1997D0556 — MT — 14.01.2011 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Lulju 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti ta’ l-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

(Text b’relevanza ŻEE)

(97/556/KE)

(ĠU L 229, 20.8.1997, p.14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Jannar 2001

  L 209

33

2.8.2001

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Jannar 2011

  L 10

5

14.1.2011




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Lulju 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti ta’ l-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

(Text b’relevanza ŻEE)

(97/556/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/63/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tiċċertifika l-konformità ta’ prodott, “il-proċedura l-inqas oneruża possibli konsistenti mas-sigurta”; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal ċertu prodott jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-fabbrikant hija kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew, jekk għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat tal-attestazzjoni hijiex għalhekk meħtieġa;

Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieħ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fil-mandati u l-speċifikazzjonijiet tekniċi; billi għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi iż-żewġ proċeduri li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, la darba l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3) (a) tikkorispondi għas-sistemi elenkati fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u tielet possibbiltajiet tas-sezzjoni 2 (ii) ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3) (b) tikkorispondi għas-sistemi elenkati fis-sezzjoni 2 (i) ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbilità, b’sorveljanza kontinwa, tas-sezzjoni 2(ii) ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom ċċertifikata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fil-kalkolazzjoni u s-sorvelljanza tal-produzzjoni tal-prodott innifsu.

▼M2

Artikolu 2

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal-linji gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati Ewropej.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

Is-sistemi komposti ta’ insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar, li jużaw prodotti kklassifikati fir-rigward tar-reazzjoni għan-nar bħal ►M1  A1 ( 3 ), A2 (3) , B (3) , Ċ (3) , D, E, (A1 sa E) ( 4 ), F ◄ intiżi biex ikunu applikati fuq ħitan esterni soġġetti għar-regolamenti dwar in-nar u s-sistemi kompost ta’ l-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-ilixxar, intiżi li jkunu applikati fuq ħitan esterni li mhumiex soġġetti għar-regolamenti dwar in-nar.

Is-sistemi komposti għall-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar, li jużaw prodotti kklassifikati fir-rigward tar-reazzjoni kontra nar bħal ►M1  A1 ( 5 ), A2 (5) , B (5) , Ċ (5)  ◄ intiżi biex ikunu applikati fuq ħitan esterni soġġetti għar-regolamenti dwar in-nar.




ANNEX II

FAMILJA TA’ PRODOTTI

SISTEMI KOMPOSTI TA’ L-INSULAZZJONI TERMALI ESTERNA/SETTIJIET GĦALL-ILLIXXAR (1/1)

Sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu intiż tagħhom elenkat hawn taħt, l-EOTA hija mitluba li tispeċifika is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fil-Linji ta’ Gwida relevanti għall-approvazzjoni tekniċi Ewropej:



Prodott(i)

Użu(i) intiż

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar)

Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità

Sistemi komposti ta’ insulazzjoni termika esterna/settijiet ta’ l-illixxar (ETICS)

F’ħitan esterni suġġetti għar-regolament dwar in-nar

►M1  A1 (1), A2 (1), B (1), Ċ (1)  ◄

1

►M1  A1 (2), A2 (2), B (2), Ċ (2), D, E, (A1 sa E) (3), F ◄

2+

F’ħitan esterni li ma humiex suġġetti għar-regolament dwar in-nar

kwalunkwe

2+

(1)    ►M1  Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi). ◄

(2)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar 1. ◄

(3)   Prodotti/materjali li ma jenħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/Materjali ta' Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).

Is-Sistema 1: Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (i) tad-Direttiva 89/106/KEE; mingħajr it-testijiet ta’ l-awditjar tal-kampjuni

Is-Sistema 2+: Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibilità, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta’ spezzjoni inizzjali tal-fabbrika u l-kontrol tal-produzzjoni fil-fabbrika kif ukoll is-sorveljanza, studju u approvvazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tkun iddeterminata għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed m’għandux ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din [Ara l-Artikolu 2.1 tal-CPD u, fejn applikabli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interprettativi.] F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristiċi simili m’għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk huwa ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak l-aspett.

▼M2




ANNESS III

FAMILJA TAL-PRODOTT:

SISTEMI KOMPOSTI TAL-INSULAZZJONI TERMALI ESTERNA/SETTIJIET GĦALL-ILLIXXAR (1/1)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, is-CEN hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej:



Prodott(i)

Użu/i intenzjonati

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar)

Attestazzjoni ta’ konformità sistema/i

Sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

F’ħitan esterni

Kwalunkwe

1

Sistema 1: Ara l-punt (i) tat-Taqsima 2 tal-Anness III għad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr testijiet ta’ awditjar ta’ kampjuni.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika [ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F’dawk il-każijiet, il-verifikazzjoni ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.



( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

( 3 ) Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar (2).

( 4 ) Prodotti/materjali li ma jenħtieġux li jkollhom prova għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/materali ta' Klassijiet A1 bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).

( 5 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).