01997A1128(01) — MT — 01.04.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

FTEHIM DWAR SĦUBIJA U L-KOPERAZZJONI

li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra ( 1 )

(ĠU L 327 28.11.1997, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

FTEHIM PROTOKOLL GĦAS-SĦUBIJA U KOPERAZZJONI li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, mill-parti l-oħra ( 2 )

  L 283

19

9.11.2000

►M2

PROTOKOLL għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u ir-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

  L 185

17

6.7.2006

►M3

PROTOKOLL għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

  L 119

32

9.5.2007

►M4

PROTOKOLL għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed Kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

  L 373

3

31.12.2014




▼B

FTEHIM DWAR SĦUBIJA U L-KOPERAZZJONI

li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra ( 3 )



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn hawn 'il quddiem imsejħin “l-Istati Membri”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, il-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR u l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Komunità”,

min-naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “r-Russja”,

min-naħa l-oħra,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tar-rabtiet storiċi li jeżistu bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Russja u l-valuri komuni li jaqsmu bejniethom,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi l-Komunità u r-Russja jixtiequ li jsaħħu dawn ir-rabtiet u li jistabbilixxu sħubija u koperoperazzjoni li jsaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet stabbiliti bejniethom fl-imgħoddi, b'mod partikolari bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovejtiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' l-1989”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha huma u jaġixxu fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Frar 1992 u tar-Russja sabiex isaħħu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi li jikkostitwixxu l-veru bażi ta' l-isħubija,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet li jmexxu 'l quddiem il-paċi u s-sigurtà internazzjonali kif ukoll is-soluzzjoni paċifika ta' tilwimiet u jikkoperaw għal dan il-għan ġewwa l-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u f'fora oħra,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn sod tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Russja sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), id-dokumenti tal-għeluq tal-laqgħat ta' Madrid u Vjenna, id-dokument tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE dwar il-Koperazzjoni Ekonomika, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u d-dokument tas-CSCE ta' Helsinki ta' l-1992, “l-isfidi tal-bidla”,

FILWAQT LI JIKKONFERMAW ir-rabta tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u tar-Russja mal-għanijiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta Ewropea dwar l-Enerġija tas-17 ta' Diċembru 1991 u fid-dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Luċerna ta' April 1993,

KONVINTI dwar l-importanza kbira ta' l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk tal-minoritajiet, l-istabbiliment ta' sistema ta' ħafna partiti b'elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-liberalizzazzjoni ekonomika mirata lejn l-istabbiliment ta' ekonomija tas-suq,

FILWAQT LI JEMMNU illi l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-sħubija tippresupponi l-issoktar u l-kisba tar-riformi politiċi u ekonomiċi tar-Russja,

XEWQANA li jinkoraġġixxu l-proċess tal-koperazzjoni reġjonali fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim bejn il-pajjiżi ta' dik li qabel kienet l-URSS sabiex imexxu 'l quddiem il-prosperità u l-istabbilità fir-reġjun,

XEWQANA li jistabbilixxu u jiżviluppaw id-djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali ta' interess reċiproku,

FILWAQT LI jQISU r-rieda tal-Komunità li tipprovdi għajnuna teknika, kif xierqa, sabiex tiġi implimentata r-riforma ekonomika fir-Russja u tiġi żviluppata l-koperazzjoni ekonomika,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-utilità tal-Ftehim sabiex jiġi favorit avviċinament bil-mod il-mod bejn ir-Russja u firxa iktar wiesgħa ta' koperazzjoni fl-Ewropa u fir-reġjuni ġirien u l-integrazzjoni progressiva tar-Russja fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ miftuħ,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet biex jilliberalizzaw il-kummerċ, imsejjes fuq il-prinċipji fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, minn issa “l quddiem isejjaħ il-GATT” kif emendat bil-Laqgħa tan-negozjati kummerċjali ta' l-Urugwaj, u filwaqt li jqisu l-istabbiliment ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, minn issa “l quddiem imsejħa l-WTO”,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi r-Russja mhix iktar pajjiż fejn l-istat jagħmel il-kummerċ, illi issa hija pajjiż b'ekonomija fi transizzjoni u li l-progress kontinwu lejn ekonomija tas-suq għandu jiġi mrawwem bil-koperazzjoni bejn il-Partijiet fil-għamliet dikjarati f'dan il-Ftehim,

KONXJI mill-ħtieġa li jittejbu l-kondizzjonijiet li jaffettwaw in-negozju u l-investiment, u l-kondizzjonijiet f'oqsma bħalma huma l-istabbiliment tal-kumpaniji, ix-xogħol, il-provvista tas-servizzi u l-moviment tal-kapital,

KONVINTI illi dan il-Ftehim ser joħloq relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u partikolarment l-iżvilupp tal-kummerċ u ta' l-investiment, li huma essenzjali għall-istrutturazzjoni ekonomika mill-ġdid u għall-modernizzazzjoni tat-teknoloġija,

XEWQANA li jistabbilixxu koperazzjoni mill-qrib fil-qasam tal-ħarsien ta' l-ambjent billi jqisu l-inter-dipendenza li teżisti bejn il-Partijiet f'dan il-qasam,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-intenzjoni tal-Partijiet li jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom fil-qasam ta' l-ispazju bil-ħsieb li jikkumplimentaw l-attivitajiet tagħhom f'dan il-kamp,

XEWQANA li jippromwovu l-koperazzjoni kulturali u jtejbu l-mixi tat-tagħrif,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Hija hawnhekk stabbilita Sħubija bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Russja, min-naħa l-oħra. L-għanijiet ta' din l-isħubija huma:

 li tipprovdi struttura xierqa għad-djalogu politiku bejn il-Partijiet li tippermetti l-iżvilupp ta' relazzjonijiet mill-qrib bejniethom f'dan il-qasam.

 li tippromwovi l-kummerċ u l-investiment u relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi bejn il-Partijiet imsejsa fuq il-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u sabiex b'hekk jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli fil-Partijiet,

 li ssaħħaħ il-libertajiet politiċi u ekonomiċi,

 li tappoġġja l-isforzi tar-Russja biex tikkonsolida d-demokrazija tagħha u li tiżviluppa l-ekonomija tagħha u li ġġib fit-tmiem it-transizzjoni tagħha lejn ekonomija tas-suq,

 li tipprovdi bażi għall-koperazzjoni ekonomika, soċjali, finanzjarja u kulturali msejjes fuq il-prinċipji ta' vantaġġ reċiproku, ta' responsabbilità reċiproka u ta' appoġġ reċiproku,

 li tippromwovi attivitajiet ta' interess konġunt,

 li tipprovdi struttura xierqa għall-integrazzjoni bil-mod il-mod bejn ir-Russja u firxa iktar wiesgħa ta' koperazzjoni fl-Ewropa,

 li toħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa għal-istabbiliment fil-ġejjieni ta' żona ta' kummerċ ħieles bejn il-Komunità u r-Russja li sostanzjalment tkopri l-kummerċ kollu fl-oġġetti bejniethom, kif ukoll il-kondizzjonijiet li jġibu l-libertà tal-istabbiliment tal-kumpanniji, tal-kummerċ fis-servizzi li jaqsam il-fruntieri u tal-moviment tal-kapital.



TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 2

Ir-rispett għall-prinċipji tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem kif definiti b'mod partikolari fl-Att Finali ta' Helsinki u fil-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, isejsu l-politiki interni u esterni tal-Partijiet u jikkostitwixxu element essenzjali ta' sħubija u ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw l-iżvilupp tat-titoli relevanti ta' dan il-Ftehim, partikolarment it-Titolu III u l-Artikolu 53, skond kif jippermettu ċ-ċirkostanzi, bil-ħsieb li tkun stabbilita żona ta' kummerċ ħieles bejniethom. Il-Kunsill ta' Koperazzoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dan l-iżvilupp lill-Partijiet. Dan l-iżvilupp għandu jibda jseħħ bis-saħħa ta' ftehim bejn il-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Partijiet għandhom jeżaminaw flimkien fis-sena 1998 jekk iċ-ċirkostanzi jippermettux il-bidu tan-negozjati dwar l-istabbiliment ta' żona ta' kummerċ ħieles.

Artikolu 4

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw flimkien, b'kunses ta' bejn xulxin, l-emendi li jistgħu jkunu xierqa li jagħmlu lil kull parti tal-Ftehim bil-ħsieb ta' tibdil fiċ-ċirkostanzi, u partikolarment tas-sitwazzjoni li toħroġ mis-sħubija tar-Russja fil-GATT u/jew l-WTO. L-ewwel eżami għandu jsir tliet snin wara l-bidu fis-seħħ tal-Ftehim jew meta r-Russja tissieħeb fil-GATT u/jew l-WTO, liema waħda minnhom tiġi l-ewwel.

Artikolu 5

1.  It-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit konċess mir-Russja skond dan il-Ftehim ma għandux japplika matul perjodu transitorju taż-żmien li jiskadi ħames snin wara l-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim fejn għandhom x'jaqsmu l-vantaġġi definiti fl-Anness I konċessi mir-Russja lill-pajjiżi l-oħra ta' dik li qabel kienet l-URSS. Dan il-perjodu taż-żmien jista' jiġi mtawwal fejn xieraq għal setturi speċjali bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet.

2.  Fil-każ tat-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit konċess skond it-Titolu III il-perjodu transitorju taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiskadi tliet snin wara l-bidu fis-seħħ tal-Ftehim jew meta r-Russja taċċedi għall-GATT u/jew l-WTO, liema jiġi l-ewwel.



TITOLU II

ID-DJALOGU POLITIKU

Artikolu 6

Għandu jkun stabbilit djalogu politiku regolari bejn il-Partijiet li jaħsbu li jiżviluppaw u jintensifikaw. (Dan id-djalogu) Għandu jkun akkumpanjat u konsolidat bl-avviċinament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, għandu jappoġġja l-bidliet ekonomiċi li għaddejjin fir-Russja u għandu jikkontribwixxi għal-istabbiliment ta' għamliet ġodda ta' koperazzjoni. Id-djalogu politiku:

 għandu jsaħħaħ ir-rabtiet bejn ir-Russja u l-Unjoni Ewropea. Il-konverġenza ekonomika miksuba permezz ta' dan il-Ftehim għandha twassal għal relazzjonijiet politiċi iktar intensi,

 għandu jġib miegħu konverġenza dejjem tiżdied tal-pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali ta' interess reċiproku biex b'hekk jiżdiedu s-sigurtà u l-istabbilità,

 għandu jipprevedi l-isforz tal-Partijiet li jikkoperaw dwar materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-osservanza tal-prinċipji tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, u jżomm konsultazzjonijiet, jekk xierqa, dwar materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni mistħoqqa tagħhom.

Artikolu 7

1.  Bħala prinċipju, għandhom isiru laqgħat darbtejn fis-sena bejn il-President tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fuq in-naħa l-waħda u l-President tar-Russja fuq in-naħa l-oħra.

2.  Fil-livell ministerjali, għandu jsir djalogu politiku ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit bl-Artikolu 90 u f'okkażjonijiet oħra, inkluż mat-troika ta' l-Unjoni Ewropea, bi ftehim reċiproku.

Artikolu 8

Għandhom jkun stabbiliti proċeduri u mekkaniżmi oħra mill-Partijiet għad-djalogu politiku, partikolrment fil-għamliet li ġejjin:

 laqgħat ta' darbtejn fis-sena fil-livell ta' l-uffiċjali anzjani bejn it-troika ta' l-Unjoni Ewropea mill-banda l-waħda, u l-uffiċjali tar-Russja mill-banda l-oħra

 billi jittieħed kull vantaġġ permezz tal-kanali diplomatiċi,

 kull mezz ieħor, inkluża l-possibbilità ta' laqgħat ta' l-esperti, li b'hekk jikkontribwixxu sabiex jikkonsolidaw u jiżviluppaw dan id-djalogu.

Artikolu 9

Id-djalogu politiku fil-livell tal-parlament għandu jsir fil-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni stabbilit bl-Artikolu 95.



TITOLU III

IL-KUMMERĊ FIL-MERKANZIJA

Artikolu 10

1.  Il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit deskritt fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu I tal-GATT.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fuq il-fruntieri;

(b) il-vantaġġi konċessi bil-għan li joħolqu unjoni tad-dwana jew żona ta' kummerċ ħieles jew minħabba l-ħolqien ta' din l-unjoni jew żona; it-termini “unjoni tad-dwana” u “żona ta' kummerċ ħieles” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal dawk deskritti fil-paragrafu 8 ta' l-Artikolu XXIV tal-GATT jew maħluqa permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 10 ta' l-istess artikolu tal-GATT;

(ċ) il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi partikolari b'mod konformi mal-GATT u b'arranġamenti oħra internazzjonali favur il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Artikolu 11

1.  Il-prodotti tat-territorju ta' Parti importati ġewwa t-territorju tal-Parti l-oħra ma għandhomx ikunu soġġetti, direttament jew indirettament, għat-taxxi interni jew għal ħlasijiet dovuti oħra ta' kull kwalità f'eċċess għal dawk applikati, direttament jew indirettament, għall-prodotti domestiċi.

2.  Barra minn hekk, dawn il-prodotti għandhom jiġu konċessi trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lil prodotti simili ta' oriġini nazzjonali rigward il-liġijiet, ir-regolamenti u l-ħtiġiet kollha li jaffettwaw il-bejgħ intern tagħhom, l-offerti ta' bejgħ, il-ġarr, it-tqassim jew l-użu tagħhom. Id-dispożizzjoni ta' dan il-paragrafu ma għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni ta' ħlasijiet dovuti differenzali fit-trasport intern li jkunu bażati esklussivament fuq il-ħidma ekonomika tal-mezz tat-trasport u mhux fuq iċ-ċittadinanza tal-prodott.

3.  Il-paragrafi 8, 9 u 10 ta' l-Artikolu III tal-GATT għandhom jiġu applikati mutatismutandis bejn il-Partijiet.

Artikolu 12

1.  Il-Partijiet jaqblu illi l-prinċipju ta' transitu ħieles huwa kondizzjoni essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim.

B'konnesjoni ma' dan, kull Parti għandha tipprovdi t-transitu ħieles ġewwa t-territorju tagħha tal-merkanzija li toriġina fit-territorju tad-dwana jew destinati għat-territorju tad-dwana tal-Parti l-oħra.

2.  Ir-regoli deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu V tal-GATT għandhom jiġu applikati bejn il-Partijiet.

Artikolu 13

L-Artikoli li ġejjin tal-GATT għandhom jiġu applikati mutatismutandis bejn il-Partijiet:

1. l-Artikolu VII, paragrafi 1, 2, 3, 4 (a), (b) u (d), 5;

2. l-Artikolu VIII;

3. l-Artikolu IX;

4. l-Artikolu X.

l-Artikolu 14

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-dħul temporanju ta' l-oġġetti li jorbtu liż-żewġ Partijiet, kull Parti għandha barra minn hekk tikkonċedi lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-ħlasijiet dovuti dwar l-importazzjoni u mid-dazji fuq il-merkanzija mdaħħla temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati b'kull konvenzjoni internazzjonali oħra dwar din il-materja li torbotha, b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni tagħha. Din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi applikata fuq il-bażi ta' nazzjon l-iżjed favorit u għalhekk soġġetta għall-eċċezzjonijiet imniżżla fil-lista fl-Artikolu 10 (2) ta' dan il-Ftehim. Għandhom jitqiesu l-kondizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew aċċettati l-obbligi li joħorġu minn din il-konvenzjoni mill-Parti fil-kwistjoni

Artikolu 15

1.  Il-merkanzija li toriġina fir-Russja għandha tiġi importata ġewwa l-Komunità ħielsa mir-restrizzjonijiet kwantitattivi mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoniet ta' l-Artikoli 17, 20 u 21 ta' dan il-Ftehim u għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 77, 81, 244, 249 u 280 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall fil-Komunità.

2.  Il-merkanzija li toriġina fil-Komunità għandha tiġu importata ġewwa r-Russja ħielsa mir-restrizzjonijiet kwantitattivi mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 17, 20 u 21 u l-Anness 2 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Sakemm ir-Russja taċċedi għall-GATT u/jew l-WTO, il-Partijiet għandhom iżommu konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta' Koperazzjoni dwar il-politiki tagħhom rigward it-tariffi ta' l-importazzjoni, inklużi l-bidliet fil-protezzjoni tat-tariffi. B'mod partikolari, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda fil-protezzjoni tat-tariffi.

Artikolu 17

1.  Fejn xi prodott ikun qiegħed jiġi importat ġewwa t-territorju ta' waħda miż-żewġ Partijiet fi kwantajiet hekk miżjuda u b'dawk il-kondizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara sostanzjali lill-produtturi domestiċi ta' l-istess prodotti jew f'kompetizzjoni diretta, il-Komunità jew ir-Russja, liema minnhom tkun interessata, jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa b'mod konformi mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2.  Qabel tittieħed kull miżura, jew malajr kemm jista' jkun wara dan fil-każijiet li għalihom japplika l-paragrafu 4, il-Komunità jew ir-Russja, skond kif ikun il-każ, għandhom ifornu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni t-tagħrif kollu rilevanti bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet mill-iktar fis ġewwa l-Kumitat ta' Koperazzjoni.

3.  Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-riferiment lill-Kumitat ta' Koperazzjoni dwar azzjonijiet biex jevadu s-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet il-konsultazzjonijiet għandha tkun ħielsa li tirrestrinġi l-importazzjonijiet tal-prodotti involuti jew li tadotta miżuri oħra xierqa safejn u sakemm u għat-tul taż-żmien meħtieġ sabiex tipprevjeni jew tirrimedja l-ħsara.

4.  F'ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni illi l-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti immedjatament wara li tittieħed din id-deċiżjoni.

5.  Fil-għażla tal-miżuri skond dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu l-prijorità lil dawk li jikkawżaw l-inqas tfixkil għall-kisba tal-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim

6.  Fejn tittieħed miżura ta' salvagwardja minn Parti waħda b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-Parti l-oħra għandha tkun ħielsa li taqleb it-triq mill-obbligi tagħha skond dan it-Titolu lejn l-ewwel Parti rigward kummerċ sostanzjalment ekwivalenti.

Din l-azzjoni ma għandhiex tittieħed qabel ma jkunu ġew offruti l-konsultazzjonijiet minn din il-Parti l-oħra lanqas jekk ikun intlaħaq ftehim fi żmien 45 jum mid-data li jkunu ġew offruti dawn il-konsultazzjonijiet.

7.  Din il-bidla tat-triq mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 6 ma għandhiex tiġi eżerċitata għall-ewwel tliet snin li l-miżura tas-salvagwardja tkun daħlet fis-seħħ, basta iżda illi l-miżura tas-salvagwardja tkun ittieħdet bħala riżultat ta' żieda assoluta fl-importazzjonijiet, għal perjodu massimu taż-żmien ta' erba' snin, u b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 18

Xejn f'dan it-Titolu, u partikolarment fl-Artikolu 17, ma għandu jippreġudika jew jaffettwa b'xi mod it-teħid, minn waħda miż-żewġ Partijiet, ta' miżuri kontra l-antidumping jew kompensatorji b'mod konformi ma' l-Artikolu VI tal-GATT, mal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT, mal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew mal-leġiżlazzjoni interna li jkollha x'taqsam magħhom.

Rigward l-investigazzjonijiet dwar l-antidumping jew is-sussidji, kull Parti taqbel li teżamina s-sottomissjonijiet min-naħa l-oħra u li tgħarraf lill-partijiet interessati involuti bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom għandha tittieħed id-deċiżjoni finali. Qabel ma jiġu imposti dazji definittivi kontra l-antidumping u kompensatorji, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilthom kollha sabiex jaslu għal soluzzjoni kostruttiva dwar il-problema.

Artikolu 19

Il-Ftehim ma għandux jipprekludi l-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew merkanzija fit-transitu ġustifikati għal raġunijiet ta' moralità pubblika, il-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-biedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali jew ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-deheb u l-fidda. Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet.

Artikolu 20

Dan it-Titolu ma għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti inizjalat fit-12 ta' Ġunju 1993 u applikat b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 1993. Barra minn hekk, l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim ma għandux japplika għall-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-nomenklatura magħquda.

Artikolu 21

1.  Il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jkun regolat bi:

 id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, minbarra l-Artikolu 15, u

 mad-dħul fis-seħħ tiegħu, bid-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-arranġamenti kwantitattivi li jirrigwardaw l-iskambji ta' prodotti ta' l-azzar tal-KEFA.

2.  L-istabbiliment ta' grupp tal-kuntatt dwar il-faħam u l-azzar huwa regolat bil-Protokoll I mehmuż ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 22

Il-kummerċ f'materjali nukleari

1.  Il-kummerċ fil-materjali nukleari għandu jkun kopert bi:

 id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim minbarra l-Artikoli 15 u 17 (1) sa (5) u (7),

 id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 6, 7, 14 u 15 (1), (2), u l-ewwel sentanza tat-(3), u (4) u (5) tal-Ftehim ta' 1989,

 l-iskambju ta' l-ittri mehmuża hawnhekk.

2.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jaslu f'arranġament li jkopri l-kummerċ fil-materjali nukleari sa l-1 ta' Jannar 1997.

3.  Sakemm jintlaħaq dan l-arranġament, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jissoktaw japplikaw.

4.  Għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi konkluż ftehim li jirrigwarda s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni fiżika u l-koperazzjoni amministrattiva fit-trasferimenti ta' materjali nukleari. Sakemm dan il-ftehim jidħol fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni rispettiva u l-obbligi internazzjonali tal-Partijiet dwar in-non-proliferazzjoni għandhom jiġu applikati rigward it-trasferiment tal-materjali nukleari.

5.  Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tar-reġim previst fil-paragrafu 1:

 ir-referenza fl-Artikoli 6 u 15 (5) tal-Ftehim ta' l989 għal “dan il-Ftehim” għandha tinqara li tfisser ir-reġim stabblit bil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu,

 ir-referenza fl-Artikolu 17 (6) ta' dan il-Ftehim għal “dan l-Artikolu” għandha tinqara li tfisser l-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' l-1989,

 ir-referenza fl-Artikoli 6, 7, 14 u 15 tal-Ftehim ta' l-1989 għall-“Partijiet Kontraenti” għandha tinqara li tfisser il-Partijiet f'dan il-Ftehim,

 ir-referenza għall-“Kumitat Konġunt” fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' l-1989 għandha tfisser il-Kumitat ta' Koperazzjoni preskritt skond l-Artikolu 92 ta' dan il-Ftehim.



TITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENTI



KAPITOLU I

IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 23

1.  Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw f'kull Stat Membru, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jiżguraw illi t-trattament mogħti liċ-ċittadini Russi, impjegati legalment fit-territorju ta' Stat Membru għandu jkun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq iċ-ċittadinanza, fejn jidħlu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunati maċ-ċittadini tagħhom infushom.

2.  Bla ħsara għall-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li japplikaw fir-Russja, ir-Russja għandha tikkonċedi t-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 liċ-ċittadini ta' Stat Membru li jkunu impjegati fit-territorju tagħha.

Artikolu 24

Il-kordinament tas-sigurtà soċjali

Il-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim sabiex:

1. jadottaw, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li japplikaw f'kull Stat Membru, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-kordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema ta' nazzjonalità Russa, impjegati legalment fit-territorju ta' Stat Membru u fejn applikabbli għall-membri tal-familja tagħhom, legalment residenti hemmhekk. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom partikolarment jiżguraw illi:

 il-perjodi kollha taż-żmien ta' l-assikurazzjoni, xogħol jew residenza kompletati minn dawn il-ħaddiema fl-Istati Membri varji għandhom jingħaddu flimkien għall-għan tal-pensjonijiet rigward ix-xjuħija, l-invalidità u l-mewt u għall-għan tal-kura medika għal dawn il-ħaddiema u fejn applikabbli għal dawn il-membri tal-familja,

 kull pensjoni rigward ix-xjuħija, il-mewt, l-inċidenti industrijali jew il-mard kawżat mix-xogħol, jew rigward l-invalidità li toħroġ minnhom, bl-eċċezzjoni tal-benefiċċji speċjali mhux kontributorji, għandhom jiġu trasferiti liberament bir-rata applikata bis-saħħa tal-liġijiet ta' l-Istat Membru debitur jew l-Istati Membri debituri,

 il-ħaddiema in kwistjoni għandhom fejn japplika jirċievu l-gratifikazzkonijiet tal-familja għall-membri tal-familja tagħhom imsemmija hawn fuq.

2. jadottaw, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li japplikaw fir-Russja, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonċedu lill-ħaddiema li jkunu ċittadini ta' l-Istati Membri u legalment impjegati fir-Russja, u lill-membri tal-familja tagħhom legalment residenti hemmhekk, trattament simili għal dak speċifikat fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 1.

Artikolu 25

Il-miżuri li għandhom jittieħdu b'mod konformi ma' l-Artikolu 24 ta' dan il-Ftehim ma għandhom jaffettwaw l-ebda drittijiet jew obbligi li joħorġu mill-ftehim bilaterali li jorbtu lill-Istati Membri mar-Russja fejn dawn il-ftehim jipprovdu trattament iktar favorevoli liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Russja.

Artikolu 26

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema titjib jista' jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għan-negozjanti konsistenti ma' l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi dawk dikjarati fid-dokument tas-CSCE tal-Konferenza ta' Bonn.

Artikolu 27

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu implimentati l-Artikoli 23 u 26 ta' dan il-Ftehim.



KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW L-ISTABBILIMENT U L-ĦIDMA TAL-KUMPANNIJI

Artikolu 28

1.  Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa waħda u r-Russja min-naħa l-oħra għandhom jikkonċedu trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lil kull pajjiż terz, rigward il-kondizzjonijiet li jaffettwaw l-istabbiliment ta' kumpanniji fit-territorji tagħhom u dan b'konformità mal-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti li japplikaw f'kull Parti.

2.  Mingħajr preġudizzju għar-riservi elenkati fl-Anness 3, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu lis-sussidjarji Komunitarji ta' kumpanniji Russi trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lil kumpanniji Komunitarji oħra jew lill-kumpanniji Komunitarji li huma sussidjarji ta' kull kumpannija ta' pajjiż terz, liema trattament minnhom huwa l-aħjar, rigward il-ħidma tagħhom u dan b'konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tagħhom

3.  Mingħajr preġudizzju għar-riservi elenkati fl-Anness 4, ir-Russja għandha tikkonċedi lis-sussidjarji Russi ta' kumpanniji Komunitarji trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji l-oħra Russi jew lill-kumpanniji Russi li huma sussidjarji ta' kull pajjiż terz, liema trattament huwa l-aħjar, rigward il-ħidma tagħhom u dan b'konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tagħha.

4.  Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa waħda u r-Russja min-naħa l-oħra għandhom jikkonċedu lill-fergħat tal-kumpanniji Russi u Komunitarji rispettivament trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lill-fergħat tal-kumpanniji f'kull pajjiż terz, rigward il-ħidma tagħhom u dan b'konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tagħhom.

5.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ma jistgħux jintużaw sabiex jaħarbu mil-leġiżlazzjoni u mir-regolamenti ta' Parti li japplikaw għall-aċċess f'setturi speċifiċi jew f'attivitajiet mis-sussidjari tal-kumpanniji tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju ta' dik l-ewwel Parti.

It-trattament imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jibbenefika lill-kumpanniji stabbiliti fil-Komunità u fir-Russja rispettivament fid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u lill-kumpanniji stabbiliti wara din id-data ġaladarba jkunu stabbiliti.

Artikolu 29

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28 ta' dan il-Ftehim flimkien mad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw rigward is-servizzi tal-banek u ta' l-assikurazzjoni msemmija fl-Anness 6.

1.  Rigward is-servizzi bankarji msemmija fil-Parti B ta' l-Anness 6, in-natura tat-trattament konċess mir-Russja skond l-Artikolu 28 (1), rigward l-istabbiliment permezz tal-ftuħ ta' sussidjarji biss u skond l-Artikolu 28 (3), hija murija fil-Parti A ta' l-Anness 7.

Rigward is-servizzi ta' assikurazzjoni msemmija fil-Parti A (1) u (2) fl-Anness 6, in-natura tat-trattament mogħti mir-Russja skond l-Artikolu 28 (1) hija murija fil-Parti B ta' l-Anness 7.

2.  Minkejja kull dispożizzjoni oħra f'dan il-Ftehim, Parti ma għandhiex tiġi miżmuma milli tieħu miżuri għal raġunijiet ta' prudenza, inkluża l-protezzjoni ta' l-investituri, tad-depożitaturi, ta' min ikollu polza (ta' assikurazzjoni) jew ta' persuni li lilhom ikun obbligat dmir fiduċjarju minn fornitur ta' servizzi finanzjarji, jew li jiżguraw l-integrità u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Dawn il-miżuri ma għandhomx jiġu użati bħala mezz biex jiġu evitati l-obbligi ta' Parti skond dan il-Ftehim.

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jeħtieġ lil Parti li tiżvela tagħrif li jkollu x'jaqsam man-negozju u l-kontijiet ta' klijenti individwali jew kull tagħrif kunfidenzjali jew proprjetarju fil-pusses ta' entitajiet pubbliċi.

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Parti A (1) (d) u (e) ta' l-Anness 7, il-Komunità u l-Istati Membri min-naħa waħda u r-Russja min-naħa l-oħra ma għandhom jadottaw l-ebda regoli jew miżuri ġodda li jistgħu jdaħħlu jew jgħarrqu d-diskriminazzjoni paragunata mas-sitwazzjoni eżistenti fid-data tal-firma tal-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li jaffettwaw l-istabbiliment ta' kumpanniji tal-Parti l-oħra fit-territorji rispettivi tagħhom paragunat mal-kumpanniji tagħhom infushom.

Il-Partijiet jaqblu illi t-terminu “jgħarrqu d-diskriminazzjoni” jinkludi l-aggravazzjoni tal-kondizzjonijiet diskriminatorji jew l-estensjoni jew id-dħul mill-ġdid tagħhom wara l-perjodu korrenti taż-żmien li fih japplikaw il-kondizzjonijiet.

4.  Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, rigward l-attivitajiet bankarji kumpannija għandha titqies bħala sussidjarja Russa ta' kumpannija Komunitarja meta iktar minn ħamsin fil-mija (50 %) tas-sehem tagħha fil-kapital jinżamm mill-kumpannija Komunitarja.

Artikolu 30

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) “stabbiliment” għandha tfisser id-dritt ta' kumpanniji Komunitarji jew Russi kif imsemmi fil-paragrafu (h) ta' dan l-Artikolu li jidħlu għal attivitajiet ekonomiċi permezz tal-istabbiliment ta' sussidjarji u fergħat fir-Russja jew fil-Komunità rispettivament.

Rigward is-servizzi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 29, “stabbiliment” għandha tfisser id-dritt tal-kumpanniji Komunitarji jew tar-Russja kif imsemmi fil-paragrafu (h) ta' dan l-Artikolu li jidħlu għal attivitajiet ekonomiċi permezz tal-istabbiliment ta' sussidjarji u fergħat fir-Russja jew fil-Komunità rispettivament wara li jkunu rċevew liċenza mingħand l-awtoritajiet kompetenti b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti li japplikaw f'kull waħda mill-Partijiet;

(b) “sussidjarja ta' kumpannija” għandha tfisser kumpannija li hija kontrollata mill-ewwel kumpannija;

(ċ) “attivitajiet ekonomiċi” għandhom ifissru l-attivitajiet ta' natura industrijali, kummerċjali u professjonali, inklużi s-servizzi finanzjarji;

(d) fergħa ta' kumpannija għandha tfisser post tan-negozju li ma jkollux personalità legali li għandu d-dehra ta' permanenza, bħalma hi l-estensjoni ta' korp ġenitur, għandu tmexxija u huwa materjalment imgħammar biex jidħol f'negozju ma' partijiet terzi hekk li dawn ta' l-aħħar, minkejja li jafu illi jekk ikun meħtieġ sejjer ikun hemm rabta legali mal-kumpannija ġenitur, l-uffiċċju ewlieni tagħha (il-fergħa) ikun barra mill-pajjiż, ma jkollhiex għalfejn titratta direttament ma' dan il-korp ġenitur, imma tista' tinnegozja fil-post tan-negozju li jikkostitwixxi din l-estensjoni;

(e) “sussidjarja Komunitarja”/tal-Komunità jew “sussidjarja Russa” rispettivament għandhom ifissru “kumpannija Komunitarja” jew “kumpannija Russa” rispettivament, kif imfissra hawn taħt, li huma wkoll rispettivament sussidjarji ta' “kumpannija Russa” jew ta' “kumpannija Komunitarja”;

(f) “ċittadin ta' Stat Membru jew tar-Russja rispettivament” għandhom ifissru persuna naturali li hija ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri jew tar-Russja rispettivament b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom;

(g) “ħidma/operat” għandhom ifissru s-segwiment ta' attivitajiet ekonomiċi;

Rigward is-servizzi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 29, “ħidma/operat” għandhom ifissru s-segwiment ta' l-attivitajiet ekonomiċi kollha awtorizzati bil-liċenza konċessa lill-kumpannija mill-awtoritajiet kompetenti b'mod konformi mal-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw għal kull Parti;

(h) “kumpannija Komunitarja” jew “kumpannija Russa” għandhom ifissru rispettivament kumpannija stabbilita b'mod konformi mal-liġijiet ta' l-Istati Membri jew tar-Russja rispettivament u li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom, jew il-post ewlieni tan-negozju, fit-territorju tal-Komunità jew tar-Russja rispettivament Madankollu, jekk il-kumpannija, stabbilita b'mod konformi mal-liġijiet ta' Stat Membru jew tar-Russja rispettivament, ikollha biss l-uffiċċju reġistrat tagħha fit-territorju tal-Komunità jew tar-Russja rispettivament, il-kumpannija għandha tiġi kkunsidrata bħala kumpannija Komunitarja jew kumpannija Russa rispettivament jekk il-ħidmiet tagħhom jkollhom rabta reali u kontinwa ma' l-ekonomija ta' wieħed mill-Istati Membri jew tar-Russja rispettivament.

Rigward it-trasport internazzjonali bil-baħar, għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-kapitolu u tal-Kapitolu III, il-kumpanniji tat-trasport bil-baħar stabbiliti barra mill-Komunità jew mir-Russja u kontrollati minn ċittadini ta' Stat Membru jew tar-Russja rispettivament, jekk il-bastimenti tagħhom ikunu reġistrati f'dan l-Istat Membru jew fir-Russja b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom.

Għall-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni, it-trasport marittimu internazzjonali għandu jkun kunsidrat li jinkludi l-ħidmiet intermodali tat-trasport li jinvolvu parti marittima mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet dwar iċ-ċittadinanza applikabbli li jirrigwardaw it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri b'modi oħra ta' trasport;

(i) Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 29 u ta' l-Anness 7, rigward is-servizzi bankarji msemmija fil-Parti B ta' l-Anness 6, “sussidjarja Russa” jew “sussidjarja Komunitarja” kif imfissra fil-paragrafu (e), għandhom jirreferu għal dik is-sussidjarja li hija bank b'mod konformi mal-liġijiet tar-Russja jew ta' Stat Membru rispettivament.

Għall-għan ta' l-Artikolu 29 u l-Anness 7, rigward is-servizzi bankarji msemmija fil-Parti B ta' l-Anness 6, “kumpannija Komunitarja” jew “kumpannija Russa” kif mfissra fil-paragrafu (h), għandhom jirreferu għal dik il-kumpannija li hija bank b'mod konformi mal-liġijiet ta' Stat Membru jew tar-Russja rispettivament.

Artikolu 31

Minkejja l-Artikolu 100, id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull waħda mill-Partijiet ta' kull miżura meħtieġa sabiex tipprevjeni l-ħarbien, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, mill-miżuri tiegħu li jirrigwardaw l-aċċess ta' pajjiżi terzi għas-swieq tagħha.

Artikolu 32

1.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu, kumpannija Komunitarja u kumpannija Russa stabbiliti fit-territorju jew tar-Russja jew tal-Komunità rispettivament għandhom ikunu intitolati li jimpjegaw, jew li jkunu impjegaw f'waħda mis-sussidjarji, fergħat jew impriżi konġunti tagħhom, b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-pajjiż tal-istabbiliment li jilqagħhom, ħaddiema li huma ċittadini ta' l-Istati Membri u tar-Russja rispettivament, basta iżda illi dawn l-impjegati huma persuni importanti kif imfisser fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u li jiġu mqabbda jaħdmu esklussivament minn kumpanniji, fergħat u impriżi konġunti. Il-permessi tar-residenza u tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema għandhom ikopru biss dan l-impjieg.

2.  Il-persunal prinċipali tal-kumpanniji msemmija hawn fuq riferiti bħala “organizzazzjonijiet” huma “ħaddiema trasferiti bejn il-korporazzjonijiet” kif definiti fil-paragrafu (ċ) fil-kategoriji li ġejjin, basta iżda illi l-organizzazzjoni tkun persuna legali u li l-persuni interessati kienu impjegati minnha jew kienu sħab fiha (għajr bħala azzjonisti maġġuri), għal mill-inqas is-sena li tiġi eżatt qabel dan il-moviment:

(a) persuni li jaħdmu f'pożizzjoni għolja ma' organizazzjoni li primarjament jidderieġu t-tmexxija ta' l-istabbiliment (fergħa, sussidjarja jew impriża konġunta), jirċievu sorveljanza jew direzzjoni ġenerali mill-bord tad-diretturi jew l-azzjonisti tan-negozju jew l-ekwivalenti tagħhom, inklużi:

 li jidderieġu l-istabbiliment jew dipartiment jew sottodiviżjoni ta' l-istabbiliment,

 li jissorveljaw u jikkontrollaw ix-xogħol ta' impjegati oħra ta' sorveljanza, professjonali jew fit-tmexxija,

 li jkollhom l-awtorità personalment li jqabbdu jaħdmu jew ikeċċu jew jirrakkomandaw li jitqabbdu jaħdmu jew li jitkeċċew ħaddiema jew jieħdu azzjonijiet oħra dwar il-persunal;

(b) persuni li jaħdmu ġewwa organizzazzjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom tagħrif mhux komuni essenzjali għas-servizz ta' l-istabbiliment, it-tagħmir tar-riċerka, il-metodi tat-teknika jew it-tmexxija. L-istima ta' dan il-għerf tista' tirrifletti, minbarra tagħrif speċifiku għall-istabbiliment, livell għoli ta' kwalifiki li jirreferu għat-tip tax-xogħol jew sengħa li jeħtieġu għerf tekniku speċifiku, inkluża s-sħubija fi professjoni akkreditata

(ċ) “persuna trasferita bejn il-korporazzjonijiet” hija definita bħala persuna naturali li taħdem ġewwa organizzazzjoni fit-territorju ta' Parti, u li tiġi trasferita temporanjament fil-kuntest tas-segwiment ta' l-attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizazzjoni involuta għandu ikollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju ta' Parti u t-trasferiment għandu jsir għal stabbiliment ta' din l-organizzazzjoni, li effettivament issegwi attivitajiet ekonomiċi simili fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 33

Il-Partijiet jagħrfu l-importanza li jikkonċedu lil xulxin trattament nazzjonali rigward l-istabbiliment u, fejn mhux previst hawnhekk, jagħtu lil xulxin il-ħidma tal-kumpanniji ta' xulxin fit-territorji tagħhom u jaqblu li jikkunidraw il-possibbiltà ta' ċaqlieq lejn dan il-għan fuq bażi sodisfaċenti għal xulxin, fid-dawl ta' kull rakkomandazzjoni mill-Kunsill ta' Koperazzjoni

Artikolu 34

1.  Il-Partijiet għandhom jużaw l-aqwa sforzi tagħhom sabiex jevitaw li jieħdu kull miżura jew azzjoni li jagħmlu l-kondizzjonjiet għal-istabbiliment u l-ħidma ta' kumpanniji ta' xulxin iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum ta' qabel id-data tal-firma ta' dan il-Ftehim.

2.  Mhux iktar tard mit-tmiem tat-tielet sena wara l-firma tal-Ftehim, u wara dan f'intervalli taż-żmien ta' kull sena, il-Partijiet għandhom jeżaminaw ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni:

 il-miżuri mdaħħla minn Parti waħda jew l-oħra mill-firma tal-Ftehim li jaffettwaw l-istabbiliment jew il-ħidma tal-kumpanniji ta' Parti waħda fit-territorju tal-Parti l-oħra, u li jkunu bla ħsara għall-impenji assunti skond l-Artikolu 28, u

 jekk ikunx possibbli għall-Partijiet li jidħlu għal:

 

 l-obbligu li ma jieħdu l-ebda miżura jew azzjoni li jistgħu jagħmlu l-kondizzjonijiet għal-istabbiliment u l-ħidma ta' kumpanniji ta' xulxin iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-waqt ta' dan l-eżami, fejn ma jkunux diġà previsti hawnhekk, jew

 l-obbligi l-oħra li jaffettwaw il-libertà tagħhom ta' azzjoni

 fil-kampijiet miftiehma bejn il-Partijiet rigward l-impenji li jidħlu għalihom skond l-Artikolu 28.

Jekk wara dan l-eżami Parti tkun ta' l-opinjoni illi l-miżuri mdaħħla min-naħa l-oħra mill-firma tal-Ftehim jirriżultaw f'sitwazzjoni li hija sinifikament iktar restrittiva rigward l-istabbiliment u l-ħidma tal-kumpanniji tal-Parti ta' l-ewwel fit-territorju tal-Parti l-oħra kif paragunata mas-sitwazzjoni li teżisti fid-data tal-firma tal-Ftehim, din il-Parti tista' titlob lill-Parti l-oħra biex jidħlu f'diskussjonijiet. F'dan il-każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Parti A ta' l-Anness 8.

3.  Konformement ma' l-għanijiet ta' dan l-Artikolu, il-miżuri għandhom jittieħdu kif indikati fil-Parti B ta' l-Anness 8.

4.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta' l-Artikolu 51. Is-sitwazzjonijiet koperti b'dak l-Artikolu 51 għandhom ikunu regolati biss mid-dispożizzjonijiet tiegħu bl-esklużjoni ta' kull dispożizzjoni oħra.

Artikolu 35

1.  L-Artikolu 28 ma għandux japplika għat-trasport bl-ajru, bil-kanali ta' l-ilma interni u għat-trasport marittimu.

2.  Madankollu, rigward l-attivitajiet, kif indikati hawn taħt, li jidħlu għalihom l-aġenti tat-trasport bil-baħar biex jingħataw s-servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-ħidmiet intermodali tat-trasport li jinvolvu parti marittima, kull Parti għandha tippermetti lill-kumpanniji tal-Parti l-oħra li jkollhom preżenza kummerċjali fit-territorju tagħha fil-għamla ta' sussidjarji jew fergħat, bil-kondizzjonjiet ta' stabbiliment u ħidma mhux inqas favorevoli minn dawk konċessi lill-kumpanniji tagħha stess jew lis-sussidjari u l-fergħat tal-kumpanniji ta' kull pajjiż terz, liema minnhom ikunu l-aħjar, u dan b'konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti li japplikaw f'kull waħda mill-Partijiet.

3.  Dawn l-attivitajiet jinkludu:

(a) it-tqegħid fis-suq u l-bejgħ ta' trasport marittimu u ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu miegħu permezz ta' kuntatt dirett mal-klijenti, mill-kwotazzjoni sal-fattura;

(b) ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid ta' kull trasport u servizz li għandu x'jaqsam miegħu, inklużi s-servizzi tat-trasport b'kull mod ta' toroq interni, meħtieġa għall-provvista ta' servizz intermodali;

(ċ) it-tħejjija tad-dokumentazzjoni li tirrigwarda dokumenti tat-trasport, dokumenti tad-dwana, jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-oriġini u n-natura ta' l-oġġetti trasportati;

(d) l-għoti ta' tagħrif dwar in-negozju permezz ta' kull mezz, inklużi s-sistemi komputerizzati tat-tagħrif u l-iskambju elettroniku tal-fatti magħrufa (bla ħsara għar-restrizzjonijiet mhux diskriminatorji li jirrigwardaw it-telekomunikazzjonijiet);

(e) l-istabbiliment ta' kull arranġament ta' negozju ma' aġenziji oħra tat-trasport bil-baħar;

(f) l-aġir f'isem il-kumpanniji, fost ħwejjeġ oħra sabiex jorganizzaw is-sejħa tal-bastiment jew li jieħdu f'idejhom il-merkanzija meta jkun meħtieġ.



KAPITOLU III

IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI LI JAQSMU L-FRUNTIERA

Artikolu 36

Għas-setturi elenkati fl-Anness 5 ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lil kull pajjiż terz rigward il-kondizzjonijietr li jaffettwaw il-provvista tas-servizzi li jaqsmu l-fruntiera, mill-kumpanniji Komunitarji jew dawk Russi ġewwa t-territorju tar-Russja jew tal-Komunità rispettivament, skond il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti li japplikaw f'kull Parti.

Artikolu 37

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 48 ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jippermettu għas-setturi elenkati fl-Anness 5 ta' dan il-Ftehim il-moviment temporanju tal-persuni naturali, li huma rappreżentanti ta' kumpannija Komunitarja jew Russa u jkunu qegħdin ifittxu d-dħul temporanju bil-għan li jinnegozjaw il-bejgħ ta' servizzi li jaqsmu l-fruntiera jew ikunu sejrin jidħlu fi ftehim biex ibigħu servizzi li jaqsmu l-fruntiera għal din il-kumpannija, fejn dawn ir-rappreżentanti ma jkunux imqabbda jagħmlu bejgħ dirett lill-pubbliku ġenerali jew li jipprovdu s-servizzi huma stess.

Artikolu 38

1.  Għas-setturi elenkati fl-Anness 5, kull waħda mill-Partijiet tista' tirregola l-kondizzjonijiet tal-provvista tas-servizzi li jaqsmu l-fruntiera għal ġewwa t-territorju tagħha. Safejn u sakemm dawn ir-regolamenti huma ta' applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu amministrati b'mod raġjonevoli, oġġettiv u imparzjali.

2.  Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 36 u 50.

3.  Mhux iktar tard mit-tmiem tat-tielet sena wara l-firma tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jeżaminaw ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni:

 il-miżuri mdaħħla minn kull waħda miż-żewġ Partijiet minn żmien il-firma tal-Ftehim li jaffettwaw il-provvista tas-servizzi li jaqsmu l-fruntiera koperti bl-Artikolu 36, u

 jekk ikunx possibbli għall-Partijiet li jassumu:

 

 l-obbligu li ma jieħdu l-ebda miżura jew azzjoni li jistgħu jagħmlu l-kondizjonijiet għall-provvista tas-servizzi li jaqsmu l-fruntiera koperti bl-Artikolu 36 iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fiż-żmien ta' dan l-eżami, jew

 l-obbligi l-oħra li jaffettwaw il-libertà tagħhom ta' azzjoni

 fl-oqsma miftiehma bejn il-Partijiet rigward l-impenji assunti skond l-Artikolu 36.

Jekk wara dan l-eżami waħda mill-Partijiet jidhrilha illi l-miżuri mdaħħla min-naħa l-oħra minn żmien il-firma tal-Ftehim jirriżultaw f'sitwazzjoni li hija sinifikatament iktar restrittiva rigward il-provvista tas-servizzi li jaqsmu l-fruntiera koperti bl-Artkolu 36 meta paragunati mas-sitwazzjoni li kienet teżisti fid-data tal-firma tal-Ftehim, din il-Parti tista' tagħmel talba lill-Parti l-oħra sabiex jidħlu f'konsultazzjonijiet. F'dan il-każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Parti A ta' l-Anness 8.

4.  Konformement ma' l-għanijiet ta' dan l-Artikolu, il-miżuri għandhom jittieħdu kif indikati fil-Parti B ta' l-Anness 8.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta' l-Artikolu 51. Is-sitwazzjonijiet koperti b'dak l-Artikolu 51 għandhom ikunu regolati biss bid-dispożizzjonijiet tiegħu bl-esklużjoni ta' kull dispożizzjoni oħra.

Artikolu 39

1.  Rigward it-trasport bil-baħar, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li japplikaw effettivament il-prinċipju ta' aċċess mhux ristrett għas-suq u t-traffiku internazzjonali fuq bażi kummerċjali.

(a) Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-kodiċi tal-kondotta għall-konferenzi ta' kumpanniji tal-bastimenti tal-linja, kif tapplika għall-Partijiet f'dan il-Ftehim. Il-linji tal-bastimenti li ma humiex membri tal-konferenzi ta' kumpanniji tal-bastimenti tal-linja għandhom ikunu liberi li jaħdmu f'kompetizzjoni mal-konferenza tal-kumpanniji tal-bastimenti tal-linja safejn u sakemm jaderixxu mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali.

(b) Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom għal ambjent kompettitiv bħala karatteristika essenzjali tal-kummerċ bil-massa niexef u likwidu.

2.  Meta jkunu qegħdin japplikaw il-paragrafu 1, il-Partijiet:

(a) ma għandhom japplikaw, fil-kummerċ reċiproku tagħhom, minn meta jibda jseħħ dan il-Ftehim, l-ebda dispożizzjoni dwar tqassim ta' tagħbija bejn xulxin tal-ftehim bilaterali bejn kull Stat Membru u dik li qabel kienet l-URSS;

(b) ma għandhomx idaħħlu arranġamenti ta' tqassim bejn xulxin fi ftehim bilaterali futuri ma' pajjiżi terzi li jirrigwardaw kummerċ bil-massa niexef jew likwidu u tal-bastimenti tal-linja. Madankollu, dan ma jeskludix il-possibbiltà ta' arranġamenti bħal dawn li jirrigwardaw il-merkanzija bil-bastimenti tal-linja f'dawk il-każijiet eċċezzjonali fejn il-kumpanniji tat-trasport bil-baħar bil-bastimenti tal-linja minn Parti waħda jew oħra f'dan il-Ftehim ma jkollhomx b'mod ieħor l-opportunità effettiva li jsalpaw għall-kummerċ lejn jew mill-pajjiż terz interessat.

(ċ) għandhom, mal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jabolixxu l-miżuri unilaterali amministrattivi u tekniċi kollha u l-ostakoli l-oħra kollha li jistgħu jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija jew li jkollhom effetti diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa tas-servizzi fit-trasport internazzjonali bil-baħar.

Kull Parti għandha tikkonċedi, fost ħwejjeġ oħra, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lill-bastimenti tal-Parti nfisha, lill-bastimenti użati għat-trasport ta' l-oġġetti, tal-passiġġieri jew tat-tnejn, u li jtajru l-bandiera tal-Parti l-oħra, fejn jidħlu l-aċċess għall-portijiet miftuħa għal bastimenti barranin, l-użu ta' l-infrastruttura u tas-servizzi marittimi awżiljari ta' dawn il-portijiet, kif ukoll il-miżati u l-ħlasijiet dovuti, il-faċilitajiet tad-dwana u l-assenjazzjoni ta' l-irmiġġ u tal-faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt.

3.  Il-Partijiet jaqblu li, wara l-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1996, għandhom jidħlu għal negozjati dwar il-ftuħ b'mod gradwali tal-kanali interni ta' l-ilma ta' kull waħda mill-Partijiet liċ-ċittadini u lill-kumpanniji tat-trasport bil-baħar tal-Parti l-oħra, rigward il-libertà sabiex jipprovdu servizzi internazzjonali bil-baħar jew bix-xmajjar.

Artikolu 40

Bil-għan li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet favorevoli għat-trasport bil-ferrovija bejn il-Partijiet, huwa miftiehem illi l-Partijiet għandhom, fil-qafas ta' dan il-Ftehim u permezz ta' mekkaniżmi xierqa bilaterali u multi-laterali, jippromwovu:

 it-tħaffif fil-proċeduri tad-dwana u fil-ħruġ tal-permessi l-oħra fuq il-fruntiera għat-trasport tal-merkanzija u għall-vetturi tal-ferroviji,

 il-koperazzjoni fil-ħolqien ta' vetturi tal-ferroviji xierqa u li jilħqu l-ħtiġiet tat-traffiku internazzjonali,

 it-tqarrib lejn xulxin tar-regolamenti u l-proċeduri li jirregolaw it-trasport internazzjonali,

 is-salvagwardja u l-iżvilupp tat-traffiku internazzjonali tal-passiġġieri bejn l-Istati Membri u r-Russja.

Artikolu 41

Il-koperazzjoni għandha tiżgura kondizzjonijiet ġusti, bilanċjati u kompetittivi għas-suq tal-varar fl-ispazju u t-trasportazzjoni bażati fuq fatturi ekonomiċi sodi u, b'mod partikolari, għandhom jittieħdu passi sabiex jippromwovu n-negozjati u l-implimentazzjoni tar-regoli multilaterali li jirrigwardaw il-kummerċ fil-varar fl-ispazju u fis-servizzi tat-trasportazzjoni.

Matul il-perjodu transnazzjonali taż-żmien sas-sena 2000, għandhom jiġu miftiehma l-kondizzjonijiet dwar il-provvista tas-servizzi tal-varar fl-ispazju.

Artikolu 42

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jagħtu lil xulxin kull għajnuna possibbli rigward il-miżuri li jmexxu 'l quddiem il-kummerċ li jaqsam minn fruntiera għall-oħra fil-komunikazzjonijiet tas-satelliti mobbli fit-territorji rispettivi tagħhom, b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni, il-prattiċi u l-kondizzjonijiet rispettivi tagħhom. Fis-sena 1996, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu sabiex jikkunsidraw il-possibbilitajiet li jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit għas-servizzi mobbli tas-satelliti.

Artikolu 43

Bil-ħsieb li jiżguraw żvilupp kordinat fit-trasport bejn il-Partijiet, adatt għall-ħtiġiet kummerċjali tagħhom, il-Partijiet jistgħu, wara l-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jikkonkludu Ftehim speċifiċi li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet għall-aċċess reċiproku għas-suq u għall-provvista tas-servizzi fis-settur tat-trasport, safejn u sakemm dawn il-kondizzjonijiet ma humiex diġà indirizzati f'dan il-Ftehim. Dawn il-Ftehim jistgħu japplikaw għal iktar minn mod wieħed jew mod waħdieni ta' trasport.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 44

Għall-għanijiet tal-Kapitoli II, III u tat-Titolu V, ma għandu jitqies l-ebda trattament konċess mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha jew ir-Russja skond l-impenji li jkunu daħlu għalihom fi ftehim dwar l-integrazzjoni ekonomika.

Artikolu 45

Il-kumpanniji li huma kontrollati u li huma proprjetà esklussiva ta' kumpanniji Komunitarji jew kumpanniji Russi konġunti għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u III ta' dan it-Titolu u dawk tat-Titolu V.

Artikolu 46

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jiġu applikati bla ħsara għal-limitazzjonijiet ġustifikati għar-raġunijiet ta' politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

2.  Ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet li fit-territorju ta' kull waħda mill-Partijiet huma konnessi, saħansitra okkażjonalment, ma' l-eżerċizju ta' awtorità uffiċjali.

Artikolu 47

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għal iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-setturi tas-servizz fil-Partijiet u għall-impenji l-oħra internazzjonali li jidħu għalihom il-Partijiet, partikolarment fid-dawl tar-riżultati finali tan-negozjati tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-GATS.

Artikolu 48

Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, xejn fil-Ftehim ma għandu jipprevjeni lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom rigward id-dħul u l-waqfien, ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-istabbiliment ta' persuni naturali u legali hekk li jġibu fix-xejn jew jagħmlu ħsara lill-benefiċċji li jakkumulaw lil kull Parti skond it-termini ta' dispożizzjoni speċifika fil-Ftehim. Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 46.

Artikolu 49

1.  It-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit konċess b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jew tat-Titolu V ma għandux japplika għall-vantaġġi tat-taxxi li l-Partijiet qegħin jipprovdu jew għad għandhom jipprovdu fil-ġejjieni fuq il-bażi ta' ftehim biex titwarrab it-taxxa doppja, jew kull arranġament ieħor dwar it-taxxi.

2.  Xejn f'dan it-Titolu jew fit-Titolu V ma għandu jinftiehem li jipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar mill-Partijiet ta' kull miżura mmirata sabiex tipprevjeni t-twarrib jew l-evażjoni tat-taxxa doppja jew ta' arranġamenti oħra dwar it-taxxa, jew il-leġiżlazzjoni fiskali domestika.

3.  Xejn f'dan it-Titolu jew fit-Titolu V ma għandu jiġi miftiehem li jipprevjieni lill-Istati Membri jew lir-Russja milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxa li ma humiex f'sitwazzjonijiet identiċi partikolarment rigward il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 50

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 32 u 37, l-ebda dispożizzjoni tal-Kapitoli II, III and IV miġjuba hawn ma għandha tiġi interpretata li tagħti xi dritt lil:

 iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Russja rispettivament li jidħlu, jew joqogħda fit-territorju tar-Russja jew tal-Komunità rispettivament f'kull kapaċità tkun xi tkun, u partikolarment bħala azzjonisti jew imsieħba f'kumpannija jew bħala manager jew impjegati tagħha jew bħala fornituri jew riċevituri ta' servizzi,

 is-sussidjarji jew fergħat Komunitarji ta' kumpanniji Russi li jimpjegaw jew impjegaw ċittadini Russi fit-territorju tal-Komunità,

 is-sussidjarji jew fergħat Russi ta' kumpanniji Komunitarji li jimpjegaw jew jkollhom impjegati ċittadini ta' l-Istati Membri fit-territorju tar-Russja,

 il-kumpanniji Russi jew sussidjarji jew friegħi Komunitarji ta' kumpanniji Russi li jfornu ħaddiema li huma ċittadini Russi sabiex jaġixxu għal u taħt il-kontroll ta' persuni oħra fuq kuntratti ta' impjieg temporanju,

 il-kumpanniji Komunitarji jew is-sussidjarji u l-friegħi ta' kumpanniji Komunitarji li jfornu ħaddiema li huma ċittadini ta' l-Istati Membri li jaġixxu għal jew taħt il-kontroll ta' persuni oħra fuq kuntratti ta' impjieg temporanju.

Artikolu 51

1.  It-trattament konċess minn kull waħda mill-Partijiet lil Parti oħra kif miġjub hawn taħt għandu, sa mill-jum xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi rilevanti tal-GATS, rigward is-setturi jew il-miżuri koperti mill-GATS, fl-ebda każ ma għandu jkun iktar favorevoli minn dak konċess minn din il-Parti skond id-dispożizzjonijiet tal-GATS, u dan, rigward kull settur, sottosettur u mod tal-provvista tas-servizzi.

2.  Mingħajr preġudizzju għan-natura awtomatika tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-Parti li tkun assumiet l-obbligi skond il-GATS għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bid-dispożizzjonijiet xierqa u l-adattamenti għal dan il-Ftehim li jirriżultaw minn dan l-Ftehim.

3.  Fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet mingħand il-Parti, li tkun assumiet l-obbligi skond il-GATT, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, il-Parti l-oħra tista' tinnotifika lill-ewwel Parti dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel aġġustamenti għall-obbligi tagħha skond dan it-Titolu, u tagħmel dawn l-aġġustamenti kif ġej:

 fejn settur tas-servizzi, sottosettur jew mod tal-provvista ta' servizz ikun ġie mħolli barra mill-Ftehim, l-iskop tiegħu mnaqqas jew magħmul soġġett għat-twettiq tal-kondizzjonijiet skond il-paragrafu 1, is-settur, is-sottosettur jew il-mod tal-provvista identiċi jistgħu jitħallew barra jew l-iskop tagħhom jiġi mnaqqas fl-istess manjiera jew bla ħsara għat-twettiq ta' kondizzjonijiet identiċi jew simili.

4.  Dawn l-aġġustamenti magħmula mit-tieni Parti għandhom iwasslu għal-istabbiliment mill-ġdid ta' bilanċ fl-obbligi bejn il-Partijiet.

5.  Fil-każ illi Parti tikkunsidra illi l-aġġustamenti magħmula skond il-paragrafu 3 ma wasslux għal-istabbiliment mill-ġdid tal-bilanċ ta' l-obbligi bejn il-Partijiet, din il-Parti tista' tagħmel talba lill-Parti l-oħra, biex tidħol f'diskussjonijiet fi żmien 30 jum sabiex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti permezz ta' kull aġġustament ieħor xieraq dwar l-obbligi tagħha skond dan it-Titolu.

6.  Jekk fi żmien 30 jum mill-ftuħ ta' dawn il-konsultazzjonijiet ma tinstab l-ebda soluzzjoni sodisfaċenti, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' l-Artikolu 101 fuq it-talba ta' waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet.



TITOLU V

IL-ĦLASIJIET U L-KAPITAL

Artikolu 52

1.  Il-Partijiet jintrabtu li jawtorizzaw kull ħlas kurrenti, fil-munita konvertibbli liberament, bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Russja konnessi mall-moviment ta' merkanzija, tas-servizzi jew tal-persuni magħmula b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim preżenti.

2.  Għandu jiġi żgurat il-moviment liberu tal-kapital bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Russja fil-għamla ta' investiment dirett magħmul f'kumpanniji stabbilita b'mod konformi mal-liġijiet tal-pajjiż tal-lqugħ u l-investimeti magħmula b'mod konformi mal-Kapitolu II tat-Titolu IV, u t-trasferiment barra mill-pajjiż ta' dawn l-investimenti, inkluż kull kumpens li joħroġ minn miżuri bħalma huma l-esproprjazzjoni, in-nazzjonalizzazzjoni jew miżuri b'effett ekwivalenti, u ta' kull profitt li joħroġ minn dawn.

3.  Id-dispożizzjonijiet tal-Parti 2 ma għandhomx jipprevjienu lir-Russja milli tapplika restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett u barra mill-pajjiż minn residenti Russi. Ħames snin wara l-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin dwar iż-żamma ta' dawn ir-restrizzjonijiet, filwaqt li jqisu l-kondizzjonijiet kollha rilevanti monetarji, fiskali u finanzjarji.

4.  It-trasferimenti rigward il-moviment tal-kapital koperti bil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq l-istess kondizzjonijiet dwar ir-rata tal-kambju bħal dawk li jkollhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet kurrenti.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 6 u 7, wara perjodu transitorju taż-żmien ta' ħames snin mill-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet ma għandhom idaħħlu l-ebda restrizzjoni dwar il-moviment tal-kapital u l-ħlasijiet kurrenti konnessi miegħu bejn residenti tal-Komunità u residenti tar-Russja u ma għandhomx jagħmlu l-arranġamenti eżistenti iktar restrittivi. Madankollu, l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet matul dan il-perjodu transitorju taż-żmien imsemmi fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skond il-paragrafi 2, 3, 4 u 9 ta' dan l-Artikolu.

6.  Wara li l-projbizzjoni tal-paragrafu 5 tkun bdiet isseħħ u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f'każijiet eċċezzjonali, il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u r-Russja jikkawża, jew jhedded li jikkawża, diffikultajiet serji sabiex titħaddem il-politika tar-rata tal-kambju jew il-politika monetarja fil-Komunità jew fir-Russja, il-Komunità u r-Russja, rispettivament, jistgħu jieħdu miżuri ta' salvagwardja rigward il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u r-Russja għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk dawn il-miżuri jkunu strettament meħtieġa.

7.  B'referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm tiddaħħal konvertbbilità sħiħa fil-munita kurrenti Russa fit-tifsira ta' l-Artikolu VIII ta' l-Artikoli tal-Ftehim dwar il-Fond Montetarju Internazzjonali (IMF), ir-Russja tista' tapplika restrizzjonijiet fuq il-kambju konnessi mal-konċessjoni jew it-teħid ta' krediti finanzjarji fuq termini qosra u medji safejn u sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jiġu imposti fuq ir-Russja għall-konċessjoni ta' dawn il-krediti u jiġu permessi skond l-istatus tar-Russja fl-IMF.

Ir-Russja għandha tapplika dawn ir-restrizzjonjiet f'manjiera mhux diskriminatorja. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu applikati f'manjiera hekk li jikkawżaw l-inqas tfixkil possibbli lil dan il-Ftehim. Ir-Russja għandha tgħarraf lill-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-pront dwar id-dħul ta' dawn il-miżuri u dwar kull bidla tagħhom.

8.  Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u r-Russja sabiex imexxu 'l quddiem il-għanijiet immedjati tal-Ftehim preżenti. Il-Partijiet għandhom b'mod partikolari jagħmlu ħilithom kollha sabiex jilliberalizzaw dejjem iktar il-moviment tal-kapital li għandu x'jaqsam ma' l-investimenti bil-portfolio u l-krediti kummerċjali, u l-moviment tal-kapital li għandu x'jaqsam mas-self u l-krediti finanzjarji konċessi minn residenti Komunitarji lil residenti Russi Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa fl-ewwel ħames snin mill-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

9.  Il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit rigward il-libertà tal-ħlasijiet kurrenti u l-moviment tal-kapital u rigward il-metodu tal-ħlas.



TITOLU VI

IL-KOMPETIZZJONI; IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI; IL-KOPERAZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Artikolu 53

Il-kompetizzjoni

1.  Il-Partijiet jaqblu li jaħdmu sabiex jirrimedjaw jew ineħħu permezz ta' l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni jew xorta oħra, ir-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni mill-intrapriżi jew dawk kawżati mill-intervent ta' l-Istat safejn u sakemm jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità u r-Russja.

2.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

2.1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw illi għandhom u jinfurzaw il-liġijiet li jindirizzaw ir-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni mill-intrapriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom,

2.2. Il-Partijiet għandhom iżommu lura milli jikkonċedu għajnuniet għall-esportazzjoni li jiffavorixxu ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta' prodotti oħra għajr il-prodotti primarji.

Il-Partijiet jiddikjaraw ukoll illi huma lesti li, mit-tielet sena wara l-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jistabbilixxu dixxiplina stretta, inkluża l-projbizzjoni bla ħabi ta' ċerti għajnuniet, għal għajnuniet oħra li jgħawwġu jew jheddu li jgħawwġu l-kompetizzjoni safejn u sakemm dawn jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità u r-Russja. Dawn il-kategoriji ta' għajnuniet u d-dixxiplini li japplikaw għal kull waħda mill-Partijiet għandhom jiġu definiti konġuntament fi żmien tliet snin wara l-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi t-tagħrif dwar l-iskemi tagħha ta' għajnuna jew, f'każi individwali partikolari, tal-għajnuna mill-Istat.

2.3. Matul perjodu transitorju taż-żmien li jagħlaq ħames snin wara l-bidu fis-seħħ tal-Ftehim, ir-Russja tista' tieħu miżuri li ma jkunux inkonsistenti mat-tieni sentenza tal-paragrafu 2.2, basta iżda li dawn il-miżuri jiġu mdaħħla u applikati fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Anness 9.

2.4. Fil-każ ta' monopolji ta' l-Istat ta' natura kummerċjali, il-Partijiet jiddikjaraw illi huma lesti li, mit-tielet sena mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jiżguraw illi ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-kumpanniji tal-Partijiet rigward il-kondizzjonijiet li fuqhom il-merkanzija tinkiseb jew titqiegħed fis-suq.

Fil-każ ta' l-impriżi pubbliċi jew l-impriżi li tagħhom l-Istati Membri jew r-Russja għandhom id-drittijiet esklussivi, il-Partijiet jiddikjaraw li huma lesti li, mit-tielet sena mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jiżguraw illi ma tingħadda l-ebda liġi u ma tinżamm l-ebda miżura li tgħawweġ il-kummerċ bejn il-Komunità u r-Russja safejn u sakemm tkun kontra l-interessi rispettivi tal-Partijiet Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tfixkel il-qadi tax-xogħol, fil-liġi jew fil-fatt, ta' biċċiet tax-xogħol partikolari assenjati lil dawn l-impriżi.

2.5. Il-perjodu taż-żmien preskritt fil-paragrafi 2.2 u 2.4 jista' jiġi mtawwal bi ftehim bejn il-Partijiet.

3.  Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni fuq it-talba tal-Komunità jew tar-Russja dwar ir-restrizzjonijiet jew it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u dwar l-infurzar tar-regoli tagħhom tal- kompetizzjoni, bla ħsara għal-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet li jirrigwardaw l-iżvelar tat-tagħrif, tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza tan-negozju. Il-konsultazzjonijiet jistgħu wkoll jirrigwardaw kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

4.  Il-Parti li għandha esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għandha tagħti konsiderazzjoni sħiħa li tipprovdi lill-Parti l-oħra, fuq talba u skond ir-riżorsi disponibbli, b'għajnuna teknika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq ma għandhom jaffettwaw bl-ebda mod id-drittijiet ta' Parti li tapplika l-miżuri xierqa, partikolarment dawk imsemmija fl-Artikolu 18, sabiex tindirizza t-tagħwiġ fil-kummerċ.

Artikolu 54

Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

1.  Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness 10, il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li huma jagħtu sabiex jiżguraw il-protezzjoni adegwata u effettiva u l-infurzar tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.

2.  Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li huma jagħtu lill-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin:

 il-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali (l-Att ta' Stokkolma, 1967 u emendat fl-1979),

 il-Ftehim ta' Madrid li jrrigwarda r-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki (l-Att ta' Stokkolma, 1967, u emendat fl-1979),

 il-Ftehim ta' Nizza li jirrigwarda l-klassifika internazzjonali ta' l-oġġetti u tas-servizzi għall-għanijiet tar-reġistrazzjoni tal-marki (Ġinevra, 1977, u emendat fl-1979),

 it-Trattat ta' Budapest dwar l-għarfien internazzjonali tad-depożitu tal-mikro organiżmi għall-għanijiet tal-proċedura tal-patents (1977, modifikat fl-1980),

 it-Trattat ta' Koperazzjoni dwar il-Patents (Washington 1970, emendat u modifikat fl-1979 u l-1984),

 il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid li jirrigwarda r-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki (Madrid, 1989).

3.  L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artkolu u ta' l-Anness 10 għandha tiġi riveduta regolarment mill-Partijiet b'mod konformi ma' l-Artikolu 90. Jekk jinqalgħu problemi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kummerċ, għandhom isiru konsultazzjonijiet urġenti, fuq it-talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet, bil-ħsieb li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti għal xulxin.

Artikolu 55

Il-koperazzjoni leġiżlattiva

1.  Il-Partijiet jagħrfu illi kondizzjoni importanti għat-tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi bejn ir-Russja u l-Komunità hija t-tqarrib lejn xulxin tal-leġiżlazzjoni. Ir-Russja għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura illi l-leġiżlazzjoni tagħha ssir bil-mod il-mod kompatibbli ma' dik tal-Komunità.

2.  It-tqarrib tal-liġijiet għandu jestendi b'mod partikolari għall-oqsma li ġejjin: il-liġi tal-kumpanniji, il-liġi tal-banek, il-kontijiet u t-taxxi tal-kumpanniji, il-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, is-servizzi finanzjarji, ir-regoli tal-kompetizzjoni, l-akkwisti pubbliċi, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-taxxa indiretta, il-liġijiet tad-dwana, ir-regoli tat-teknika u l-livelli stabbiliti, il-liġijiet u r-regolamenti nukleari, it-trasport.



TITOLU VII

IL-KOPERAZZJONI EKONOMIKA

Artikolu 56

1.  Il-Komunità u r-Russja għandhom irawmu koperazzjoni ekonmika ta' skop wiesa' sabiex jikkontribwixxu għall-espansjoni ta' l-ekonomiji rispettivi tagħhom, għall-ħolqien ta' ambjent ekonomiku internazzjonali ta' appoġġ u għall-integrazzjoni bejn ir-Russja u firxa iktar wiesgħa ta' koperazzjoni fl-Ewropa. Din il-koperazzjoni għandha ssaħħaħ u tiżviluppa r-rabiet ekonomiċi għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet.

2.  Il-politiki u l-miżuri l-oħra tal-Partijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan it-Titolu għandhom partikolarment ikunu disinjati sabiex iwasslu għal riformi ekonomiċi u soċjali u għal strutturazzjoni mill-ġdid fir-Russja u għandhom ikunu gwidati mill-ħtiġiet tas-sostenibbilità u ta' l-iżvilupp soċjali armonjuż; għandhom ukoll jinkorporaw bis-sħiħ il-konsiderazzjonijiet ambjentali.

3.  Fost ħwejjeġ oħra, il-koperazzjoni għandha tkopri:

 l-iżvilupp ta' l-industriji u tat-trasport rispettivi tagħhom,

 l-esplorazzjoni ta' għejun ġodda ta' provvista u ta' swieq ġodda,

 l-inkoraġġiment tal-progress teknoloġiku u xjentifiku,

 l-inkoraġġiment ta' żvilupp stabbili tar-riżorsi soċjali u umani u ta' l-iżvilupp tax-xogħol lokali,

 il-promozzjoni tal-koperazzjoni reġjonali bil-għan ta' l-iżvilupp sostenibbli u armonjuż tagħha.

4.  Il-Partijiet jikkunsidraw li huwa essenzjali illi, flimkien mal-istabbiliment ta' relazzjoni ta' sħubija u koperazzjoni bejn xulxin, iżommu u jiżviluppaw il-koperazzjoni ma' l-Istati l-oħra Ewropej u mal-pajjiżi l-oħra ta' dik li qabel kienet l-URSS bil-ħsieb ta' żvilupp armonjuż tar-reġjun u għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jinkoraġġixxu dan il-proċess.

5.  Safejn u sakemm huma applikabbli, l-għamliet ekonomiċi u oħrajn ta' koperazzjoni provvduti f'dan il-Ftehim jistgħu jiġu appoġġjati mill-Komunità fuq il-bażi tar-Regolamenti rilevanti tal-Kunsill dwar l-għajnuna teknika lill-pajjiżi ta' dik li qabel kienet l-URSS, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet miftiehma dwarhom bejn il-Partijiet. Jista' jingħata wkoll appoġġ permezz ta' dawk l-istrumenti Komunitarji l-oħra rilevanti skond kif ikunu disponibbli.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Partijiet għall-miżuri kapaċi li jrawmu l-koperazzjoni mal-pajjiżi l-oħra ta' dik li qabel kienet l-URSS.

6.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandhomx jaffettwaw l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Partijiet u d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-kompetizzjoni f'dan il-Ftehim kif japplikaw għall-impriżi.

Artikolu 57

Il-koperazzjoni industrijali

1.  Il-koperazzjoni għandha timmira li tippromwovi partikolarment dan li ġej;

 l-iżvilupp ta' rabtiet tan-negozju bejn l-operaturi ekonomiċi inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju,

 it-titjib tat-tmexxija fuq il-livell ta' l-intrapriżi,

 il-proċess tal-privatizzazzjoni fil-kuntest ta' l-istrutturazzjoni ekonomika mill-ġdid, u t-tisħiħ tas-settur privat,

 l-isforzi kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat, għall-istrutturazzjoni mill-ġdid u l-modernizzazzjoni ta' l-industrija, matul il-perjodu transitorju taż-żmien li jwassal għall-ekonomija tas-suq u skond il-kondizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli,

 il-konverżjoni ta' l-industriji tad-difiża,

 l-iżvilupp ta' regoli u prattiċi kummerċjali xierqa msejsa fuq is-suq kif ukoll it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa,

2.  L-inizjattivi ta' koperazzjoni industrijali għandhom iqisu l-prijoritajiet stabbiliti mill-Komunità u mir-Russja. L-inizjattivi għandhom jfittxu b'mod partikolari li jwaqqfu struttura xierqa għall-impriżi, li jtejbu t-tmexxija tal-kompetenza fis-sengħa u li jmexxu 'l quddiem it-trasparenza rigward is-swieq u l-kondizzjonijiet ta' l-impriżi.

Artikolu 58

Il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investiment

1.  Filwaqt li jitqiesu s-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, il-koperazzjoni għandha timmira li toħloq klima favorevoli għall-investiment, kemm dak domestiku u kemm dak barrani, speċjalment permezz ta' kondizzjonijiet aħjar ta' protezzjoni ta' l-investiment, tat-trasferiment tal-kapital u ta' l-iskambju tat-tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment.

2.  Il-għanijiet ta' din il-koperazzjoni għandhom ikunu partikolarmet:

 il-konklużjoni, fejn xieraq, bejn l-Istati Membri u r-Russja tal-ftehim għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investiment,

 il-konklużjoni, fejn xieraq, bejn l-Istati Membri u r-Russja tal-ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja,

 l-iskambju ta' tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment fil-għamla ta', fost ħwejjeġ oħra, fieri kummerċjali, wirjiet, ġimgħat kummerċjali u okkażjonijiet oħra,

 l-iskambju ta' tagħrif dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi amministrattivi fil-qasam ta' l-investiment.

Artikolu 59

L-akkwist pubbliku

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex jiżviluppaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' kuntratti miftuħa u kompetittivi dwar l-akkwist pubbliku b'mod partikolari permezz ta' sejħiet għall-offerti.

Artikolu 60

L-istima tal-livelli stabbiliti u l-konformità; il-protezzjoni tal-konsumatur

1.  Fil-limiti tal-kompetenza tagħhom, u b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni tagħhom, il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri bil-ħsieb li jnaqqsu d-differenzi li jeżistu bejn il-Partijiet fl-oqsma tal-metroloġija, ta' l-istandardizzazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni billi jinkoraġġixxu l-użu ta' strumenti miftiehma internazzjonalment f'dawn l-oqsma.

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-oqsma msemmija hawn fuq ma' l-organizzazzjonijiet rilevanti Ewropej u organizzazzjonijiet rilevanti oħra internazzjonali.

Il-Partijiet għandhom, partikolarment, jinkoraġġixxu l-interazzjoni prattika ta' l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, bil-għan li jibdew jinnegozjaw ftehim ta' rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-konformità ta' l-attivitajiet ta' stima.

2.  Il-Partijiet għandhom jidħlu f'koperazzjoni mill-qrib bil-ħsieb li jiksbu l-kompatibbilità bejn is-sistemi tagħhom dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

Din il-koperazzjoni għandha tkun mirata partikolarment lejn l-istabbiliment ta' sistemi permanenti ta' tagħrif reċiproku dwar prodotti perikolużi, it-titjib tat-tagħrif provvdut lill-konsumaturi, il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti, l-iżvilupp ta' l-iskambji bejn ir-rappreżentanti ta' l-interessi tal-konsumaturi, u ż-żieda tal-kompatibbilità tal-politiki dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

Artikolu 61

It-tħaffir tal-minjieri u l-materja prima

1.  Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-ħsieb li jrawmu l-iżvilupp tas-setturi tal-minjieri u tal-materja prima. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-koperazzjoni fis-setturi tal-minerali mhux tal-ħadid.

2.  Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

 l-iskambju tat-tagħrif dwar il-materji kollha ta' interess għall-Partijiet fejn jirrigwarda s-setturi tal-minjieri u tal-materja prima, inklużi materji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ,

 l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent,

 it-taħriġ.

3.  Din il-koperazzjoni għandha tiġi riveduta regolarment mill-Partijiet f'kumitat jew korp speċjali li għandhom jkun stabbiliti b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 93.

4.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli li jittrattaw iktar speċifikament il-materja prima, partikolarment l-Artikoli 21, 65 u 66.

Artikolu 62

Ix-xjenza u t-teknoloġija

1.  Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-koperazzjoni bilaterali fir-riċerka xjentifika ċivili u fl-iżvilupp tat-teknoloġija (RTD) fuq il-bażi ta' benefiċċju għal xulxin u, filwaqt li titqies id-disponibbilità tar-riżorsi, fl-aċċess adegwat għall-programmi rispettivi tagħhom u bla ħsara għal livelli xierqa ta' protezzjoni effettiva tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali (IPR).

2.  Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija għandha tkopri:

 l-iskambju ta' tagħrif xjentifiku u teknoloġiku,

 attivitajiet konġunti tal-RTD,

 attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' mobilità għax-xjenzati, ir-riċerkaturi u l-ħaddiema tekniċi li jaħdmu fil-RTD fiż-żewġ naħat.

Fejn din il-koperazzjoni tieħu l-għamla ta' attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni u/jew it-taħriġ, għandha titwettaq b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 63.

Fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet ta' koperazzjoni, għandha tingħata attenzjoni lill-iskjerament mill-ġdid tax-xjenzati, l-inġiniera, ir-riċerkaturi u tal-ħaddiema tekniċi li qegħdin jaħdmu jew kienu jaħdmu fir-riċerka u/jew il-produzzjoni ta' armi ta' qerda bil-massa.

3.  Din il-koperazzjoni għandha tiġi implimentata skond arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu negozjati u konklużi b'mod konformi mal-proċeduri adotti minn kull waħda mill-Partijiet, u li għandhom jiddikjaraw, fost ħwejjeġ oħra, id-dispożizzjonijiet xierqa tal-IPR.

Artikolu 63

L-edukazzjoni u t-taħriġ

1.  Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jgħollu l-livell ta' l-edukazzjoni ġenerali u l-kwalifiki professjonali, kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat.

2.  Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

 l-aġġornament ta' l-edukazzjoni għolja u s-sistemi tat-taħriġ fir-Russja,

 it-taħriġ ta' persunal eżekuttiv u ta' uffiċjali anzjani fis-servizz ċivili fis-setturi pubbliċi u privati fl-oqsma ta' prijorità li għad għandhom jiġu stabbiliti,

 il-koperazzjoni bejn l-universitajiet, il-koperazzjoni bejn l-universitajiet u d-ditti,

 il-mobilità tal-għalliema, tal-gradwati, tax-xjenzati u tar-riċerkaturi żgħażagħ, ta' l-amministraturi u taż-żgħażagħ,

 it-tmexxija 'l quddiem tat-tagħlim fil-qasam ta' l-Istudji Ewropej ġewwa l-istituzzjonijiet xierqa,

 it-tagħlim ta' l-ilsna tal-Komunità u tar-Russja,

 it-taħriġ ta' wara l-ewwel grad ta' l-interpreti għall-konferenzi,

 it-taħriġ tal-ġurnalisti,

 l-iskambju tal-metodi tat-taħriġ u l-promozzjoni ta' l-użu ta' programmi moderni u ta' faċilitajiet tekniċi fit-taħriġ,

 l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni mill-bogħod u ta' teknoloġiji ġodda tat-taħriġ,

 it-taħriġ lil min iħarreġ.

3.  Għandha tiġi kkunsidrata l-parteċipazzjoni ta' Parti fil-programmi rispettivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Parti l-oħra b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, jistgħu mbagħad jinbnew l-istrutturi istituzzjonali u l-pjani ta' koperazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-Russja fil-programm Tempus tal-Komunità.

Artikolu 64

L-agrikoltura u s-settur agro-industrijali

Il-koperazzjoni għandha timmira għall-modernizzazzjoni, l-istrutturazzjoni mill-ġdid u l-privatizzazzjoni tal-biedja u tas-settur agro-industrijali fir-Russja f'kondizzjonijiet li jiżguraw illi l-ambjent ikun rispettat. Din il-koperazzjoni għandha tkun permezz ta', fost ħwejjeġ oħra, l-iżvilupp ta' oqsma u rziezet privati u ta' kanali tad-distribuzjoni, tal-metodi tal-ħażna, tat-tqegħid fis-suq u l-maniġġjar, il-modernizazzjoni ta' l-infrastruttura rurali u t-titjib fil-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art agrikola, it-titjib fil-produttività, fil-kwalità u fl-effiċjenza, u t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-kompetenza fis-sengħa. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiksbu l-kompatibbilità bejn l-istandards tagħhom sanitarji u ta' fitosanitarji.

Artikolu 65

L-enerġija

1.  Il-koperazzjoni għandha ssir fuq il-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u tal-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, fl-isfond ta' l-integrazzjoni progressiva tas-swieq ta' l-enerġija fl-Ewropa.

2.  Il-koperazzjoni għandha tinkludi fost ħwejjeġ oħra l-oqsma li ġejjin:

 it-titjib fil-kwalità u s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija, f'manjiera ekonomika u ambjentalment soda,

 il-formulazzjoni ta' politika dwar l-enerġija,

 it-titjib fil-maniġġjar u r-regolazzjoni tas-settur ta' l-enerġija konformi ma' l-ekonomija tas-suq,

 id-dħul ta' żona ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali u oħrajn meħtieġa sabiex jiġu inkoraġġiti l-kummerċ u l-investiment fl-enerġija,

 it-tmexxija 'l quddiem tat-tifdil ta' l-enerġija u ta' l-effiċjenza fl-enerġija,

 il-modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija inklużi l-interkonnessjoni tal-provvista tal-gass u ta' networks tal-komunikazzjoni ta' l-elettriku,

 l-impatt tal-produzzjoni, tal-provvista u tal-konsum ta' l-enerġija fuq l-ambjent, sabiex tiġi prevenuta u mnaqqsa għall-minimu l-ħsara li tirriżulta minn dawn l-attivitajiet,

 it-titjib fit-teknoloġiji ta' l-enerġija fil-provvista u l-użu aħħari tal-firxa tat-tipi ta' enerġija,

 il-maniġġjar u t-taħriġ tekniku fis-settur ta' l-enerġija.

Artikolu 66

Is-settur nukleari

Filwaqt li jitqiesu s-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, għandu jkun hemm koperazzjoni fis-settur nukleari ċivili, fost ħwejjeġ oħra, permezz ta' l-implimentazzjoni ta' żewġ ftehim dwar il-fużjoni termonukleari u dwar is-sigurtà nukleari li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Partijiet.

Artikolu 67

L-ispazju

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41, il-Partijiet għandhom jippromwovu l-koperazzjoni fit-tul fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ċivili dwar l-ispazju. Għandhom partikolarment jagħtu l-attenzjoni tagħhom lil inizjattivi sabiex jagħmlu fuq bażi ta' benefiċċju għal xulxin l-użu sħiħ tal-kumplimentarjetà fl-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 68

Il-kostruzzjoni

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fil-qasam ta' l-industrija tal-kostruzzjoni, partikolarment fl-oqsma koperti bl-Artikolu 55, 57, 60, 62, 63 u 77 ta' dan il-Ftehim.

Din il-koperazzjoni għandha, fost ħwejjeġ oħra, timmira għall-modernizzazzjoni u l-istrutturazzjoni mill-ġdid tas-settur tal-kostruzzjoni fir-Russja spalla ma' spalla mal-prinċipju ta' l-ekonomija tas-suq, u filwaqt li jitqiesu kif mistħoqq l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa, mas-sigurtà u ma' l-ambjent.

Artikolu 69

L-ambjent

1.  Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-Karta Ewropea dwar l-Enerġija u d-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Luċerna ta' l-1992, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom dwar is-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent.

2.  Il-koperazzjoni għandha timmira li tikkumbatti d-deterjorament ta' l-ambjent u b'mod partikolari:

 bil-monitoraġġ effettiv tal-livelli tat-tniġġis u stima ta' l-ambjent; is-sistema tat-tagħrif dwar l-istat ta' l-ambjent,

 billi tikkumbatti t-tniġġis ta' l-arja u ta' l-ilma lokalment, reġjonalment u li jaqsam il-fruntieri,

 bir-restawrazzjoni ekoloġika,

 bil-produzzjoni sostenibbli, effiċjenti u ambjentalment effettiva u bl-użu ta' l-enerġija; is-sigurtà fl-impjanti industrijali,

 bil-klassifika u t-tqandil fis-sigurtà tal-kimiċi,

 bil-kwalità ta' l-ilma,

 bit-tnaqqis, ir-riċiklaġġ u r-rimi fis-sigurtà ta' l-iskart, bl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basilea,

 bl-impatt fuq l-ambjent dwar l-agrikoltura, it-tagħwir tal-ħamrija u t-tniġġis kimiku,

 bil-protezzjoni tal-foresti,

 bil-konservazzjoni tal-bijodiversità, ta' meded ta' art protetti u bl-użu sostenibbli u l-maniġġjar tar-riżorsi bijoloġiċi,

 bil-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art, inkluż il-bini u l-pjanifikazzjoni ta' l-ibliet,

 bl-użu ta' l-istrumenti ekonomiċi u fiskali,

 bil-bidla fil-klima globali,

 bl-edukazzjoni u l-konoxxenza dwar l-ambjent,

 bl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Espoo dwar l-Istima ta' l-Impatt fuq l-Ambjent f'kuntest ta' qsim ta' fruntieri.

3.  Il-koperazzjoni għandha ssir partikolarment permezz ta':

 l-ippjanar kontra d-diżastri u għal sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza,

 l-iskambju ta' tagħrif u ta' esperti, inklużi t-tagħrif u l-esperti li jieħdu ħsieb it-trasferiment ta' teknoloġiji nodfa u l-użu fis-sigurtà u sod fl-ambjent tal-bijoteknoloġiji,

 attivitajiet konġunti ta' riċerka,

 it-titjib tal-liġijiet għal-livelli stabbiliti Komunitarji.

 il-koperazzjoni fuq il-livell reġjonali, inkluża l-koperazzjoni ġewwa l-istruttura ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, stabbilita mill-Komunità u fil-livell internazzjonali,

 l-iżvilupp ta' strateġiji, partikolarment rigward kwistjonijiet globali u klimatiċi u wkoll bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostenibbli,

 studji dwar l-impatt fuq l-ambjent.

Artikolu 70

It-trasport

Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport.

Din il-koperazzjoni għandha, fost ħwejjeġ oħra, timmira għall-istrutturazzjoni mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tas-sistemi u tan-networks tal-komunikazzjoni tat-trasport u li tiżviluppa u tiżgura, fejn xieraq, il-kompatibbilità tas-sisemi tat-trasport fil-kuntest tal-kisba ta' sistema ta' trasport iktar globali

Il-koperazzjoni għandha tinkludi, fost ħwejjeġ oħra

 il-modernizzazzjoni tat-tmexxija u tal-ħidma tat-trasport bit-triq, bil-ferroviji, fil-portijiet u fl-ajruporti,

 il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-ferroviji, tal-passaġġi ta' l-ilma, tat-toroq, tal-portijiet, ta' l-ajruporti u tan-navigazzjoni bl-ajru inkluża l-modernizzazzjoni tat-toroq ewlenin ta' interess komuni għal għaqda li taqsam l-Ewropa skond il-modi ta' hawn fuq,

 il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' trasport multimodali,

 il-promozzjoni tar-riċerka konġunta u l-iżvilupp ta' programmi,

 it-tħejjija tal-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki inkluża l-privatizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

Artikolu 71

Is-servizzi postali u t-telekomunikazzjonijiet

1.  Il-Partijiet għandhom jespandu u jsaħħu l-koperazzjoni f'dan il-qasam bil-għan li jintegraw bil-mod il-mod fil-livell tekniku n-networks ta' komunikazzjoni rispettivi tagħhom tal-posta u tat-telekomunikazzjoni. Għal dan il-għan għandhom jibdew partikolarment l-azzjonijiet li ġejjin:

 l-iskambju ta' tagħrif dwar is-servizzi tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet u tal-politiki dwar it-televiżjoni u x-xandir,

 l-iskambju ta' tagħrif tekniku u tagħrif ieħor, tal-mod tat-taħriġ u tal-ħidma tal-konsultazzjoniiet,

 it-trasferiment tat-teknoloġija u tal-kompetenza fis-sengħa,

 li jkollhom il-korpi xierqa miż-żewġ Partijiet sabiex jelaboraw u jwettqu proġetti konġunti,

 li jmexxu 'l quddiem faċilitajiet ġodda tal-komunikazzjoni qabel xejn għall-ħtiġiet ta' l-istituzjonjiet kummerċjali u pubbliċi,

 li jmexxu 'l quddiem l-istandards tekniċi Ewropej, is-sistemi taċ-ċertifikazzjoni u l-approċċi regolatorji,

 li jikkoperaw sabiex jassikuraw il-komunikazzjoni f'ċirkostanzi kritiċi, jikkonsultaw bejn xulxin dwar l-elaborazzjoni ta' linji gwida għall-koperazzjoni bejn l-operaturi f'kondizzjonijiet ta' katastrofi, eċċ.

2.  Dawn l-attivitajiet għandhom jiffokaw, fost ħwejjeġ oħra, fuq l-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

 l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ta' settur integrat ta' telekomunikazzjonjiet fir-Russja fil-qafas tar-riformi tas-suq u tal-ħolqien ta' bażi regolatorja xierqa,

 il-modernizzazzjoni tax-xibka tal-komunikazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u l-integrazzjoni tagħha fil-livell tekniku man-networks tal-komunikazzjoni Ewropej u tad-dinja,

 il-koperazzjoni fl-iżvilupp tas-sistemi ta' l-iskambju tat-tagħrif u t-trasmissjoni tal-fatti magħrufa bejn l-organizzazzjonijiet tal-Komunità u tar-Russja,

 l-integrazzjoni fil-livell tekniku tan-networks tal-komunikazzjoni li jaqsmu l-Ewropa,

 il-modernizzazzjoni tas-servizzi postali u tax-xandir Russi, inklużi l-aspetti legali u regolatorji,

 it-tmexxija tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tal-posta, tat-televiżjoni u tax-xandir fil-bdil ta' l-ambjenti ekonomiċi taż-żewġ Partijiet, inklużi, fost ħwejjeġ oħra, l-istrutturi ta' l-organizzazzjoni, l-istrateġija u l-ippjanar, il-politika tat-tariffi u l-prinċipji tax-xiri.

Artikolu 72

Is-servizzi finanzjarji

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jwaqqfu u jiżviluppaw struttura xierqa għas-servizzi tal-banek, ta' l-assigurazzjoni u ta' servizzi oħra finanzjarji fir-Russja adatti għall-ħtiġiet ta' l-ekonomija tas-suq.

Il-koperazzjoni għandha tiffoka fuq:

 li tiżviluppa livelli stabbiliti tal-kontabbilità li jixirqu ekonomija ta' suq ħieles u li huma kompatibbli għal-livelli stabbiliti adottati mill-Istati Membri,

 li jistrutturaw mill-ġdid is-sistema bankarja, ta' l-assigurazzjoni u dik finanzjarja,

 li jtejbu l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tas-settur tas-servizzi bankarji, ta' l-assigurazzjoni u dawk finanzjarji,

 li jiżviluppaw sistemi kompatibbli ta' l-awditjar,

 li jiskambjaw it-tagħrif dwar il-liġijiet rispettivi fis-seħħ jew li jkunu qegħdin jiġu mħejjija,

 li jimmodernizzaw l-infrastruttura tal-banek kummerċjali u privati.

Artikolu 73

L-iżvilupp reġjonali

Il-Partijiet għandhom isaħħu l-koperazzjoni bejniethom fl-iżvilupp reġjonali u l-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art.

Għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju tat-tagħrif mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar il-politika reġjonali u l-politika ta' l-użu ta' l-art u dwar il-metodi tal-formulazzjoni tal-politiki reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta' żoni żvantaġġati.

Għandhom jinkoraġġixxu wkoll il-kuntatti diretti bejn ir-reġjuni rispettivi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi responsabbli mill-pjanifikazzjoni ta' l-iżvilupp reġjonali bil-għan, fost ħwejjeġ oħra, li jiġu skambjati l-metodi u l-manjieri tat-trawwim ta' l-iżvilupp reġjonali.

Artikolu 74

Il-koperazzjoni soċjali

1.  Rigward is-saħħa u s-sigurtà, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom bil-għan li jtejbu l-livell ta' protezzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi partikolarment:

 l-edukazzjoni u t-taħriġ dwar kwistjonijiet ta' saħħa u ta' salvagwardja b'attenzjoni speċjali għas-setturi ta' l-attivitajiet b'riskji għolja,

 l-iżvilupp u t-tmexxija 'l quddiem ta' miżuri preventivi sabiex jikkumbattu l-mard kawżat mix-xogħol u problemi oħra tas-saħħa li jkollhom x'jaqsmu max-xogħol,

 il-prevenzjoni ta' riskji ta' inċidenti maġġuri u l-maniġġjar ta' kimiċi tossiċi,

 ir-riċerka sabiex tiġi żviluppata bażi ta' tagħrif rigward l-ambjent tax-xogħol u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

2.  Rigward ix-xogħol, il-koperazzjoni għandha tinkludi partikolarment għajnuna teknika li għandha x'taqsam ma':

 l-ottimizzazzjoni tas-suq tax-xogħol,

 il-modernizzazzjoni tas-servizzi tat-tfittxija tax-xogħol u tal-konsulenza,

 il-pjanifikazzjoni u l-maniġġjar ta' programmi ta' strutturazzjoni mill-ġdid,

 l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp tax-xogħol lokali,

 l-iskambju tat-tagħrif dwar il-programmi ta' xogħol flessibbli, inklużi dawk li jistimulaw dawk ta' min jaħdem għall-rasu u l-promozzjoni ta' l-imprenditorjat.

3.  Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-koperazzjoni fl-isfera tal-protezzjoni soċjali li, fost ħwejjeġ oħra, għandha tinkludi l-koperazzjoni fil-pjanifikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi għall-protezzjoni soċjali fir-Russja.

Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw li jiżviluppaw fir-Russja metodi ta' protezzjoni intrinsiċi għall-ekonomiji tas-suq u għandu jkun fihom id-direzzjonijiet kollha ta' l-attivitajiet tas-sigurtà soċjali.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi wkoll għajnuna teknika għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni soċjali bil-għan li tippromwovi t-transizzjoni bil-mod il-mod għal sistema li tikkonsisti f'taħlita ta' għamliet ta' protezzjoni kontributorji u ta' assistenza soċjali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet rispettivi mhux tal-gvern li jipprovdu servizzi soċjali.

Artikolu 75

It-turiżmu

Il-Partijiet għandhom iżidu u jiżviluppaw il-koperazzjoni ta' bejn xulxin, li għandha tinkludi:

 il-faċilitazzjoni tal-kummerċ turistiku,

 il-koperazzjoni bejn il-korpi uffiċjali tat-turiżmu,

 iż-żieda fil-firxa tat-tagħrif,

 it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa,

 studji dwar l-opportunitajiet għal ħidmiet konġunti.

Artikolu 76

L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju

1.  Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw u jsaħħu l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SME-ijiet) u li jippromwovu l-koperazzjoni bejn l-SME-ijiet tal-Komunità u tar-Russja.

2.  Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju tat-tagħrif u tal-kompetenza fis-sengħa, fost ħwejjeġ oħra, fl-oqsma bħal:

 il-kondizzjonijiet legali, tekniċi, dwar it-taxxa, finanzjarji u oħrajn meħtieġa għal-istabbiliment u l-espansjoni ta' l-SME-jiet u għal koperazzjoni li taqsam il-fruntieri,

 il-provvista ta' servizzi speċjalizzati meħtieġa mill-SME-ijiet, bħalma huma t-taħriġ fil-maniġġjar u t-tqegħid fis-suq, iż-żamma tal-kontijiet, il-kontroll tal-kwalità u l-ħolqien u t-tisħiħ ta' l-aġenziji li jipprovdu dawn is-servizzi,

 l-istabbiliment ta' rabtiet kontinwi u stabbli bejn il-ħaddiema Komunitarji u dawk Russi sabiex tittejjeb il-firxa tat-tagħrif lill-SME-ijiet u titmexxa 'l quddiem il-koperazzjoni li taqsam il-fruntieri, fost ħwejjeġ oħra, permezz ta' l-aċċess u l-ħidma tax-Xibka tal-Komunikazzjni ta' Koperazzjoni fin-Negozju u ċ-Ċentri tal-Korrispondenza Ewropea ta' Informazzjoni basta iżda illi jintlaħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għal kull xibka ta' komunikazzjoni minn dawn

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib bil-ħsieb li jiżguraw li jintlaħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess fin-networks tal-komunikazzjoni.

Artikolu 77

Il-komunikazzjoni, l-informatika u l-infrastruttura tat-tagħrif

1.  Il-Partijiet għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta' metodi moderni tat-tqandil tat-tagħrif, inkluża l-medja. Għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jistimulaw l-iskambju effettiv reċiproku tat-tagħrif. Għandha tingħata prijorità lill-programmi mmirati li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali t-tagħrif bażiku dwar il-Komunità u lill-organizzazzjonijiet professjonali, fost oħrajn lil ċirkoli tan-negozju, b'tagħrif speċjalizzat.

2.  Il-Partijiet għandhom jaħmlu l-isforzi meħtieġa sabiex ikabbru u jsaħħu l-koperazzjoni hekk li tiġi stabbilita l-infrastruttura xierqa tat-tagħrif. Għal dan il-għan għandhom jibdew partikolarment l-azzjonijiet li ġejjin:

 l-iskambju ta' tagħrif dwar il-politiki sabiex jiġu stabbilita infrastrutturi tat-tagħrif inklużi l-politiki regolatorji,

 l-esplorazzjoni tal-possibbilità ta' proġetti konġunti ta' r-riċerka u żvilupp fit-tekonoloġiji ta' l-informatika u l-komunikazzjoni, u dwar l-istabbiliment ta' infrastruttura tat-tagħrif adatta għall-ħtiġiet ta' l-ekonomija tas-suq, billi jitqiesu l-potenzal tal-konverżjoni ta' l-intrapriżi Russi u l-interessi Russi għat-tagħrif bl-informatika u li jippermettu l-ħidma ta' bejn xulxin ma' l-infrastrutturi Komunitarji ta' l-informatika,

 l-iżvilupp ta' programmi konġunti li jirrigwardaw it-taħriġ ta' l-ispeċjalisti fit-teknoloġiji ta' l-informatika u tas-servizzi tat-tagħrif,

 il-promozzjoni tal-livelli stabbiliti tekniċi, tas-sistemi taċ-ċertifikazzjoni u ta' l-avviċinamenti regolatorji Ewropej.

Artikolu 78

Id-dwana

1.  Il-għan tal-koperazzjoni għandu jkun li tinkiseb kompatibbilità bejn is-sistemi tad-dwana tal-Partijiet.

2.  Il-koperazzjoni għandha partikolarment tinkludi dan li ġej:

 l-iskambju tat-tagħrif,

 it-titjib fil-metodi tax-xogħol,

 l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri tad-dwana li jirrigwardaw l-oġġetti kummerċjati bejnil-Partijiet,

 l-interkonnessjoni bejn is-sistemi tat-transitu tal-Komunità u tar-Russja,

 l-appoġġ għad-dħul u l-maniġġjar tas-sistemi moderni ta' informazzjoni tad-dwana, inklużi s-sistemi bażati fuq il-komjuter dwar il-postijiet tal-kontrolli doganali,

 il-għajnuna reċiproka u azzjonijiet konġunti rigward l-oġġetti ta' 'użu doppju' u l-oġġetti soġġetti għal limitazzjoni mhux ta' tariffa,

 l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi taż-żmien tat-taħriġ.

 Il-għajnuna teknika għandha tiġi mogħtija fejn tinħtieġ.

3.  Mingħajr preġudizzju għal iktar koperazzjoni prevista f'dan il-Ftehim u partikolarment fl-Artiklu 82 u 84, il-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana tal-Partijiet għandhom isiru b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 2.

Artikolu 79

Il-koperazzjoni fl-istatistika

1.  Il-koperazzjoni għandha timmira għal iktar żvilupp f'sistemi effiċjenti ta' l-istatistka, il-kompatibbilità informatika u teknoloġikament programmabbli tal-fatti magħrufa statistiċi, sabiex jipprovdu, f'ħin tajjeb, statistika ta' min joqgħod fuqha meħtieġa biex tappoġġja u timmonitorja l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Partijiet u l-proċess tar-riforma ekonomika fir-Russja u biex tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' l-intrapriża privata fir-Russja.

2.  Il-Partijiet għandhom partikolarment jikkoperaw:

 sabiex itejbu iktar l-iżvilupp ta' sistema statistika effiċjenti fir-Russja, b'mod partikolari sabiex tiġi elaborata struttura xierqa istituzzjonali,

 sabiex itejbu l-livelli stabbiliti tat-taħriġ u l-livell professjonali ta' persunal ta' l-istatistika,

 sabiex tintlaħaq u tinġieb l-armonizzazzjoni mal-metodi, mal-livelli stabbiliti u mal-klassifiki internazzjonali, u partikolarment dawk Komunitarji,

 sabiex jipprovdu lill-operaturi ekonomiċ fis-settur privat u dak pubbliku data mikro-ekonomiċi u makro-ekonomiċi xierqa,

 sabiex jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tad-data,

 sabiex isir skambju tat-tagħrif statistiku u għal dan il-għan sabiex jinbnew u/jew isiru kif jixraq l-użi ta' databases

Artikolu 80

Ix-xjenza ta' l-ekonomija

Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-proċess tar-riforma ekonomika u l-kordinament ta' politiki ekonomiċi billi jikkoperaw sabiex itejbu l-għarfien tas-sisien ta' l-ekonomiji rispettivi tagħhom u jiddisinjaw u jimplimentaw il-politika ekonomika f'ekonomiji tas-suq.

Il-Partijiet għandhom:

 jiskambjaw tagħrif dwar il-qadi tax-xogħol u l-prospetti makro-ekonomiċi u dwar l-istrateġiji ta' l-iżvilupp,

 janalizzaw kwistjonijiet ta' interess reċiproku, inklużi l-inkwadratura tal-politiki ekonomiċi u l-istrumenti ta' l-implimentazzjoni,

 jinkoraġġixxu koperazzjoni estensiva fost l-ekonomisti u l-uffiċjali anzjani sabiex iħaffu t-trasferiment tat-tagħrif u tal-kompetenza fis-sengħa għall-abbozzar ta' politiki ekonomiċi, u sabiex jipprovdu disseminazzjoni wiesgħa tar-riżultati tar-riċerka rilevanti għall-politiki.

Artikolu 81

Il-ħasil tal-flus

1.  Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jagħmlu sforzi u jikkoperaw sabiex jipprevjienu l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom għal-ħasil tar-rikavat minn attivitajiet kriminali b'mod ġenerali u mir-reati konnessi mad-droġi b'mod partikolari.

2.  Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tinkludi l-għajnuna amministrattiva u teknika bil-għan li jkun stabbiliti livelli stabbiliti xierqa kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u minn fora internazzjonali f'dan il-qasam, inklużi l-Forza Armata għax-Xogħol ta' Azzjonijiet Finanzjarji (FATF).

Artikolu 82

Id-droga

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw billi jżidu l-effettività u l-effiċjenza tal-politiki u tal-miżuri li jikkumbattu l-prodotti, il-provvista u t-traffiku illeċiti tad-drogi narkotiċi u tas-sustanzi psikotropiċi, inklużi l-prevenzjoni tal-bdil tat-triq ta' kimiċi prekursuri, kif ukoll bil-promozzjoni tal-prevenzjoni tad-domanda għad-drogi u bit-tnaqqis taghħom. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tkun imsejsa fuq il-konsultazzjonijiet reċiproċi u b'kordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet dwar il-għanijiet u l-miżuri fl-oqsma varji li għandhom x'jaqsmu mad-droga, u għandhom, fost ħwejjeġ oħra, jipprovdu għall-iskambju ta' programmi tat-taħriġ u jinkludu, fejn disponibbli, il-għajnuna teknika tal-Komunità.

Artikolu 83

Il-koperazzjoni fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-moviment tal-kapital u tal-ħlasijiet fir-Russja

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52, il-Partijiet, filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa tal-funzjonament u ta' l-iżvilupp stabbili fis-suq Russu tal-munita kurrenti domestika għandhom jikkoperaw fil-qasam tal-ħolqien ta' sistema effettiva ta' regolamentazzjoni fil-moviment tal-kapital u tal-ħlasijiet fir-Russja.

Filwaqt li titqies l-esperjenza, il-kompetenza u l-possibiltajiet rispettivi ta' l-Istati Membri u tal-Komunità, il-koperazzjoni f'dan il-qasam appoġġjata bil-għajnuna teknika mill-Komunità għandha tkopri, fost ħwejjeġ oħra:

 l-istabbiliment ta' rabtiet bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u dawk tar-Russja,

 l-iskambju tat-tagħrif fuq bażi regolari,

 il-għajnuna fl-iżvilupp tar-regolamenti xierqa.

Sabiex ikun hemm l-użu ottimali tar-riżorsi disponibbli l-Partijiet għandhom jiżguraw kordinament mill-qrib fil-miżuri li jidħlu għalihom pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.



TITOLU VIII

IL-KOPERAZZJONI DWAR IL-PREVENZJONI TA' ATTIVITAJIET ILLEGALI

Artikolu 84

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu koperazzjoni mmirata li tipprevjeni attivitajiet illegali bħalma huma:

 l-immigrazzjoni illegali u l-preżenza illegali ta' persuni fiżiċi taċ-ċittadinanza tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom, billi jitqiesu l-prinċipju u l-prattika tal-permess għad-dħul mill-ġdid,

 l-attivitajiet illegali fl-isfera ta' l-ekonomija, inkluża l-korruzzjoni,

 l-operazzjonijiet illegali ta' oġġetti varji, inkluż l-iskart industrijali,

 il-falsifikazzjoni,

 it-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u tas-sustanzi psikotropiċi.

Il-koperzzjoni fl-oqsma msemmija hawn fuq għandhom jkunu msejsa fuq konsultazzjonijiet reċiproċi u interazzjonijiet mill-qrib u għandhom jipprovdu għajnuna amministrattiva li tinkludi:

 l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-isfera tal-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali,

 il-ħolqien ta' ċentri ta' tagħrif,

 iż-żieda fl-effiċjenza ta' l-istituzzjonijiet imqabbda jaħdmu fil-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali,

 it-taħriġ tal-personal u l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tar-riċerka,

 l-elaborazzjoni ta' miżuri aċċettabli għal xulxin li ma jħallux attivitajiet illegali.



TITOLU IX

IL-KOPERAZZJONI KULTURALI

Artikolu 85

1.  Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-koperazzjoni kulturali bil-għan li jirraforzaw ir-rabtiet bejn il-popli tagħhom u sabiex jinkoraġġixxu l-għarfien reċiproku ta' l-ilsna u l-kulturi rispettivi tagħhom filwaqt li jirrispettaw il-libertà kreattiva u l-aċċess reċiproku għall-valuri kulturali.

2.  Il-koperazzjoni għandha b'mod partikolari tkopri l-oqsma li ġejjin:

 l-iskambju tat-tagħrif u ta' l-esperjenza fil-qasam tal-konservazzjoni u tal-protezzjoni tal-monumenti u tal-postijiet (il-wirt arkitettoniku),

 l-iskambji kulturali bejn l-istituzzjonijiet, l-artisti u persuni oħra li jaħdmu fil-qasam tal-kultura,

 it-traduzzjoni ta' xogħlijiet letterarji.

3.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu.



TITOLU X

IL-KOPERAZZJONI FINANZJARJA

Artikolu 86

Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, partikolarment tat-Titoli VI u VII tiegħu, u b'mod konformi ma' l-Artikoli 87, 88 u 89, ir-Russja għandha tibbenefika mill-għajnuna finanzjarja temporanja mill-Komunità permezz ta' għajnuna teknika fil-għamla ta' għotjiet sabiex tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni ekonomika tar-Russja.

Artikolu 87

Din il-għajnuna finanzjarja għandha tkun koperta fi ħdan l-istruttura tal-programm Tacis - Assistenza Teknika lill-Komunità ta' l-Istati Indipendenti - previst fir-Regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità.

Artikolu 88

Il-għanijiet u l-oqsma tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom jiġu preskritti fi programm indikattiv li jirrifletti l-prijoritajiet stabbiliti li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Partijiet filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet, il-kapaċitajiet settorjali ta' assorbiment u l-progress fir-riforma fir-Russja. Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni b'dan.

Artikolu 89

Sabiex jippermettu l-użu ottimali tar-riżorsi disponibbli, il-Partijiet għandhom jiżguraw illi l-kontribuzzjonijiet ta' għajnuna teknika mill-Komunità jsiru b'kordinament mill-qrib ma' dawk minn għejun oħra bħalma huma l-Istati Membri, pajjiżi oħra, u organizzazzjonijiet oħra bħall-Bank Internazzjonali ta' Rikostruzzjoni u Żvilupp, u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.



TITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZONALI, ĠENERALI U FINALI

Artikolu 90

Huwa hawnhekk stabbilit Kunsill ta' Koperazzjoni li għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dan il-Kunsill għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali darba fis-sena u meta jeħtieġu ċ-ċirkostanzi. Għandu jeżamina kull kwistjoni maġġuri ġewwa l-qafas ta' dan il-Ftehim u kull kwistjoni bilaterali jew internazzjonali ta' interess reċiproku bil-għan li jinkisbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa, bi ftehim bejn ir-rappreżentanti ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni tal-Partijiet.

Artikolu 91

1.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun fih membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa l-waħda, u membri tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra.

2.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3.  L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm alternattivament mir-rappreżentant tal-Komunità u membru tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Artikolu 92

1.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jiġi mgħejun fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Koperazzjoni kompost minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, mill-banda l-waħda, u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, mill-banda l-oħra, normalment fil-livell ta' uffiċjali anzjani fis-servizz ċivili. L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat ta' Koperazzjoni għandu jinżamm alternattivament minn rappreżentant tal-Komunità u rappreżentant tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Fir-regoli tiegħu ta' proċedura, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi d-dmirijiet tal-Kumitat ta' Koperazzjoni li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, u dawk id-dmirijiet kif previsti fl-Artikoli 16, 17 u 53 u fl-Anness 2, u kif għandu jiffunzjona l-Kumitat.

2.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddelega kull wieħed mill-poteri li jkollu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandu jiżgura l-kotinwità bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 93

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kumitati jew korpi oħra speċjali li jistgħu jgħinuh fit-twettiq tad-dmirjiet tiegħu u għandu jistabbilixxi l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta' dawn l-kumitati jew korpi u kif għandhom jiffunzjonaw.

Artikolu 94

Meta jkun qiegħed jeżamina xi kwistjoni li toħroġ mill-qafas ta' dan il-Ftehim li jkollha x'taqsam ma' dispożizzjoni li tirreferi għal Artikolu tal-GATT, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jqis safejn u sakemm huwa l-iktar possibbli l-interpretazzjoni li tkun ġeneralment mogħtija lill-Artikolu tal-GATT fil-kwistjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-GATT.

Artikolu 95

Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni. Dan il-Kumitat għandu jiltaqa' f'intervalli taż-żmien li għandu jistabbilixxi huwa stess.

Artikolu 96

1.  Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti minn membri tal-Parlament Ewropew, min-naħa l-waħda, u minn membri ta' l-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra.

2.  Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3.  Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jkun presjedut darba wara l-oħra minn membru tal-Parlament Ewropew u minn membru ta' l-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa rispettivament, b'mod konformi mad-dispożizzjoijiet li għandhom jiġu preskritti fir-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 97

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jitlob tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Kunsill ta' Koperazzjoni, li mbagħad għandu jagħti lill-Kumitat it-tagħrif mitlub.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jiġi mgħarraf bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 98

1.  Fl-iskop ta' dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet tintrabat li tiżgura li persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess ħieles minn kull diskriminazzjoni rigward iċ-ċittadini tagħha fil- qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet biex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u drittijiet tagħhom dwar il-proprjetà, inklużi dawk li jirrigwardaw il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.

2.  Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

 għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ biex jaqtgħu l-kwistjonijiet li jqumu minn operazzjonijiet kummerċajli u ta' koperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Russja,

 jaqblu li fejn kwistjoni tiġi sottomessa għall-arbitraġġ, kull waħda mill-Partijiet fil-kwistjoni tista', għajr fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżul mill-Partijiet jipprovdi xort'oħra, tagħżel l-arbitru tagħha, irrispettivament miċ-ċittadinanza tiegħu, u li t-tielet arbitru li jippresjedi jew arbitru waħdieni jistgħu jkunu ċittadini ta' Stat terz,

 għandhom jirrakkomandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom biex jagħżlu bil-kunsens ta' xulxin il-liġijiet li japplikaw għall-kuntratti tagħhom,

 għandhom jinkoraġġixxu r-rikors għar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġijiet tal-Kummerċ Internazzjonali (Uncitral) u għall-arbitraġġ ta' kull ċentru ta' Stat firmatarju tal-Konvenzjoni dwar il-Għarfien u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġi Barranin magħmula fi New York fil-10 ta' Ġunju 1958.

Artikolu 99

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lil Parti milli tieħu kull miżura:

1. li hija tikkunsidra meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-interessi essenzjali tagħha ta' sigurtà;

(a) sabiex tipprevjeni l-iżvelar ta' tagħrif kontra l-interessi essenzjali tagħha ta' sigurtà;

(b) li għandha x'taqsam ma' materjali fissili jew il-materjali li minnhom dawn jitnisslu;

(ċ) li jkollha x'taqsam mal-produzzjoni, jew il-kummerċ ta' armi, munizzjon jew materjali tal-gwerra jew tar-riċerka, l-iżvilupp jew il-produzzjoni indispensabbli għall-għanijiet tad-difiża, basta iżda li dawn il-miżuri ma jagħmlux ħsara lill-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni rigward il-prodotti mhux maħsuba speċifikament għal għanijiet militari;

(d) fil-każ ta' storbji serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u tal-bon ordni, fi żmien ta' gwerra jew ta' tensjoni serja internazzjonali li jikkostitwixxu theddida ta' gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi tagħha li tkun aċċettat bil-għan taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali;

2. li tikkunsidra meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi u l-impenji internazzjonali tagħha jew miżuri awtonomi meħuda spalla ma' spalla ma' dawk l-obbligi u l-impenji internazzjonali aċċettati dwar il-kontroll ta' l-'użu doppju' ta' l-oġġetti industrijali u t-teknoloġija.

Artikolu 100

1.  Fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni speċjali li tinsab fih:

 l-arranġamenti applikati mir-Russja rigward il-Komunità ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħhom,

 l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward ir-Russja ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini Russi, jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħha.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom għal dawk li jħallsu t-taxxi li ma jkunux f'sitwazzjoni identika partikolarment dwar il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 101

1.  Kull waħda mill-Partijiet tista' tirreferi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni kull kwistjoni li jkollha x'taqsam ma' l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.  Il-Kunsill ta' Koperzzjoni jista' jsolvi l-kwistjoni permezz ta' rakkomandazzjoni.

3.  Fil-każ li ma jkunx possibbli li tinqata' kwistjoni b'mod konformi mal-paragrafu 2, il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet tista' tinnotifika lill-oħra dwar il-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra għandha imbagħad taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn. Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jitqiesu bħala Parti waħda fil-kwistjoni.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu bil-vot tal-maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Partijiet.

4.  Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura għas-soluzzjoni ta' kwistjoni.

Artikolu 102

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fil-pront permezz tal-kanali xierqa fuq it-talba ta' liema waħda tkun miż-żewġ Partijiet sabiex jiddiskutu kull materja li jkollha x'taqsam ma' l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u aspetti rilevanti oħra tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw l-Artikoli 17, 18, 101 u 107 u huma mingħajr preġudizzju għalihom.

Artikolu 103

It-trattament konċess lir-Russja taħt dan il-Ftehim ma għandu fl-ebda każ ikun iktar favorevoli minn dak konċess mill-Istati Membri lil xulxin.

Artikolu 104

Għall-għanijiet ta' dan l-Ftehim, it-terminu “Partijiet” għandu jfisser il-Komunità, jew l-Istati Membri tagħha, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, b'mod konformi mal-poteri rispettivi tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Russja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 105

Safejn u sakemm il-materji koperti b'dan il-Ftehim huma koperti bit-Trattat dwar il-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokolli ta' miegħu, dak it-Trattat u dawk il-Protokolli għandhom mal-bidu fis-seħħ tagħhom japplikaw għal dawn il-materji imma biss safejn u sakemm din l-applikazzjoni tkun prevista fihom.

Artikolu 106

Dan il-Ftehim huwa konkluż għall-perjodu inizjali taż-żmien ta' 10 snin. Il-Ftehim jiġi awtomatikament imġedded sena b'sena basta iżda illi l-ebda Parti ma tagħti lill-oħra notifika bil-miktub dwar ir-rinunzja mill-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel ma jiskadi.

Artikolu 107

1.  Il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri ġenerali jew speċifiċi meħtieġa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan il-Ftehim. Għandhom jaraw illi jinkisbu l-għanijiet immedjati dikjarati fil-Ftehim.

2.  Jekk waħda miż-żewġ Partijiet tikkunsidra illi l-Parti l-oħra tkun naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond il-Ftehim, tista' tieħu l-miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel hekk, għajr fil-każijiet ta' urgenza speċjali, għandha tforni lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu rilevanti meħtieġ għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li titfttex soluzzjoni aċettabbli għall-Partijiet.

Fil-għażla ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-inqas ifixklu l-funzjonament tal-Ftehim Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati mill-iktar fis lill-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob dan.

Artikolu 108

L-Annessi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10 flimkien mal-Protokolli 1 u 2 għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 109

Sakemm jinkisbu d-drittijiet ekwivalenti għall-individwi u għall-operaturi ekonomiċi kif mfissra hawn, dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa d-drittijiet assikurati lilhom permezz tal-ftehim li jorbtu lil Stat Membru jew iktar, mill-banda l-waħda, u lir-Russja, mill-banda l-oħra, għajr f'dawk l-oqsma fil-kompetenza tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom.

Artikolu 110

Dan il-Ftehim għandu japplika, mill-banda l-waħda, għat-territorji li fihom huma applikati t-Trattati li jwaqqfu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dawn it-Trattati u, mill-banda l-oħra, għat-territorju tar-Russja.

Artikolu 111

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'kopji doppji fil-lsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portuġiż, Spanjol u Russu, b'kull wieħed mit-testi awtentiku ndaqs.

Artikolu 112

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri tagħhom infushom.

Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin illi l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu tlestew.

Mad-dħul tiegħu fis-seħħ tiegħu u safejn u sakemm jirrigwarda r-relazzjonijiet bejn il-Komunità u r-Russja, dan il-Ftehim għandu jieħu l-post, mingħajr preġudizzju għal Artikolu 22 (1), (3) u (5), tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali firmat fi Brussel fit-18 ta' Diċembru 1989.

Hecho en Corfú, el veinticuatro de junio de mil novecientos noventa y cuatro.

Udfærdiget i Corfu den fireogtyvende juni nitten hundrede og fireoghalvfems.

Geschehen zu Korfu am vierundzwanzigsten Juni neunzehnhundertvierundneunzig.

Έγινε στην Κέρκυρα, στις είκοσι τέσσερις Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τέσσερα.

Done at Corfu on the twenty-fourth day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-four.

Fait à Corfou, le vingt-quatre juin mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.

Fatto a Corfù, addì ventiquattro giugno millenovecentonovantaquattro.

Gedaan te Korfoe, de vierentwintigste juni negentienhonderd vierennegentig.

Feito em Corfu, em vinte e quatro de Junho de mil novecentos e noventa e quatro.

image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

signatory

På Kongeriget Danmarks vegne

signatory

Für die Bundesrepublik Deutschland

signatory

Για την Ελληνική Δημοκρατία

signatory

Por el Reino de España

signatory

Pour la République française

signatory

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

signatory

Per la Repubblica italiana

signatory

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

signatory

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

signatory

Pela República Portuguesa

signatory

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

signatory

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

signatory

signatory

signatory

LISTA TA' L-ANNESSI

Anness 1

Il-lista indikattiva tal-vantaġġi konċessi mir-russja lill-pajjiżi ta' dik li qabel kienet l-urss koperti b'dan il-ftehim (kif kienet f'Jannar 1994)

Anness 2

Id-derogi mill-artikolu 15 (restrizjonijiet kwantitattivi)

Anness 3

Ir-riservi tal-komunità skond l-artikolu 28 (2)

Anness 4

Riservi russi skond l-artikolu 28 (3)

Anness 5

Il-provvista tas-servizzi li taqsam Il-fruntieri li għalihom il-partijet għandhom jikkonċedu t-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit (MFN)

Anness 6

Tifsiriet li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi finanzjarji

Anness 7

Tifsiriet li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi finanzjarji

Anness 8

Dispożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu l-artikoli 34 U 38

Anness 9

Il-perjodu transitorju taż-żmien għad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni u gĦad-dħul tar-restrizzjionijiet kwantitattivi

Anness 10

Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmija fl-artikolu 54

LISTA TAL-PROTOKOLLI

Protokoll 1

dwar l-istabbiliment ta' grupp tal-kuntatt għall-faħam u l-azzar

Protokoll 2

dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tad-dwana

ANNESS 1

IL-LISTA INDIKATTIVA TAL-VANTAĠĠI KONĊESSI MIR-RUSSJA LILL-PAJJIŻI TA’ DIK LI QABEL KIENET L-URSS KOPERTI B’DAN IL-FTEHIM

(kif kienet fJannar 1994)

Il-vantaġġi huma konċessi bilateralment skond il-ftehim rispettivi jew skond il-prattika stabbilita. Fost ħwejjeġ oħra, jipprovdu għal:

1.  It-tassazzjoni fuq l-importazzjonijiet/esportazzjonijiet

Ma japplika l-ebda dazju.

Ma jiġu applikati l-ebda taxxi fuq l-esportazzjoni rigward l-oġġetti kkunsinnati skond il-ftehim bilaterli ta’ kull sena dwar l-arranġamenti għall-kummerċ u l-koperazzjoni bejn l-Istati skond in-nomenklatura u l-volumi, stipulati fihom, ikkunsidrati bħala “esportazzjoni skond il-ħtiġiet ta’ l-Istat Federali” kif definiti bil-liġijiet Russi korrispondenti.

Ma tiġi applikata l-ebda VAT fuq l-importazzjoni.

Ma jiġu applikati l-ebda taxxi tas-sisa fuq l-importazzjoni.

2.  L-allokazzjoni tal-kwoti u proċeduri dwar l-għoti tal-liċenzi

Il-kwoti ta’ l-esportazzjoni għall-kunsinni ta’ prodotti Russi skond il-ftehim bilaterali ta’ kull sena dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni bejn l-Istati huma miftuħa bl-istess mod bħall-kunsinni skond il-ħtiġiet ta’ “l-Istat”.

3. Kondizjonijiet speċjali fuq kull kwalità ta’ attivitajiet bankarji u fis-settur finanzjarju (inklużi l-istabbiliment, il-ħidma), il-moviment ta’ ħlasijiet speċjali u kurrenti, l-aċċess għas-sigurtajiet, eċċ.

4.  Sistema ta’ prezzijiet rigward l-esportazzjoni Russa ta’ xi kwalitajiet ta’ materja prima u prodottti nofshom lesti (faħam, żejt mhux maħdun, gass naturali, prodotti taż-żejt raffinat)

Il-prezzijiet huma stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet dinjin medji korrispondenti konvertiti frubli jew fil-munita kurrenti nazzjonali rispettiva skond ir-rata kwotata mill-Bank Ċentrali tar-Russja fil-15-il jum tax-xahar ta’ qabel ix-xahar ta’ l-esportazzjoni.

5.  Il-kondizzjonijiet tat-trasport u tat-transitu

Rigward il-pajjiżi tal-Komunità ta’ l-Istati Indipendenti, li jagħmlu Parti mill-Ftehim Multilaterali “dwar il-prinċipji u l-kondizzjonijiet tar-relazzjonijiet fil-qasam tat-trasport” u/jew fuq il-bażi ta’ l-arranġamenti bilaterali dwar it-trasport u t-transitu, ma huma applikati l-ebda taxxi jew miżati fuq bażi reċiproka għat-trasport u l-permessi tal-ħruġ mid-dwana ta’ l-oġġetti (inklużi l-oġġetti fit-transitu) u t-transitu tal-vetturi.

6.  Servizzi tal-komunikazzjoni, inklużi s-servizzi tal-posta, bil-messaġġier, tat-telekomunikazzjoniet u servizzi oħra

7.  Aċċess għas-sistemi ta’ l-informatika u databases

ANNESS 2

ID-DEROGI MILL-ARTIKOLU 15 (RESTRIZJONIJIET KWANTITATTIVI)

1. Jistgħu jittieħdu mir-Russja miżuri eċċezzjonali li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 fil-għamla ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq bażi mhux diskriminatorju kif proevist fl-Artikolu XIII tal-GATT. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss wara l-għeluq ta’ l-ewwel sena kalendarja wara l-firma tal-Ftehim.

2. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Anness 9.

3. Il-valur totali ta’ l-importazzjonijiet ta’ oġġetti li huma bla ħsara għal dawn il-miżuri ma jistax jaqbeż il-proporzjonijiet li ġejjin ta’ l-importazzjonijiet totali ta’ oġġetti li joriġinaw fil-Komunità:

 10 % matul it-tieni u t-tielet sena kalendarji wara l-firma tal-Ftehim,

 5 % matul ir-raba’ u l-ħames sena kalendarji wara l-firma tal-Ftehim,

 3 % wara dawn, sakemm ir-Russja tissieħeb fil-GATT/WTO.

Il-proporzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għall-valur ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja ta’ oġġetti li joriġinaw fil-Komunità matul l-aħħar sena ta’ qabel id-dħul tar-restrizzjonijiet kwantitattivi li għalihom tkun disponibbli l-istatistika.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jinħarbu minnhom biż-żieda tal-protezzjoni tat-tariffi fuq l-oġġetti importati involuti.

4. Dawn il-miżuri ma għandhomx jiġu applikati wara s-sħubija tar-Russja fil-GATT/WTO għajr jekk provvdut xort’oħra fil-Protokoll tas-sħubija tar-Russja fil-GATT/WTO.

5. Ir-Russja għandha tgħarraf lill-Kumitat ta’ Koperazzjoni b’kull miżura li tkun bi ħsiebha tieħu skond it-termini ta’ l-Anness preżenti, u għandhom isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta’ Koperazzjoni jekk hekk Ikun mitlub dwar dawn il-miżuri mill-Komunità qabel ma jittieħdu, u dwar is-setturi li għalihom japplikaw.

ANNESS 3

IR-RISERVI TAL-KOMUNITÀ SKOND L-ARTIKOLU 28 (2)

It-tħaffir ta’ minjieri

F’xi wħud mill-Istati Membri, tista’ tkun meħtieġa konċessjoni għad-drittijiet tat-tħaffir ta’ minjieri u tal-minerali minn kumpanniji kontrollati mhux tal-Komunità.

Is-sajd

L-aċċess għal u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi u tal-postijiet tas-sajd li hemm fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri huma ristretti għall-bastimaneti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru u reġistrati fit-territorju tal-Komunità għajr jekk provvdut xort’oħra.

Ix-xiri tal-beni mmobbli

F’xi wħud mill-Istati Membri, ix-xiri tal-beni immobbli huwa soġġett għal limitazzjonijiet.

Is-servizzi awdjoviżivi inkluż ir-radju

It-trattament nazzjonali li jirrigwarda l-produzzjoni u d-distribuzzjoni, inklużi x-xandir u għamliet oħra ta’ trasmissjoni lill-pubbliku, jistgħu jkunu riservati għal xogħlijiet awdjoviżivi li jilħqu ċerti kriterji dwar l-oriġini.

Is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet inklużi s-servizzi mobbli u bis-satellita

Servizzi riservati

F’xi wħud mill-Istati Membri huwa ristrett l-aċċess għas-suq fejn jirrigwarda s-servizzi u infrastrutturi kumplimentari.

Servizzi professjonali

Is-servizzi riservati għal persuni naturali ċittadini ta’ l-Istati Membri. Skond ċerti kondizzjonijiet dawn il-persuni jistgħu jwaqqfu kumpanniji.

Il-biedja

F’xi wħud mill-Istati Membri mhux applikabbli t-trattament nazzjonali għall-kumpanniji kontrollati mhux tal-Komunità li jixtiequ jindaħlu għall-intrapiża agrikola Il-kisba tal-vinji minn kumpanniji kontrollati mhux tal-Komunità hija soġġetta għal notifika jew, jekk meħtieġa, awtorizzazzjoni.

Is-servizzi ta’ l-aġenziji ta’ l-aħbarijiet

F’xi wħud mill-Istati Membri, jeżistu limitazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni barranija fkumpaniji ta’ l-istampa u kumpanniji tax-xandir.

ANNESS 4

RISERVI RUSSI SKOND L-ARTIKOLU 28 (3)

L-użu tal-ħamrija ta’ taħt il-wiċċ u tar-riżorsi naturali inkluż it-tħaffir tal-minjieri

1. Tista’ tinħtieġ konċessjoni għat-tħaffir tal-minjieri għal xi minerali u metalli minn kumpanniji kontrollati mhux Russi.

2. Xi azzjonijiet speċjali għall-użu tal-ħamrija ta’ taħt il-wiċċ u għal riżorsi naturali minn impriżi żgħar jew impriżi tad-difiża li jkunu għaddejjn minn konversjoni militari jistgħu jiġu magħluqa għal kumpanniji kontrollati mhux Russi.

Is-sajd

Hija meħtieġa awtorizzazzjoni mill-korp governattiv rispettiv għas-sajd.

Ix-xiri u s-sensalija tal-beni immobbli (proprjetà immobbli)

(a) Kumpanniji kontrollati mhux Russi ma jitħallewx jiksbu artijiet. Madankollu, dawn il-kumpanniji jistgħu jikru artijiet għal perjodu taż-żmien ta’ mhux iktar minn 49 sena.

(b) Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu (a), kumpanniji kontrollati mhux Russi jistgħu jiksbu artijiet fil-każi fejn dawn il-kumpanniji huma rikonoxxuti bħala xerrejja b’mod konformi mal-Liġi tal-Federazzjoni Russa dwar il-privatizzazzjoni ta’ l-intrapriżi statali u muniċipali fil-Federazzjoni Russa u mal-leġiżlazzjoni u regolamenti oħra rispettivi, inklużi l-ħtiġiet ta’ programmi ta’ privatizzazzjoni:

 fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ intrapriżi statali u muniċipali fil-għamla ta’ bejgħ bl-offerti u rkant ta’ l-investiment kummerċjali,

 fil-qafas ta’ l-espansjoni u ta’ kostruzzjoni addizzjonali ta’ l-intrapriżi fil-għamla ta’ bejgħ bl-offerti u ta’ rkant ta’ l-investimenmt kummerċjali.

It-telekomunikazzjonijiet

Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni inklużi s-servizzi mobbli u bis-satellita, il-bini, l-istallazzjoni, il-ħidma u l-manutenzjoni tal-mezzi tal-komunkazzjoni huma ristretti.

Is-servizzi tal-medja tal-massa

Xi limitazzjonijiet għal parteċipanti barranin fil-kumpanniji tal-medja tal-massa.

Attivitajiet professjonali

Xi wħud mill-attivitajiet huma magħluqa, limitati jew soġġetti għal ħtiġiet speċjali għall-persuni li ma humiex ċittadini Russi.

Il-kiri ta’ proprjetà Federali

Il-kiri tal-proprjetà Federali li l-valur tagħha jaqbeż il-100 miljun rublu lil kumpanniji b’parteċipazzjoni barranija hija effettwata bil-permess ta’ l-awtorità ta’ l-Istat mogħtija l-poteri biex tmexxi din il-proprjetà. Dan il-massimu għandu jiżdied u jkun espress fmunita kurrenti konvertibbli.

ANNESS 5

IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI LI TAQSAM

IL-FRUNTIERI LI GĦALIHOM IL-PARTIJET GĦANDHOM JIKKONĊEDU T-TRATTAMENT TA’ NAZZJON L-IŻJED FAVORIT (MFN)

(a)  Is-setturi li għandhom jiġu koperti, skond il-Klassifika tal-Prodotti Ċentrali (CPC) ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti:

Is-servizzi ta’ konsulenza li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi tar-reviżjoni tal-kontabilità: parti mill-CPC 86212 għajr is-“servizzi ta’ l-’awditjar’”

Is-servizzi ta’ konsultazzjoni li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi CPC 86220 għaż-żamma tal-kotba tal-kontijiet-

Is-servizzi CPC 8672 ta’ l-inġinerjia

Is-servizzi CPC 8673 ta’ l-inġinerija integrata

Is-servizzi CPC 86711 arkitettoniċi konsultattivi u ta’ qabel id-disinn

Is-servizzi CPC 86712 tad-disinn arkitettoniku

Is-servizzi CPC 8674 arkitettoniċi tal-pjanifikazzjoni urbana u tal-pajżaġġ

Is-servizzi tal-kompjuter u servizzi oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom:

Is-servizzi CPC 841 ta’ konsulenza li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni tal-hardware tal-kompjuter

Is-servizzi CPC 842 ta’ l-implimentazzjoni tas-software

Is-servizzi CPC 844 dwar databases

Il-pubbliċità CPC 871

Ir-riċerka dwar is-suq u l-kampjunar bit-teħid ta’ opinjonijiet CPC 864

Is-servizzi CPC 866 ta’ konsulenza dwar it-tmexxija

Is-servizzi CPC 8676 ta’ l-eżami tekniku u ta’ l-analiżi

Is-servizzi ta’ parir u ta’ konsulenza għall-biedja, il-kaċċa u l-forestrija

Is-servizzi ta’ parir u ta’ konsulenza għas-sajd

Is-servizzi ta’ parir u ta’ konsulenza li għandhom x’jaqsmu mat-tħaffir tal-minjieri

L-istampar u l-pubblikazzjoni CPC 88442

Is-servizzi tal-konvenzjonijiet

Is-servizzi CPC 87905 tat-traduzzjoni

Is-servizzi CPC 87907 tat-tiżjin professjonali tad-djar

It-telekomunikazzjonijiet:

Is-servizzi ta’ valur miżjud inklużi (iżda mhux limitati għalihom) il-posta bl-elettronika, il-posta bil-vuċi, tagħrif on-line (dirett bil-kompjuter) u l-irkupru mid-database, l-ipproċessar tad-databases, l-EDI - Skambju ta’ Databases bl-Elettronika, il-qlib minn jew għall-kodiċijiet u l-etiketta (Protokollari) uffiċjali.

Is-servizzi ta’ data swiċċjati bil-pakkett jew biċ-ċirkwit Is-servizzi tal-kostruzzjoni u xogħol ta’ l-inġinerija konness miegħu: ix-xogħol ta’ l-investigazzjoni fuq il-lant tax-xogħol CPC 5111

id-dritt ta’ rappreżentanza CPC 8929

Is-servizzi ta’ l-edukazzjoni ta’ l-adulti bil-korrispondenza - parti mill-CPC 924

Is-servizzi CPC 962 ta’ l-aġenziji ta’ l-aħbarijiet u ta’ l-istampa

Is-servizzi tal-kiri u/jew ta’ ħlasijiet tal-kiri mingħajr operatur li għandhom x’jaqsmu ma’ tagħmir ieħor tat-trasport (karozzi privati - CPC 83101, vetturi tat-trasport ta’ l-oġġetti - CPC 83105) u li għandhom x’jaqsmu ma’ tagħmir u makkinarju ieħor (CPC 83106, 83107, 83108, 83109)

Is-servizzi ta’ l-aġenti tal-kuumerċ u s-servizzi tal-bejgħ bl-ingrossa li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ ta’

I-importazzjoni/esportazzjoni (parti mill-CPC 621 u 622)

Ir-riċerka u l-iżvilupp fis-software

L-assikurazzjoni mill-ġdid u r-retroċessjoni u s-servizzi awżiljari ta’ l-assikurazzjoni, bħalma huma s-servizzi ta’ konsulenza, is-servizzi attwarji, l-istima tar-riskju u s-soluzzjoni ta’ talbiet

L-assikurazzjoni kontra riskji li għandhom x’jaqsmu ma’:

(i) it-trasport bil-baħar u l-avjazzjoni kummerċjali u l-varar fl-ispazju u t-trasport tal-merkanzija (inkluża dik bis-satelliti) bl-assikurazzjoni hekk li tkopri kull waħda jew kollha minn dawn li ġejjin il-persuni li jkunu qegħdin jinġarru, l-oġġetti li jkunu qegħdin jiġu esportati jew importati, l-istess vettura li ġġorr l-oġġetti u kull responsabbiltà li toħroġ minn dawn;

(ii) l-oġġetti fit-transitu internazzjonali; u

(iii) l-assikurazzjoni dwar l-inċidenti u s-saħħa, u l-assikurazzjoni dwar ir-responsabbiltà personali tal-vetturi fil-każ ta’ ċaqliq bejn il-fruntieri.

(b)  Is-servizzi ta’ l-ipproċessar tad-data CPC 843

II-provvista u t-trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju u l-ipproċessar tad-data finanzjarji (ara l-paragrafi B.11 u B.12 ta’ l-Anness 6):

Għas-servizzi elenkati fil-paragrafu (b) jiġi applikat l-MFN bla ħsara għall-Artikolu 38, mingħajr il-paragrafu A ta’ l-Anness 8.

ANNESS 6

TIFSIRIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAS-SERVIZZI FINANZJARJI

Servizz finanzjarju huwa kull servizz ta’ natura finanzjarja offrut minn fornitur tas-servizzi finanzjarj ta’ waħda mill-Partijiet. Is-servizzi finanzjarji jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:

A.    Is-servizzi kollha ta’ l-assikurazzjoni u dawk li għandhom x’jaqsmu magħha

1. L-assikurazzjoni diretta (inkluża l-ko-assikurazzjoni)

(i) fuq il-ħajja;

(ii) mhux fuq il-ħajja.

2. L-assikurazzjoni mill-ġdid u r-retroċessjoni.

3. L-intermedjazzjoni ta’ l-assikurazzjoni, bħalma huma s-sensalija u l-aġenzija.

4. Is-servizzi awżiljari għall-assikurazzjoni, bħalma huma s-servizzi ta’ konsulenza, is-servizzi attwarji, l-istima tar-riskju u s-soluzzjoni tat-talbiet.

B.    Servizzi bankarji u finanzjarji oħra (minbarra l-assikurazzjoni)

1. L-aċċettazzjoni mingħand il-pubbliku ta’ depożiti u ta’ fondi oħra li jitħallsu lura.

2. Is-self ta’ kull xorta, inklużi l-kreditu lill-konsumaturi, il-kreditu fuq ipoteki, il-bejgħ tad-dejn u l-finanzjament ta’ operazzjonijiet kummerċjali.

3. Il-kiri finanzjarju.

4. Is-servizzi kollha tat-trasmissjoni ta’ ħlasijiet u ta’ flus, inklużi l-biljetti tad-drittijiet fuq il-kreditu u d-debitu (“credit cards”), iċ-ċekkijiet tal-vjaġġaturi (“travellers’ cheques”) u ordnijiet tal-bankiera għall-ħlas lura (“bankers’ drafts”).

5. Il-garanziji u r-rabtiet.

6. Fil-kummerċ fisem min jagħmlu jew fisem il-klijenti, sew jekk fuq skambju, sew fsuq tal-bejgħ minn fuq il-bank u sew jekk xort’oħra, dan li ġej:

(a) l-istrumenti tas-suq tal-flus (inklużi ċ-ċekkijiet, il-fatturi, iċ-ċertifikati ta’ depożitu, eċċ.);

(b) il-kambju barrani

(ċ) il-prodotti derivati inklużi l-ħlas b’lura u l-għażliet iżda mhux limitati għalihom;

(d) l-istrumenti tar-rati tal-kambju u tar-rati ta’ l-imgħax, inklużi prodotti bħalma huma bdil bejn xulxin, ftehim dwar ir-rata tat-twassil tal-merkanzija, eċċ.;

(e) sigurtajiet trasferibbli;

(f) strumenti oħra negozjabbli u assi finanzjarji, inklużi l-ingotti.

7. Il-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull xorta dwar is-sigurtajiet, inklużi dawk li jissottoskrivu poloz ta’ l-assikurazzjoni u dawk li jimpjegawhom meta jagħmluha ta’ aġenti (sew pubbliċi u sew privati) u l-provvista tas-servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-ħruġ.

8. Is-sensalija tal-flus.

9. Il-maniġġjar ta’ l-assi, bħalma huma l-maniġġjar tal-flus kurrenti u ta’ dawkbil-portfolio, kull għamla ta’ maniġġjar ta’ investiment kollettiv, il-maniġġjar ta’ fondi tal-pensjonijiet, u servizzi ta’ kustodja, u ta’ depożiti u ta’ fiduċja.

10. Is-servizzi dwar is-soluzzjoni u l-ħruġ tal-permessi għall-assi finanzjarji, inklużi s-sigurtajiet, prodotti derivati minn dawn, u strumenti oħra negozjabbli.

11. Il-forniment u t-trasferiment tad-datafinanzjarja, u l-ipproċessar tad-data finanzjarji u s-software li għandu x’jaqsam ma’ dan mill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra.

12. L-intermedjazzjoni konsultattiva u servizzi oħra finanzjarji awżiljari dwar l-attivitajiet kollha elenkati fil-punti 1 sa 11 ta’ hawn fuq, inklużi r-riferiment u l-analiżi tal-krediti, ir-riċerka u l-pariri fuq l-investiment u l-portfolio, il-pariri fuq l-akkwisti u l-istrutturar mill-ġdid u l-istrateġija tal-korporazzjonijiet.

L-attivitajiet li ġejjin ma jidħlux fid-definizzjoni ta’ servizzi finanzjarji:

(a) l-attivitajiet imwettqa mill-banek ċentrali jew minn kull istituzzjoni pubblika oħra fis-segwiment tal-politika tar-rata monetarja u ta’ dik tal-kambju;

(b) l-attivitajiet immexxija mill-banek ċentrali, minn aġenziji jew minn dipartimenti tal-gvern jew minn istituzzjonijiet pubbliċi fisem jew bil-garanzija tal-gvern, għajr meta dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu mill-fornituri tas-servizzi finanzjarji fkompetizzjoni ma’ dawn l-entitajiet pubbliċi;

(ċ) l-attivitajiet li jiffurmaw parti minn sistema statutorja ta’ sigurtà pubblika jew pjani pubbliċi ta’ l-irtirar, għajr meta dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu minn fornituri tas-servizzi finanzjarji fkompetizzjoni ma’ entitajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet privati.

ANNESS 7

IS-SERVIZZI FINANZJARJI

A. Rigward is-servizzi bankarji msemmija fil-Parti B ta’ l-Anness 6, it-trattament ta’ nazzjon l-iżjed favorit konċess skond l-Artikolu 28 (1), rigward l-istabbiliment permezz tal-istabbiliment ta’ sussidjarja biss (bit-tħollija barra, għalhekk, ta’ l-istabbiliment permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa), u t-trattament nazzjonali konċess skond l-Artikolu 28 (3) mir-Russja permezz ta’ trattament mhux inqas favorevoli mit-trattament konċess mir-Russja lill-kumpanniji tagħha stess bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

1. Ir-Russja tirriserva d-dritt:

(a) li tissokta tapplika għas-sussidjarji Russi u l-fergħat tal-kumpanniji Komunitarji l-limitu l-iktar għoli li jillimita s-sehem ġenerali tal-kapital barrani fis-sistema bankarja Russa li tkun titħaddem fil-jum tal-firma tal-Ftehim;

(b) li tapplika għas-sussidjarji Russi tal-kumpanniji Komunitarji l-ħtieġa ta’ minimu ta’ kapital ogħla minn dak applikat lill-kumpanniji tagħha (ir-Russja) stess basta iżda illi din il-ħtieġa ta’ kapital minimu ma tiżdiedx meta paragunata mal-waħda fis-seħħ fid-data tal-firma tal-Ftehim qabel ma jiġi applikat it-trattament nazzjonali rigward il-ħtieġa ta’ kapital minimu;

(ċ) li tirrestrinġi n-numru ta’ fergħat tas-sussidjari Russi tal-kumpanniji Komunitarji;

(d) li tistabbilixxi livell mhux ogħla minn 55 000 ECU għall-bilanċi tal-pagamenti ta’ kull persuna fiżika mas-sussidjarji Russi tal-kumpanniji Komunitarji;

(e) li tipprojbixxi lis-sussidjarji Russi ta’ kumpanniji Komunitarji milli jwettqu operazzjonijiet bl-ishma u bl-istrumenti konvertibbli fishma ta’ kumpanniji Russi ta’ ħażna konġunta;

(f) li tipprojbixxi sussidjari Russi ta’ kumpanniji Komunitarji milli jwettqu operazzjonijiet ma’ residenti Russi.

2. L-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 1 jistgħu japplikaw biss bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) sakemm jiġu applikati għas-sussidjarji tal-kumpanniji ta’ kull pajjiż, u

(ii) għall-eċċezzjonijiet imsemmija fis-subparagrafi (ċ), (d) u (e) tal-paragrafu 1:

(a) mhux iktar tard mit-tmiem tal-ħames snin mill-firma tal-Ftehim għall-eċċezzjonijiet imsemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) u mhux iktar tard mit-tmiem ta’ tliet snin għall-eċċezzjoni msemmija fis-subparagrafu (e);

(b) fejn il-proporzjon tal-kapital ta’ l-ishma tas-sussidjarja Russa tal-kumpannija Komunitarja li jkun miżmum minn ċittadini jew kumpanniji Russi ma jaqbiżx il-ħamsin fil-mija (50 %); u

(ċ) lis-sussidjarji Russi ta’ kumpanniji Komunitarji stabbilita wara l-bidu fis-seħħ ta’ dawn l-eċċezzjonijiet;

(iii) għall-eċċezzjoni msemmija fis-subparagrafu (f) tal-paragrafu 1, sa l-1 ta’ Jannar 1996 u għas-sussidjarji Russita’ kumpanniji Komunitarji stabbilita waral-15 ta’ Novembru 1992 jewli majkunuxbdewil-ħidma tagħhom ma’ residenti Russi qabel il-15 ta’ Novembru 1993.

3.

 

(a) Wara l-għeluq tal-ħames sena mid-data tal-firma tal-Ftehim, ir-Russja għandha tikkunsidra l-possibbilità:

(i) li żżid il-limitu l-iktar għoli ta’ l-ishma ġenerali tal-kapital barrani fis-sistema bankarja Russa li tkun taħdem fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, imsemmi fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 1, billi jitqiesu l-konsiderazzjonijiet rilevanti kollha monetarji, fiskali, finanzjarji u tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istat tas-sistema bankarja tar-Russja;

(ii) li tnaqqas il-ħtieġa ta’ kapital minimu, imsemmi fis-subparagrafu (b) tal-paragrafu 1, billi jitqiesu l-konsiderazzjonijiet rilevanti kollha monetarji, fiskali, finanzjarji u tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istat tas-sistema bankarja tar-Russja.

(b) Wara l-għeluq ta’ tliet snin mill-firma ta’ dan il-Ftehim, ir-Russja għandha tikkunsidra li ttaffi r-restrizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) tal-paragrafu 1, billi tqis il-konsiderazzjonijiet rilevanti kollha monetarji, fiskali, finanzjarji u tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istat tas-sistema bankarja tar-Russja.

B. Rigward is-servizzi ta’ l-assikurazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Parti A ta’ l-Anness 6, it-trattament ta’ nazzjon l-iżjed favorit konċess skond l-Artikolu 28 (1) rigward l-istabbiliment permezz tal-istabbiliment ta’ sussidjarja awtorizzata biss għall-ħidma ta’ l-assikurazzjoni huwa dikjarat fil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti li jkunu japplikaw għar-Russja fid-data ta’ l-istabbiliment billi jitqiesu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. mhux iktar tard mill-għeluq tal-ħames snin mill-firma tal-Ftehim, ir-Russja għanda tabolixxi l-limitu massimu taż-żamma ta’ l-ishma mill-barranin sa 49 % tal-kapital tal-kumpannija;

2. matul il-perjodu transitorju taż-żmien ta’ ħames snin l-abolizzjoni tal-limitu massimu taż-żamma ta’ l-ishma mill-barranin ma għandhiex tipprevjeni lir-Russja milli ddaħħal miżuri għall-konċessjoni ta’ liċenzi lil kumpanniji Komunitarji fxi klassijiet ta’ assikurazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-qasam ta’ l-iskemi ta’ assikurazzjoni obbligatorja fis-sigurtà soċjali, jew għall-kisba pubblika, jew għar-raġunijiet deskritti fl-Artikolu 29 (2), u ma għandhomx iġibu fix-xejn jew jagħmlu ħsara sostanzjali lill-effetti ta’ l-abolizzjoni tal-limitu massimu taż-żamma ta’ l-ishma mill-barranin sa 49 %.

ANNESS 8

DISPOŻIZZJONIJIET FEJN GĦANDHOM X’JAQSMU L-ARTIKOLI 34 U 38

Parti A

Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien 30 jum mit-talba għalihom mill-ewwel Parti. Għandhom jinżammu bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim jew dwar:

 l-irtirar min-naħa l-oħra tal-miżuri li jkunu rriżultaw fsitwazzjoni sinifikament iktar restrittiva, jew

 l-aġġustamenti ta’ l-obbligu taż-żewġ Partijiet, jew

 l-aġġustamenti li għandhom jsiru mill-ewwel Parti sabiex tikkumpensa għas-sitwazzjoni iktar restrittiva maħluqa min-naħa l-oħra.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim fi żmien 60 jum mit-talba għall-konsultazzjonijiet mill-ewwel Parti, din l-ewwel Parti tista’ tagħmel aġġustamenti xierqa ta’ kumpens fl-obbligi tagħha. Dawn l-aġġustamenti għandhom jsiru safejn u sakemm u għat-tul taż-żmien meħtieġa sabiex iqisu s-sitwazzjoni sinifikament iktar restrittiva maħluqa min-naħa l-oħra. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-inqas li ifixklu l-funzjonament tal-Ftehim. Id-drittijiet li l-operaturi ekonomiċi jkunu kisbu skond il-Ftehim fiż-żmien li jkunu saru dawn l-aġġustamenti ma għandhomx jiġu affettwati bl-aġġustamenti msemmija.

Parti B

1. Filwaqt li jaġixxi bi spirtu ta’ sħubija u ta’ koperazzjoni, il-Gvern tar-Russja għandhu jgħarraf lill-Komunità, matul perjodu transitorju taż-żmien ta’ tliet snin mill-firma tal-Ftehim, dwar l-intenzjonijiet tiegħu li jissottometti leġiżlazzjoni ġdida jew li jadotta regolamenti ġodda li jistgħu jirrendu l-kondizzjonijiet għal-istabbiliment jew il-ħidma tas-sussidjarji u l-fergħat Russi tal-kumpanniji Komunitarji iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li kienet teżisti fil-jum ta’ qabel id-data tal-firma tal-Ftehim. Il-Komunità tista’ titlob lir-Russja biex tikkomunika l-abbozzi ta’ din il-leġiżlazzjoni jew ta’ dawn ir-regolamenti u li tidħol fkonsultazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi.

2. Fejn il-leġiżlazzjoni l-ġdida jew ir-regolamenti l-ġodda mdaħħla mir-Russja fil-perjodu transitorju taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jirriżultaw li jirrendu l-kondizzjonijiet tal-ħidma tas-sussidjarji u l-fergħat Russi tal-kumpanniji Komunitarji iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li kienet teżisti fid-data tal-firma tal-Ftehim, din il-leġiżlazzjoni jew dawn ir-regolamenti rispettivament ma għandomx japplikaw għal dawn is-sussidjarji u l-fergħat diġà stabbiliti fir-Russja fil-waqt tal-bidu fis-seħħ ta’ l-Att rilevanti, sakemm jagħlaq il-perjodu ta’ tliet snin minn dan il-bidu fis-seħħ.

ANNESS 9

IL-PERJODU TRANSITORJU TAŻ-ŻMIEN GĦAD-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOMPETIZZJONI U GĦAD-DĦUL TAR-RESTRIZZJIONIJIET KWANTITATTIVI

Iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2.3 ta’ l-Artikolu 53 u fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness 2 huma mifhuma rigward is-setturi ta’ l-ekonomija Russa li:

 għaddejjin minn strutturazzjoni ġdida, jew

 qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet serji, partikolarment fejn dawn iġibu magħhom problemi soċjali serji fir-Russja, jew

 jiffaċċjaw l-għeluq jew it-tnaqqis drastiku fis-sehem totali tas-suq miżmum minn kumpanniji jew ċittadini Russi fsettur jew findustrija msemmija fir-Russja, jew

 huma industriji ġodda emerġenti fir-Russja.

ANNESS 10

IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 54

1. Ir-Russja għandha tissokta ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellewttwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, mat-tmiem tal-ħames sena wara l-bidu fis-seħħ tal-Ftehim, livell ta’ protezzjoni simili għal dak li jeżisti fil-Komunità, inklużi l-mezzi effettivi biex dawn id-drittijiet jiġu infurzati.

2. Sat-tmiem tal-ħames sena wara l-bidu fis-seħħ tal-Ftehim, ir-Russja għandha taċċedi għall-konvenzjonijiet multilaterali dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tal-proprjetà intellewttwali, industrijali u kumerċjali li tagħhom l-Istati Membri huma partijiet jew li huma applikati defacto mill-Istati Membri, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fdawn il-konvenzjonijiet:

 il-Konvenzjoni ta’ Berna dwar il-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (l-Att ta’ Pariġi, 1971),

 il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni ta’ l-Artisti, il-Produtturi ta’ Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Ruma, 1961),

 il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Godda ta’ Pjanti (UPOV) (l-Att ta’ Ginevra, 1978).

3. Il-Kunsill ta’ Koperazzjni jista’ jirrakkomanda li l-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness għandu japplika għal konvenzjonijiet multulaterali oħra.

4. Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Russja għandha tikkonċedi lill-kumpanniji u liċ-ċittadini Komunitarji, rigward il-għarfien u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lil kull pajjiż ieħor terz skond ftehim bilaterali.

5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 ma għandhomx japplikaw għall-vantaġġi konċessi mir-Russja lil kull pajjiz terz fuq bażi effettiva reċiproka u għall-vantaġġi konċessi mir-Russja lil pajjiż ieħor ta’ dik li qabel kienet l-URSS.

IL-PROTOKOLL 1

dwar l-istabbiliment ta’ grupp tal-kuntatt għall-faħam u l-azzar

1. Għandu jkun stabbilit grupp tal-kuntatt bejn il-Partijiet. Il-grupp jiġi kompost minn rappreżentanti tal-Komunità u tar-Russja.

2. Il-grupp tal-kuntattjiskambja tagħrifdwar is-sitwazzjonita’ l-industriji tal-faħamu ta’ l-azzar fiż-żewġ territorji u dwar il-kummerċ bejniethom, partikolarment bil-għan li jidentifika dawk il-problemi li jistgħu jinħolqu.

3. Il-grupp tal-kuntatt jeżamina wkoll is-sitwazzjoni ta’ l-industriji tal-faħam u ta’ l-azzar fil-livell dinji, inklużi l-iżviluppi fil-kummerċ internazzjonali.

4. Il-grupp tal-kuntatt jiskambja t-tagħrif kollu siewi dwar l-istruttura ta’ l-industriji involuti, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom tal-produzzjoni, il-progress tax-xjenza u tar-riċerka fl-oqsma rilevanti, u l-evoluzzjoni tax-xogħol. Il-grupp jeżamina wkoll il-problemi tat-tniġġis u ta’ l-ambjent.

5. Il-grupp tal-kuntatt għandu jeżamina wkoll il-progress miksub fil-qafas tal-għajnuna teknika bejn il-Partijiet, inkluża l-għajnuna fit-tmexxija finanzjarja, kummerċjali u teknika.

6. Il-grupp tal-kuntatt jiskambja t-tagħrif kollu rilevanti dwar l-attitudini meħuda, jew li għandha tittieħed, fl-orgnizzazzjonijiet jew il-fora xierqa internazzjonali.

7. Kif u meta ż-żewġ Partijiet jaqblu li l-preżenza u/jew il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-industriji huma xierqa, il-grupp tal-kuntatt jitkabbar fin-numru biex jinkludihom.

8. Il-grupp tal-kuntatt jiltaqa’ darbtejn fis-sena, alternattivament fit-territorji ta’ kull Parti.

9. Il-presidenza tal-grupp tal-kuntatt tinżamm alternattivament minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

IL-PROTOKOLL 2

dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tad-dwana



Artikolu 1

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll:

(a) “leġiżlazzjoni tad-dwana” tfisser id-dispożizzjonijiet li jappli- kaw fit-territorji tal-Partijiet u li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu ta' l-oġġetti u t-tqegħid tagħhom taħt kull proċedura tad-dwana, inklużi miżuri ta' projbizzjoni, ta' restrizzjoni u ta' kontroll u li jiġu adottati mill-Partijiet imsemmija;

(b) “dazji tad-dwana” jfissru d-dazji kollha, it-taxxi kollha u kull ħlas dovut li jiġu ntaxxati u miġbura fit-territorji tal-Partijiet, meta tiġi applikata l-leġiżlazzjoni tad-dwana, imma ma tink- ludix il-miżati u l-ħlas dovut li huma limitati fl-ammont għall- ispejjeż approssimattivi tas-servizzi mogħtija;

(ċ) “awtorità applikanti” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun inħatret minn Parti għal dan il-għan u li tagħmel talba għall-għajnuna dwar materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana;

(d) “awtorità mitluba” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun inħatret minn Parti għal dan il-għan u li tirċievi talba għall-għajnuna fmaterji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana;

(e) “kontravenzjoni”, tfisser kull ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana kif ukoll kull attentat ta' ksur ta' din il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 2

Skop

1.  Il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin, skond il-kompetenzi tagħhom, fil-mod u skond il-kondizzjonijiet preskritti fdan il-Protokoll, sabiex jiżguraw illi l-leġiżlazzjoni tad-dwana tiġi applikata korrettement, partikolarment bil-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni tal-kontravenzjonijiet għal din il-leġiżlazzjoni.

2.  Il-għajnuna, fmaterji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana, kif previst fdan il-Protokoll, tapplika għal kull awtorità amministat- tiva tal-Partijiet li tkun kompetenti fl-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Ma għandhiex tippreġudika r-regoli li jirregolaw il-għajnuna reċiproka fmaterji kriminali. Lanqas ma għandha taħbi tagħrif, inklużi d-dokumenti miksuba skond il-poteri eżer- ċitati fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja, għajr jekk dawn l-awtoritajiet jiftiehmu hekk.

Artikolu 3

L-għajnuna fuq talba

1.  Fuq it-talba ta' l-aworità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tagħti lill-awtorità applikanti t-tagħrif kollu rilevanti sabiex tgħinha tiżgura illi l-leġiżlazzjoni tad-dwana tiġi applikata korret- tement, inkluż it-tagħrif li jirrigwarda l-ħidmiet mikxufa jew pja- nati li jidhru, jew ikunu sejrin ikunu fkontravenzjoni għal din il-leġiżlazzjoni.

2.  Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti jekk l-oġġetti esportati mit-territorju ta' waħda mill-Partijiet ikunux ġew importati kor- rettement fit-territorju tal-Parti l-oħra, billi tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura tad-dwana applikata għall-oġġetti.

3.  Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura illi tinżamm is-sorveljanza fuq:

(a) persuni naturali jew legali li dwarhom ikun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen illi jkunu qegħdin jiksru, jew ikunu kisru l-leġiżlazzjoni tad-dwana;

(b) il-postijiet fejn ħażniet ta' oġġetti jkunu ġew miġbura fmod hekk li jkun hemm raġunijiet xierqa biex jagħtu lil dak li jkun li jissoponi illi jkunu maħsuba bħala provvisti għal ħidmiet li jmorru kontra l-lesġislazzjoni tad-dwana tal-Parti l-oħra;

(ċ) il-moviment ta' oġġetti notifikati bħala possibbilment li joħolqu kontravenzjonijiet għall-leġiżlazzjoni tad-dwana;

(d) il-mezzi tat-trasport li dwarhom ikun hmm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen li jkunu ġew, jew ikunu sej- rin jintużaw sabiex jiksru l-leġiżlazzjoni tad-dwana.

Artikolu 4

L-għajnuna spontanja

Il-Partijiet għandhom fil-kompetenza tagħhom jipprovdu lil xul- xin għajnuna oħra mingħajr it-talba minn qabel li huma jikkun- sidraw bħala meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tal- leġiżlazzjoni tad-dwana, partikolarment meta jiksbu tagħrif dwar:

 ħidmiet mikxufa jew pjanati, li jidhru li huma jew sejrin ikunu fkontravenzjoni għal din il-leġiżlazzjoni,

 mezzi jew metodi ġodda użati sabiex dawn il-ħidmiet isiru,

 oġġetti magħrufa li jkunu soġġetti għal kontravenzjoni sos- tanzjali tal-leġiżlazzjoni tad-dwana dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu jew kull proċedura oħra tad-dwana.

Artikolu 5

Il-għamla u s-sustanza tat-talbiet għall-għajnuna

1.  It-talbiet skond dan il-Protokoll għandhom jiġu magħmula bil- kitba. Id-dokumenti meħtieġa għat-twettiq ta' dawn it-talbiet għandhom jakkumpanjaw it-talba. Meta meħtieġa minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, jistgħu jiġu aċċettati talbiet bil-fomm, imma għandhom jiġu konfermati bil-kitba fil-pront.

2.  It-talbiet skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a) l-awtorità applikanti li tagħmel it-talba;

(b) il-miżura mitluba;

(ċ) il-għan u r-raġuni għat-talba;

(d) il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħra involuti;

(e) indikazzjonijiet eżatti u komprensivi daqs kemm ikun posibbli dwar il-persuni naturali jew legali li jkunu l-mira ta' l-investigazzjoniijiet;

(f) sommarju tal-fatti rilevanti.

3.  It-talbiet għandhom jiġu sottomessi filsien uffiċjali ta' l-awtorità mitluba jew filsien aċċettat minn din l-awtorità.

4.  Jekk talba ma tilħaqx il-ħtiġiet formali, jistgħu jiġu ordnati l-korrezzjoni jew it-tkomplija tagħha; jistgħu, madankollu, jiġu ordnati miżuri prekawzjonarji.

Artikolu 6

It-twettiq tat-talbiet

1.  It-talbiet għall-għajnuna għandhom jiġu mwettqa b'mod kon- formi mal-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħra tal-Parti mit- luba.

2.  Sabiex tikkonforma ma' talba għall-għajnuna, l-awtorità mit- luba għandha tipproċedi, skond il-kompetenza tagħha u skond ir-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qiegħda taġixxi fisimha jew fuq it-talba ta' awtoritajiet oħra ta' l-istess Parti, billi tgħaddi lill-awtorità applikanti t-tagħrif diġà fil-pussess tagħha, billi twet- taq l-investigazzjonijiet meħtieġa jew billi tirranġa li jiġu mwettqa.

3.  L-uffiċjali debitament awtorizzati ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra interessata u skond il-kondizzjonijiet preskritti minn din ta' l-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji ta' l-awtorità mitluba jew mingħand awtorità oħra li għaliha tkun responsabbli l-awtorità mitluba, it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mal-kontravenzjoni tal- leġiżlazzjoni tad-dwana li tkun teħtieġ l-awtorità applikanti għall- għanijiet ta' dan il-Protokoll.

4.  L-uffiċjali ta' Parti jistgħu, fkażijiet partikolari bi ftehim mal- Parti l-oħra u skond il-kondizzjonijiet preskritti minn din ta' l-aħħar, ikunu preżenti fl-investigazzjonijiet imwettqa fit- territorju ta' din il-Parti ta' l-aħħar.

5.  Meta, fiċ-ċirkostanzi previsti fdan il-Protokoll, l-uffiċjali ta' waħda mill-Partijiet ikunu preżenti fl-investigazzjoniet imwettqa fit-territorju tal-Parti l-oħra, għandhom, fil-ħinijiet kollha, ikunu kapaċi jagħtu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom. La jistgħu jilbsu l-uniformi u lanqas iġorru armi.

Artikolu 7

Il-għamla li fiha t-tagħrif għandu jiġi komunikat

1.  Skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti preskritti fdan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin it-tagħrif fil-għamla ta' dokumenti, kopji attestati tad-dokumenti, rapporti u bħal dawn.

2.  L-inkartamenti u d-dokumenti oriġinali jistgħu jiġu trasmessi fuq talba fil-każi biss fejn ma jkunux biżżejjed il-kopji attestati. Dawn l-inkartamenti u dokumenti għandhom jintbagħtu lura ma' l-ewwel opportunità.

3.  Minflok id-dokumenti previsti fil-paragrafu 1, it-tagħrif jista’ jintbagħat bil-kompjuter magħmul fkull għamla għall-istess għan. Għandu jiġi fornit fuq talba t-tagħrif kollu rilevanti għall- utilizzazzjoni tal-materjal.

Artikolu 8

Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tingħata l-għajnuna

1.  Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-għajnuna kif previst fdan il-Protokoll, jistgħu jipprovduha parzjalment jew jipprovduha bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet jew ħtiġiet, fejn jekk meta jagħmlu dan:

(a) x'aktarx li jiġu preġudikati s-sovranità, il-politika pubblika, is-sigurtà jew interessi meħtieġa oħra;

jew

(b) jinkiser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2.  Fejn l-awtorità applikanti titlob il-għajnuna li hija nfisha ma tkunx kapaċi li tipprovdi jekk tiġi mitluba dan minn parti oħra, għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Għandu mbagħad jitħalla għall-parti mitluba li tiddeċiedi kif twieġeb għal din it-talba.

3.  Jekk il-għajnuna tinżamm jew tiġi miċħuda, id-deċiżjonijiet u r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu notifikati bil-miktub lill- awtorità applikanti mingħajr dewmien.

Artikolu 9

L-obbligu li tiġi osservata l-kunfidenzjalità

1.  Kull tagħrif komunikat fgħamla tkun xi tkun skond dan il-Protokoll għandha tkun ta' natura kunfidenzjali. Għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdil-protezzjoni estiża għal tagħrif bħal dan skond il-leġiżlazzjoni rilevanti li tapplika għall-Parti li tkun irċeviet dak it-tagħrif u skond id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

2.  Data dwar l-ismijiet ta' persuni ma għandhomx jiġu trasmessi kull meta jkun hemm raġunijiet xierqa biex jagħtu lil dak li jkun li jemmen illi t-trasferiment jew l-użu magħmul mid-data trasmessi jkunu kuntrarju għall-prinċipji legali bażiċi ta' waħda mill- Partijiet, u, b'mod partikolari, jekk il-persuna involuta ssofri pre- ġudizzju għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fuq talba, il-Parti riċevitriċi għandha tgħarraf lill-Parti fornitriċi dwar l-użu magħmul mit-tagħrif fornit u bir-riżultati miksuba.

3.  Data dwar l-ismijiet tal-persuni jistgħu jiġu trasmessi biss lill- awtoritajiet tad-dwana u, fil-każ ta' ħtieġa ta' prosekuzzjoni, lill- prosekuzzjoni pubblika u lill-awtoritajiet ġudizzjarji.. Persuni jew awtoritajiet oħra jistgħu jiksbu dan it-tagħrif biss fuq awtorizzaz- zjoni minn qabel mill-awtorità fornitriċi.

4.  Il-Parti fornitriċi għandha tivverifika l-eżattezza tat-tagħrif li għandu jiġi trasferit. Kull meta jidher illi t-tagħrif fornit ma kienx eżatt jew għandu jitħassar, il-Parti riċevitriċi għandha tiġi notifi- kata mingħajr dewmien. Din ta' l-aħħar tkun obbligata li twettaq il-korrezzjoni jew it-taħsira.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet ta' interess pubbliku pre- valenti, il-persuna interessata tista’ tikseb, fuq talba, tagħrif dwar il-ħażna ta' data u l-għanijiet ta' din il-ħażna.

Artikolu 10

L-użu tat-tagħrif

1.  It-tagħrif miksub għandu jiġi użat biss għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll u jista’ jintuża ġewwa kull Parti għal għanijiet oħra biss bil-kunsens minn qabel bil-kitba ta' l-awtorità amministrattiva li tkun forniet it-tagħrif u għandu jkun bla ħsara għal kull restriz- zjoni preskritta minn din l-awtorità.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jimpedixxi l-użu tat-tagħrif fkull proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva sussegwentement istit- wita minħabba n-nuqqas li jikkonforma mal-leġiżlazzjon tad- dwana.

3.  Fir-reġistrazzjoni tax-xhieda, tar-rapporti u tat-testimonjanzi u fil-proċeduri u t-taħrikiet miġjuba quddiem il-qrati, il-Partijiet jistgħu jużaw bħala xhieda t-tagħrif miksub u d-dokumenti kon- sultati b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 11

L-esperti u x-xhieda

Uffiċjal ta' l-awtorità mitluba jista’ jiġi awtorizzat li jidher, fil-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni konċessa, bħala espert jew xhud fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-materji koperti b'dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni ta' Parti oħra, u li jipproduċi dawk l-oġġetti, id-dokumenti jew il-kopji attestati tagħhom, kif ikun meħtieġ fil-proċeduri. It-talba għal dehra għandha tindika speċifikament dwar liema materiji u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal jiġi mistoqsi.

Artikolu 12

L-ispejjeż ta' l-għajnuna

Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet kollha bejn xulxin dwar ir-rimborż ta' l-ispejjeż miġruba skond dan il-Protokoll, għajr, jif xieraq, l-ispejjeż ta' l-esperti u x-xhieda u ta' l-interpreti u t-tradutturi li ma jkunux dipendenti mis-servizzi pubbliċi.

Artikolu 13

L-implimentazzjoni

1.  It-tmexxija ta' dan il-Protokoll għandha tiġi fdata fidejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, fidejn l-awtoriajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, mill-banda l-waħda, u fidejn l-awtoritajiet ċentrali tad-dwana tar- Russja mill-banda l-oħra. Dawn għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri u l-arranġamenti prattiċi kollha metieġa sabiex il-Protokoll jiġi applikat, filwaqt li jitqiesu r-regoli fil-qasam tal- protezzjoni tad-data. Jistgħu jirrakkomandaw lill-Kunsill ta' Kope- razzjoni l-emendi li huma jikkunsidraw li għandhom isiru għal dan il-Protokoll.

2.  Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwente- ment iżommu lil xulxin imgħarrfa dwar ir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni li jiġu adottati b'mod konformi mad- dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 14

Il-kumplimentarjetà

1.  Dan il-Protokoll għandu jikkumplimenta u mhux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' kull ftehim dwar il-għajnuna reċiproka li tkun ġiet konkluża bejn Stat Membru individwali jew numru ta' Stati Membri u r-Russja. Lanqas ma għandu jipprekludi għajnuna reċi- proka iktar estensiva konċessa skond il-ftehim konklużi jew li għandhom jiġu konklużi

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, dawn l-arranġamenti ma għandhomx jippreġudikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal- Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar kull tagħrif miksub fmaterji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana li jistgħu jkunu fl-interess tal-Komunità.

▼M1

FTEHIM PROTOKOLL GĦAS-SĦUBIJA U KOPERAZZJONI

li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, mill-parti l-oħra ( 4 )



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA' L-IRLANDA TA' FUQ

Partijiet kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

mill-parti l-waħda, u

l-FEDERAZZJONI RUSSA

mill-parti l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Republika ta' l-Iżveżvezja fl-Unjoni Ewropea u għalhekk fil-Komunità fl-1 ta' Jannar, 1995,

FTIEHMU kif ġej:



Artikolu 1

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżveżvezja huma Partijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, mill-parti l-oħra, iffirmat f'Korfu fl-24 ta' Ġunju, 1994, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u għandhom rispettivament jadottaw u jinnotaw, bl-istess mod li jagħmlu Stati Membri oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Dikjarazzjonijiet u Bdil ta' Ittri annessi ma' l-Att Finali iffirmat fl-istess data.

Artikolu 2

It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu huma redatti fil-lingwa Finlandiża u Żvediza. Huma annessi ma' dan il-Protokoll (1), u huma ugwalment awtentiċi mat-testi bil-lingwi l-oħra li bihom il-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi magħhom huma redatti ( 5 ).

Artikolu 3

Dan il-Protokoll huwa redatt f'żewġ testi fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiza, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Russa, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom.

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar mid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ntemmu.

Hecho en Bruselas, el veintiuno de mayo de mil novecientos noventa y siete.

Udfærdiget i Bruxelles den enogtyvende maj nitten hundrede og syvoghalvfems.

Geschehen zu Brüssel am einundzwanzigsten Mai neunzehnhundertsiebenundneunzig.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι μία Μαΐου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.

Done at Brussels on the twenty-first day of May in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.

Fait à Bruxelles, le vingt et un mai mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.

Fatto a Bruxelles, addì ventuno maggio millenovecentonovantasette.

Gedaan te Brussel, de eenentwintigste mei negentienhonderdzevenennegentig.

Feito em Bruxelas, em vinte e um de Maio de mil novecentos e noventa e sete.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä toukokuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugoförsta maj nittonhundranittiosju.

image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

signatory

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franstalige Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

På Kongeriget Danmarks vegne

signatory

Für die Bundesrepublik Deutschland

signatory

Για την Ελληνική Δημοκρατία

signatory

Por el Reino de España

signatory

Pour la République française

signatory

Thar ceann na hÉireann

For Ireland

signatory

Per la Repubblica italiana

signatory

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

signatory

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

signatory

Für die Republik Österreich

signatory

Pela República Portuguesa

signatory

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

signatory

För Konungariket Sverige

signatory

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

signatory

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

För Europeiska gemenskaperna

signatory

signatory

signatory

signatory

▼M2

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u ir-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn issa 'l quddiem imsejħa l-'Istati Membri' rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004,

FTEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, iffirmat f'Korfù fl-24 ta' Ġunju 1994 (minn issa 'l quddiem il-“Ftehim”) u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod, bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Skambji ta' Ittri, u Dikjarazzjoni mill-Federazzjoni Russa annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Ottubru 2000.

Artikolu 2

Biex jittieħed kont ta' l-żviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li jirreferu għall-Komunità Ewropea li assumiet id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 4

1.  Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Federazzjoni Russa skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.  Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

1.  Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004 basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew iddepożitati qabel dik id-data.

2.  Jekk mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

3.  Jekk mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-1 ta' Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 6

It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni tal-21 ta' Mejju 1997 huma miktuba fil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża.

Huma annessi ma' dan il-Protokoll ( 6 ) u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma miktuba l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni tal-21 ta' Mejju 1997.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll huwa miktub f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana, Ungeriża, u Russa, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Hecho en Luxemburgo, el veintisiete de abril de dos mil cuatro.

V Lucemburku dne dvacátého sedmého dubna dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Luxembourg den syvogtyvende april to tusind og fire.

Geschehen zu Luxemburg am siebenundzwanzigsten April zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta kahekümne seitsmendal aprillil Luxembourgis.

Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις είκοσι επτά Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Luxembourg on the twenty-seventh day of April in the year two thousand and four.

Fait à Luxembourg, le vingt-sept avril deux mille quatre.

Fatto a Lussemburgo, addì ventisette aprile duemilaquattro.

Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada divdesmit septītajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio dvidešimt septintą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kétezer-negyedik év április havának huszonhetedik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu fis-sebgħa u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Luxemburg, de zevenentwintigste april tweeduizend vier.

Sporządzono w Luksemburgu, dnia dwudziestego siódmego kwietnia roku dwa tysiące czwartego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e sete de Abril de dois mil e quatro.

V Luxemburgu dvadsiateho siedmeho apríla dvetisícštyri.

V Luxembourgu, dne sedemindvajsetega aprila leta dva tisoč štiri.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Luxemburg den tjugosjunde april tjugohundrafyra.

Совершенно в Люксембурге двацати седьмого апреля 2004 г.

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Аъзо Давлатлар Номидан

signatory

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Comunidades Europeias

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

Европа Xамжамиятлари Номидан

signatory

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de Russie

Per la Federazione russa

Krievijas Federācijas vārdā

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Za Ruskú federáciu

Za Rusko federacijo

Venäjän federaation puolesta

På ryska federationen vägnar

Ўзбекистон Республикаси Номидан

signatory

▼M3

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Komunitajiet” rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

minn naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il-quddiem imsejħa “l-Partijiet” għall-finijiet ta' dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fl-1 ta' Jannar 2007,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni ma' l-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JIEĦDU KONT tax-xewqa tal-Partijiet li jassiguraw il-ksib u l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Korfù fl-24 ta' Ġunju 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u jqisu, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tas-27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1.  Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mill-Federazzjoni Russa skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.  Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.  Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

2.  Sa meta tasal id-data li fiha jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament b'effett mid-data ta' l-iffirmar tiegħu.

Artikolu 5

1.  It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 u tas-27 ta' April 2004 huma mfassla bil-Bulgaru u bir-Rumen.

2.  Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li bihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 u tas-27 ta' April 2004.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Люксембург на двадесет и трети април две хиляди и седма година

Hecho en Luxemburgo, el veintitrés de abril de dos mil siete.

V Lucemburku dne dvacátého třetího dubna dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Luxembourg den treogtyvende april to tusind og syv.

Geschehen zu Luxemburg am dreiundzwanzigsten April zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta aprillikuu kahekümne kolmandal päeval Luxembourgis.

Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι τρεις Απριλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Luxembourg on the twenty-third day of April in the year two thousand and seven.

Fait à Luxembourg, le vingt-trois avril deux mille sept.

Fatto a Lussemburgo, addì ventitré aprile duemilasette.

Luksemburgā, divi tūkstoši septītā gada divdesmit trešajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų balandžio dvidešimt trečią dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer hetedik év április havának huszonharmadik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-tlieta u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u sebgħa

Gedaan te Luxemburg, de drieëntwintigste april tweeduizend zeven.

Sporządzono w Luksemburgu dnia dwudziestego trzeciego kwietnia roku dwa tysiące siódmego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e três de Abril de dois mil e sete.

Încheiat la Luxemburg la douăzeci și trei aprilie, anul două mii șapte.

V Luxemburgu dňa dvadsiateho tretieho apríla dvetisíssedem.

V Luxembourgu, triindvajsetega aprila leta dva tisoč sedem.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Luxemburg den tjugotredje april tjugohundrasju.

Совершено в Люксембурге двадцать третьего апреля две тысячи седьмого года.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

За государства-члены

signatory

За Европейската общност

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Communidades Europeias

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På europeiska gemenskapernas vägnar

За Европейские сообщества

signatory

signatory

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de russie

Per la Federazione russa

Krievijas Federācijas vārdā

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú federáciu

Za Rusko federacijo

Venäjän federaation puolesta

För Ryska Federationen

За Российскую Федерацию

signatory

▼M4

PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed Kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea



IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

minn naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fl-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu;

BILLI t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fid-9 ta' Diċembru 2011 fi Brussell;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim għandha ssir permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim;

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013;

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi għall-Ftehim. Ir-Repubblika tal-Kroazja tadotta u, bl-istess mod kif jagħmlu l-Istati Membri l-oħrajn, tieħu nota tat-testi tal-Ftehim, id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data u tal-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2000, tal-Protokoll għall-Ftehim tas-27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005, u tal-Protokoll għall-Ftehim tat-23 ta' April 2007 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2008.

Artikolu 2

Wara l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Federazzjoni Russal-verżjoni, fil-lingwa Kroata, tal-Ftehim, tal-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997, tas-27 ta' April 2004 u tat-23 ta' April 2007. Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni fil-lingwa Kroata għandha ssir verżjoni awtentika bl-istess kondizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Russa tal-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 4

1.  Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet, f'konformità mal-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

3.  Dan il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja wara 15-il jum mid-data tal-iffirmar tiegħu.

4.  Dan il-Protokoll japplika għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-qafas tal-Ftehim mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bir-Russu, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, mogħtija s-setgħa għal dan l-iskop, iffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на седемнадесети декември две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecisiete de diciembre de dos mil catorce.

V Bruselu dne sedmnáctého prosince dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syttende december to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Dezember zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta detsembrikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the seventeenth day of December in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le dix-sept décembre deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu sedamnaestog prosinca dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì diciassette dicembre duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada septiņpadsmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų gruodžio septynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év december havának tizenhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de zeventiende december tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego grudnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em dezassete de dezembro de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece decembrie două mii paisprezece.

V Bruseli sedemnásteho decembra dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne sedemnajstega decembra leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den sjuttonde december tjugohundrafjorton.

Совершено в г. Брюсселе семнадцатого декабря две тысячи четырнадцатого года.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

За государства-члень

signatory

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

За Евроиейский союз

signatory

За Европейската общност за атомна енергия

Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica

Za Evropské společenství pro atomovou energii

For Det Europæiske Atomenergifællesskab

Für die Europäische Atomgemeinschaft

Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής Ενέργειας

For the European Atomic Energy Community

Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique

Za Europsku zajednicu za atomsku energiju

Per la Comunità europea dell'energia atomica

Eiropas Atomenerģijas Kopienas vārdā –

Europos atominės energijos bendrijos vardu

az Európai Atomenergia-közösség részéről

F'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie

W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej

Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica

Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice

za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu

Za Evropsko skupnost za atomsko energijo

Euroopan atomienergiajärjestön puolesta

För Europeiska atomenergigemenskapen

За Европейское сообщество по атомной знергии

signatory

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou Federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de Russie

Per la Federazione Russa

Krievijas Federācijas vārdā –

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú Federáciu

Za Rusko Federacijo

Venäjän Federaation puolesta

För Ryska Federationen

За Pоссийскую Федерацию

signatory

▼B

L-ATT FINALI



Il-plenipotenzarji ta':

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u ta'

il-KOMUNITÀ EWROPEA, il-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR u l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Komunità”,

min-naħa waħda, u

il-plentipotenzarju tal-FEDERAZZJONI RUSSA, minn issa 'l quddiem imsejħa ir-“Russja”,

min-naħa l-oħra,

imlaqqgħin f'Korfu f'dan il-erbgħa u għoxrin jum ta' Ġunju tas-sena elf disa' mija u erbgħa u disgħin sabiex jiffirmaw il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni”, adottaw it-testi li ġejjin:



Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokolli li ġejjin:

Il-Protokoll 1 dwar l-istabbiliment ta' grupp tal-kuntatt għall-faħam u l-azzar,

Il-Protokoll 2 dwar il-għajnuna amministrattiva reċiprka għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tad-dwana.

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarju tar-Russja adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti mniżżla fil-lista hawn taħt u mehmuża ma' dan il-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-Titolu III u l-Artikolu 94 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 10 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 12 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 17 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 18 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 22(1) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 24 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikoli 26, 32 u 37 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 28 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 29 (3) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 30 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artiklu 30 (a) u (g) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' “kontroll” fl-Artikolu 30 (b) u l-Artikolu 45 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 30 (h) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 31 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 34 (1) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikoli 34 u 38 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 35 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 39(2) (ċ) tal-Ftehim dwar il-ftuħ tal-portijiet

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 39 (2) (ċ) tal-Ftehim dwar il-bastimenti ta' bandiera terza

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 34 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 46 (2) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 48 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 52 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-paragrafu 2.2 ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 54 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 99 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 101 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 107 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 107 (2) tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikoli 2 u 107 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 112 tal-Fehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 6 tal-Protokll 2.

Il-plentipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarju tar-Russja ħadu wkoll nota ta' l-iskambju bejniethom ta' l-ittri li ġejjin mehmuża ma' l-Att Finali:

L-iskambju ta' l-ittri rigward l-Artiklu 22 tal-Ftehim

L-iskambju ta' l-ittri rigward l-Artikolu 52 tal-Ftehim

Il-plenipotenzarju tar-Russja ħa nota tad-Dikjarazzjonijiet imnżżla fil-lista hawn taħt u mehmuża ma' l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrigwarda l-Artikolu 36 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrigwarda l-Artikolu 54 tal-Ftehim

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mniżżla fil-lista hawn taħt u mehmuża ma' l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni mir-Russja li tirrigwarda l-Artikolu 36 tal-Ftehim.

Hecho en Corfú, el veinticuatro de junio de mil novecientos noventa y cuatro.

Udfærdiget i Corfu den fireogtyvende juni nitten hundrede og fireoghalvfems.

Geschehen zu Korfu am vierundzwanzigsten Juni neunzehnhundertvierundneunzig.

Έγινε στην Κέρκυρα, στις είκοσι τέσσερις Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τέσσερα.

Done at Corfu on the twenty-fourth day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-four.

Fait à Corfou, le vingt-quatre juin mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.

Fatto a Corfù, addì ventiquattro giugno millenovecentonovantaquattro.

Gedaan te Korfoe, de vierentwintigste juni negentienhonderd vierennegentig.

Feito em Corfu, em vinte e quatro de Junho de mil novecentos e noventa e quatro.

image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

signatory

På Kongeriget Danmarks vegne

signatory

Für die Bundesrepublik Deutschland

signatory

Για την Ελληνική Δημοκρατία

signatory

Por el Reino de España

signatory

Pour la République française

signatory

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

signatory

Per la Repubblica italiana

signatory

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

signatory

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

signatory

Pela República Portuguesa

signatory

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

signatory

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

signatory

signatory

signatory

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-Titolu III u l-Artikolu 94

Għall-għanijiet tat-Titolu III u ta' l-Artikolu 94, il-GATT huwa mifhum li huwa il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ firmat f'Ġinevra fis-sena 1947 kif emendat, kif applikat fid-data tal-firma tal-Ftehim preżenti, jekk il-Partijiet ma jiftiehmux xort'oħra fil-qafas tal-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit skond l-Artikolu 90.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 10

Il-Partijiet jaqblu illi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10 ma għandhomx japplikaw għall-kondizzjonjiet ta' l-importazzjoni ta' prodotti ġewwa t-territorju tar-Russja skond is-self u l-krediti finanzjarji konċessi għal għanijiet ta' żvilupp u umanitarji, għall-għajnuna teknika u umanitarja u għal arranġamenti oħra simili, konklużi bejn ir-Russja u Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali safejn u sakemm dawn l-Istati jew organizzazzjonijiet internazzjonali jeħtieġu trattament speċjali għal dawn l-importazzjonijiet.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 12

L-Artikolu 12, ġewwa t-Titolu III dwar il-kummerċ fl-oġġetti, jittratta l-kwistjoni tat-transitu. Hija l-fehma tal-Partijiet illi l-Artikolu 12 jittratta esklussivament dwar il-libertà tat-transitu ta’ l-oġġetti. Dan huwa skond il-prattika normali tal-GATT. Il-kwistjoni tat-transitu tista’ titqajjem fin-negozjati ġejjiena fil-ftehim dwar l-arranġamenti tat-trasport kif indikat fl-Artikolu 43.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 17

Il-Komunità u r-Russja jiddikjaraw illi t-test tal-klawsola dwar is-salvagwardja (Artikolu 17) ma jikkonċedix it-trattament tas-salvagwardji tal-GATT.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 18

Huwa mifhum illi d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 u dawk tal-paragrafu ta' wara la huma maħsuba sabiex ifixklu jew jimpedixxu l-proċedura prevista fil-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Partijiet li tirrigwarda l-investigazzjonijiet kontra l-antidumping u tas-sussidji, u lanqas ma għandhom inaqqsu l-pass tagħhom.

Il-Partijiet jaqblu li, mingħajr preġudizzju għall-leġiżlazzjoni u l-prattika tagħhom, meta jkun qiegħed jiġi stabblit valur, dan għandu jitqies b'mod ġenerali, b'kull każ skond il-mertu tiegħu, meta l-vantaġġi naturali u komparattivi jkunu jistgħu jiġu murija mill-fabbrikanti involuti li jinżammu rigward fatturi bħalma huma l-aċċess għall-materja prima, il-proċess tal-produzzjoni, il-prossimità tal-produzzjoni għall-konsumaturi u l-karatteristiċi speċjali tal-prodott.

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 22 (1)

Rigward il-Komunità, il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti, imsemmija fl-Artiklu 6 tal-Ftehim ta’ l-1989, jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, it-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u li jimplimenta r-regolamenti miġjuba fih, partikolarment id-dispożizzjonijiet ta’ dawk it-testi li jispeċifikaw id-drittijiet, il-poteri u r-responsabbilitajiet ta’ l-Aġenzija tal-Provvista Euratom u tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 24

Huwa mifhum illi l-idea dwar “membri tal-familja tagħhom” hija definita b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż tal-lqugħ interessat.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikoli 26, 32 u 37

Il-Partijiet għandhom jiżguraw illi l-ħruġ tal-viżi u tal-permessi tar-residenza b'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri u tar-Russja rispettivament jiġu kondotti f'mod konsistenti mal-prinċipji tad-dokument tal-għeluq tal-Konferenza tas-CSCE ta' Bonn, partikolarment bil-ħsieb li jiffaċilitaw id-dħul fil-pront, il-waqfien u l-moviment tan-negozjanti fl-Istati Membri u fir-Russja. Dawn l-isforzi għandhom japplikaw partikolarment għall-persunal importanti msemmi fl-Artkolu 32 u għall-bejjiegħa ta' servizzi li jaqsmu l-fruntieri msemmija fl-Artikolu 37, u jiżguraw illi l-proċeduri amministrattivi ma jġibux fix-xejn jew jagħmlu ħsara lill-benefiċċji li tibbenefika minnhom kull Parti skond l-Artikoli tal-Ftehim.

Il-Partijiet jaqblu illi element importanti f'dan il-kuntest huwa l-koklużjoni f'waqtha tal-ftehim dwar il-permess tad-dħul mill-ġdid bejn l-Istati Membri u r-Russja.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jirrevedi regolarment l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni f'dawn l-oqsma.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artkolu 28

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 50 u 51, il-Partijiet jaqblu illi l-kelmiet “b’mod konformi ma’.… l-leġiżlazzjoni u r-regolamenti”, imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 ta’ l-Artikolu 28, ifissru illi kull waħda mill-Partijiet tista’ tirregola l-istabbiliment tal-kumpanniji, permezz tal-istabbiliment ta’ sussidjarji u ta’ fergħat, kif imfisser fl-Artikolu 30 u l-ħidma tal-fergħat basta iżda illi din il-leġiżlazzjoni u dawn ir-regolamenti ma joħolqux riservi li jirriżultaw fi trattament inqas favoreoli minn dak konċess lill-kumpanniji jew lill-fergħat ta’ kull pajjiż terz rispettivament.

Mingħajr preġudizzju għar-riservi elenkati fl-Annessi 3 u 4 u għad-dispożizxjonijiet ta’ l-Artikoli 50 u 51, il-Partijiet jaqblu illi l-kelmiet “b’mod konformi ma’.… l-leġiżlazzjoni u r-regolamenti”, imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 28, ifissru illi kull waħda mill-Partjiet tista’ tirregola l-ħidma tal-kumpanniji fit-territorji tagħha, basta iżda illi din il-leġiżlazzjoni u dawn ir-regolamenti ma joħolqu għall-kumpanniji tal-Parti l-oħra l-ebda riserva ġdida li tirriżulta fi trattament inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji tagħhom stess jew lis-sussidjarji tal-kumpanniji ta’ kull pajjiż, liema minnhom ikun l-aħjar.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 29 (3)

Il-Partijit jikkonfermaw illi xejn fl-Artikolu 29 (3) ma għandu jpprevjieni lir-Russja milli tadotta kull regolament ġdid jew miżura ġdida li jdaħħlu jew jgħarrqu d-diskriminazzjoni meta paragunata mas-sitwazzjoni li kienet teżisti fid-data tal-firma tal-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li jaffettwaw l-istabbiliment ta’ kumpanniji mhux Komunitarji fit-territorji tal-Komunità b’paragun mal-kumpanniji tagħha stess.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 30

Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li jiżguraw illi l-konċessjoni tal-liċenzi msemmija fl-Artikolu 30 (a) u (g):

 għandha tkun imsejsa fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, bħalma huma l-kompetenza u l-ħila li tipprovdi s-servizz,

 ma għandhiex tkun ta’ iktar piż milli meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kwalità tas-servizz,

 ma għandhiex fiha nfisha tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-provvista tas-servizz.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 30 (a) u (g)

It-tieni subparagrafu ta’ (a) u t-tieni subparagrafu ta’ (g) ta’ l-Artikolu 30, iqisu l-ispeċifiċità ta’ l-aċċess għas-servizzi finanzjarji kif miftiehma fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, u ma jaffettwawx it-tifsiriet ta’ “twaqqif” u “ħidma” kif japplikaw għas-servizzi finanzjarji għal għanijiet oħra għajr il-għan ta’ dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-idea ta’ “kontroll” fl-Artikoli 30 (B) u 45

1. Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehma tagħhom reċiproka li l-kwistjoni tal-kontroll għandha tiddependi miċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ partikolari.

2. Per eżempju, kumpannija għandha tiġi kunsidrata bħala “kontrollata” minn kumpannija oħra, u għalhekk bħala sussidjarja ta’ din il-kumpanjija l-oħra jekk:

 il-kumpannija l-oħra jkollha direttament jew indirettament il-maġġoranza tad-drittijiet għall-vot, jew

 il-kumpannija l-oħra jkollha d-dritt li taħtar jew tkeċċi maġġoranza mill-organu amministrattiv, mill-organu tat-tmexxija jew mill-organu tas-sorveljanza u tkun fl-istess waqt azzjonista jew membru tas-sussidjarja.

3. Iz-zewġ Partjiet jikkunsidraw illi l-kriterji fil-paragrafu 2 ma humiex eżawrjenti.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 30 (h)

Filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet li jeżistu preżentement rigward il-ġarr ta’ oġġetti u passiġġieri bil-metodi tat-trasport fl-ibħra interni, il-Partijiet jaqblu illi sakemm jitneħħew dawn ir-restrizzjonijiet, l-espressjoni “ħidmiet ta’ trasport intermodali li jinvolvu kompetenza fit-tbaħħir” hija mifhuma li tfisser l-organizzazzjoni ta’ dawn il-ħidmiet.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 31

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 31 jippermettu lill-Partijiet li japplikaw kull miżura maħsuba biex tipprevjeni l-ħarbien minn kumpannija ta’ pajjiż terz mill-miżuri tal-Partijiet li jirrigwardaw l-istabbiliment ta’ kumpanniji ta’ dan il-pajjiż terz fit-territorji rispettivi tagħhom permezz ta’ kull possibbbilità provvduta f’dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 34 (1)

Filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Russja lill-Komunità li f’ċerti rigwardi u għal ċerti setturi t-trattament konċess lil sussidjarji Russi u lil fergħat ta’ kumpanniji Komunitarji huwa aħjar mit-trattament offrut lill-kumpanniji Russi b’mod ġenerali, jiġifieri t-trattament nazzjonali, il-Partijiet jaqblu illi jekk ir-Russja ddaħħal miżuri sabiex tallinea t-trattament lis-sussidjarji Russi u lill-fergħat ta’ kumpanniji barranin mat-trattament nazzjonali, dan ma jistax jiġi meqjus li jikser l-obbligi fuq ir-Russja li tagħmel l-isforzi kollha tagħha li jinsabu fl-Artikolu 34 (1).

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikoli 34 u 38

Il-Partijiet jaqblu li jekk xi waħda miż-żewġ Partijiet jidhrilha illi l-Parti l-oħra ma tkunx interpretat korrettement l-espressjoni “sinifikament iktar restrittivi” fl-Artikoli 34 (2) jew 38 (3), din il-Parti tista’ tirrikorri għall-proċeduri dikjarati fl-Artikolu 101.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 35

Il-Partijiet jaqblu illi l-attivitajiet msemmija fis-subparagrafi (a) u (b) ta’ l-Artikolu 35 (3), ma jinkludux li jagħmluha ta’ trasportatur.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 39 (2) (ċ) dwar il-ftuħ tal-portijiet

Fuq il-bażi tat-tagħrif provvdut min-naħa Russa li jirrigwarda l-portijiet miftuħa għal bastimenti barranin, il-Komunità tieħu nota illi r-Russja bi ħsiebha tissokta l-isforzi tagħha li żżid in-numru tal-portijiet miftuħa għall-bastimenti barranin. In-naħa Russa tinnota wkoll il-politika tal-Komunità li żżomm miftuħa għall-kummerċ internazzjonali l-portijiet kollha tagħha miftuħa għall-bastimenti barranin. Il-Partijiet jikkunsidraw illi l-grad tal-ftuħ tal-portijiet għal bastimenti barranin huwa karatteristika essenzjali sabiex jiġu stmati l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-provvista ħielsa tas-servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali. Għalhekk jintrabtu li jirrevedu s-sitwazzjoni rigward il-ftuħ tal-portijiet għall-bastimenti barranin mill-inqas kull sentejn permezz ta’ konsultazzjonijiet li għandhom jsiru ġewwa l-qafas tal-Kunsill ta’ Koperzzjoni. Jekk jinqalgħu diffikultajiet serji fiż-żamma tal-ftuħ ta’ port għall-bastimenti barranin, il-Parti fejn ikun il-port involut għandha tinforma lill-Parti l-oħra; fuq it-talba ta’ din ta’ l-aħħar, għandhom isiru konsultazzjonijiet ukoll sabiex jiġi żgurat illi kull azzjoni meħuda taffettwa mill-inqas possibbli l-provvista ħielsa tas-servizzi marittimi internazzjonali.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 39 (2) (ċ) dwar il-bastimenti li jtajru bandiera terza

Wara t-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jikkunsidraw il-possibbilità li japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 39 (2) (ċ) għall-bastimenti li jtajru bandiera terza mħaddma mill-kumpanniji tat-trasport bil-baħar jew minn ċittadini ta’ l-Istati Membri jew tar-Russja rispettivament.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 44

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, fethim għall-integrazzjoni ekonomika għandu jkun ftehim b’mod konformi mal-prinċipji dikjarati fl-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi. Rigward kull aspett ta’ dan il-Ftehim li jkopri oqsma oħra għajr l-attivitajiet tas-servizzi, ftehim għall-integrazzjoni ekonomika għandu jkun ftehim b’mod konformi mal-prinċipji dikjarati fl-Artikolu XXIV tal-GATT dwar il-ħolqien ta’ firxiet ta’ kummerċ ħieles jew unjonijiet tad-dwani.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 46 (2)

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehma tagħhom reċiproka li l-kwistjoni jekk l-attivitajiet ikunux konnessi, saħansitra darba kull tant, ma’ l-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali fit-territorji rispettivi tagħhom, tiddependi skond iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ partikolari. F’kull każ partikolari, għandu jsir eżami dwar jekk dawn l-attivitajiet ikunux konnessi ma’:

 id-dritt ta’ l-użu ta’ sfurzar fiżiku, jew

 l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji, jew

 id-dritt li jinħarġu unilateralment regolamenti li jorbtu,

jgħinu sabiex tiġi stabbilita t-tweġiba għal dawn il-kwistjonijiet.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 48

Il-fatt waħdieni li tkun tinħtieġ viża għal persuni naturali ta’ ċerti Partijiet u mhux għal oħrajn ma għandux jitqies bħala li jannulla jew jagħmel ħsara lill-benefiċċji skond impenn speċifiku.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 52 (tifsiriet)

“Ħlasijiet kurrenti”

“Ħlasijiet kurrenti” huma pagamenti li għandhom x’jaqsmu mal-moviment ta’ l-oġġetti, tas-servizzi jew tal-persuni magħmula b’mod konformi mal-prattika normali tal-kummerċ internazzjonali u ma jkopux l-arranġementi li jikkostitwixxu materjalment għaqda ta’ ħlas kurrenti ma’ operazzjoni ta’ natura kapitali, bħalma huma d-differimenti fil-ħlasijiet u l-għoti tagħhom bil-quddiem li jkunu maħsuba biex jaħarbu mil-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Partijiet f’dan il-qasam.

Din it-tifsira ma tipprekludix lir-Russja milli tapplika jew tagħmel leġiżlazzjoni li tippreskrivi li dawn il-ħlasijiet għandhom jinġarru permezz ta’ dawk il-banek Russi li jkunu fil-pussess tal-liċenzi rispettivi maħruġa mill-Bank Ċentrali tal-Federazzjoni Russa sabiex iwettqu dawn il-ħidmiet f’munita kurrenti konvertibbli liberament.

“L-investiment dirett”

“Investiment dirett” huwa investiment bil-għan li jistabbilixxi relazzjonijiet ekonomiċi dejjiema ma’ intrapriża bħalma huma investimenti li jagħtu l-possibbilità li jeżerċitaw influwenza effettiva fuq it-tmexxija tagħhom, fil-pajjiż interessat, minn persuni mhux residenti fih jew minn residenti barra minn pajjiżhom, permezz ta’:

1. il-ħolqien jew l-estensjoni ta’ intrapriża li tappartjeni għal kollox, sudssidjarja jew fergħa, il-kisba ta’ pussess sħiħ ta’ intrapriża eżistenti;

2. il-parteċipazzjoni f’intrapriża ġdida jew eżistenti;

3. self għal ħames snin jew iktar.

“Munita kurrenti konvertibbli liberament”

“Munita kurrenti konvertibbli liberament” hija kull munita kurrenti hekk ikkunsidrata mill-Fond Monetarju Internazzjonali.

Dikjazazzjoni Konġunta rigward il-paragrafu 2.2 ta’ l-Artikolu 53

“Prodotti primarji” huma dawk hekk imfissra fil-GATT.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 54

Il-Partijiet jaqblu illi għall-għan tal-Ftehim, il-proprjetà intellettwali, industrijali u kumerċjali tinkludi d-drittijiet letterarji tal-programmi tal-kumpjuter, u d-drittijiet ġirien, il-patents, id-disinji industrijali, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet ta’ l-oriġini, il-marki tal-fabbrika u l-marki tas-servizzi, it-topografiji ta’ ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni kontra l-kompetizzjoni mhux ġusta kif imsemmija fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u l-protezzjoni ta’ tagħrif mhux żvelat dwar il-kompetenza fis-sengħa.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 99

Il-Partijiet jaqblu li l-miżuri previsti fl-Artikolu 99 ma għandhomx jittieħdu bil-għan li jgħawġu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti u għaldaqshekk ikunu jistgħu jagħtu protezzjoni lill-produzzjoni domestika.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 101

Il-Partijiet jistiednu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni sabiex jeżamina mill-aktar fis ir-regoli tal-proċedura li jistgħu jkunu ta' siwi biex jaqtgħu kwistjonijiet skond dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 107

Il-Partijiet jaqblu, b'kunsens komuni, bil-għan ta' l-intepretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika tagħha, illi l-espressjoni “każi ta' urġenza speċjali” inkluża fl-Artikolu 107 tal-Ftehim tfisser każi ta' ksur materjali tal-Ftehm minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti fi:

(a) iċ-ċaħda tal-Ftehim mhux sanzjonata mir-regoli ġenerali tal-liġijiet internazzjonali; jew

(b) il-ksur ta' l-element essenzjali tal-Ftehim kif dikjarat fl-Artikolu 2.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 107 (2)

Il-Partijiet jaqblu illi il-“miżuri xierqa” msemmija fl-Artikolu 107 (2) huma l-miżuri meħuda b’mod konformi mal-liġijiet internazzjonali.

Jekk Parti tieħu miżura f’każ ta’ “urġenza speċjali” kif previst skond l-Artikolu 107 (2), il-Parti l-oħra tista’ tieħu opportunità mill-proċeduri previsti fl-Artikolu 101.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikoli 2 u 107

Il-Partijiet jiddikjaraw illi d-dħul fil-Ftehim ta’ referenza għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem li jikkostitwixxu element essenzjali tal-Ftehim u tal-każijiet ta’ uġenza speċjali joħroġ minn:

 il-poltika tal-Komunità fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod konformi mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 1992 li tipprovdi għad-dħul ta’ din ir-referenza fi ftehim ta’ koperazzjoni jew ta’ sħubija bejn il-Komunità u l-imsieħba tagħha fis-CSCE, kif ukoll

 il-politika tar-Russja f’dan il-qasam, u

 ir-rabta taż-żewġ Partijiet għall-obbligi rilevanti, li toħroġ partikolarment mill-Att Finali ta’ Helsinki u mill-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 112

Il-Partijiet jikkonfermaw illi għalkemm il-Ftehim preżenti jieħu l-post tal-Ftehim tat-18 ta’ Diċembru 1989 rigward ir-relazzjonjiet bejn il-Partijiet, il-Ftehim ma għandux jippreġudika jew jaffettwa xort’oħra kull miżura meħuda qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew ta’ ftehim magħmula bejniehom qabel din id-data b’konformità mal-Ftehim ta’ l-1989 u dan bil-kondizzjonijiet u għall-perjodu taż-żmien dwar l-applikazzjoni misjuba f’dawn il-miżuri jew ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 6 tal-Protokoll 2

1. Il-Partijiet jaqblu illi jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jgħinu lil xulxin, kif previst f'dan il-Protokoll u mingħajr dewmien, rigward il-moviment li ġej ta' l-oġġetti:

(a) il-moviment ta' l-armi, tal-munizzjon, ta' l-esplożivi u ta' tagħmir esplożiv;

(b) il-moviment ta' oġġetti ta' l-arti u ta' l-antikwità, li jippreżentaw valur sinifikanti storiku, kulturali jew arkeoloġiku għal waħda mill-Partijiet

(ċ) il-moviment ta' oġġetti velenużi kif ukoll ta' sustanzi perikolużi għall-ambjent u għal saħħet il-bniedem;

(d) il-moviment ta' oġġetti sensittivi u strateġiċi bla ħsara għal-limitazzjonijiet mingħajr tariffa b'mod konformi mal-listi miftiehma bejn il-Partijiet.

2. Il-Partijiet jaqblu, jekk permess mill-prinċipji bażiċi tas-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu l-użu xieraq tat-teknika tas-sistema kontrollata tal-kunsinna fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet miftiehma bejniethom adottati minnhom b'mod konformi mal-proċeduri ta' dan il-Protokoll.

3. Il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri meħtieġa, b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom, sabiex:

 jikkunsinjaw id-dokumenti kollha,

 jinnotifikaw id-deċiżjonijiet kollha,

li jaqgħu taħt l-iskop ta' dan il-Protokoll lil wieħed indirizzat, li jirresjiedi jew ikun stabbilit fit-territorji rispettivi tagħhom fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni miftiehma bejniethom adottati minnhom b'mod konformi mal-proċedura ta' dan il-Protokoll. F'każ bħal dan japplika l-Artikolu 5 (3).

4. Il-Partijiet jaqblu illi meta awtorità mitluba ma tistax taġixxi minn rajha, id-dipartiment amministrattiv li lilu tkun ġiet indirizzata t-talba minn din l-awtorità għandu jipproċedi skond l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-awtorità mitluba

SKAMBJU TA' ITTRI

rigward l-Artikolu 22

Ittra mir-Russja

Sinjur,

Il-għan ta' din l-ittra hu biex jikkonferma illi rigward il-kummerċ f'materjali nukleari kif koperti bl-Artikolu 22 tal-Ftehim ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni firmat illum, wasalna għall-fehma li ġejja:

Ir-Russja bi ħsiebha taġixxi bħala fornitur stabbli, ta' fiduċja u għal terminu fit-tul ta' materjali nukleari lill-Komunità, u l-Komunità tagħraf din l-intenzjoni. Il-Gvern tar-Russja jieħu nota illi l-Komunità tikkunsidra lir-Russja, partikolarment għall-għanijiet tal-politika tagħha ta' provvista fil-qasam nukleari, bħala għajn ta' provvista li huwa distint u separat minn fornituri oħra.

Sabiex tiġi evitata kull diffikultà fil-kummerċ, għandhom isiru konsultazzjonijiet regolarment, jew fuq talba, dwar l-iżviluppi fil-kummerċ fil-materjali nukleari bejn ir-Russja u l-Komunità. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu djalogu kontinwu u regolari dwar l-iżviluppi fis-suq u t-tbassir tagħhom.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-qafas ta' l-Artikolu 92.

Kif previst fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni, ir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' l-1989 għandhom jiġu implimentati f'mod uniformi, imparzjali u b'sens ta' ġustizzja.

Nirreferi għax xewqa komuni tagħna li nħaffu b'kull mezz prattikabbli l-proċess tad-diżarm nukleari li għaddej, Ftehimna li nieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex isiru konsultazzjonijiet mal-pajjiżi kollha interessati, jekk jidher illi l-implimentazzjoni tal-ftehmiet bilaterali u multilaterali rispettivi tikkawża jew thedded ħsara sostanzjali għall-faċilitajiet tal-Partijiet.

Nipproponi illi din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assikurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa

Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Niżżik ħajr ta' l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li tinqara kif ġej:

“Il-għan ta' din l-ittra hu biex jikkonferma illi rigward il-kummerċ f'materjali nukleari kif koperti bl-Artikolu 22 tal-Ftehim ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni firmat illum, wasalna għall-fehma li ġejja:

Ir-Russja bi ħsiebha taġixxi bħala fornitur stabbli, ta' fiduċja u għal terminu fit-tul ta' materjali nukleari lill-Komunità, u l-Komunità tagħraf din l-intenzjoni. Il-Gvern tar-Russja jieħu nota illi l-Komunità tikkunsidra lir-Russja, partikolarment għall-għanijiet tal-politika tagħha ta' provvista fil-qasam nukleari, bħala għajn ta' provvista li huwa distint u separat minn fornituri oħra.

Sabiex tiġi evitata kull diffikultà fil-kummerċ, għandhom isiru konsultazzjonijiet regolarment, jew fuq talba, dwar l-iżviluppi fil-kummerċ fil-materjali nukleari bejn ir-Russja u l-Komunità. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu djalogu kontinwu u regolari dwar l-iżviluppi fis-suq u t-tbassir tagħhom.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-qafas ta' l-Artikolu 92.

Kif previst fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni, ir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' l-1989 għandhom jiġu implimentati f'mod uniformi, imparzjali u b'sens ta' ġustizzja.

Nirreferi għax xewqa komuni tagħna li nħaffu b'kull mezz prattikabbli l-proċess tad-diżarm nukleari li għaddej, Ftehimna li nieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex isiru konsultazzjonijiet mal-pajjiżi kollha interessati, jekk jidher illi l-implimentazzjoni tal-ftehmiet bilaterali u multilaterali rispettivi tikkawża jew thedded ħsara sostanzjali għall-faċilitajiet tal-Partijiet.

Nipproponi illi din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.”

Nikkonferma illi l-ittra tiegħek u t-tweġiba tiegħi jistabbilixxu ftehim bejnietna.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assikurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

F'isem il-Komunitajiet Ewropej

SKAMBJU TA’ ITTRI

rigward l-Artikolu 52

Ittra mir-Russja

Sinjur,

B’referenza għall-Artikolu 52 tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni, nikkonferma illi xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi mifhum li jirrestrinġi t-trasferiment ’il barra mill-pajjiż minn residenti tal-Komunità ta’ l-investimenti magħmula fir-Russja mir-residenti tal-Komunità, inklużi l-ħlasijiet ta’ kumpens li joħorġu minn miżuri bħalma huma l-esproprjazzjoni, in-nazzjonalizazzjoni jew miżuri b’effett ekwivalenti u ta’ kull profitt li joħroġ minn dawn.

Nipproponi illi dina l-ittra u t-tweġiba tiegħek jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assikurazzjoni ta’ l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa

Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Niżżik ħajr ta’ l-ittra tiegħek li ġġib id-data tallum u li tinqara kif ġej:

“B’referenza għall-Artikolu 52 tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperzzjoni, nikkonferma illi xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi mifhum li jirrestrinġi t-trasferiment ’il barra mill-pajjiż minn residenti tal-Komunità ta’ l-investimenti magħmula fir-Russja mir-residenti tal-Komunità, inklużi l-ħlasijiet ta’ kumpens li joħorġu minn miżuri bħalma huma l-esproprjazzjoni, in-nazzjonalizazzjoni jew miżuri b’effett ekwivalenti u ta’ kull profitt li joħroġ minn dawn.”

Nipproponi illi dina l-ittra u t-tweġiba tiegħek għandhom jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.

Nikkonferma illi l-ittra tiegħek u t-weġiba tiegħi jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assikurazzjoni ta’ l-ogħla stima tiegħi.

F’isem il-Komunitajiet Ewropej

Dikjarazzjoni tal-Komunità rigward l-Artikolu 36

Il-Komunità tiddikjara illi l-provvista ta' servizzi li taqsam il-fruntieri kif imsemmi fl-Artikolu 36 la timplika l-moviment tal-fornitur tal-provvisti fit-territorju tal-pajjiż fejn is-servizz ikun destinat, u lanqas il-moviment tar-riċevitur tas-servizz ġewwa t-territorju tal-pajjiż min fejn jiġi s-servizz.

Dikjarazzjoni tal-Komunità rigward l-Artikolu 54

Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim huma mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha f’materji li għandhom x’jaqsmu mal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.

Dikjarazzjoni mir-Russja rigward l-Artikolu 36

Ir-Russja tiddikjara illi l-fornituri skond id-Dikjarazzjoni tal-Komunità fejn jidħol l-Artikolu 36 ma jistgħux jiġu kunsidrati bħala persuni naturali, li jkunu r-rappreżentanti ta' kumpannija tal-Komunità jew tar-Russja li jkunu qegħdin ifittxu dħul temportanju bil-għan li jinnegozjaw il-bejgħ ta' servizzi li jaqsmu l-fruntieri għal din il-kumpannija.

Minuti dwar il-firma tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra.

Il-plenipotenzarji tar-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq, il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u l-plenipotenzarji tal-Federazzjoni Russa ffirmaw il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, fl-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu.

F'din l-okkażjoni, ir-Repubblika Franċiża għamlet id-Dikjarazzjoni li ġejja:

“Ir-Repubblika Franċiża tinnota illi l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni mal-Federazzjoni Russa ma japplikax għall-pajjiżi u t-territorji lil hemm mill-baħar assoċjati mal-Komunità Ewropea skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.”

Inġibdet l-attenzjoni tal-Federazzjoni Russa għal din id-Dikjarazzjoni li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni.

Dawn il-Minuti għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej



( 1 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 327 ta' 28.11.1997, p. 3.

Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

( 2 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan,Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 283 ta’ 09.11.2000, p. 19.

( 3 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 327 ta' 28.11.1997, p. 3.

Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

( 4 ) Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan,Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 283 ta’ 09.11.2000, p. 19.

( 5 ) ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.

( 5 ) Il-verżjoni Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċċjali f'data aktar tard.