1997R1467 — MT — 13.12.2011 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1467/97

tas-7 ta' Lulju 1997

dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

(ĠU L 209, 2.8.1997, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1056/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005

  L 174

5

7.7.2005

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011

  L 306

33

23.11.2011




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1467/97

tas-7 ta' Lulju 1997

dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t- ►M2  Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ◄ , u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ►M2  t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) ◄ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Istitut Monetarju Ewropew,

(1)

Billi huwa meħtieġ li titħaffef u li tiġi ċċarata l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv imniżżla ►M2  fl-Artikolu 126 tat-TFUE ◄ sabiex ma jħallux li jkun hemm żbilanċi eċċessivi ġenerali tal-gvern u, jekk dawn jiġru, sabiex tissokta l-korrezzjoni fil-pront tagħhom; billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li huma għall-effett imsemmi hawn fuq u adottati taħt ►M2  l-Artikolu 126(14) it-tieni subparagrafu ◄ , jikkostitwixxu, flimkien ma' dawk ta' Protokoll (Nru 5) li jinsab mat-Trattat, sett integrat ġdid ta' regoli għall-applikazzjoni ►M2  tal-Artikolu 126 ◄ ;

(2)

Billi l-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir huwa msejjes fuq il-għan ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għal prezzjiet stabbli u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu sabiex iwassal għall-ħolqien ta' l-impjiegi;

(3)

Billi l-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir jikkonsisti f'dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 ( 3 ) li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sorveljanza tal-posizzjonijiet ta' l-estimi u s-sorveljanza u koordinazzjoni ta' politika ekonomika u tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir ( 4 ), li fih, skond l-Artikolu ►M1  4 ◄ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, linji gwida sodi politiċi huma maħruġa sabiex jimplimentaw il-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir b'mod strett u f'waqtu u b'mod partikolari sabiex iżommu ma' l-għan f'terminu ta' żmien medju għall-posizzjonijiet ta' l-estimi ta' qrib bilanċ jew bilanċ favorevoli, li għalihom l-Istat Membri kollha għandhom impenn, u li jieħdu l-azzjoni korrettiva ta' l-estimi li huma jqisu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programmi ta' stabbilità u ta' konverġenza tagħhom, kull meta jkollhom informazzjoni li tindika diverġenza attwali jew mistennija sinifikanti mill-għan ta' l-estimi fuq terminu medju ta' żmien;

(4)

Billi fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) l-Istati Membri huma, skond ►M2  l-Artikolu 126 tat-TFUE ◄ , taħt obbligazzjoni tat-Trattat ċara sabiex ikunu evitati żbilanċi eċċessivi tal-gvern; Billi taħt l-Artikolu 5 ta' Protokol (Nru 11) li jinsab mat-Trattat, ►M2  il-paragrafi 1, 9 u 11 tal-Artikolu 126 ◄ ma japplikawx għar-Renju Unit sakemm ma jimxix għat-tielet stadju; billi l-obbligazzjoni taħt l-Artikolu ►M1  116 ◄ (4) li jsiru sforzi sabiex jiġu evitati żbilanċi eċċessivi tibqa' tkompli tapplika għar-Renju Unit;

(5)

Filwaqt li d-Danimarka, waqt li rreferit għall-paragrafu 1 ta' Protokoll (Nru 12) li jinsab mat-Trattat innotifikat, fil-kuntest tad-deċiżjoni ta' Edinburgh, li hi mhix sejra tipparteċipa fit-tielet stadju; billi, għalhekk, skond il-paragrafu 2 ta' l-imsemmi Protokoll, ►M2  il-paragrafi 9 u 11 tal-Artikolu 126 ◄ m'għandhomx japplikaw għad-Danimarka;

(6)

Whereas in stage three of EMU Member States remain responsible for their national budgetary policies, subject to the provisions of the Treaty; whereas the Member States will take the necessary measures in order to meet their resonsibilities in accordance with the provisions of the Treaty;

(7)

Whereas adherence to the medium-term objective of budgetary positions close to balance or in surplus to which all Member States are committed, contributes to the creation of the appropriate conditions for price stabilitity and for sustained growth conducive to employment creation in all Member States and will allow them to deal with normal cyclical fluctuations while keeping the government deficit within the 3 % of GDP reference value;

(8)

Whereas for EMU to funktion properly, it is necessary that convergence of econimic and budgetary performances of Member States which have adopted the single currency, hereafter referred to as “participating Member States”, proves stable and durable; whereas budgetary discipline is necessary in stage three of EMU to safeguard price stability;

(9)

Billi skond l-Artikolu 109k(3) ►M2  l-Artikolu 126, 9 u 11 ◄ japplikaw biss għal Stati Membri li jipparteċipaw;

(10)

Billi huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' eċċess eċċezzjonali u temporanju fuq il-valur ta' referenza kif imsemmi ►M2  fl-Artikolu 126(2)(a) ◄ ; billi l-Kunsill għandu f'dan il-kuntest, inter alia, jagħti kont tat-tbassir ta' l-estimi pluriannwali ipprovdut mill-Kummissjoni;

(11)

Billi rapport tal-Kummissjoni skond ►M2  l-Artikolu 126(3) ◄ għandu jagħti kont ukoll dwar jekk l-iżbilanċ tal-gvern jeċċedix l-ispiża ta' l-investiment tal-gvern u jagħti kont tal-fatturi l-oħra kollha relevanti, inkluża l-pożizzjoni ekonomika u ta' l-estimi f'terminu ta' żmien medju ta' l-Istat Membru;

(12)

Filwaqt li hemm il-ħtieġa li jkunu stabbiliti limiti ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni vantaġġjuża u effettiva tagħha; billi huwa meħtieġ f'dan il-kuntest li jingħata kont tal-fatt li s-sena ta' l-estimi tar-Renju Unit ma tikkoinċidix mas-sena kalendarja;

(13)

Billi hemm il-ħtieġa li jkun speċifikat kif is-sanzjonijiet li għalihom hemm provdut ►M2  fl-Artikolu 126 ◄ jistgħu ikunu mposti sabiex tkun assigurata implimentazzjoni effettiva tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv;

(14)

Billi sorveljanza rinforzata taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 flimkien mal- kontrolli tal-Kummissjoni ta' pożizzjonijiet ta' l-estimi skond ►M2  il-paragrafu 2 tal-Artikolu 126 ◄ għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva u rapida tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv;

(15)

Billi fid-dawl ta' dak li ntqal fuq, fil-każ li Stat Membru li jipparteċipa jonqos milli jieħu azzjoni effettiva biex jikkoreġi żbilanċ eċċessiv, perjodu massimu ta' għaxar xhur mid-data ta' meta jiġu rrapportati il-figuri li jindikaw l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv sad-deċiżjoni li jiġu mposti s-sanzjonijiet, fejn meħtieġ, tidher kemm possibbli kif ukoll xieraq sabiex issir pressjoni fuq l-Istat Membru li jipparteċipa konċernat sabiex jieħu dik l-azzjoni; f'dan il-każ, u jekk il-proċedura tibda f'Marzu, din għandha tirriżulta f'li jkunu mposti sanzjonijiet matul is-sena kalendarja li fiha tkun inbdiet il-proċedura;

(16)

Billi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-korrezzjoni ta' żbilanċ eċċessiv jew il-passi li jiġu aktar tard tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, kellhom jiġu antiċipati mill-Istat Membru kkonċernat, li kien ġà kellu twiddiba kmieni; billi s-serjetà ta' żbilanċ eċċessiv fit-tielet stadju għandha titlob azzjoni urġenti minn dawk kollha involuti;

(17)

Billi jkun xieraq li tinżamm il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jekk l-Istat Membru konċernat jieħu azzjoni xierqa b'risposta għar-rakkomandazzjoni taħt ►M2  l-Artikolu 126(7) ◄ jew avviż maħruġ taħt ►M2  l-Artikolu 126(9) ◄ sabiex tipprovdi inċentiv lill-Istati Membri biex hekk jaġixxu; billi l-perjodu ta' żmien li matulu l-proċedura tinżamm wieqfa m'għandux ikun inkluż fil-perjodu massimu ta' għaxar xhur bejn id-data tar-rapport li jindika l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv u l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet; billi jkun xieraq li l-proċedura titkompla immedjatament jekk l-azzjoni maħsuba ma tkunx implimentata jew jekk l-azzjoni implimentata tkun qed tidher li hija inadegwata;

(18)

Billi, sabiex ikun assigurat li l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha effett deterrent suffiċjenti, jkun hemm il-ħtieġa ta' depożitu mingħajr imgħax ta' daqs xieraq mill-Istat Membru li jipparteċipa, kull meta l-Kunsill jiddeċiedi li jimponi sanzjoni;

(19)

Billi d-definizzjoni ta' sanżjonijiet fuq skala preskritta tirriżulta f'ċertezza legali; billi huwa xieraq li l-ammont tad-depożitu jkun irrelatat mal-GDP ta' l-Istat Membru li jipparteċipa ikkonċernat;

(20)

Billi, kull meta l-impożizzjoni ta' depositu mingħajr imgħax ma tħajjarx lill-Istat Membru li jipparteċipa kkonċernat sabiex jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv tiegħu fi żmien debitu, huwa xieraq li jiġu ntensifikati s-sanzjonijiet; billi jkun imbagħad xieraq li d-depożitu jiġi mibdul f'multa;

(21)

Billi azzjoni adattata mill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat sabiex jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv tiegħu hija l-ewwel pass lejn it-tneħħija tas-sanzjonijiet; billi progress sinifikanti fil-korrezzjoni ta' l-iżbilanċ eċċessiv għandu jippermetti l-waqfien tas-sanzjonijiet skond ►M2  il-paragrafu 12 tal-Artikolu 126 ◄ ; billi t-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha li jkunu għadhom fis-seħħ għandha tiġri biss malli l-iżbilanċ eċċessiv jiġi kkoreġut kollu kemm hu;

(22)

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ( 5 ) fih regoli dettaljati għar-rappurtaġġ tat-tagħrif dwar l-estimi mill-Istati Membri;

(23)

Billi, skond l-Artikolu ►M1  117 ◄ (8), fejn it-Trattat jipprovdi għal rwol konsultattiv għall-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), referenzi għall-BĊE għandhom jinqraw bħallikieku jirreferu għall-Istitut Monetarju Ewropew qabel l-istabbiliment ta' l-BĊE,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



TAQSIMA 1

DEFINIZZJONIJIET U STIMI

▼M2

Artikolu 1

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex titħaffef u tiġi ċċarata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Dan l-għan tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv huwa sabiex jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern u, jekk iseħħu, li jinkoraġġixxi aktar il-korrezzjoni tagħhom, meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata abbażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament “Stati Membri parteċipanti” għandha tfisser ‘dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

▼B

Artikolu 2

▼M2

1.  L-eċċess tad-defiċit tal-gvern fuq il-valur referenzjali għandu jitqies bħala eċċezzjonali, b’mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-TFUE, meta jirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat b’impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali, jew meta jirriżulta minn tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku.

▼B

Minbarra dan, l-eċċess fuq il-valur ta' referenza għandu jiġi kkunsidrat temporanju jekk it-tbassir ta' l-iżbilanċ kif hemm provdut għalih mill-Kummissjoni jindika li l-iżbilanċ għandu jaqa' taħt il-valur ta' referenza wara li jintemm l-avveniment mhux normali jew ir-riċessjoni ekonomika severa.

▼M2

1a.  Meta jaqbeż il-valur referenzjali, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u joqrob il-valur referenzjali b’pass sodisfaċenti skont il-punt (b) tal-Artikolu 126(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jekk id-differenzjal fir-rigward tal-valur referenzjali tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b’rata medja ta’ wieħed minn kull għoxrin kull sena bħala valur referenzjali, abbażi tal-bidliet matul it-tliet snin li għaddew li għalihom hi disponibbli d-data.

Ir-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jitqies ukoll sodisfatt jekk it-tbassir baġitarju mill-Kummissjoni jindika li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenzjal ser iseħħ matul il-perjodu ta’ tliet snin li jinkorpora s-sentejn ta’ wara l-aħħar sena li għaliha hi disponibbli d-data. Għal Stat Membru li huwa soġġett għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv fit-8 ta’ Novembru 2011 u għal perjodu ta’ tliet snin mill-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, ir-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jitqies sodisfatt jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħmel progress suffiċjenti lejn il-konformità kif ivvalutata fl-opinjoni adottata mill-Kunsill dwar il-programm ta’ stabbiltà u konverġenza tiegħu.

Fl-implimentazzjoni tal-aġġustament tal-valur referenzjali tal-proporzjon tad-dejn, għandha tiġi kkunsidrata l-influwenza taċ-ċiklu fuq il-pass tat-tnaqqis tad-dejn.

▼M1

2.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill, meta jivvalutaw u jiddeċiedu dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv skond ►M2  l-Artikolu 126(3) sa(6) tat-TFUE ◄ , jistgħu jikkunsidraw eċċess 'il fuq mill-valur ta' referenza li jirriżulta minn riċessjoni ekonomika severa bħala eċċezzjonali fis-sens tat-tieni inċiż ►M2  tal-Artikolu 126(2)(a) ◄ jekk l-eċċess 'il fuq mill-valur ta' referenza jirriżulta minn rata ta' tkabbir ta' volum tal-GDP annwali negattiva jew minn telf akkumulat ta' l-output matul perijodu prolungat ta' tkabbir tal-volum baxx ħafna tal-GDP annwali meta paragunat mal-potenzjal tiegħu.

▼M2

3.  Meta tħejji rapport taħt l-Artikolu 126(3) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f’dak l-Artikolu, sakemm dawn jaffettwaw b’mod sinifikanti l-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn mill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rapport għandu jirrifletti, kif xieraq:

(a) l-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika għall-perjodu medju, b’mod partikolari, it-tkabbir potenzjali, inklużi l-kontribuzzjonijiet varji pprovduti mix-xogħol, l-akkumulazzjoni ta’ kapital u l-prodottività tal-fatturi totali, l-iżviluppi ċikliċi u l-pożizzjoni tat-tfaddil nett tas-settur privat;

(b) l-iżviluppi fil-pożizzjonijiet baġitarji għall-perjodu medju, inkluż b’mod partikolari r-rekord tal-aġġustament lejn l-għan tal-estimi fuq terminu medju ta’ żmien, il-livell ta’ bilanċ primarju u żviluppi fin-nefqa primarja, kemm kurrenti u kemm kapitali, l-implimentazzjoni ta’ politika fil-kuntest tal-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika fil-kuntest tal-istrateġija ta’ tkabbir komuni għall-Unjoni, u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari, l-effettività ta’ oqfsa baġitarji nazzjonali;

(c) l-iżviluppi fil-pożizzjoni tad-dejn tal-gvern għal terminu medju, id-dinamika u s-sostenibbiltà tagħha (b’mod partikolari, il-fatturi ta’ riskju inklużi l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn, l-aġġustament tal-flussi tal-istokks u l-kompożizzjoni tiegħu, ir-riżervi akkumulati u assi oħra finanzjarji, il-garanziji, b’mod partikolari dawk marbuta mas-settur finanzjarju; u kwalunkwe responsabbiltà impliċita marbuta max-xjuħija u d-dejn privat sal-punt li jista’ jirrappreżenta responsabbiltà impliċita kontinġenti għall-gvern);

Il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa u espliċita lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex tkun ivvalutata b’mod komprensiv il-konformità mal-kriterji tad-defiċit u d-dejn u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni. F’dak il-kuntest, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari għal: kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim ta’ solidarjetà internazzjonali u għall-kisba tal-miri tal-politika tal-Unjoni; id-dejn li jsir fil-forma ta’ appoġġ bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri fil-kuntest tas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja u d-dejn relatat mal-operazzjonijiet ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja waqt tfixkil finanzjarju ewlieni.

4.  Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu valutazzjoni kumplessiva bbilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, speċifikament il-limitu safejn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta’ aggravazzjoni jew ta’ mitigazzjoni. Meta jivvalutaw il-konformità abbażi tal-kriterju tad-defiċit, jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur referenzjali, għandu jittieħed kont ta’ dawn il-fatturi fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv kif previst fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-TFUE biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali — li, qabel ma jittieħed kont ta’ dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit ġenerali tal-gvern jibqa’ qrib il-valur referenzjali u l-eċċess tiegħu fuq il-valur referenzjali jkun temporanju — tiġi sodisfatta b’mod sħiħ.

Madanakollu, għandu jittieħed kont ta’ dawn il-fatturi fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv meta tiġi vvalutata l-konformità abbażi tal-kriterju tad-dejn.

5.  Meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità mal-kriterji ta’ defiċit u ta’ dejn u fil-passi sussegwenti tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa lill-implimentazzjoni ta’ riformi tal-pensjoni li jintroduċu sistema b’diversi pilastri li tinkludi pilastru obbligatorju ffinanzjat kompletament u l-kost nett tal-pilastru ġestit b’mod pubbliku. B’mod partikolari, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi tas-sistema ġenerali tal-pensjoni maħluqa mir-riforma, jiġifieri jekk tippromwovix is-sostenibbiltà għall-perjodu twil mingħajr ma żżid ir-riskji għall-pożizzjoni baġitarja għall-perjodu medju.

6.  Jekk il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi taħt l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom, fil-passi proċedurali sussegwenti ta’ dak l-Artikolu tat-TFUE, jikkunsidraw il-fatturi rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, billi huma jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż kif speċifikat fl-Artikolu 3(5) u Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-iffissar ta’ skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv u eventwalment fl-estensjoni tal-iskadenza. Madanakollu, dawk il-fatturi rilevanti m’għandhomx jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE dwar it-tħassir ta’ xi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet kollha skont il-paragrafi 6 sa 9 u l-paragrafu 11 tal-Artikolu 126 TFUE.

7.  Fil-każ ta’ Stati Membri fejn l-eċċess tad-defiċit fuq il-valur referenzjali jirrifletti l-implimentazzjoni ta’ riformi tal-pensjonijiet bl-introduzzjoni ta’ sistema b’diversi pilastri li tinkludi pilastru obbligatorju ffinanzjat kompletament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom iqisu wkoll l-ispiża tar-riforma meta jivvalutaw l-iżviluppi fiċ-ċifri tad-defiċit fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv sakemm id-defiċit ma jeċċedix b’mod sinifikanti livell li jista’ jitqies qrib il-valur referenzjali, u l-proporzjon tad-dejn ma jeċċedix il-valur referenzjali bil-kondizzjoni li tinżamm is-sostenibbiltà fiskali ġenerali. Għandu jittieħed kont tal-kost nett ukoll għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE dwar it-tneħħija ta’ wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew tad-deċiżjonijiet tiegħu kollha taħt il-paragrafi 6 sa 9 u 11 tal-Artikolu 126 TFUE, jekk id-defiċit ikun naqas sostanzjalment u kontinwament u jkun laħaq livell li joqrob il-valur referenzjali.

▼M2



TAQSIMA 1 A

DJALOGU EKONOMIKU

Artikolu 2a

1.  Bl-iskop li jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u bl-iskop li jkunu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà politika, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Eurogroup sabiex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu d-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, avviżi taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE u deċiżjonijiet tal-Kunsill meħuda skont l-Artikolu 126(11) tat-TFUE.

Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat minn dawn id-deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew avviżi sabiex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet

2.  Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼B



TAQSIMA 2

TĦAFFIF TAL-PROĊEDURA TA' L-IŻBILANĊ EĊĊESSIV

Artikolu 3

1.  Fi żmien ġimgħatejn mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport maħruġ skond ►M2  l-Artikolu 126(3) ◄ , il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jifformola opinjoni skond ►M2  l-Artikolu 126(4) ◄ .

▼M2

2.  B’kont sħiħ meħud tal-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk tqis li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza opinjoni u proposta lill-Kunsill skont il-paragrafi (5) u (6) tal-Artikolu 126 tat-TFUE u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b’dan.

▼M1

3.  Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv skond ►M2  l-Artikolu 126(6) tat-TFUE ◄ , bħala regola fi żmien erba' xhur tad-dati ta' rappurtar stabbiliti ►M2  fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 ◄ . Meta jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu fl-istess ħin jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru konċernat skond ►M2  l-Artikolu 126(7) tat-TFUE ◄ .

▼M2

4.  Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-TFUE għandha tistabbilixxi skadenza massima ta’ sitt xhur għal azzjoni effettiva li trid tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat. Meta l-livell ta’ gravità tas-sitwazzjoni jkun jiġġustifikaha, l-iskadenza għal azzjoni effettiva tista’ tkun ta’ tliet xhur. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, li għandha titlesta fis-sena ta’ wara l-identifikazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, abbażi tat-tbassir li huwa l-bażi tar-rakkomandazzjoni, ikunu konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala valur referenzjali, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjoni.

4a.  Sal-iskadenza prevista fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tan-nefqa u d-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. L-Istat Membru għandu jagħmel ir-rapport pubbliku.

5.  Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva b’konformità mar-rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni jseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE. L-avviż rivedut, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament jista’, b’mod partikolari, jestendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena bħala regola. Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fir-rakkomandazzjoni tiegħu. Fil-każ ta’ tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni ġeneralment, il-Kunsill jista’ wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perjodu medju.

▼B

Artikolu 4

▼M2

1.  Kull deċiżjoni mill-Kunsill taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE sabiex jagħmel pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fejn ikun stabbilit li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva għandha tittieħed immedjatament wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit skont l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-Kunsill, meta jikkunsidra jekk itteħditx azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-TFUE, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 3(4a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

Meta l-Kunsill jistabbilixxi, skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jieħu azzjoni effettiva, huwa għandu għaldaqstant jirrapporta lill-Kunsill Ewropew.

▼M1

Artikolu 5

▼M2

1.  Kull deċiżjoni tal-Kunsill li jingħata avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit f’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-TFUE għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva. Fl-avviż, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, abbażi tat-tbassir li huwa l-bażi tal-avviż, huma konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala valur referenzjali, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fl-avviż. Il-Kunsill għandu wkoll jindika miżuri li jwasslu għall-kisba ta’ dawk il-miri.

1a.  B’segwitu għall-avviż tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għalih. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għal miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tan-nefqa u d-dħul, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jieħu, jekk ikun meħtieġ, deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. L-Istat Membru għandu jagħmel ir-rapport pubbliku.

2.  Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet f’konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE. L-avviż rivedut, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, jista’, partikolarment, jestendi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena. Il-Kunsill jista’ jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. Fil-każ ta’ tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni ġeneralment, il-Kunsill jista’ wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE fuq il-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perjodu medju.

Artikolu 6

1.  Meta jikkunsidra jekk ittieħditx azzjoni effettiva b’reazzjoni għall-avviż tiegħu magħmul f’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-TFUE, il-Kunsill għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport imressaq mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 5(1a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kull deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-riżultat tal-missjoni ta’ sorveljanza mwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat.

2.  Meta l-kondizzjoniet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 126(11) tat-TFUE jiġu sodisfatti, il-Kunsill għandu jimponi sanzjonijiet f’konformità ma’ dak l-Artikolu. Kull deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE li tagħti avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu l-miżuri.

Artikolu 7

Jekk Stat Membru parteċipanti ma jikkonformax mal-atti suċċessivi tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) u (9) tat-TFUE, id-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE li jimponi sanzjonijiet għandha tittieħed bħala regola fi żmien sittax-il xahar mid-dati ta’ rapportaġġ stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009. Fejn jiġu applikati l-Artikolu 3(5) jew l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, l-iskadenza ta’ sittax-il xahar għandha tiġi għaldaqstant aġġustata. Għandha ttintuża proċedura xierqa fil-każ ta’ defiċit ippjanat deliberatament li l-Kunsill jiddeċiedi li hu eċċessiv.

Artikolu 8

Kull deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE biex jintensifika s-sanzjonijiet għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Kull deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(12) tat-TFUE biex jitneħħew uħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet tiegħu kollha skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.

▼B



TAQSIMA 3

SOSPENSJONI U KONTROLLI

Artikolu 9

1.  Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tinżamm sospiża:

 jekk l-Istat Membru konċernat jaġixxi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond ►M2  l-Artikolu 126(7) ◄ ,

 jekk l-Istat Membru li jipparteċipa konċernat jaġixxi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond ►M2  l-Artikolu 126(7) ◄ ,

▼M1

2.  Il-perijodu li matulu l-proċedura tibqa' sospiża m'għandux jiġi inkluż, la fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 6 u lanqas fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

▼M1

3.  Wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 3(4) u wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fit-tieni sentenza ta' ►M2  l-Artikolu 6(2) ◄ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill jekk hija tqis li l-miżuri meħudin huma biżżejjed biex jiġi żgurat progress adegwat lejn il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fil-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Kunsill, dment li jiġu implimentati fis-sħiħ u li l-iżviluppi ekonomiċi huma konformi mal-previżjonijiet. Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni għandha tinħareġ għall-pubbliku.

▼B

Artikolu 10

▼M2

1.  Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jissorveljaw b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-azzjoni meħuda.

▼B

 mill-Istat Membru konċernat b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond ►M2  l-Artikolu 126(7) ◄ ,

 mill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat b'rispons għall-avviżi mogħtija taħt ►M2  l-Artikolu 126(9) ◄ ,

2.  Jekk azzjoni minn Stat Membru li jipparteċipa konċernat ma tkunx qed tiġi implimentata jew, fl-opinjoni tal-Kunsill tkun inadegwata, il-Kunsill għandu immedjatament jieħu deċiżjoni taħt ►M2  l-Artikolu 126(9) ◄ u ►M2  l-Artikolu 126(11) ◄ rispettivament.

3.  Jekk tagħrif attwali skond ►M2  Regolament (KE) Nru 479/2009 ◄ jindika li l-iżbilanċ eċċessiv ma ġiex ikkorreġut minn Stat Membru li jipparteċipa fil-limiti taż-żmien speċifikati jew f'rakkomandazzjonijiet maħruġa taħt ►M2  l-Artikolu 126(7) ◄ jew avviżi maħruġa taħt ►M2  l-Artikolu 126(9) ◄ , il-Kunsill għandu immedjatament jieħu azzjoni taħt ►M2  l-Artikolu 126(9) ◄ jew ►M2  l-Artikolu 126(11) ◄ rispettivament.

▼M2

Artikolu 10a

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel missjonijiet ta’ valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membri u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe riskju jew diffikultà ta’ konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  Tista’ ssir sorveljanza msaħħa għal Stati Membri li jkunu s-suġġett ta’ rakkomandazzjonijiet u avviżi b’segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 126(11) tat-TFUE għall-finijiet ta’ monitoraġġ ta’ fuq il-post. L-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-preparazzjoni u t-tmexxija tal-missjoni.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk ikun xieraq, biex jieħdu sehem f’missjonijiet ta’ sorveljanza fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew li jipparteċipa fil-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja ( 6 ) (ERM II).

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni msemmija fil-paragarafu 2 u tista’ tiddeċiedi li tagħmel il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku.

5.  Meta torganizza missjonijiet ta’ sorveljanza msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-konklużjonijiet proviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.

▼B



TAQSIMA 4

SANZJONIJIET

▼M2

Artikolu 11

Kull meta l-Kunsill jiddeċiedi, taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE, li jimponi sanzjonijiet fuq Stat Membru parteċipanti, bħala regola għandha tkun meħtieġa multa. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jissupplimenta tali multa bil-miżuri l-oħrajn previsti fl-Artikolu 126(11) tat-TFUE.

Artikolu 12

1.  L-ammont tal-multa għandu jikkonsisti minn komponent fiss ugwali għal 0,2 % tal-PDG, u komponent li jvarja. Il-komponent varjabbli għandu jammonta għal wieħed minn għaxra tal-valur assolut tad-differenza bejn il-bilanċ bħala perċentwal tal-PDG fis-sena preċedenti u jew il-valur referenzjali għall-bilanċ tal-gvern, jonkella, jekk in-nuqqas ta’ konformità mad-dixxiplina baġitarja jinkludi l-kriterju tad-dejn, il-bilanċ tal-gvern bħala perċentwal tal-PDG li kellu jinkiseb fl-istess sena skont l-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.

2.  Kull sena sussegwenti għal dik li fiha tkun imposta multa, sa meta tiġi revokata d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b’reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-TFUE. F’din il-valutazzjoni annwali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 126(11) tat-TFUE, li jintensifika s-sanzjonijiet, sakemm l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ma jkunx ikkonforma mal-avviż tal-Kunsill. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jimponi multa addizzjonali, għandha tkun ikkalkulata bl-istess mod bħal tal-komponent varjabbli tal-multa msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-ebda multa waħdanija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandha taqbeż 0,5 % tal-PDG.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 14

1.  Skond ►M2  l-Artikolu 126(12) ◄ , il-Kunsill għandu jneħħi s-sanzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni inċiżi ta' ►M2  l-Artikolu 126(11) ◄ skond kemm ikun sinifikanti l-progress magħmul mill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat f'li jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv.

Artikolu 15

Skond ►M2  l-Artikolu 126(12) ◄ , il-Kunsill għandu jneħħi kull sanzjoni fis-seħħ jekk id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv titneħħa. Multi imposti skond ►M2  l-Artikolu 12 ◄ ta' dan ir-Regolament ma jingħatawx lura lill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat.

▼M2

Artikolu 16

Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati għall-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Meta l-Istati Membri parteċipanti joħolqu mekkaniżmu ta’ stabbiltà ieħor li jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tkun salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, l-ammont tal-multi għandu jiġi assenjat lil dak il-mekkaniżmu.

▼B



TAQSIMA 5

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 17

Għall-għan ta' dan ir-Regolament u sakemm ir-Renju Unit ikollu sena ta' budget li mhix sena kalendarja, id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għar-Renju Unit skond l-Anness.

▼M2

Artikolu 17a

1.  Sat-28 ta’ Diċembru 2014 u kull hames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jivvaluta, inter alia:

(a) l-effettività ta’ dan ir-Regolament;

(b) il-progress li jsir sabiex jiġi żgurat koordinament iktar mill-qrib tal-linji ta’ politika ekonomika u tal-konverġenza kontinwa fl-attività ekonomika tal-Istati Membri skont it-TFUE.

2.  Fejn ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrau 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.

3.  Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Ez a rendelet teljes egészében kötelező és közvetlenül alkalmazandó valamennyi tagállamban.

▼M1




ANNESS

LIMITI TA' ŻMIEN APPLIKABBLI GĦAR-RENJU UNIT

1. Sabiex ikun żgurat trattament ugwali għall-Istati Membri kollha, il-Kunsill, meta jieħu deċiżjonijiet fit-Taqsimiet 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament, għandu jieħu konsiderazzjoni tas-sena ta' l-estimi differenti tar-Renju Unit, bil-ħsieb li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tar-Renju Unit f'punt fis-sena ta' l-estimi tiegħu simili għal dik li fiha ttieħdu jew ser jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-każ ta' Stati Membri oħrajn.

2. Id-dispożizzjonijiet speċifikati fil-Kolonna I għandhom jiġu sostitwiti bid-dispożizzjonijiet speċifikati fil-Kolonna II.



Kolonna I

Kolonna II

“bħala regola, fi żmien erba' xhur mid-dati ta' rappurtar stabbiliti ►M2  Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 ◄

(l-Artikolu 3(3))

“bħala regola, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena ta' l-estimi li fiha seħħ id-defiċit”

“is-sena ta' wara l-identifikazzjoni tiegħu”

(l-Artikolu 3(4))

“is-sena ta' l-estimi li tiġi wara l-identifikazzjoni tiegħu”

“bħala regola, fi żmien sittax-il xahar mid-dati ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93”

(l-Artikolu 7)

“bħala regola, fi żmien tmintax-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' l-estimi li fiha seħħ id-defiċit”

“is-sena preċedenti”

(l-Artikolu 12(1))

“is-sena ta' l-estimi preċedenti”



( 1 ) ĠU C 368, tas-6.12.1996, p. 12.

( 2 ) ĠU C 380, tas-16.12.1996, p. 29.

( 3 ) Ara p. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 4 ) ĠU C 236, tat-2 8.1997, p. 1.

( 5 ) ĠU L 332, tal-31.12.1993, p. 7.

( 6 ) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.