1998E0409 — MT — 28.01.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

POŻIZZJONI KOMUNI

tad-29 ta’Ġunju 1998

definit mill-Kunsill skond l-Artikolu J.2 tat-Trattat ta’l-Unjoni Ewropea li jikkonċerna s-Sierra Leone

(98/409/CFSP)

(ĠU L 187, 1.7.1998, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/81/PESK tat-28 ta’ Jannar 2008

  L 24

54

29.1.2008




▼B

POŻIZZJONI KOMUNI

tad-29 ta’Ġunju 1998

definit mill-Kunsill skond l-Artikolu J.2 tat-Trattat ta’l-Unjoni Ewropea li jikkonċerna s-Sierra Leone

(98/409/CFSP)



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea partikolarment l-Artikolu J.2 tiegħu,

Billi, fil-5 ta’Ġunju 1998, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) adotta r-Riżoluzzjoni 1171 (1998) fejn laqa’ l-isforzi tal-Gvern ta’ Sierra Leone biex jirrestawra l-kondizzjonijiet ta’ paċi u sigurtà fil-pajjiż, biex jirristabbilixxi amministrazzjoni effettiva li tikkonċerna l-proċess demokratiku u biex jinkoraġġixxi r-rikonċiljazzjoni bejn iċ-ċittadini;

Billi, fir-Regolament imsemmi l-UNSC iddeplora r-reżistenza kontinwa lejn l-awtorità tal-gvern legittimu ta’ Sierra Leone u emfasizza l-urġenza li r-ribelli kollha jtemmu l-atroċitajiet u li jtemmu r-reżistenza u li jċedu l-armi;

Billi l-projbizzjonijiet imponuti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1132 (1997) intemmu;

Billi Riżoluzzjoni 1171 (1998) għandha tiġi implimentata f’kull parti ta’l-Unjoni Ewropea,

IDDEFINIXXA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:



Artikolu 1

Il-bejgħ jew provvista ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u apparat militari, apparat paramilitari u spare parts lis-Sierra Leone, huwa pprojbit, skond ir-Riżoluzzjoni tal-UNSC 1171 (1998) ( 1 ), bla ħsara għall-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 2 u 3.

Artikolu 2

Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ma japplikawx lill-Gvern ta’ Sierra Leone, iżda l-provvisti jkunu suġġetti għall-indaġini tal-UN u l-Istati Membri tiegħu, skond paragrafu 2 u 4 tar-Riżoluzzjoni tal-UNSC 1171 (1998).

Artikolu 3

Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ma japplikawx għall-bejgħ jew provvista ta’ armi u materjal relatat għall-użu speċifiku fis-Sierra Leone tal-Grupp Militari osservanti tal-Komunità Ekonomika ta’ l-Istati Afrikani tal-Punent jew in-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 4

L-Istati Membri, skond il-liġijiet ta’ pajjiżhom, m’għandhomx jippermettu d-dħul jew t-transitu ġot-territorju tagħhom ta’ membri mexxejja ta’ex-ġunta militari u tar-Revolutionary United Front (RUF).

Il-persuni lil min tapplika din il-miżura għandhom jiġu nominati skond paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1171 (1998) tan-Nazzjonijiet Uniti. Eċċezzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati skond l-istess paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni msemmija ( 2 ).

▼M1

Il-miżuri previsti fl-ewwel paragrafu m’għandhomx japplikaw għall-vjaġġi ta’ kwalunkwe xhud li l-preżenza tiegħu hija meħtieġa quddiem il-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone.

▼B

L-ewwel paragrafu ma jistax jobbliga l-Istati Membri li jirrifjutaw id-dħul fit-territorju tagħhom għaċ-ċittadini tagħhom.

Artikolu 5

L-effetti tal-Pożizzjoni Komuni 97/826/PESK ( 3 ) għandhom jintemmu.

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mis-seħħ fil-5 ta’Ġunju 1998.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.



( 1 ) Paragrafu 2 tal-UNSCR 1171 (1998) jipprovdi għall-provvista lill-Gvern ta’Sierra Leone ta’ l-affarijiet suġġetti għall-embargo minn postijiet msemmijja għad-dħul skond lista mogħtija minn dak il-Gvern lis-Segretarju Ġenerali tal-UN, li għandu jinnotifika minnufih l-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti skond il-lista.

Paragrafu 4 tal-UNSCR 1171 (1998) jipprovdi għan-notifikazzjoni lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà ta’ l-esportazzjonijiet kollha lill-Sierra Leone ta’ l-affarijiet suġġetti għall-embargo kif stabbilit skond Riżoluzzjoni 1132 (1997), li l-Gvern ta’ Sierra Leone għandu jimmarka, jirreġistra u jinnotifika lill-Kumitat imsemmi dwar kull importazzjoni t’armi u affarijiet relatati u li l-Kumitat imsemmi għandu jirrapporta b’mod regolari lill UNSC dwar notifikazzjonijiet irċevuti.

( 2 ) Paragrafu 5 tal-UNSR 1171 (1998) jipprovdi li l-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-UN stabbilit mill-UNSCR 1132 (1997) għandu jinnomina l-persuni li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet tat-transitu u jista’ jawtorizza id-dħul jew it-transitu minn ġo Stat partikolari ta’ dawn il-persuni.

( 3 ) ĠU L 344, tal-15.12.1997, pġ. 6.