1998D0213 — MT — 21.04.2012 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta’ Marzu 1998, dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 080, 18.3.1998, p.41) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 209 |
33 |
2.8.2001 |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta’ Marzu 2012 |
L 109 |
20 |
21.4.2012 |
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Marzu 1998,
dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(98/213/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru, 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,
Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel “il-proċedura l-inqas oneruża possibbli li tkun konsistenti mas-sigurtà”; billi dan ifisser li jeħtieġ ikun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hix kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa ta’ l-intervent għal dak il-għan ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni;
Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tintwera fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;
Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu mplimentati, b’riferenza għal l-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;
Billi l-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 13(3)(a) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(b) jaqblu mas-sistemi msemmija fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;
Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-attestazzjoni ta’ konformità tal-prodotti u familji ta’ prodotti msemmija fl-Anness I għandha tkun skond proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.
Artikolu 2
Il-prodotti msemmija fl-Anness II għandu jkollhom il-prova tagħhom ta’ konformità permezz ta’ proċedura li biha, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika imħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkollu x’jaqsam fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.
Artikolu 3
Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità, kif mogħtija fl-Anness III, għandha tintwera f’ordnijiet għal speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej.
Artikolu 3a
Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness IV għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati Ewropej.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna, b’materjali ta’ Euro-Klassijiet ►M1 A1 ( 3 ), A2 (3) , B (3) , Ċ (3) , D, E, (A1 sa E) ( 4 ), F ◄ , maħsuba għal użu suġġett għal reazzjonijiet għal ħtiġijiet tan-nar.
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba biex in-nar jinqasam f’kompartimenti.
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba għal użu suġġett għal regolamenti dwar sustanzi perikoluzi.
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba għal użu suġġett għal regolamenti dwar “sigurtà fl-użu”.
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba għal użu ieħor.
ANNESS II
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna, b’materjali ta’ Klasssijiet-Euro ►M1 A1 ( 5 ), A2 (5) , B (5) , Ċ (5) ◄ , maħsuba għal użu suġġett għal reazzjonijiet għal ħtiġijiet tan-nar.
ANNESS III
ATTESTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ
Nota:
dwar kittijiet li jkollhom aktar minn użu wieħed maħsub għalihom kif imsemmi fil-familji li ġejjin, ix-xogħlijiet għall-korp approvat, li joħorġu mis-sistemi rilevanti għall-attestazzjoni ta’ konformità, huma kumulattivi.
FAMILJA TA’ PRODOTT:
KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA (1/5)
1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità
Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida rilevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:
|
Prodott(i) |
Maħsub(in) għal-użu |
Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) |
Sistema(i) ta’ ta’ attestazzjoni ta’ ta’ konformità |
|
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna |
Għal użu suġġett għal reazzjoni għal ħtiġijiet tan-nar |
1 (2) |
|
|
3 (4) |
|||
|
4 (5) |
|||
|
(1) ►M1 Prodotti/materajli li dwarhom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi). ◄ (2) Sistema 1: ara l-Anness III(2)(i) tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr eżami ta’ verifika ta’ kampjuni. (3) ►M1 Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar (1). ◄ (4) Sistema 3: Ara l-Anness III(2)(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà. (5) Sistema 4: Ara l-Anness III(2)(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibiltà. (6) ►M1 Prodotti/materali li ma jenħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/Materjali ta' Klassi A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE). ◄ |
|||
2. Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni ta’ konformità
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dan ir-rigward.
FAMILJA TA’ PRODOTT:
KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA (2/5)
1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità
Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida rilevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:
|
Prodott(i) |
Maħsub(in) għal-użu |
Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) |
Sistema(i) ta’ attestazzjoni ta’ konformità |
|
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna |
Biex in-nar jinqasam f’kompartimenti |
Liema jkun/u |
3 (1) |
|
(1) Sistema 3: l-Anness III(2)(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà |
|||
2. Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni ta’ konformità.
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dan ir-rigward.
FAMILJA TA’ PRODOTT:
KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA (3/5)
1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità
Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida rilevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:
|
Prodott(i) |
Maħsub(in) għal-użu |
Livell/i jew klassi/jiet |
Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |
|
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna |
Għall-użu suġġett għal regolamenti dwar sustanzi perikoluzi (1) |
— |
3 (2) |
|
(1) Partikolarment, dawk is-sustanzi perikolużi imfissrin fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE, kif emendata. (2) Sistema 3: Ara l-Anness III(2)(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà. |
|||
2. Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni ta’ konformità
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tiġi mposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dan ir-rigward.
FAMILJA TA’ PRODOTT:
KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA (4/5)
1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità
Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida rilevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:
|
Prodott(i) |
3. Maħsub(in) għal-użu |
Livell/i jew klassi/jiet |
Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |
|
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna |
Għal użu li jista’ jkollu riskji ta’ ‘sigurtà fl-użu’ u suġġett għal regolamenti bħal dawk |
— |
3 (1) |
|
(1) Sistema 3: Ara l-Anness III(2)(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà. |
|||
2. Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni ta’ konformità
Lispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi implimentata fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dan ir-rigward.
FAMILJA TA’ PRODOTT:
KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA (5/5)
1. Sistemi ta’ prova ta’ konformita
Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida rilevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:
|
Prodott(i) |
Maħsub(in) għal-użu |
Livell/i jew klassi/jiet |
Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |
|
Kittijiet ta’ diviżjoni nterna |
Għal użu ieħor barra dak imsemmi f’ 1/5, 2/5, 3/5 u 4/5 |
— |
4 (1) |
|
(1) Sistema 4: Ara l-Anness III(2)(ii) tad-Direttiva 89/106 KEE, it-tielet possibiltà |
|||
2. Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni ta’ konformità
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi mplimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni).F’dawk il-każi il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tiġi mposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dan ir-rigward.
ANNESS IV
FAMILJA TAL-PRODOTT
KITTIJIET TAD-DIVIŻJONI TAL-BORD TAL-ĠIBSUM (1/2)
Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità
Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej:
|
Prodott(i) |
Użu/i intenzjonat(i) |
Livell(i) jew klassi(jiet) |
Attestazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità |
|
Kittijiet/sistemi ta’ diviżjoni interna |
Għall-użi kollha mhux suġġetti għar-reazzjoni għar-rekwiżiti dwar in-nar |
kwalunkwe |
3 |
|
Sistema 3: Ara Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà |
|||
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ karatteristika bħal din ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.
FAMILJA TAL-PRODOTT
KITTIJIET TAD-DIVIŻJONI TAL-BORD TAL-ĠIBSUM (2/2)
Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità
Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, is-CEN hija mitluba li tispeċifika s-sistema/sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fl-istandards armonizzati relevanti:
|
Prodott(i) |
Użu/i intenzjonat(i) |
Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għan-nar) |
Attestazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità |
|
Kittijiet/sistemi ta’ diviżjoni interna |
użi suġġetti għar-reazzjonji għar-rekwiżiti dwar in-nar |
1 |
|
|
3 |
|||
|
(A1 sa E) (3), F |
4 |
||
|
(1) Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku). (2) Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota f’qiegħ il-paġna (1). (3) Prodotti/materjali li mhux neċessarju li jsirilhom test għar-reazzjoni għan-nar (eż. prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23)). Sistema 1: Ara l-Anness III.2.(i) tad-Direttiva 89/106/KEE mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni. Sistema 3: Ara l-Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, It-tieni possibbiltà. Sistema 4: Ara l-Anness III.(2).(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE It-tielet possibbiltà. |
|||
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.
( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.
( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.
( 3 ) Prodotti/materjali mhux koperti b'nota ta' l-aħħar 2 fl-Anness II.
( 4 ) Prodotti/materjali li ma jenħtiegux li jkun ittestjati għar-reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/materjali ta' Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).
( 5 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).