1996R1488 — MT — 28.12.2005 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 (ĠU L 189, 30.7.1996, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 780/98 tas-7 ta' April 1998 |
L 113 |
3 |
15.4.1998 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2698/2000 tas-27 Novembru 2000 |
L 311 |
1 |
12.12.2000 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2112/2005 tal-21 ta’ Novembru 2005 |
L 344 |
23 |
27.12.2005 |
|
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1488/96
tat-23 ta' Lulju 1996
dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw il-(MEDA) ir-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja.
IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,
Wara li kkonsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Billi l-Kunsill Ewropew fil-laqgħat tiegħu f'Lisbona, Korfu u Essen għamel enfasi li l-Mediterran huwa żona prijoritarja għall-Unjoni Ewropea u adotta l-għan li jistabbilixxi sħubija Ewro-Mediterranja;
Billi l-Kunsill Ewropew ta' Cannes fil-laqgħa tiegħu tas-26 u s-27 ta' Ġunju 1995 reġa' afferma l-importanza strateġika li huwa jagħti lit-tkabbir ta' dimensjoni ġdida fir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ma' l-imsieħba Mediterranji billi jibni fuq ir-rapport tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1995 imħejji, b'mod partikolari, fuq il-bażi, tal-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 1995 fuq it-tisħiħ tal-politika Mediterranja ta' l-Unjoni Ewropea;
Billi hemm bżonn li jsiru sforzi biex ikun assigurat li l-Mediterran isir żona ta' stabbilità u sigurtà politika u billi l-politika Komunitarja dwar il-Mediterran għandu jkollha sehem biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-rispett lejn id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali u l-promozzjoni ta' relazzjonijiet tajbin ta' viċinanza, waqt li tiġi rispettata l-liġi internazzjonali u l-fruntieri barranin ta' l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Mediterran, li m'humiex membri;
Billi t-twaqqif aħħari ta' żona ta' kummerċ ħieles Ewro -Mediterranja aktarx li jrawwem l-istabbilità u l-prosperità fir-reġjun tal-Mediterran;
Billi għall-imsieħba Mediterranji t-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles tista' tkun tinvolvi riformi strutturali mill-qiegħ;
Billi huwa għaldaqstant meħtieġ li jissaħħu l-isforzi li saru jew li għad iridu jsiru mill-imsieħba Mediterranji biex jirriformaw l-istrutturi ekonomiċi, soċjali u amministrattivi tagħhom;
Billi d-djalogu bejn il-kulturi u bejn is-soċjetajiet ċivili għandu jiġi żviluppat, b'mod speċjali billi jitħajjru l-attivitajiet ta' taħriġ, l-iżvilupp u l-koperazzjoni deċentralizzata;
Billi l-koperazzjoni reġjonali intensifikata u b'mod partikolari l-iżvilupp ta' rabtiet ekonomiċi u kurrenti kummerċjali bejn it-territorji tal-Mediterran u l-imsieħba li jkunu jwasslu għal riforma u ristrutturar ekonomiku għandhom jiġu mħajra;
Billi l-protokolli bilaterali dwar il-koperazzjoni finanzjarja u teknika konklużi mill-Komunità ma' l-imsieħba Mediterranji pprovdew bażi inizjali siewja għall-koperazzjoni, billi issa huwa meħtieġ li wieħed jibni fuq l-esperjenza li nkisbet u li jidħol għal stadju ġdid ta' relazzjonijiet, fil-qafas tas-sħubija.
Billi r-regoli għall-amministrazzjoni ta' sħubija bħal din għandhom jitfasslu, waqt li tiġi assigurata t-trasparenza u l-konsistenza sħiħa ta' l-azzjoni li tittieħed billi jintużaw approprjazzjonijiet mill-estimi;
Billi għal dan il-għan dan ir-Regolanment se jkun japplika għas-sensiela ta' miżuri li kienu jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1762/92 tad-29 ta' Ġunju 1992 dwar l-implimentazzjoni tal-protokolli dwar il-koperazzjoni finanzjarja u teknika li ġew konklużi mill-Komunità mal-pajjiżi Mediterranji li m'humiex membri ( 3 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1763/92 tad-29 ta' Ġunju 1992 rigward il-koperazzjoni finanzjarja tal-pajjiżi kollha Mediterranji ma dawk li m'humiex membri ( 4 ) favur miżuri li l-ambitu tagħhom imur lil hinn mill-kapaċitajiet ta' pajjiż wieħed waħdu.
Billi, għaldaqstasnt, dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolamenti hawn fuq imsemmija mill-1 ta' Jannar 1997, mentri hemm il-bżonn, madankollu, li jinżamm fis-seħħ ir-Regolament (KEE) Nru 1762//92 dwar l-immaniġġar tal-protokolli finanzjarji li jkunu għadhom applikabbli f'dik id-data u għad-dedikazzjoni ta' fondi li jkunu baqgħu mill-protokolli finanzjarji li jkunu skadew;
Billi l-ammont ta' referenza finanzjarja, fis-sens tal-punt 2 tad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 1995 hi inkluż f'dan ir-Regolament għall-perjodu 1995 sal-1999, bla ma b'daqshekk taffettwa l-poteri ta' l-awtorità ta' l-estimi kif inhuma definiti mit-Trattat;
Billi. għar-rigward tal-proġetti ambjentali s-self maħruġ mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Bank”, mir-riżorsi tiegħu skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minnu stess, b'konformità ma' l-Istatut tiegħu, jista' jirċievi sussidju fir-rata ta' l-interessi;
Billi fl-operazzjonijiet ta' self li jkunu jinvolvu sussidji fir-rata ta' l-interesssi, il-ħruġ tas-self mill-Bank mir-riżorsi tiegħu u l-għoti ta' sussidju fir-rata ta' l-interessi finanzjat mir-riżorsi ta' l-estimi ta' l-Komunità għandhom ikunu marbuta flimkien u huma kondizzjonati minn xulxin; billi l-Bank jista', b'konformità ma' l-Istatut tiegħu u b'mod partikolari b'deċiżjoni unanima tal-Bord tad-Diretturi tiegħu fil-preżenza ta' opinjoni sfavorevoli mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li joħroġ self mir-riżorsi tiegħu, bil-kondizzjoni li jingħata s-sussidju fir-rata ta' l-interessi; billi, minħabba dan l-aspettt, huwa meħtieġ li jassigura li l-proċedura adottata għall-għoti ta' sussidji fir-rata ta' l-interessi tirriżulta f'kull każ f'deċiżjoni espliċita, dwar jekk għandux jingħata jew għandux ikun miċħud is-sussidju, skond kif ikun il-każ;
Billi huwa meħtieġ li jsiru disposizzjonijiet għal Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri biex jgħinu lill-Bank fil-ħidma mogħtija lilu biex jimplimenta dan ir-Regolament;
Billi biex jassigura mmaniġġar effettiv tal-miżuri provduti f'dan ir-Regolament u biex jiġu faċilitati r-relazzjonijiet mal-pajjiżi benefiċjarji jeħtieġ li dan isir fuq medda ta' bosta snin;
Billi l-miżuri skond dan ir-Regolament imorru lil hinn mill-istruttura ta' l-għajnuna għall-iżvilupp u huma maħsuba biex japplikaw biss għall-pajjiżi li huma parzjalment klassifikabbli bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi, għalhekk, dan ir-Regolament ma jistax ikun adottat minbarra ħlief fuq il-bażi tal-poteri provduti fl-Artikolu 235 tat-Trattat,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-Komunità għandha timplimenta miżuri fil-qafas tal-prinċipji u l-prijoritajiet tas-sħubija Ewro-Mediterranja sabiex tappoġġa l-isforzi tal-pajjiżi fil-Mediterran li mhumiex Membri u tat-territorji fil-lista fl-Anness I (minn issa ‘l quddiem imsejħa “Sieħba Mediterranji”) li jimpenjaw ruħhom sabiex jirriformaw l-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħhom, itejbu l-kondizzjonijiet tas-sotto-privileġġjati u jtaffu kull konsegwenza soċjali jew ambjentali li jistgħu jirriżultaw mill-iżvilupp ekonomiku.
2. Il-benefiċjarji tal-miżuri ta' appoġġ jistgħu jinkludu mhux biss Stati u reġjuni iżda wkoll awtoritajiet lokali, organizzazzjonijiet reġjonali, aġenziji pubbliċi, komunitajiet lokali jew tradizzjonali, organizzazzjonijiet li jappoġġaw il-kummerċ, operaturi privati, koperattivi, soċjetajiet għall-għajnuna ta' xulxin, assoċjazzjonijiet, fundazzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi.
3. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perjodu ta' żmien 2000 sa l-2006 għandu jkun ta' 5 350 000 000 EUR.
L-approprijazzjonijiet annwali sa jkunu awtorizzati mill-awtorità ta' l-estimi fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.
Artikolu 2
1. L-għan ta' dan ir-Regolament ikun dak li jikkontribwixxi, permezzz tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, favur inizjattivi ta' interess komuni fit-tliet setturi tas-sħubija Ewro-Mediterranja: it-tisħiħ ta' l-istabbilità politika u d-demokrazija, il-ħolqien ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles, u l-iżvilupp tal-koperazzjoni ekonomika u soċjali, b'konsiderazzjoni xierqa għad-dimensjoni umana u kulturali.
2. Dawn il-miżuri ta' appoġġ għandhom jiġi implimentati billi jittieħed in konsiderazzjoni l-għan li jinkiseb żvilupp sostenibbli li jwassal għal stabbilità u prosperità fit-tul. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tat-transizzjoni ekonomika, għall-koperazzjoni reġjonali u sotto-reġjonali u li titkabbar il-ħila tas-sieħba Mediterranji sabiex jintegraw fl-ekonomija dinjija. L-għanijiet u d-dettalji tal-proċeduri rilevanti għandhom ikunu kif iddikjarati fl-Anness II.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u l-osservanza tal-liġi kif ukoll lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali, li jikkostitwixxu element essenzali minnhom, u li meta dan l-element jitkasbar jiġġustifika li jittieħdu l-miżuri xierqa
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha, flimkien ma' l-Istati Membri u fuq bażi ta' skambju reċiproku u regolari ta' tagħrif, inklużi l-iskambju ta' tagħrif fil-post, speċjalment fejn jirrigwardja karti ta' studju strateġiċi, il-programmi nazzjonali indikattivi (NIP), il-pjanijiet ta' finanzjament annwali, u t-tħejjija ta' proġetti u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħhom, tiżgura l-kordinament effettiv ta' l-isforzi ta' għajnuna meħuda mill-Komunità, inklużi l-Bank Ewropew ta' Investiment (minn issa “l quddiem imsejjaħ' il-Bank”), u l-Istati Membri individwali, sabiex tiżdied il-koerenza u l-komplimentarjetà tal-programmi tagħhom ta' koperazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippromwovi kordinazzjoni u koperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mal-programmi ta' koperazzjoni tal-Ġnus Magħquda u ma' donaturi oħra. L-arranġamenti speċifiċi għal kordinament fuq il-post għandu jkun bla ħsara għal-linji gwida li jridu jiġu approvati mill-Kumitat provduti bl-Artikolu 11.
2. Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati mill-Komunità jew independement jew f'forma ta' ko-finanzjament mas-sieħba Mediterranji nfushom jew minn korpi pubbliċi jew privati ta' l-Istati Membri u tal-Bank, minn naħa waħda, jew korpi multilaterali jew pajjiżi terzi, minn naħa l-oħra. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippromwovi dan il-ko-finanzjament fuq bażi ta' skambju reċiproku u bikri ta' tagħrif ma' l-Istati Membri.
Artikolu 5
1. Il-miżuri li għandhom jiġu finanzjati skond dan ir-Regolament għandhom jintgħażlu billi jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-prijoritajiet tal-benefiċjarji, il-ħtiġijiet li qed jinbtu, kemm dawn ikunu kapaċi jassorbu u l-progress milħuq fir-riforma strutturali.
L-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-evalwazzjoni ta' l-effettività ta' dawk il-miżuri biex jilħqu l-għanijiet li lejhom huwa indirizzat l-appoġġ Komunitarju, konformi, fejn japplika, mad-disposizzjonijiet ta' l-assoċjazzjoni jew il-Ftehim ta' Koperazzjoni.
2. Karti ta' studju strateġiċi li jkopru l-perjodu ta' żmien 2000 sa l-2006 għandhom jiġu stabbiliti fuq il-livell nazzjonali u reġjonali, f'għaqda ta' komunikazzjoni u kordinazzjoni mal-Bank. Dawn il-karti ta' studju strateġiċi għandu jkollhom il-għan li jiddefinixxu l-għanijiet ta' koperazzjoni fit-tul u li jidentifikaw l-oqsma ta' prijorità għal interventi. Għal dan il-għan, għandu jittieħed kont xieraq ta' l-evalwazzjonijiet kollha rilevanti, għandha tintuża analiżi orjentata dwar il-problema, u għandhom jiġu integrati materji relatati ma' xulxin. Kemm jista' jkun, għandhom jiġu żviluppati benchmarks ta' implimentazzjoni sabiex jitħaffew l-evalwazzjoni u l-kisba tal-għanijiet ta' koperazzjoni. Jekk ikun meħtieġ minħabba ċirkustanzi mhux previsti, jew wara r-riżultat tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-karti ta' studju strateġiċi għandhom jiġu riveduti.
3. Programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali li jkopru perjodi ta' tliet snin għandhom ikunu msejsa fuq il-karti ta' studju strateġiċi korrispondenti. Dawn għandhom jitwaqqfu fuq livell nazzjonali u reġjonali b' koperazzjoni mal-Bank, u jistgħu jinkludu, rispettivament, sussidji bi skala ta' imgħax u risk capital.
Għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-prijoritajiet magħrufa mas-sieħba Mediterranji, inklużi l-konklużjonijiet tad-djalogu ekonomiku.
Il-programmi għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ewliena, il-linji-gwida, u s-setturi ta' prijorità għal għajnuna Komunitarja fl-oqsma msemmija fis-Sezzjoni II ta' l-Anness II, flimkien ma' indikaturi għall-evalwazzjoni tal-programmi. Il-programmi għandhom jinkludu ammonti indikattivi (ġenerali u skond is-settur ta' prijorità) u lista tal-kriterji sabiex jiġi iffinanzjat il-programm involut.
Il-programmi għandhom jiġu aġġornati kull sena, skond il-ħtieġa. Jistgħu jiġu emendati fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, jew mill-progress milħuq mis-sieħba Mediterranji fejn għandu x'jaqsam ma' riformi strutturali, stabilizzazzjoni makroekonomika, żvilupp industrijali u avvanz soċjali, jew ir-riżultat li joħroġ mill-koperazzjoni taħt Ftehim ġodda ta' Assoċjazzjoni. Dawn il-programmi għandhom jiddeskrivu r-riformi li jridu jiġu implimentati mis-sieħba fis-setturi ta' prijorità u għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-progress miksub f'dan ir-rispett.
4. Skemi ta' finanzjament għandhom ikunu msejsa fuq il-programmi indikattivi msemmija fil-paragrafu 3 u, bħala regola, għandhom jiġu adottati kull sena. Għandhom jitwaqqfu fuq livell nazzjonali u reġjonali b' koperazzjoni mal-Bank. Proġetti li għandhom x' jaqsmu ma' sussidji fuq skala ta' imgħax għandhom jiddaħħlu fl-iskemi nazzjonali ta' finanzjament. Proġetti li għandhom x' jaqsmu ma' risk capital għandhom jiddaħħlu fl-iskemi reġjonali ta' finanzjament.
L-iskemi għandhom jinkludu lista tal-proġetti li jridu jiġu finanzjati. Kull proġett għandu jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu bħala parti komponenti mill-iskema kollha ta' finanzjament. Il-kontenut tal-iskemi għandu jiġi deskritt f'dettal suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 11(2).
5. Il-Kummissjoni, fllimkien mal-Bank, għandha tiżgura illi l-ipprogrammar li għandu x'jaqsam ma' sussidji bi skala ta' imgħax u ma' kapital fir-riskju jikkumplimenta, u jkun koerenti ma', l-karti ta' studju strateġiċi, il-programmi indikattivi u l-iskemi ta' finanzjament nazzjonali u reġjonali. Il-Bank għandu jiżgura, fl-istadju ta' implimentazzjoni, li l-miżuri jkunu konformi ma' dan ir-Regolament u mad-deċiżjonijiet meħuda fuqu.
Proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' imgħax għandhom, bħala regola, jiġu inkorporati mill-Kummissjoni, fuq bażi tal-proposti magħmula mill-Bank, fil-pjani nazzjonali ta' finanzjament, kif ikun xieraq.
Proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' risk capital għandhom jiġu inkorporati mill-Kummissjoni, fuq bażi tal-proposti magħmula mill-Bank, fi skema reġjonali ta' finanzjament, kif ikun xieraq. Il-proġetti għandhom jieħdu l-forma ta' faċilità ta' risk capita, li tikkonsisti f'allokazzjoni għall-finanzjament ta' operazzjonijiet b' risk capital fuq perjodu ta' numru ta' snin.
6. Deċiżjonijiet finanzjarji għandhom ikunu msejsa fuq il-programm indikattiv korrespondenti jekk dawn il-proġetti ma jiffurmawx parti mill-iskema ta' finanzjament.
Artikolu 6
1. Il-finanzjament Komunitarju għandu jkun ġeneralment fil-forma ta' għotjiet jew ta' kapital spekulattiv. Għar-rigward tal-miżuri ta' koperazzjoni fil-qasam ta' l-ambjent dan jista' jieħu wkoll is-sura ta' imgħax sussidjat fuq self mogħti mill-Bank mir-riżorsi tiegħu stess. ►M2 ————— ◄
Self mill-Bank li jġorr sussidji bi skala ta' imgħax għandu jiġi denominat u mħallas bl-Euro. Għandha tiġi stabbilita l-iskala ta' imgħax applikabbli għal kull pagament, filwaqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-karatteritiċi finanzjarji tal-operazzjoni in kwistjoni; l-iskala ta' sussidju applikabbli għal kull pagament għandha tkun ta' nofs l-iskala ta' imgħax applikabbli għall-pagament in kwistjoni, għalkemm din l-iskala ta' sussidju ma għandhiex taqbeż l-iskala nominali ta' 3 %.
2. L-għotjiet jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw jew jikkofinanzjaw attivitajiet, proġetti jew programmi li jikkontribwixxu biex ikunu jistgħu jseħħu l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 2. Il-limitu tal-finanzjament għal kull għotja għal attivitajiet, proġetti jew programmi sa jkun jiddependi wkoll minn kemm dawk l-għotjiet ikunu kapaċi jirrendu qligħ finanzjarju. Il-finanzjament li jkun ħareġ għad-disposizzjoni tas-settur privat għandu jkun ġeneralment skond il-kondizzjonijiet kummerċjali, biex ikun evitat, kemm jista' jkun possibli, li jitħarbtu s-swieq finanzjarji lokali.
3. Deċiżjonijiet dwar finanzjament u kull ftehim u kuntratt finanzjarju li joħorġu minnhom għandhom jipprovdu, inter alia, għal superviżjoni u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)), li jinkludu kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skond ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 5 ), u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn xieraq, li jitwettqu fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 11(2), sabiex tipprovdi għal ħarsien adattat ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 ( 6 ).
Is-superviżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq l-operazzjonijiet finanzjati skond dan ir-Regolament u maniġġati mill-Bank għandhom jitwettqu skond il-proċeduri miftiehma bejn il-Kummissjoni, il-Bank u l-Qorti ta' l-Awdituri.
4. Il-kapital spekulattiv għandu jintuża, l-ewwel u qabel kollox, biex jirrendu disponibbli l-fondi individwali, jew il-fondi li jkunu hekk meqjusa, għal intrapriżi (privati jew imħallta) fis-settur tal-produzzjoni, b'mod partikolari dawk li jistgħu jlaqqgħu persuni naturali jew legali li huma ċittadini ta' Stat Membru Komunitarju ma' dawk ta' pajjiżi jew territorji Mediterranji li ma jkunux membri.
Risk capital għandu jiġi utiliżżat primarjament sabiex isaħħaħ is-settur privat, u b' mod partikolari sabiex isaħħaħ s-settur finanzjarju fil-pajjiżi MEDA. Għandu jżid il-valur biċ-ċar, billi joffri prodotti u termini finanzjarji li mhumiex disponibbli lokalment.
Kapital fir-riskju pprovvdut u mmexxi mill-Bank jista' b'mod partikolari jieħu l-forma ta':
(a) self subordinat, li għalih jitħallsu rimborsi u interessi biss wara li jiġu ssetiljati pretensjonijiet bankarji oħra;
(b) self kondizzjonat li l-ħlas lura u d-dewmien tagħhom jiddependi mill-esekuzzjoni tal-kondizzjonijiet stabbiliti meta jkun ingħata s-self;
(ċ) ishma temporanji minoritarji għan-nom tal-Komunità fil-kapital ta' intrapriżi stabbiliti fil-pajjiżi jew it-territorji ta' l-Istati Mediterranji li ma jkunux membri;
(d) finanzjament ta' ishma fil-forma ta' self kondizzjonat mogħti lill-imsieħba Mediterranji jew, bil-kunsens tagħhom, lil intrapriżi f'dawk il-pajjiżi Mediterranji msieħba, kemm direttament kif ukoll permezz ta' internmedjarji ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom.
Artikolu 7
1. Miżuri taħt dan ir-Regolament jistgħu jkopru nefqa fuq l-importazzjoni ta' merkanzija u servizzi u n-nefqa lokali meħtieġa biex iwettqu l-proġetti u l-programmi. Appoġġ dirett mill-estimi favur is-sieħeb benefiċċarju jista' jkun kopert ukoll sabiex jappoġġja programmi miftehma ta' riforma ekonomika, b' mod partikolari permezz ta' faċilitajiet settorjali għal aġġustament strutturali, kif msemmi fl-Anness II, Parti I(b). Taxxi, dazji u piżijiet għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Komunità.
Il-kuntratti għall-implimentazzjoni ta' miżuri finanzjati mill-Komunità skond dan ir-Regolament għandhom jirċievu, mingħand l-imsieħeb ikkonċernat, trattament fiskali u doganali xejn anqas favorevoli minn dak li jagħti lill-Istat l-aktar preferut jew lill-organizzazzjoni internazzjonali ta' l-iżvilupp l-aktar preferuta.
2. Jista' jiġi kopert ukoll infiq magħmul għall-identifikazzjoni, tħejjija, amministrazzjoni, monitoraġġ, verifika u kontoll ta' programmi jew proġetti. Dan jista' jinkludi spejjeż li għandhom x' jaqsmu ma' għajnuna teknika u amministrattiva meta jkunu ta' benefiċċju kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-benefiċjarji ta' l-attività u ma jkunux jikkonsistu fil-ħidmiet permanenti tas-servizz pubbliku.
3. Spejjeż rigward l-operat u l-manutenzjoni, b'mod partikolari dawk li sa jiġu finanzjati b'valuta estera, jistgħu jiġu koperti fl-istruttura tal-programmi tat-taħriġ, il-komunikazzjoni u r-riċerka u f'dik ta' proġetti oħra.. Bħala regola ġenerali, dawn l-ispejjeż jistgħu jiġi koperti biss fl-istadju tal-bidu u għandhom jitnaqqsu progressivament.
4. Għal proġetti ta' investiment fis-settur tal-produzzjoni, il-finanzjament Komunitarju għandu jkun miżjud mar-riżorsi ta' l-istess benefiċjarju jew mal-finanzjament skond il-kondizzjonijiet tas-suq, waqt li tittieħed konsiderazzjoni tan-natura tal-proġett. Il-kontribuzzjoni tar-riċevitur jew dik rappreżentata minn finanzjament skond il-kondizzjonijiet tas-suq għandha tilħaq il-massimu tagħha. F'kull każ il-finanzjament Komunitarju, inkluż dak li jkun jinvolvi r-riżorsi tal-Bank stess, m'għandux jiskorri t-80 % ta' l-ispejjeż totali ta' l-investiment. Dak il-massimu għandu jkun ta' natura eċċezzjonali u għandu jkun ġustifikat kif imiss min-natura ta' l-operazzjoni.
Artikolu 8
1. Sejħiet għall-offerti u għall-kuntratti għandhom ikunu miftuħa fuq kondizzjonijiet ugwali għall-persuni kollha naturali u legali fl-Istati Membi u fl-imsieħba Mediterranji. ►M3 L-eliġibilità għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħiet ta’ l-offerti taħt dan ir-Regolament għandha tiġi determinata skond ir-regoli ta’ l-eliġibilità u d-derogi minnhom stabbiliti hawn, kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 2112/2005 tal-21 ta’ Novembru 2005 dwar l-aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità ( 7 ). ◄
2. Il-Kummissjoni għandha tassigura li jkun hemm:
— parteċipazzjoni wiesgħa kemm jista' jkun b'kondizzjonijiet ugwali f'listi eliminatorji u f'appalti għal provvisti, xogħlijiet u servizzi,
— it-trasparenza meħtieġa u s-serjetà fl-applikazzjoni tal-kriterji tas-selezzjoni u tal-evalwazzjoni,
— kompetizzjoni effettiva fost id-ditti, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li jkunu interessati fl-inizjattivi finanzjati mill-programm.
▼M2 —————
3. Fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej il-Kummissjoni għandha tippubblika, waqt li tindika s-suġġett, il-kontenut u l-valur tal-kuntratti stipulati.
— darba fis-sena, previżjoni tal-kuntratti għal servizzi u attivitajiet ta' koperazzjoni teknika li għandhom jingħataw wara s-sejħiet għall-offerti għal matul it-12-il xahar li jiġu wara l-pubblikazzjoni.
— darba kull tliet xhur, xi emendi li jkunu saru fil-previżjoni msemmija.
4. Flimkien ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, fuq talba, lid-ditti, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet kollha interessati fil-Komunità, dokumentazzjoni dwar l-aspetti ġenerali tal-programmi u l-ħtiġijiet tal-MEDA għall-parteċipazzjoni fil-programmi, billi tagħmel użu xieraq ta' l-Internet.
5. Konvenzjonijiet ta' finanzjament msemmija fl-Artikolu 9(6) jew proposti għal finanzjament għandhom jinkludu indikazzjonijiet tal-kuntratti mistennija, inklużi l-valuri stmati, il-proċedura dwar kif jingħataw u d-dati ppjanati għall-ħruġ ta' sejħa għall-offerti.
6. Il-kuntratti għandhom jingħataw lill-kumpaniji f'konformità mad-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
7. Ir-riżultati tas-sejħa ta' l-offerti, inklużi tagħrif fuq in-numru ta' offerti riċevuti, id-data ta' l-għotja tal-kuntratt, l-isem u l-indirizz ta' dawk li jirnexxilhom jirbħu l-offerta, għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u maħruġa fuq l-Internet. Kull sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kumitat skond l-Artikolu 11, tagħrif speċifiku dettaljat dwar il-kuntratti magħmula fl-implimentazzjoni tal-programmi u proġetti MEDA.
8. Fil-każ ta' ko-finanzjament, il-parteċipanti li jkunu minn pajjiżi li m'humiex fost l-imsieħba Mediterranji u li jkunu interessati f'sejħiet għall-offerti u l-kuntratti jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, kull każ għalih. F'dawn il-każi, il-parteċipazzjoni fl-intrapriżi minn pajjiżi terzi għandha tiġi aċċettata biss jekk ikun hemm reċiproċità. ►M3 Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kontrattwali implimentati permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ko-finanzjament ma’ pajjiż terz hija definita fir-Regolament (KE) Nru 2112/2005. ◄
Artikolu 9
1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bl-ippjanar tal-programmi finanzjarji ġenerali taghħa u r-raġunijiet tagħha li fuqhom ikunu bbażati fil-kuntest tal-karti ta' studju strateġiċi, billi tindika b' mod partikolari l-ammont totali ta' programmi nazzjonali u reġjonali indikattivi, kif ukoll l-allokazzjoni tal-benefiċjarji pajjiż b'pajjiż u skond is-settur ta' prijorità ta' l-ammont totali adottat f'dawn il-programmi.
2. Il-karti ta' studju strateġiċi, il-programmi indikattivi, il-pjani ta' finanzjament u kull emenda għalihom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11(2).
3. Deċiżjonijiet dwar finanzjament li ma jkunux koperti minn skemi nazzjonali jew reġjonali ta' finanzjament għandhom jiġu adottati individwalment mill-Kummissjoni skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 1(2), bla ħsara għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
4. Deċiżjonijiet li jemendaw id-deċiżjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni fejn ma jinvolvux emendi sostanzjali jew impennji addizzjonali li jaqbżu l-20 % tal-impenn oriġinali. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament dwar kull deċiżjoni bħal din lill-Kumitat msemmija fl-Artikolu 11.
5. Deċiżjonijiet ta' finanzjament li ma jeċċedux l-2 000 000 EUR għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni jekk jifformaw parti minn allokazzjoni ġenerali. Allokazzjoni ġenerali għandha tiġi adottata skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11(2). Il-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 11 għandu jiġi mgħarraf sistematikament u fil-pront, u f'kull każ qabel ma jerġa' jiltaqa', dwar id-deċiżjonijiet ta' finanzjament għal miżuri li ma jeċċedux il-2 000 000 EUR.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 Diċembru 1977 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 8 ), (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), konvenzjonijiet ta' finanzjament għandhom jingħataw għall-informazzjoni tal-membri tal-Kumitat kif ipprovvdut fl-Artikolu 11 ġimagħtejn qabel ma jiġu ffirmati.
7. Il-proċedura l-oħra preskritta fl-Artikolu 12 għandha tiġi applikata fejn għandha x' taqsam ma' imgħax mogħti mill-Bank għal proġetti finanzjati fil-qasam ta' l-ambjent. Il-proċedura l-oħra preskritta fl-Artikolu 13 għandha tiġi applikata fejn għandha x' taqsam ma' risk capital.
Artikolu 10
1. Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament li jkunu ġew iffinanzjati mill-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. F'deċiżjonijiet ta' finanzjament meħuda skond dan ir-Regolament u l-istima u l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha timxi fuq il-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u, b' mod partikolari, dawk ta' ekonomija u infiq effettiv kif msemmija fir-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 11
1. Għandu jitwaqqaf kumitat ta' ġestjoni (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat MED”). Rappreżentat tal-Bank għandu jieħu parti fil-proċedimenti mingħajr id-dritt tal-vot.
2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
3. Il-perjodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
4. Il-Kumitat jista' jeżamina kull kwestjoni oħra relatata ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li tkun imqanqla mill-President tiegħu, possibbilment fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru, u b'mod partikolari kull kwestjoni li tkun relatata ma' l-implimentazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikoli 4 u 5.
5. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura b' maġġoranza kwalifikata, skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat.
6. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-Kumitat regolarment infurmat u għandha tfornih bl-informazzjoni dwar l-implimentazzzjoni tal-miżuri skond dan ir-Regolament.
▼M2 —————
Artikolu 12
1. Il-Bank għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-proġett propost li għandu x'jaqsam ma' sussidji bi skala ta' imgħax jew sabiex jiġi inkorporat fl-iskema ta' finanzjament jew sabiex jiġi adottat bħala deċiżjoni finanzjarja individwali, kif provdut fl-Artikolu 9(2) u (3) rispettivament. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità tal-proġett propost ma' dan ir-Regolament u mad-deċiżjoni rilevanti meħuda taħtu.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Bank kull deċiżjoni li għandha x'taqsam mas-sussidji bi skala ta' imgħax, sew jekk adottati bħala pjan finanzjarju jew bħala deċiżjoni finanzjarja individwali.
3. Skond id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2, fejn id-deċiżjoni tikkonċedi sussidju bi skala ta' imgħax, il-Bank jista' jikkonċedi self korrispondenti għas-sussidju msemmi, bla ħsara għall-opinjoni pożittiva tal-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 u tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fuqu.
4. Il-Bank għandu jinforma lill-Kummissjoni kif mistħoqq.
Artikolu 13
1. Il-Bank għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-proġett propost li għandu x'jaqsam ma' risk capital f'forma ta' faċilità ta' risk capital sabiex jiġi inkorporat fi pjan reġjonali ta' finanzjament. Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk it-termini ta' dan il-proġett humiex konformi ma' dan ir-Regolament u mad-deċiżjonijiet rilevanti li jittieħdu fuqu.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil-Bank kull deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 9(2) dwar pjan reġjonali ta' finanzjament inkluż ir-risk capital għall-implimentazzjoni tiegħu.
3. Fuq din il-bażi, il-Bank għandu jissottometti lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14, għall-opinjoni tiegħu, il-ħidmiet individwali li jimplimentaw il-proġett ta' risk capital kif maħsub fl-iskema reġjonali ta' finanzjament. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jgħaddi lil dan il-Kumitat il-pożizzjoni ta' l-istituzzjoni tiegħu dwar il-ħidma imsemmija u b' mod partikolari dwar il-qbil tiegħu mal-pjan reġjonali ta' finanzjament.
4. Fuq din il-bażi, u bla ħsara għal opinjoni pożittiva mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 u tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Kumitat, il-ħidmiet individwali ta' risk capital għandhom jiġu mogħtija lill-Bank għal miżuri xierqa.
5. Il-Bank għandu jinforma lill-Kummissjoni kif mistħoqq.
Artikolu 14
1. Kumitat li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat ta' l-Artikolu 14”, għandu jkun stabbilit fil-Bank. Dak il-Kumitat għandu jkun presedut mir-rappreżentant ta' l-Istat Membru li dak iż-żmien ikollu l-presidenza tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank; is-segretarjat tiegħu għandu jkun provdut mill-Bank. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-proċeduri.
2. Ir-regoli tal-proċedura tal-Kumitat skond l-Artikolu 14 għandhom jiġu adottati unanimament mill-Kunsill.
3. Il-Kumitat għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata skond ►M2 l-Artikolu 205(2) tat-Trattat ◄ .
4. Fil-Kumitat ta' l-Artikolu 14, il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu aġġustati f'konformità ma' ►M2 l-Artikolu 205(2) tat-Trattat ◄ .
Artikolu 15
1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Bank, għandha teżamina l-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kull sena, mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Ir-rapport għandu jkun fih kull tagħrif fuq il-miżuri finanzjati matul is-sena, b' attenzjoni għal kunfidenzalità dovuta, kif ukoll tagħrif dwar ir-riżultati ta' l-attivitajiet ta' monitoraġġ u jipprovdi stima tar-riżultati miksuba fil-kuntest ġenerali tal-karti ta' studju strateġiċi.
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kull sena dwar l-attwazzjoni tal-budget tas-sena ta' qabel, f'termini ta' impennji u pagamenti.
3. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jevalwaw f'nofs iż-żmien u ex-post il-proġetti rispettivi tagħhom u s-setturi ewliena tal-intervent sabiex jistabbilixxu jekk inkisbux l-għanijiet u jwaqqfu linji-gwida sabiex iżidu l-effettività ta' l-attivitajiet futuri. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni, fejn għandu x'jaqsam mal-kunfidenzalità mistħoqqa, għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat MED kif ukoll għall-Parlament Ewropew. Għal ħidmiet immexxija mill-Bank, ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għal-Kumitat MED.
4. Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Bank, toħroġ rapport ġenerali ta' evalwazzjoni tal-għajnuna diġa mogħtija lis-sieħba Mediterranji, inklużi l-effettività tal-programmi u r-reviżjoni ta' karti ta' studju strateġiċi. Dan ir-rapport għandu jiġi preżentat lill-Kumitat MED mill-aktar fis għad-diskussjoni.
5. Il-Kunsill irid jirrevedi dan ir-Regolament qabel it-30 Ġunju 2006. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill qabel il-31 Diċembru 2005 rapport ta' evalwazzjoni akkumpanjat bi proposti li għandhom x'jaqsmu mal-ġejjieni ta' dan ir-Regolament u, jekk ikun meħtieġ, l-emendi li jridu jsiru għalih.
Artikolu 16
Meta element essenzjali għall-kontinwazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għal sieħeb Mediterranju jkun nieqes, il-Kunsill jista', meta jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar miżuri xierqa.
Artikolu 17
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1763/92 qiegħed b'dan jiġi revokat b'effett mill-31 ta' Diċembru 1996.
2. Mill-1 ta' Jannar 1997, ir-Regolament (KEE) Nru 1762/92 għandu japplika għall-immaniġġjar tal-protokolli li jkunu għadhom fis-seħħ f'dik id-data u għar-rabta tal-fondi li jkun fadal taħt il-protokolli li jkunu skadew.
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
TERRITORJI U PAJJIŻI MSIEĦBA LI HUMA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija
Ir-Repubblika ta' Ċipru
Ir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu
L-Istat ta' Israel
Is-Saltna tal-Ġordan
Ir-Repubblika Lebaniża
Ir-Repubblika ta' Malta
Is-Saltna tal-Marokk
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Ir-Repubblika tat-Tunisija
Ir-Repubblika tat-Turkija
It-Territorji Okkupati ta' Gaża u x-Xatt tal-Punent
ANNESS II
Għanijiet u regoli għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 2
|
I. |
(a) Appoġġ għal transizzjoni ekonomika u għat-twaqqif ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles għandu jinkludu b'mod partikolari: — il-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol u l-iżvilupp tas-settur privat, inklużi t-titjib ta' l-ambjent tan-negozju u appoġġ għall-IŻM, — il-ftuħ u twessigħ tas-swieq, il-promozzjoni ta' l-investiment, koperazzjoni industrijali u kummerċjali bejn il-Komunità Ewropea u s-sieħba Mediterranji, kif ukoll fost is-sieħba Mediterranji nfushom, — il-promozzjoni ta' l-infrastruttura ekonomika, possibilment li tinkludi s-sistemi finanzjarji u ta' tassazzjoni. (b) Operazzjonijiet li jappoġġjaw programmi ta' riforma fost is-sieħba jiġu implimentati a bażi tal-prinċipji li ġejjin: — il-programmi ta' appoġġ għandhom ikunu mfassla sabiex iġibu lura jew, skond il-każ, isaħħu l-akbar bilanċi finanzjarji u joħolqu ambjent ekonomiku favorevoli li jħaffef it-tkabbir, fil-waqt li fl-istess ħin ifittex li jtejjeb il-ġid tal-popolazzjoni, — il-programmi ta' appoġġ għandhom jikkontribwixxu għal riformi fis-setturi importanti bil-ħsieb li tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles mal-Komunità Ewropea, — il-programi ta' appoġġ għandhom jiġu adattati skond is-sitwazzjoni partikolari ta' kull pajjiż u għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali, — il-programmi ta' appoġġ għandhom jippreskrivu miżuri maħsuba, b' mod partikolari, fejn għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet soċjali u ta' impieg, transizzjoni ekonomika u t-twettiq ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles, takkumpanja u ittaffi l-effetti negattivi li dan il-proċess jista' jkollu fuq il-kondizzjonijiet soċjali u ta' impieg, speċjalment għas-sezzjonijiet l-inqas privileġġjati fost il-popolazzjoni, — ħruġ ta' flejjes għall-appoġġ irid ikun implimentat f'porzjonijiet f'forma ta' appoġġ dirett fil-budget skond il-konformità mal-għanijiet u/jew miri settorjali miftehma fil-programm ta' appoġġ. Għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji ta' eliġibilità li ġejjin: — il-pajjiż involut ikollu jidħol għal programm ta' riforma approvat mill-istituzzjonijiet Bretton Woods jew jimplimenta programmi magħrufa bħala simili, b' kordinazzjoni ma' dawn l-istituzzjonijiet, iżda mhux neċessarjament appoġġjati finanzjarjament minnhom, skond l-iskop u l-effettività tar-riformi, — għandha tingħata kunsiderazzjoni lis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż, fil-livell makro-ekonomiku, (l-ammont ta' dejn, kemm jitla' l-ħlas ta' l-imgħax fuq id-dejn, il-bilanċ tal-pagamenti, is-sitwazzjoni tal-budget, is-sitwazzjoni monetarja, il-livell ta' dħul għal kill persuna u l-livell ta' qagħad) u fil-livell tar-riformi settorjali, bil-ħsieb li tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles mal-Komunitajiet Ewropej. |
|
II. |
Appoġġ għal żvilupp sostenibbli ekonomiku u soċjali għandu jinkludi b' mod partikolari: — il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-popolazzjonijiet fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' żvilupp, — it-titjib tas-servizzi soċjali, speċjalment fl-oqsma tas-saħħa, ippjanar tal-familja, ħażniet u distribuzzjoni ta' l-ilma, sanità u djar, — il-promozzjoni ta' tqassim wiesgħa u ġust tal-frott tat-tkabbir, fil-waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-għanijiet u l-miri miftiehma f'laqgħat għolja tal-Ġnus Magħquda fejn jinteressaw il-ġlieda kontra l-faqar u inkorporati f'miri internazzjonali ta' żvilupp, — żvilupp rurali armonjuż u integrat u t-titjib tal-kondizzjoni tal-għixien fl-ibliet, — koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-biedja, b' mod partikolari fejn għandhom x'jaqsmu kwalità u livelli, — koperazzjoni msaħħa fis-sajd u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, — protezzjoni u titjib ta' l-ambjent, fejn tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-prinċipji ta' azzjoni ta' prekawzjoni u preventiva waqt l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku permezz ta' koperazzjoni ambjentali msaħħa, — il-promozzjoni ta' l-infrastrutturi ekonomiċi, b' mod partikolari fis-setturi ta' trasport, enerġija u żvilipp rurali u urban, it-tisħiħ ta' l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-soċjeta ta' informazzjoni, it-teknoloġija ta' l-informatika u t-telekomunikazzjonijiet, — l-iżvilupp integrat tar-riżorsi umani sabiex jikkumpliemntaw il-programmi ta' l-Istati Membri, l-aktar fejn għandu x'jaqsam ma' taħriġ vokazzjonali kontinwu fil-kuntest ta' koperazzjoni industrijali, u titjib tal-potenzjal għal riċerka xjentifika u teknoloġika, — it-tisħiħ tad-demokrazija, b'rispett u difiża għad-drittijiet umani, u b' mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-Komunità Ewropea u fost is-sieħba Mediterranji, — koperazzjoni kulturali u skambji ta' żgħażagħ, — koperazzjoni u għajnuna teknika sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-emigranti u tal-ġlieda kontra l-emigrazzjoni illegali, inkluż r-ripatrijazzjoni ta' residenti illegali, — koperazzjoni u għajnuna teknika sabiex fil-ġlieda kontra delitti organizzati, inklużi t-traffikar illegali tad-drogi u t-traffikar tal-persuni, — l-iżvilupp ta' koperazzjoni f'oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-istat tad-dritt, bħalma huma koperazzjoni f'materji ġudizzjarji u kriminali, it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet li jiggarantixxu l-indipendenza u l-effettività tas-sistema ġudizzjarja, it-taħriġ tas-servizzi nazzjonali tas-sigurtà u tal-protezzjoni ċivili. |
|
III. |
Koperazzjoni reġjonali, sotto-reġjonali u li taqsam il-fruntieri għandha tkun appoġġjata b' mod partikolari bi: (a) twaqqif u żvilupp ta' strutturi għal koperazzjoni reġjonali fost is-sieħba Mediterranji u bejniethom u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha; (b)
— it-twaqqif ta' l-infrastruttura fiskali meħtieġa għall-kummerċ reġjonali, inklużi t- trasport, il-komunikazzjonijiet u l-enerġija, — titjib fil-qafas regolatorju u proġetti ta' infrastruttura fuq skala żgħira fil-kuntest ta' faċilitajiet li jaqsmu l-fruntieri, — koperazzjoni bejn reġjuni ġeografiċi kbar kif ukoll miżuri kumplimentarji għal dawk li il-Komunità Ewropea tidħol għalihom f'dan il-qasam, inklużi appoġġ għal xogħlijiet ta' konnessjoni bejn in-networks ta' trasport u dawk ta' l-enerġija fost is-sieħba Mediterranji u networks li jaqsmu l-Ewropa; (ċ) attivitajiet reġjonali oħra inkluż id-djalogu Ewropew-Għarbi; (d) skambji bejn is-soċjeta ċivili fil-Komunità Ewropea u s-sieħba Mediterranji; f'dan il-kuntest, koperazzjoni deċentralizzata għandha: — jkollha bħala l-għan tagħha l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji mhux governattivi għal għajnuna mill-Komunità, — tikkonċentra b' mod partikolari li tgħaqqad flimkien f'networks l-universitajiet u r-riċerkaturi, komunitajiet lokali, għaqdiet, fondazzjonijiet ta' xjenza politika, trade unions u organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-mezzi ta' telekomunikazzjoni, in-negozji privati u istituzzjonijiet kulturali fis-sens l-iktar wiesgha tagħhom, kif ukoll korpi oħra mniżżla fil-punt IV. Il-programmi għandhom jikkonċentraw fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u d-dehra ta' soċjetà ċivili fost il-pajjiżi msieħba, b' mod partikolari billi jinkoraġġixxu t-tagħrif bejn in-networks u ħoloq dejjiema bejn is-sieħba fin-networks. |
|
IV. |
Għandha titmexxa ‘l quddiem tmexxija tajba tal-gvern b'appoġġ għall-istituzzjonijiet l-aktar importanti u l-protagonisti ewliena fis-soċjeta ċivili bħalma huma awtoritajiet lokali, gruppi rurali u ta' l-irħula, għaqdiet ta' għajnuna, trade unions, il-mezzi ta' telekomunikazzjoni u organizzazzjonijiet li jappoġġjaw il-kummerċ, u bil-għajnuna fit-titjib tal-ħila ta' l-amministrazzjoni pubblika li tiżviluppa strateġiji u tmexxi l-implimentazzjoni tagħhom. |
|
V. |
Miżuri mittieħda taħt dan ir-Regolament għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-analiżi tal-ħtiġijiet u tal-potenzal ta' l-irġiel u tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali sabiex jinkludu aspetti ta' ġeneru fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' koperazzjoni ta' żvilupp. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol għan-nisa. Il-miżuri għandhom ukoll jieħdu in kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jippromwovu l-edukazzjoni u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ sabiex jiffaċilitaw l-intergrazzjoni soċjali tagħhom. |
|
VI. |
L-attivitajiet finanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom fil-biċċa l-kbira tagħhom jieħdu l-forma ta' għajnuna teknika, taħriġ, twaqqif ta' istituzzjonijiet, tagħrif, seminars, studji, proġetti ta' investiment f'intrapriżi żgħar ħafna (micro), impriżi ta' daqs żgħir u medju u infrastrutturi u azzjonijiet imfassla sabiex jagħtu prominenza lin-natura tal-għajnuna Komunitarja. Għandu jingħata bidu ta' għajnuna għal koperazzjoni deċentralizzata fejn dan jista' jiġi pruvat effettiv. Ħidmiet ta' risk capital u ta' sussidji bi skala ta' mgħax għandhom ikunu iffinanzjati flimkien mal-Bank. |
|
VII. |
Għandha tingħata l-importanza mistħoqqa lil kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet finanzjati permezz ta' dan ir-Regolament. |
( 1 ) ĠU C 232, tas-6.9.1995, p. 5 u
ĠU C 150, ta' l-24.5.1996, p. 15.
( 2 ) ĠU C 17, tat-22.1.1996, p. 184 u l-Opinjoni mgħotija fl-20 ta' Ġunju 1996 (ĠU C 198, tat-8.7.1996).
( 3 ) ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 1.
( 4 ) ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 5.
( 5 ) ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.
( 6 ) ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.
( 7 ) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23.
( 8 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, ECSC, Euratom) Nru 2673/1999 (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 1).