1996R0499 — MT — 01.08.2016 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 499/96 tad-19 ta' Marzu 1996 ►M3 li jintroduċi u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda ◄ (ĠU L 075 23.3.1996, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1921/2004 tal-25 ta’ ottubru 2004 |
L 331 |
5 |
5.11.2004 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1314/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 |
L 291 |
13 |
9.11.2007 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 |
L 53 |
36 |
26.2.2011 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 725/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 |
L 192 |
40 |
1.7.2014 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1219 tas-26 ta' Lulju 2016 |
L 201 |
2 |
27.7.2016 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 499/96
tad-19 ta' Marzu 1996
►M3 li jintroduċi u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda ◄
Artikolu 1
1. Meta l-prodotti li joriġinaw fl-Islanda li huma elenkati fl-Anness jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazji doganali fi ħdan il-limitu tal-kwoti tat-tariffi, matul il-perjodi u skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.
▼M5 —————
3. Għandu japplika l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-Iżlanda Nru 1/2016 ( 1 ).
4. Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.0792 u 09.0812 ma għandux jingħata għal oġġetti ddikjarati li huma għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati bi qbil mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ( 2 ).
▼M5 —————
Artikolu 4
Kull Stat Membru għandu jiggarantixxi l-aċċess ugwali u kontinwu lill-importaturi tal-prodotti msemmija għall-kwoti sakemm il-bilanċ tal-volum tal-kwota li tikkorrospondi jippermetti dan.
Artikolu 5
1. Id-disposizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari:
(a) l-emendi u l-adattamenti tekniċi, sakemm ikunu meħtieġa, li joħorġu mill-emendi tan-nomenklatura magħquda u l-kodiċi tat-Taric;
(b) l-adattamenti meħtieġa li jirriżultaw mill-konklużjoni mill-Kunsill tal-protokolli jew l-Iskambji ta' l-Ittri bejn il-Komunità u l-Islanda fil-qafas tal-Ftehim li hemm referenza għalih f'dan ir-Regolament;
(ċ) il-prorogazzjoni tal-miżuri tat-tariffi li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet li jinsabu fil-Ftehim li hemm referenza għalih f'dan ir-Regolament;
(d) l-adattamenti meħtieġa għall-volumi, perjodi u dazju tal-kwota li joħorġu mid-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill; u
(e) l-emendi għal dan ir-Regolament meħtieġa għat-twettiq fil-prattika ta' kwalunkwe att ieħor fil-qafas tal-Ftehim li hemm referenza għalih f'dan ir-Regolament
għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2).
2. Id-disposizzjonijiet adottati bi qbil mal-paragrafu 1 ma għandhomx jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex:
— ittella' bilanċ ta' kwantitajiet preferenzjali minn perjodu wieħed ta' kwota għal ieħor,
— timmodifika l-iskeda stabbilita fil-ftehim jew fil-protokolli,
— tittrasferixxi kwantitajiet minn kwota waħda għal oħra,
— tintroduċi u tamministra kwoti li jirriżultaw minn ftehim ġodda,
— tadotta leġislazzjoni li taffettwa l-amministrazzjoni tal-kwoti li huma soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-importazzjoni.
Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ( 3 ).
2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu mogħtija piż bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president ma għandux jivvota.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri, li għandhom jibdew jgħoddu minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ:
— il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija tkun ddeċidiet għal tlett xhur mid-data ta' din il-komunikazzjoni,
— il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-perjodu li hemm referenza għalih fl-ewwel paragrafu.
3. Il-Kumitat jista' jeżamina kwalunkwe mistoqsija dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li titqajjem mill-president tagħha jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru.
Artikolu 7
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi mħares.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 1995.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, l-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.
In-Numru tal-Ordni |
Il-Kodiċi tan-NM |
Is-Sottotaqsima tat-TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Il-perjodu tal-kwota |
Il-volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
Il-kwota tad-dazji (%) |
09.0792 |
ex 0303 51 00 |
10 20 |
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, mingħajr il-fwied u l-bajd, għall-manifattura industrijali (1) (2) |
Mill-1.1 sal-31.12 |
950 |
0 |
09.0812 |
0303 51 00 |
|
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, mingħajr il-fwied u l-bajd (2) |
Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017 |
1 050 |
0 |
Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018 |
1 400 |
|||||
Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019 |
1 400 |
|||||
Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020 |
1 400 |
|||||
Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021 |
1 400 |
|||||
09.0793 |
0302 13 00 0302 14 00 0304 41 00 0304 81 00 |
|
Ħut frisk jew imkessaħ (mingħajr il-fwied u l-bajd) u flettijiet friski, imkessħin jew iffriżati ta': Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) |
Mill-1.1 sal-31.12 |
50 |
0 |
09.0794 |
|
|
Frisk jew imkessaħ: |
Mill-1.1 sal-31.12 |
250 |
0 |
0302 23 00 |
|
Lingwata (Solea spp.) |
||||
0302 24 00 0302 29 |
|
Barbun imperjali (Psetta maxima), megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut tal-qiegħ ieħor |
||||
ex 0302 56 00 |
10 |
Merlangu ikħal (Micromesistius poutassou) |
||||
|
|
Iffriżat: |
||||
0303 32 00 |
|
Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) |
||||
0303 55 30 |
|
Sawrell taċ-Ċile (Trachurus murphyi) |
||||
ex 0303 55 90 |
90 |
Ħut ieħor, minbarra s-sawrell (Caranx trachurus) |
||||
0303 56 00 |
|
Cobia (Rachycentron canadum) |
||||
0303 69 90 0303 89 90 |
|
Ħut ieħor |
||||
0303 82 00 |
|
Raj (Rajidae) |
||||
0303 83 00 |
|
Ħuta tas-sinna (Dissostichus spp.) |
||||
0303 84 90 |
|
Spnott, minbarra l-ispnott Ewropew (Dicentrarchus labrax) |
||||
0303 89 55 |
|
Awrat (Sparus aurata) |
||||
|
|
Flettijiet friski jew imkessħa ta': |
||||
0304 31 00 |
|
Tilapja (Oreochromis spp.) |
||||
0304 32 00 |
|
Lupu tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.) |
||||
0304 33 00 |
|
Burqax tan-Nil (Lates niloticus) |
||||
0304 39 00 |
|
Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus), sallur (Anguilla spp.) u rjus is-serp (Channa spp.) |
||||
0304 42 50 |
|
Troti tal-ispeċi Oncorhynchus apache jew Oncorhynchus chrysogaster |
||||
0304 49 10 |
|
Ħut ieħor tal-ilma ħelu |
||||
0304 43 00 |
|
Ħut ċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmidae u Citharidae) |
||||
0304 44 30 |
|
Merlangu (Pollachius virens) |
||||
0304 44 90 |
|
Ħut ieħor tal-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae, minbarra l-bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u l-ħut tal-ispeċi Boreogadus saida |
||||
0304 45 00 |
|
Pixxispad (Xiphias gladius) |
||||
0304 46 00 |
|
Ħuta tas-sinna (Dissostichus spp.) |
||||
0304 49 50 |
|
Ħut aħmar (Sebastes spp.) |
||||
ex 0304 49 90 |
30 40 50 60 70 90 |
Ħut ieħor, minbarra l-aringi u l-kavalli |
||||
|
|
Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ: |
||||
0304 53 00 |
|
Ħut tal-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae |
||||
0304 54 00 |
|
Pixxispad (Xiphias gladius) |
||||
0304 55 00 |
|
Ħuta tas-sinna (Dissostichus spp.) |
||||
0304 59 90 |
|
Ħut ieħor minbarra l-ħut tal-ilma ħelu u aringi mnaddfa miftuħin ċatti |
||||
|
|
Flettijiet iffriżati ta': |
||||
0304 61 00 |
|
Tilapja (Oreochromis spp.) |
||||
0304 62 00 |
|
Lupu tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.) |
||||
0304 63 00 |
|
Burqax tan-Nil (Lates niloticus) |
||||
0304 69 00 |
|
Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus), sallur (Anguilla spp.) u rjus is-serp (Channa spp.) |
||||
0304 82 50 |
|
Troti tal-ispeċi Oncorhynchus apache jew Oncorhynchus chrysogaster |
||||
0304 89 10 |
|
Ħut ieħor tal-ilma ħelu |
||||
|
|
Il-laħam iffriżat ta: |
||||
0304 95 21 |
|
Merluzz tal-ispeċi Gadus macrocephalus |
||||
0304 95 25 |
|
Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua |
||||
0304 95 29 |
|
Merluzz tal-ispeċi Gadus ogac u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida |
||||
0304 95 40 |
|
Merlangu (Pollachius virens) |
||||
0304 95 50 |
|
Marlozz tal-ġeneru Merluccius |
||||
0304 95 60 |
|
Merlangu ikħal (Micromesistius poutassou, Gadus poutassou) |
||||
ex 0304 95 90 |
11 13 17 19 90 |
Ħut ieħor minbarra l-merluzz tal-ġeneru Urophycis spp. |
||||
ex 0304 99 99 |
20 25 30 40 50 65 69 70 90 |
Ħut ieħor minbarra l-kavalli (Scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus) |
||||
09.0811 |
0304 49 50 |
|
Flettijiet tal-ħut aħmar (Sebastes spp), friski jew imkessħin |
Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017 |
2 211 |
0 |
Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018 |
2 948 |
|||||
Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019 |
2 948 |
|||||
Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020 |
2 948 |
|||||
Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021 |
2 948 |
|||||
09.0795 |
0305 61 00 |
|
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), immelħin iżda mhux imnixxfin jew iffumigati, u aringi fis-salmura |
Mill-1.1 sal-31.12 |
1 750 |
0 |
09.0796 |
0306 15 90 |
|
Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) iffriżata, minbarra l-awwista tan-Norveġja affumikata |
Mill-1.1 sal-31.12 |
50 |
0 |
09.0810 |
0306 15 90 |
|
Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) iffriżata, minbarra l-awwista tan-Norveġja affumikata |
Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017 |
1 106 |
0 |
Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018 |
1 474 |
|||||
Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019 |
1 474 |
|||||
Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020 |
1 474 |
|||||
Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021 |
1 474 |
|||||
09.0797 |
1604 12 91 1604 12 99 |
|
Aringi ppreparati jew ippriżervati, sħaħ jew f'biċċiet, iżda mhux mitħuna, minbarra l-flettijiet tal-aringi, mhux imsajra, miksijin bil-batter jew bil-frak tal-ħobż biss, moqlija minn qabel fiż-żejt jew le, iffriżati |
Mill-1.1 sal-31.12 |
2 400 |
0 |
09.0798 |
1604 17 00 1604 19 97 |
|
Sallur u ħut ieħor ippreparat jew ippreservat, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
Mill-1.1 sal-31.12 |
50 |
0 |
ex 1604 20 90 |
20 30 35 50 60 90 |
Ħut ieħor ippreparat jew ippriservat, minbarra l-aringi u l-kavalli |
||||
09.0700 |
1604 20 90 |
|
Ħut ieħor ippreparat jew ippriservat |
Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017 |
2 764 |
0 |
Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018 |
3 685 |
|||||
Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019 |
3 685 |
|||||
Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020 |
3 685 |
|||||
Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021 |
3 685 |
|||||
(1) L-entrata taħt din is-sottointestatura hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea [ara l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)]. (2) Għan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN) ma hemmx dazju bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju, ma jingħatax il-benefiċċju tal-kwota tariffarja għall-oġġetti li jiġu ddikjarati li jistgħu jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera tul dan il-perjodu. |
( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Iżlanda Nru 1/2016 tas-17 ta' Frar 2016 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 72, 17.3.2016, p. 66).
( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 3 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta'Adeżjoni ta' l-1994.