oħra diġa' għad-disposizzjoni. Meta approprjat, dan it-tagħrif għandu ikun fih l-istima speċifika li tirrigwarda r-riskju għall-utenti stabbilit fuq il-bażi tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-aġenti kimiċi.
Artikolu 5
Il-prinċipji ġenerali tal-prevenzjoni tar-riskji assoċjati ma' l-aġenti kimiċi ta' riskju u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li għandha x'taqsam ma' l-istima tar-riskji
Ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol li jinvolvu aġenti kimiċi perikolużi għandhom jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi:
Għandhom jiġu żviluppati linji gwida prattiċi għall-miżuri ta' prevenzjoni sabiex jikkontrollaw ir-riskju, skond l-Artikolu 12(2).
Artikolu 6
Protezzjoni speċifika u miżuri tal-prevenzjoni speċifiċi
Fejn in-natura ta' l-attività ma tippermettix li riskju jiġi eliminat b'sostituzzjoni, filwaqt li jkun qies l-istima ta' l-attività u tar-riskju referita fl-Artikolu 4, min iħaddem għandu jiżgura illi r-riskju jiġi mnaqqas għal dak minimu billi japplika l-miżuri ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni, konsistenti ma' l-istima tar-riskju magħmul skond l-Artikolu 4. Dawn jinkludu, skond l-ordni tal-prijoritá:
id-disinn tal-proċessi approprjati tax-xogħol u l-kontrolli ta' l-inġinerija u l-użu tat-tagħmir u tal-materjali adegwati, sabiex jiġi evitat jew imnaqqas għall-minimu r-rilaxx ta' l-aġenti kimiċi li jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol;
l-applikazzjoni ta' miżuri kollettivi ta' protezzjoni fis-sors tar-riskju, bħalma huma l-ventilazzjoni adegwata u l-miżuri organizzativi approprjati;
meta ma tkunx tista' tiġi pprevenuta esposizzjoni b'mezzi oħra, jiġu applikati l-miżuri ta' protezzjoni individwali li jinkludu t-tagħmir personali protettiv.
Għandhom jiġu żviluppati linji ta' gwida prattiċi għall-miżuri tal-protezzjoni u l-prevenzjoni sabiex jikkontollaw ir-riskju skond l-Artikolu 12(2).
F'kull każ, fejn ikun inqabeż il-valur tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol stabbilit b'mod effettiv fit-territorju ta' Stat Membru, min iħaddem għandu jieħu passi fil-pront, filwaqt li jqis in-natura ta' dak il-limitu, li jirrimedja s-sitwazzjoni billi jwettaq il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni.
Fuq il-baż ta' l-istima ġenerali u tal-prinċipji ġenerali għall-prevenzjoni tar-riskju fl-Artikoli 4 u 5, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri tekniċi u/jew organizzattivi approprjati għan-natura tal-ħidma, inklużi l-ħażna, it-tqandil u s-segregazzjoni ta' l-aġenti kimiċi inkompatibbli, billi jipprovdi għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li jinħolqu mill-proprjetajiet fiżiko-kimiċi ta' l-aġenti kimiċi. B'mod partikolari għandu jieħu l-miżuri, skond l-ordni tal-prijorità, sabiex:
jipprevjeni l-preżenza fuq il-post tax-xogħol tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jieħdu n-nar jew ta' kwantitajiet tas-sustanzi kimikament mhux stabbli ta' riskju jew, meta n-natura tax-xogħol ma tippermettix dan,
jevita l-preżenza tas-sorsi tat-teħid tan-nar li jistgħu joħolqu ħruq u splużjonijiet, jew kondizzjonijiet negattivi li jistgħu jikkawżaw sustanzi kimiċi mhux stabbli jew it-taħliet ta' sustanzi li joħolqu effetti fiżiċi ta' ħsara, u
itaffi l-effetti detrimentali għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fil-każ ta' ħruq jew splużjoni minħabba t-teħid tan-nar minn sustanzi li jieħdu n-nar, jew l-effetti fiżiċi ta' ħsara li jinħolqu minn sustanzi kimiċi jew minn taħliet ta'sustanzi mhux stabbli.
It-tagħmir tax-xogħol u s-sistemi tal-protezzjoni pprovduti minn min iħaddem għall-protezzjoni tal-ħaddiema għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet relevanti Komunitarji dwar id-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-provvista rigward is-sigurtà u s-saħħa. Il-miżuri tekniċi u/jew organizzattivi meħuda minn min iħaddem għandhom iqisu u jkunu konsistenti ma' l-għoti tal-kategorija skond il-grupp tat-tagħmir fl-Anness I mad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw it-tagħmir u s-sistemi tal-protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment splussivi ( 7 ).
Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri sabiex jipprovdi kontroll biżżejjed ta' l-impjant, tat-tagħmir u tal-makkinarju jew tal-provvediment tat-tagħmir li jrażżan l-isplużjonijiet jew l-arranġamenti ta' għajnuna mill-pressjoni ta' splużjoni.
Artikolu 7
Arranġamenti għal kif inċidenti, aċċidenti u emerġenzi għandhom ikunu trattati
Sabiex is-sitwazzjoni tiġi rrestawrata għan-normal:
Il-persuni mhux protetti ma għandhomx jitħallew li jibqgħu fiż-żona effettwata.
Min iħaddem għandu jiżgura li jkun disponibbli t-tagħrif dwar l-arranġamenti ta' emerġenza li jinvolvu l-aġenti kimiċi ta' riskju. Is-servizzi relevanti interni u esterni dwar l-inċidenti u ta' emerġenza għandu jkollhom aċċess għal dan it-tagħrif. Dan għandu jinkludi li ġej:
Artikolu 8
Tagħrif u taħriġ għall-ħaddiema
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE min iħaddem għandu jiżgura illi l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jiġu pprovduti bi:
u li dan it-tagħrif huwa:
TAQSIMA III
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 9
Projbizzjonijiet
L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-ħtiġijiet tal-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
L-esposizzjoni tal-ħaddiema għall-aġenti kimiċi referiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprevenuti, b'mod partikolari billi jiġi pprovdut illi l-produzzjoni u l-użu mill-iktar fis possibbli ta' dawn l-aġenti kimiċi bħala intermedji għandhom jsiru f'sistema waħda magħluqa, li minnha l-aġenti kimiċi msemmija hawn fuq jistgħu jitneħħew biss safejn u sakemm meħtieġ għall-monitoraġġ tal-proċess jew għalbiex jaqdu s-sistema.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal sistemi ta' awtorizzazzjonijiet individwali.
Meta jkunu permessi derogi skond il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha titlob lil min iħaddem li jissottometti t-tagħrif li ġej:
Artikolu 10
Sorveljanza tas-saħħa
Is-sorveljanza tas-saħħa, ir-riżultati li tagħhom għandu jingħata qies meta jiġu applikati l-miżuri ta' prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol speċifiku, għandhom ikun approprjati meta:
Barra minn hekk, għandu jkun hemm metodi tat-teknika validi sabiex jikxfu l-indikazzjonijiet tal-marda jew l-effett.
Meta valur bijoloġiku tal-limitu li jorbot jiġi ffissat kif indikat fl-Anness II, sorveljanza tas-saħħa għandha tkun ħtieġa obbligatorja għax-xogħol bl-aġent kimiku ta' riskju fil-kwistjoni, skond il-proċeduri f'dan l-Anness. Il-ħaddiema għandhom jiġu mgħarrfa b'din il-ħtieġa qabel ma jiġu assenjati l-kompitu li jinvolvi riskju ta' l-esposizzjoni għal aġent kimiku ta' riskju indikat.
Ir-reġistrazzjonijiet tas-saħħa u ta' l-esposizzjoni għandhom jinżammu fuq formola addattata sabiex jippermettu konsultazzjonijiet f'data aktar tard, filwaqt li titqies kull kunfidenzjalità.
Kopji tar-reġistrazzjonijiet approprjati għandhom jiġu forniti lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-ħaddiem individwali għandu, fuq it-talba tiegħu, ikollu aċċess għar-reġistrazzjonijiet tas-saħħa u esposizzjoni li jkollhom x'jaqsmu miegħu personalment.
Meta impriża tieqaf min-negozju, ir-reġistrazzjonijet tas-saħħa u l-esposizzjoni għandhom jintgħamlu disponibbli lill-awtorità kompetenti.
Meta, bħala riżultat tas-sorveljanza tas-saħħa:
il-ħaddiem għandu jiġi mgħarraf mit-tabib jew minn persuna oħra kkwalifikata kif jixraq bir-riżultat li jkollu x'jaqsam miegħu lilu personalment, li jinkludi t-tagħrif u l-pariri rigward kull sorveljanza dwar is-saħħa li jkollu jgħaddi minnha wara t-tmiem ta' l-esposizzjoni, u
min iħaddem għandu:
Artikolu 11
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema
Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandha ssir skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/39/KEE dwar il-materji koperti b'din id-Direttiva, li jinkludu l-Annessi ta' magħha.
Artikolu 12
Addattament ta' l-Annessi, preparazzjoni u adozzjoni ta' gwida teknika
Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv tas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol skond id-Deċiżjoni 74/325/KEE.
Fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iqisu dawn il-linji ta' gwida safejn u sakemm huwa possibbli fit-tifsil tal-politika nazzjonali tagħhom għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
Artikolu 12a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 12b
Proċedura ta’ urġenza
Artikolu 13
Revoka u l-emendi tad-Direttivi ta' qabel
Id-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE tad-19 ta' Settembru 1983 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1 107/KEE) ( 9 ), tiġi emendata kif ġej:
fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1(1), il-kliem li ġej għandu jiġi mħassar:
“li hija t-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE”;
l-Artikolu 9(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:
fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) il-kliem “skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 80/1107/KEE” għandu jinbidel bi
“skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE”.
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat-12 ta' Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni għall-ħsejjes fuq ix-xogħol ( 10 ) tiġi emendata kif ġej:
fl-Artikolu 1(1), għandu jiġi mħassar il-kliem li ġej:
“li hija t-tielet Direttiva individwali fit-tifsira tad-Direttiva 80/1107/KEE”;
fl-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:
“L-Annessi I u II għandhom jiġu addattati għall-progress tekniku skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta'Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ( *2 ).
TAQSIMA IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
▼M1 —————
Artikolu 16
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 17
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA TA’ VALURI TA’ LIMITU VINKOLANTI TAL-ESPOŻIZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
|
Isem tal-aġent |
Nru KE (1) |
Nru CAS (2) |
Valuri ta’ limitu |
Notazzjoni |
Miżuri tranżitorji |
|||||
|
tmien sigħat (3) |
Żmien qasir (4) |
|||||||||
|
μg/m3 (5) |
ppm (6) |
f/ml (7) |
μg/m3 (5) |
ppm (6) |
f/ml (7) |
|||||
|
Diisoċjanati (imkejla bħala NCO (10) ) |
|
|
6 |
|
|
12 |
|
|
Ġilda (8) Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (9) |
Valur ta’ limitu ta’ 10 μg NCO/m3 f’relazzjoni ma’ perjodu ta’ referenza ta’ 8 sigħat u valur ta’ limitu tal-espożizzjoni għal żmien qasir ta’ 20 μg NCO/m3 għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2028. |
|
(1)
Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fl-Anness VI, il-Parti 1, it-Taqsima 1.1.1.2, tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(2)
Nru CAS: In-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.
(3)
Imkejla jew ikkalkulati b’rabta ma’ perjodu ta’ referenza tal-medja ponderata skont il-ħin (TWA) ta’ 8 sigħat.
(4)
Limitu ta’ espożizzjoni għal żmien qasir (STEL). Valur ta’ limitu li ’l fuq minnu jenħtieġ li ma jkunx hemm espożizzjoni u li huwa relatat ma’ perjodu ta’ 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
(5)
μg/m3 = mikrogrammi kull metru kubu ta’ arja b’20 °C u 101,3 kPa (pressjoni tal-merkurju ta’ 760 mm).
(6)
ppm = partijiet għal kull miljun skont il-volum fl-arja (ml/m3).
(7)
f/ml = fibri għal kull millilitru.
(8)
Kontribut sostanzjali għall-piż totali tal-ġisem mill-espożizzjoni tal-ġilda possibbli.
(9)
Is-sustanza tista’ tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda u tas-sistema respiratorja.
(10)
NCO jirreferi għall-gruppi funzjonali tal-isoċjanat tal-komposti tad-diisoċjanat. |
||||||||||
ANNESS III
PROJBIZZJONIJIET
Huma pprojbiti l-produzzjoni, il-fabbrikazzjoni jew l-użu fuq ix-xogħol ta' l-aġenti kimiċi u l-attivitajiet li jinvolvu l-aġenti kimiċi ddikjarati hawn taħt. Il-projbizzjoni ma tapplikax jekk l-aġent kimiku ikun preżenti f'aġent kimiku ieħor, jew bħala kostitwent ta' l-iskart, sakemm il-konċentrazzjoni individwali tiegħu tkun inqas mil-limitu speċifikat.
(a) Aġenti Kimiċi
|
Numru ta' l-EINECS (1) |
Numru tal-CAS (2) |
Isem ta' l-aġent |
Limitu tal-konċentrazzjoni għall-eżenzjoni |
|
202-080-4 |
91-59-8 |
It-2-naftilamin u l-imluħ tiegħu |
0,1 % w/w |
|
202-177-1 |
92-67-1 |
Il-4-minodifenil u l-imluħ tiegħu |
0,1 % w/w |
|
202-199-1 |
92-87-5 |
Il-Benżidin u l-imluħ tiegħu |
0,1 % w/w |
|
202-204-7 |
92-93-3 |
Il-4-nitrodifenil |
0,1 % w/w |
|
(1)
EINECS: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti
(2)
CAS: Is-Servizz tas-Sommarji Kimiċi |
|||
(b) Attivitajiet tax-xogħol
Xejn.
( 1 ) ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta'Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bit-triq (ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/86/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996 p. 43).
( 3 ) Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tal-23 ta'Lulju 1996 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija (ĠU L 235, tas-17.9.1994, p. 25). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/87/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996 p. 45).
( 4 ) Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta'Settembru 1993 li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi għall-bastimenti fi triqthom lejn jew li jħallu l-portijiet Komunitarji u li jġorru oġġetti perikolużi jew ta' tniġġiż (ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/34/KE (ĠU L 158, tas-17.6.1997 p. 40).
( 5 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
( 7 ) ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 1.
( 8 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 9 ) ĠU L 263, ta' l-24.9.1983, p. 25. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/382/KEE (ĠU L 206, tat-12.7.1991, p. 16).
( *1 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.”
( 10 ) ĠU L 137, ta' l-24.5.1986, p. 28.
( *2 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.”