01996L0053 — MT — 14.08.2019 — 004.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 (ĠU L 235 17.9.1996, p. 59) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
ID-DIRETTIVA 2002/7/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Frar 2002 |
L 67 |
47 |
9.3.2002 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2015/719 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015 |
L 115 |
1 |
6.5.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2019/984 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 |
L 164 |
30 |
20.6.2019 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
202 |
25.7.2019 |
|
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/53/KE
tal-25 ta' Lulju 1996
li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
L-Artikolu 1
Din id-Direttiva tapplika għal:
id-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2 u M3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategorija O u l-vetturi bil-mutur fil-kategoriji N2 u N3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategoriji O3 u O4, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
l-piżijiet u ċerti karatteristiċi oħrajn tal-vetturi definiti f'(a) u speċifikati fl-Anness 1(2) ma' din id-Direttiva.
L-Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:
l-elettriku kkunsmat f'kull tip ta' vettura elettrika,
l-idroġenu,
il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f'forma gassuża (Gass Naturali Kkompressat — CNG) u f'forma likwifikata (gass naturali likwifikat — LNG),
il-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG),
enerġija mekkanika minn sors abbord/ħażna abbord, inkluża sħana mitlufa,
l-operazzjonijiet tat-trasport kombinati definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE ( 3 ) li jittrasportaw kontenitur jew kontenituri jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' 45 pied, jew
operazzjonijiet ta' trasport li jittrasportaw kontenitur jew kontenituri jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' 45 pied, li jużaw it-trasport fuq l-ilma, sakemm it-tul inizjali jew finali tat-triq ma jaqbiżx 150 km fit-territorju tal-Unjoni. Id-distanza ta' 150 km imsemmija hawn fuq tista' tinqabeż sabiex jintlaħaq l-eqreb terminal ta' trasport adatt għas-servizz previst fil-każ li:
vetturi li jikkonformaw mal-punti 2.2.2 (a) jew (b) tal-Anness I, jew
vetturi li jikkonformaw mal-punti 2.2.2 (c) jew (d) tal-Anness I, fil-każ li tali distanzi jkunu permessi fl-Istat Membru rilevanti.
Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati kollha speċifikati fl-Anness I għandhom jitkejlu skond l-Anness I mad- ►M2 Direttiva 2007/46/KE ◄ , b'ebda tolleranzi pożittivi.
L-Artikolu 3
Stat Membru ma jistax jiċħad jew jipprojbixxi l-użu fit-territorju tiegħu:
sakemm dawn il-vetturi jikkonformaw mal-valuri limiti speċifikati fl-Anness I.
Din id-dispożizzjoni għandha tapplika minkejja l-fatt li:
l-vetturi msemmija mhumiex konformi mal-ħtiġiet ta' dak l-Istat Membru fejn għandhom x'jaqsmu ċerti karattersitiċi ta' piż u dimensjoni mhux koperti mill-Anness I;
l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-vetturi huma reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni għandha limiti awtorizzati mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) li jeċċedu dawk imqiegħda fl-Anness I.
L-Artikolu 4
L-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw iċ-ċirkolazzjoni normali fit-territorji tagħhom:
ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali ta' merkanzija li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.1, 1.2, 1.4, 1.5, 1.6, 1.7, 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I;
ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri, ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.1, 1.2, 1.4a, 1.5 u 1.5a ta' l-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu madankollu jawtorizzaw iċ-ċirkolazzjoni fuq it-territorji tagħhom:
ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-merkanzija li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.3, 2, 3, 4.1 u 4.3 ta' l-Anness I;
ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri, li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.3, 2, 3, 4.1 u 4.3 ta' l-Anness I.
L-operazzjonijiet tat-trasport għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma jaffettwawx il-kompetizzjoni internazzjonali sinifikament fis-settur tat-trasport jekk waħda mill-kondizzjonijiet taħt (a) u (b) hija ssodisfata:
L-operazzjonijiet tat-trasport huma mwettqa fit-territorju ta' Stat Membru minn vetturi speċjalizzati jew kombinazzjonijiet speċjalizzati ta' vetturi f'ċirkostanzi fejn mhumiex normalment imwettqa minn vetturi minn Stati Membri oħrajn, e.ż. operazzjonijiet marbuta mal-qtugħ tas-siġar u l-industrija forestjera;
L-Istat Membru li jippermetti li l-operazzjonijiet tat-trasport jitwettqu fit-territorju tiegħu minn vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk imqiegħda fl-Anness I ukoll jippermetti vetturi bil-mutur, trailers u semi-trailers li jikkonformaw mad-dimensjonijiet imqiegħda fl-Anness I li jiġu użati f'dawn il-kombinazzjonijiet biex jakkwistaw mill-inqas it-tul ta' tagħbija awtorizzat f'dak l-Istat Membru, sabiex kull operatur ikun jista' jibbenefika minn kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni (il-kunċett modulari).
▼M2 —————
▼M2 —————
Artikolu 5
Vetturi artikolati fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1991 li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fil-punti 1.6 u 4.4 tal-Anness I għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' tali speċifikazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 3 sakemm ma jkunux jaqbżu tul totali ta' 15,50 m.
L-Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarja biex jassiguraw li l-vetturi ta' l-Artikolu 1 imsemmija fl-Artikolu 1 u li jikkonformaw ma' din id-Direttiva ikollhom waħda mix-xhieda msemmija f' (a), (b) u (ċ):
kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin:
pjanċa singola stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE u li tikkontjeni l-informazzjoni fuq iż-żewġ pjanċi msemmija f'(a);
dokument wieħed maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-vettura hi rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni. Dan id-dokument għandu jkollu l-istess intetstauri u informazzjoi bħall-pjanċi msemmija f'(a). Għandu jinżamm f'post faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni u għandu jinżamm adegwatament protett.
Vetturi li jkollhom ix-xhieda ta' konformità jistgħu ikunu soġġetti:
L-Artikolu 7
Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit-toroq fis-seħħ f'kull Stat Membru li jippermetti li l-piż u/jew id-dimensjonijiet tal-vetturi fuq ċerti toroq jew strutturi ta' inġinerija ċivili jkun limitat, irrispettivament mill-Istat tar-reġistrazzjoni ta' dawk il-vetturi jew l-Istat fejn dawk il-vetturi jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni.
Dan jinkludi l-possibiltà li jiġu imposti restrizzjonijiet lokali dwar id-dimensjonijiet massimi awtorizzati u/jew il-piżijiet tal-vetturi li jistgħu jintużaw f'żoni speċifiċi jew fuq toroq speċifiċi, fejn l-infrastruttura ma tkunx adattata għal vetturi twal u tqal, bħal ċentri ta' l-ibliet, villaġġi żgħar u postijiet ta' interess naturali speċjali.
▼M2 —————
Artikolu 8b
Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li tadotta jew temenda kwalunkwe rekwiżit tekniku għall-approvazzjoni tat-tip ta' tagħmir ajrudinamiku stipulat fi ħdan dak il-qafas, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza fit-toroq u s-sikurezza ta' operazzjonijiet ta' trasport intermodali, u b'mod partikolari:
it-twaħħil sigur tat-tagħmir b'mod li jitnaqqas ir-riskju li jinqala' maż-żmien, inkluż matul operazzjoni ta' trasport intermodali;
is-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq, speċjalment l-utenti vulnerabbli tat-triq, billi tiġi żgurata, fost oħrajn, il-viżibbiltà tal-immarkar tal-kontorn meta l-apparat ajrudinamiku jitwaħħal, billi jiġu adattati r-rekwiżiti ta' viżjoni indiretta u, fil-każ ta' ħabta ma' wara ta' vettura jew kombinazzjoni ta' vetturi, billi ma tiġix kompromessal-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara.
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta leġislattiva biex temenda r-regoli relevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE.
It-tagħmir ajrudinamiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet operazzjonali li ġejjin:
f'ċirkustanzi fejn is-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq jew tas-sewwieq tinsab f'riskju, għandu jintewa, jinġibed lura jew jinqala' mis-sewwieq;
l-użu tiegħu fl-infrastrutturi tat-toroq urbani u interurbani għandu jqis il-karatteristiċi speċjali ta' żoni fejn il-limitu ta' veloċità jkun inqas jew ta' 50 km/siegħa u fejn hemm possibbiltà akbar li jkunu preżenti utenti tat-triq aktar vulnerabbli; u
l-użu tiegħu għandu jkun kumpatibbli mal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali u b'mod partikolari, fejn miġbud lura/mitwi, ma għandux jiżdied it-tul massimu awtorizzat b'aktar minn 20 ċm.
▼M2 —————
Artikolu 9a
Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu approvati f'konformità mar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE. Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġu żviluppati rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi mgħammra b'kabini kif stipulat fi ħdan dak il-qafas, filwaqt li tqis dan li ġej:
it-titjib fil-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi;
l-utenti vulnerabbli tat-triq, u t-titjib tal-viżibbiltà tagħhom għas-sewwieqa, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-punti mhux viżibbli għas-sewwieqa;
it-tnaqqis fil-ħsara jew korriment minħabba utenti oħra tat-triq f'każ ta' ħabta;
is-sikurezza u l-kumdità tas-sewwieqa.
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE, biex tipprovdi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sal-1 ta' Novembru 2019.
L-Artikolu 10
Id-Direttiva mniżżla fl-Anness IV, il-Parti A, għandha titħassar b'effett mid-data fl-Artikolu 11, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw it-traspożizzjoni mqiegħda fl-Anness IV, il-Parti B.
Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni mqiegħda fl-Anness V.
▼M2 —————
Artikolu 10b
Il-piżijiet massimi awtorizzati ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti 2.2.1, 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4, 2.3.1, 2.3.2 u 2.4 tal-Anness I.
Il-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattivi jew mingħajr emissjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll mal-limiti massimi awtorizzati tal-piż tal-fusijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I.
Il-piż addizzjonali meħtieġ mill-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-produttur meta l-vettura inkwistjoni tiġi approvata. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fil-prova uffiċjali meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 6.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 10h biex taġġorna, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-lista ta’ fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 li jeħtieġu piż addizzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prassi abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
Artikolu 10c
It-tulijiet massimi stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Anness I, soġġett fejn applikabbli għall-Artikolu 9a(1) u t-tul massimu stabbilit fil-punt 1.6 tal-Anness I jistgħu jinqabżu bi 15-il ċentimetru għall-vetturi jew għal kombinazzjonijiet ta' vetturi li jittrasportaw kontejners tal-45 pied jew kaxex skambjabbli tal-45 pied, vojta jew mgħobbija, sakemm it-trasport bit-triq tal-kontejner jew tal-kaxxa skambjabbli in kwistjoni jkun parti minn operazzjoni ta' trasport intermodali.
Artikolu 10d
Stat Membru ma għandux jirrikjedi l-installazzjoni ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord fuq vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma reġistrati fi Stat Membru ieħor.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, fejn jintużaw sistemi awtomatiċi biex jiġi stabbilit ksur ta' din id-Direttiva u biex jiġu imposti pieni, tali sistemi awtomatiċi għandhom jiġu ċċertifikati. Fejn sistemi awtomatiċi jintużaw biss għal skopijiet ta' identifikazzjoni ma għandhomx għalfejn ikunu ċertifikati.
Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità, dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom iwasslu biex id-data dwar il-piż tkun tista' tiġi komunikata fi kwalunkwe ħin minn vettura li qed tiċċaqlaq lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lis-sewwieq tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-interfaċċja definita mill-istandards ta' CEN DSRC — EN 12253, EN 12795, EN 12834, EN 13372 u ISO 14906. Barra minn hekk, tali komunikazzjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw u jiskambjaw informazzjoni bl-istess mod mal-vetturi u l-kombinazzjonijiet ta' vetturi reġistrati fi kwalunkwe Stat Membru u bl-użu ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vettura.
Sabiex tiġi żgurata kumpatibbiltà mat-tipi kollha ta' vetturi, sistemi abbord vetturi bil-mutur għandu jkollhom il-kapaċità li jirċievu u jipproċessaw kwalunkwe data li ġejja minn kull tip ta' trejler jew semitrejler marbuta ma' vetturi bil-mutur.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10i(2).
Artikolu 10e
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, m'għandhomx ikunu diskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar dawk ir-regoli lill-Kummissjoni.
Artikolu 10f
Għat-trasport ta' kontejners u kaxxi skambjabbli, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jesiġu:
li l-burdnar jagħti lit-trasportatur bit-triq fdat bit-trasport ta' kontejner jew kaxxa skambjabbli dikjarazzjoni li tindika l-piż tal-kontejner jew kaxxa skambjabbli li tkun ġiet trasportata, u
li t-trasportatur bit-triq jipprovdi aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti kollha provduta mill-burdnar.
Artikolu 10g
Kull sentejn, u mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena wara tmiem il-perijodu ta' sentejn ikkonċernat, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa dwar:
l-għadd ta' verifiki li jkunu saru fis-sentejn kalendarji preċedenti, u
l-għadd ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'tagħbija eċċessiva li jkunu nstabu.
Din l-informazzjoni tista' tkun parti mill-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).
Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni riċevuta skont dan l-Artikolu, u għandha tinkludiha fir-rapport li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont ir-Regolament (KE) Nru 561/2006.
Artikolu 10h
Artikolu 10i
Artikolu 10j
Sat-8 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni għandha tressaq, kif xieraq, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-emendi għal din id-Direttiva introdotta bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), inkluż it-teħid tal-kont ta' karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti setturi tas-suq. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva akkumpanjata debitament minn valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport għandu jsir disponibbli tal-anqas sitt xhur qabel ma tiġi sottomessa kwalunkwe proposta leġislattiva.
L-Artikolu 11
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Artikolu 12
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 13
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
IL-PIŻIJIET U D-DIMENSJONIJIET MASSIMI U L-KARATTERISTIĊI RELATATI TAL-VETTURI
|
1. |
Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati għall-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) |
|
|
1.1 |
it-tul massimu: |
|
|
- vettura bil-mutur minnbarra karrozza tal-linja |
12,00 m |
|
|
- karru |
12,00 m |
|
|
- vettura artikolata |
16,50 m |
|
|
- ferrovija tat-triq |
18,75 m |
|
|
- karrozza tal-linja artikolata |
18,75 m |
|
|
- karrozzi tal-linja b'żewġ fusien |
13,50 m |
|
|
- karrozzi tal-linja b'aktar minn żewġ fusien |
15,00 m |
|
|
- karrozza tal-linja + karru |
18,75 m |
|
|
1.2 |
Il-wisgħa massimu: |
|
|
(a) il-vetturi kollha ħlief il-vetturi msemmija fil-punt (b) |
2,55 m |
|
|
(b) superstrutturi ta' vetturi kondizzjonati jew kontejners jew kaxxi skambjabbli kondizzjonati trasportati permezz ta' vetturi |
2,60 m |
|
|
1.3 |
L-Għoli massimu (kwalunkwe vettura) |
4,00 m |
|
1.4 |
Superstrutturi li jitneħħew u oġġetti tat-tagħbija standardizzati bħall-containers huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4 |
|
|
1.4a |
Jekk xi aċċessorji li jistgħu jitneħħew bħal ski-boxes ikunu ffittjati mal-karrozza tal-linja, it-tul tagħha, inklużi l-aċċessorji, m'għandux jeċċedi t-tul massimu stabilit fil-punt 1.1 |
|
|
1.5 |
Kull vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta' vettura f'moviment għandha tkun tista' ddur fi ħdan ċirku b'radju fuq barra ta' 12,50 m u radju fuq ġewwa ta' 5,30 m. |
|
|
1.5a |
Ħtiġiet addizzjonali fil-każ tal-karrozzi tal-linja Bil-vettura wieqfa, pjan vertikali tanġenzjali għall-ġenb tal-vettura u jħares 'il barra miċ-ċirku għandu jiġi stabilit billi tiġi mmarkata linja ma' l-art. Fil-każ ta' vettura artikolata, iż-żewġ porzjonijiet riġidi għandhom ikunu allineati mal-pjan, Meta l-vettura titmexxa dritt mill-faċċata fiż-żona ċirkolari deskritta fil-punt 1.5, ebda parti minnha m'għandha toħroġ 'il barra minn dak il-pjan vertikali b'aktar minn 0,60 m. |
|
|
1.6 |
Id-distanza massima bejn l-assi tal-pern tal-ħames rota u l-wara tas-semi-trailer |
12,00 m |
|
1.7 |
Id-distanza massima mkejla parallela ma' l-assi lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem ta' l-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern tat-trailer tal-kombinazzjoni l-iktar fuq wara, naqqas id-distanza bejn il-wara tal-vettura li qed tiġbed u l-quddiem tat-trailer |
15,65 m |
|
1.8 |
Id-distanza massima mkejla parallela għall-axis lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem ta' l-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal punt estern l-iktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni |
16,40 m |
|
2. |
Il-piż massimu awtorizzat tal-vettura (f'tunnellati metriċi) |
|
|
2.1 |
Vetturi li jifformaw parti minn kombinazzjoni ta' vettura |
|
|
2.1.1 |
Trailer b'żewġ fusijiet |
18-il tunnellata metrika |
|
2.1.2 |
Trailer bi tliet fusijiet |
24 tunnellata metrika |
|
2.2. |
Il-kombinazzjonijiet tal-vettura |
|
|
2.2.1 |
Feroviji tat-toroq b'ħames jew sitt fusijiet ►M4 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. ◄ |
|
|
(a) vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet |
40 tunnellata metrika |
|
|
(b) vettura bil-mutur bi tliet fusijiet bi trailer b'żewġ fusijiet jew bi tlieta |
40 tunnellata metrika |
|
|
2.2.2 |
Vetturi Artikolati b'ħames jew b'sitt fusijiet ►M4 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. ◄ |
|
|
(a) vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet |
40 tunnellata metrika |
|
|
(b) vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b'semi-trailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet |
40 tunnellata metrika |
|
|
(c) vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b’semitrejler li jkollu żewġ jew tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b’operazzjonijiet ta trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta’ 45 pied |
44 tunnellata |
|
|
(d) vettura bil-mutur b’żewġ fusijiet b’semitrejler li jkollu tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b’operazzjonijiet ta trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta’ mhux iktar minn 45 pied |
42 tunnellata |
|
|
2.2.3 |
Road trains b'erba' fusijiet li jikkonsisitu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u bi trailer b'żewġ fusijiet ►M4 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. ◄ |
36 tunnellata metrika |
|
2.2.4 |
Vetturi artikolati b'erba' fusijiet li jikkonsistu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u semi-trailer b'żewġ fusijiet, jekk id-distanza bejn il-fusijiet tas-semi-trailer: ►M4 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. ◄ |
|
|
2.2.4.1 |
hija 1,3 m jew akbar imma mhux aktar minn 1,8 m |
36 tunnellata metrika |
|
2.2.4.2 |
hija akbar minn 1,8 m |
36 tunnellata metrika + 2 tunnellati metriċi marġni meta l-piż massimu awtorizzat (MAW) tal-vettura bil-mutur (18-il tunnellata metrika) u l- MAW tal-fus tandem tas-semi- trailer (20 tunnellata metrika) huwa rispettat u l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II. |
|
2.3 |
Vetturi bil-mutur |
|
|
2.3.1 |
vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex karozzi tal-linja: 18-il tunnellata vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li jaħdmu bi fjuwils alternattivi u li mhumiex karozzi tal-linja: il-piż massimu ta' 18-il tunnellata għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata ►M4 Vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 18-il tunnellata jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati. ◄ |
karozzi tal-linja b'żewġ fusijiet: 19,5 tunnellati |
|
2.3.2 |
vetturi bil-mutur bi tliet fusijiet |
25 tunnellata jew 26 tunnellata fejn il-fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u sospensjoni bl-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u l-piż massimu ta' kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati. vettura bil-mutur bi tliet fusijiet li jaħdmu bi fjuwils alternattivi: 25 tunnellata jew 26 tunnellata fejn il-fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u sospensjoni bl-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u l-piż massimu ta' kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata ►M4 Vetturi mingħajr emissjonijiet bi tliet fusijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 25 tunnellata, jew 26 tunnellata meta l-fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u sospensjoni tal-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II jew meta kull fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u l-piż massimu ta’ kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati, jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati. ◄ |
|
2.3.3 |
Vetturi bil-mutur b'erba' fusijiet b'żewġ fusijiet tas-sewqan |
— 32 tunnellata metrika meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi. |
|
2.4 |
Karozzi tal-linja artikolati bi tliet fusijiet |
28 tunnellata Karozzi tal-linja artikolati bi tliet fusijiet li jaħdmu fi fjuwils alternattivi: il-piż massimu awtorizzat ta' 28 tunnellata għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata ►M4 Xarabanks artikolati bi tliet fusijiet li jkunu vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 28 tunnellata jiżdied bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija mingħajr emissjonijietv b’massimu ta’ 2 tunnellati. ◄ |
|
3. |
Il-piż massimu awtorizzat tal-fusijiet tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) (f'tunnellati metriċi) |
|
|
3.1 |
Fusijiet singoli Fus singolu mhux tas-sewqan |
10 tunnellati metriċi |
|
3.2 |
Fusijiet tandem ta' trailers u semi-trailers Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi: |
|
|
3.2.1 |
inqas minn 1 m (d < 1,0) |
11-il tunnellata metrika |
|
3.2.2 |
bejn 1,0 m u inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3) |
16-il tunnellata metrika |
|
3.2.3 |
bejn 1,3 m u inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8) |
18-il tunnellata metrika |
|
3.2.4 |
1,8 m jew iktar (1,8 ≤ d) |
20 tunnellata metrika |
|
3.3 |
Tri-Fusijiet ta' trailers u semi-trailers Is-somma tal-piżijiet tal-fus għal kull tri-fus m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi: |
|
|
3.3.1 |
1,3 m jew inqas (d ≤ 1,3) |
21 tunnellata metrika |
|
3.3.2 |
iktar minn 1,3 m u sa 1,4 m (1,3 < d ≤ 1,4) |
24 tunnellata metrika |
|
3.4 |
Il-Fus tas-sewqan |
|
|
3.4.1 |
Il-Fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija f' 2.2.1 u 2.2.2 |
11,5 tunnellati metriċi |
|
3.4.2 |
Il-fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3, 2.2.4, 2.3 u 2.4 |
11,5 tunnellati metriċi |
|
3.5 |
Il-Fusijiet tandem tal-vetturi bil-mutur Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi: |
|
|
3.5.1 |
inqas minn 1 m (d < 1,0) |
11,5 tunnellata metrika |
|
3.5.2 |
1,0 m jew iktar imma inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3) |
16-il tunnellata metrika |
|
3.5.3 |
1,3 m jew iktar imma inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8) |
— 18-il tunnellata metrika — 19-il tunnellata metrika meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi. |
|
4. |
Karatteristiċi rrelatati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) |
|
|
4.1 |
Il-vetturi kollha Il-piż merfugħ mill-fus tas-sewqan jew mill-fusijiet tas-sewqan ta' vettura jew kombinazzjoni ta' vettura m'għandux ikun inqas minn 25 % tal-piż totali mgħobbi tal-vettura jew tal-kombinazzjoni tal-vettura, meta użata fit-traffiku internazzjonali. |
|
|
4.2 |
Ir-Road trains Id-distanza bejn il-fus ta' wara ta' vetura bil-mutur u l-fus ta' quddiem ta' trailer m'għandhiex tkun inqas minn 3,00 m. |
|
|
4.3 |
Il-Piż massimu awtorizzat jiddependi mill-bażi tar-rota Il-piż massimu awtorizzat f'tunnellati metriċi ta' vettura bil-mutur b'erba' fusijiet ma jistax jeċċedi ħames darbiet id-distanza f'metri bejn il-fusijiet tal-fusijiet l-iktar 'il quddiem u l-iktar lura tal-vettura. |
|
|
4.4 |
Semi-trailers Id-distanza mkejla orizzontalment bejn il-fus tal-pern tal-ħames rota u kwalunkwe punt fil-quddiem tas-semi-trailer m'għandhiex teċċedi t-2,04 m. |
|
L-ANNESS II
KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-EKWIVALENZA BEJN ĊERTI SISTEMI TA' SOSPENSJONI MINGĦAJR ARJA U SOSPENSJONI TA' L-ARJA GĦAL FUS(IJIET) TAS-SEWQAN TAL-VETTURI
1. ID-DEFINIZZJONI TAS-SOSPENSJONI TA' L-ARJA
Sistema ta' sospensjoni hija kkunsidrata arja sospiża jekk mill-inqas 75 % ta' l-effett tal-molla hu kkawżat mill-molla ta' l-arja.
2. EKWIVALENZA GĦAS-SOSPENSJONI TA' L-ARJA
Sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti għal sospensjoni ta' l-arja għandha tikkonforma ma' li ġej:
|
2.1. |
matul oxxillar wieqaf baxx free transient tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie, il-frekwenza mkejla u d-damping mas-sospensjoni li jerfa' t-tagħbija massima tiegħu għandha taqa' fi ħdan il-limiti definiti fil-punti 2.2 sa 2.5; |
|
2.2. |
kull fus għandu jkun mgħammar b'dampers idrawliċi. Fuq bogies b'fus tandem, id-dampers għandhom ikunu pożizzjonati biex jimminimizzaw l-oxxillar tal-bogies; |
|
2.3. |
il-proporzjon medju ta' damping D għandu jkun iktar minn 20 % tad-damping kritiku għas-suspensjoni fil-kondizzjonijiet normali tagħha b'dampers idrawliċi fil-post u f'operazzjoni; |
|
2.4. |
il-proporzjon ta' damping D tas-suspensjoni bid-dampers idrawliċi kollha mneħħija jew inkapaċitati m'għandux ikun iktar minn 50 % ta' D; |
|
2.5. |
il-frekwenza tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie f'oxxillar free transient m'għandhiex tkun ogħla minn 2,0 Hz; |
|
2.6. |
il-frekwenza u d-damping tas-suspensjoni huma mogħtija fil-paragrafu 3. Il-proċeduri ta' test għall-kejl tal-frekwenza u d-damping huma stabbiliti fil-paragrafu 4. |
3. DEFINIZZJONI TAL-FREKWENZA U TAD-DAMPING
F'din id-definizzjoni hija kkunsidrata massa mmullata M (kg) 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie. Il-fus jew il-bogie għandha riġidità wieqfa totali bejn il-wiċċ tat-triq u l-massa mmullata ta' K Newtons/metru (N/m) u koeffiċjent totali ta' damping ta' C Newtons għal kull metru f'kull sekonda (N.s/m). Iċ-ċaqliq wieqaf tal-massa mmullata huwa Z. L-ekwazzjoni tal-moviment għall-oxxillar ħieles tal-massa mmullata hi:
Il-frekwenza ta' l-oxxillar tal-massa mmullata F (rad/sec) hi:
Id-damping huwa kritiku meta C = Co,
fejn
Il-proporzjon ta' damping bħala frazzjoni tad-damping kritiku hu
.
Matul l-oxxillar free transient tal-massa mmullata l-moviment wieqaf tal-massa jsegwi mogħdija sinusoidal damped (Il-Figura 2). Il-frekwenza tista' tiġi stmata bil-kejl tal-ħin għal dawk iċ-ċikli ta' oxxillar li jistgħu jiġu osservati. Id-damping jista' jiġi stmat bil-kejl ta' l-għoli tal-ponot suċċessivi ta' l-oxxillar fl-istess direzzjoni. Jekk l-ampjezza tal- ponot ta' l-ewwel u t-tieni ċiklu ta' l-oxxillar huma A1 u A2, allura l-proporzjon ta' damping D hu:
ln' il-logaritmu naturali tal-proporzjon tar-rapport ta' ampjezza.
4. IL-PROĊEDURA TAT-TEST
Biex jiġi stabbilit b'test il-proporzjon ta' damping D, il-proporzjon ta' damping bid-dampers idrawliċi imneħħija, u l-frekwenza tas-sospensjoni F, il-vettura mgħobbija għandha jew:
tiġi misjuqa b'veloċità baxxa (5 km/hr ± 1 km/hr) tul tarġa ta' 80 mm bil-profil muri fil-Figura 1. L-oxxillar transient li għandu jiġi analizzat għall-frekwenza u d-damping iseħħ wara li r-roti fuq il-fus tas-sewqan ikunu ħallew it-tarġa;
jew
tinġibed 'l isfel mix-chassis sabiex it-tagħbija fuq il-fus tas-sewqan hija 1,5 darbiet il-valur statiku massimu tagħha. Il-vettura miżmuma
jew
tinġibed mix-chassis sabiex il-massa mmullata tkun merfugħa 80 mm 'l fuq mill-fus tas-sewqan. Il-vettura miżmuma 'l fuq hi f'daqqa waħda mwaqqgħa u l-oxxillar sussegwenti analizzat;
jew
tkun soġġetta għal proċeduri oħrajn sa fejn kien ippruvat mill-fabbrikant, għas-soddisfazzjon tad-dipartiment tekniku, li huma ekwivalenti.
Il-vettura għandha tkun strumentata b'displacement transducer wieqaf bejn il-fus tas-sewqan u x-chassis, direttament fuq il-fus tas-sewqan. Mit-traċċa, l-intervall bejn l-ewwel u t-tieni ponot ta' kompressjoni jista' jitkejjel biex tinkiseb il-frekwenza F u l-proporzjon ta' l-amplitudini biex jinkiseb id-damping. Għal bogies bi twin-drive, displacement transducers weqfin għandhom jitqiegħdu bejn kull fus tas-sewqan u x-chassis direttament fuqu.
Figura 1
Tarġa għat-testijiet tas-sospensjoni
Figura 2
Risposta ta'damped transience
L-ANNESS III
PJANĊA LI GĦANDHA X'TAQSAM MAD-DIMENSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1)(a)
|
I. |
Il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, sa fejn possibbli mwaħħla viċin tal-pjanċa msemmija fid-Direttiva 76/114/KEE, għandu jkollha d-data li ġejja:
1.
l-isem tal-fabbrikant ( 10 );
2.
in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (10) ;
3.
it-tul tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (L);
4.
il-wisgħa tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (W);
5.
data għall-kejl tat-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura:
—
id-distanza (a) bejn il-quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru ta' l-istrument ta' l-agganċjar (il-ganċ ta' l-agganċjar jew il-ħames rota); fil-każ tal-ħames rota b'diversi punti ta' l-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw
—
id-distanza (b) bejn iċ-ċentru ta' l-istrument ta' l-agganċjar tat-trailer (iċ-ċirku tal-ħames rota) (amin u amax), jew tas-semi-trailer (il-pern) u l-wara tat-trailer jew tas-semi-trailer; fil-każ ta' strument b'diversi punti ta' l-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax).
It-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura huwa t-tul tal-vettura bil-mutur u t-trailer jew is-semi-trailer mqiegħda f'linja dritta wara xulxin. |
|
II. |
Il-valuri mogħtija fuq xiehda ta' konformità għandhom jirriproduċu eżattament l-istess miżuri mwettqa direttament fuq il-vettura. |
L-ANNESS IV
IL-PARTI A
DIRETTIVI MĦASSRA
(imsemmija fl-Artikolu 10)
IL-PARTI B
|
Direttiva |
Għeluq iż-żmien għat-traspożizzjoni |
|
85/3/KEE (ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14) |
fl-1 ta' Lulju 1986 |
|
fl-1 ta' Jannar 1990 |
|
|
86/360/KEE (ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 19) |
fl-1 ta' Jannar 1992 |
|
86/364/KEE (ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48) |
fid-29 ta' Lulju 1987 |
|
88/218/KEE (ĠU L 98, tal-15.4.1988, p. 48) |
fl-1 ta' Jannar 1989 |
|
89/338/KEE (ĠU L 142, tal-25.5.1989, p. 3) |
fl-1 ta' Lulju 1991 |
|
89/460/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 5) |
fl-1 ta' Jannar 1993 |
|
89/461/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 7) |
fl-1 ta' Jannar 1991 |
|
91/60/KEE (ĠU L 37, tad-9.2.1991, p. 37) |
fit-30 ta' Settembru 1991 |
|
92/7/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 29) |
fil-31 ta' Diċembru 1992. |
L-ANNESS V
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Din id-Direttiva |
85/3/KEE |
86/360/KEE |
86/364/KEE |
88/218/KEE |
89/338/KEE |
89/460/KEE |
89/461/KEE |
91/60/KEE |
92/7/KEE |
|
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) (a) |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) (b) |
L-Artikolu 1(1) (b) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(2) |
L-Artikolu 1(2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 2 -1 sar-4 u s-6 sa l-10 inċiż |
|
|
|
|
L-Artikolu 1(2) |
|
|
|
|
|
L-Artikolu 2 Il-5, il-11 u t-t12-il inċiż |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 2 L-aħħar paragrafu |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 3(1) |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 3(1) (a)(b) |
L-Artikolu 3(1) (a)(b) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 3(2) |
L-Artikolu 3(2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 3(3) |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 4 |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 5(a) |
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) |
|
|
|
L-Artikolu 5(b) |
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) |
|
|
Artikolu 6 (1 sa 4) |
|
|
L-Artikolu 1 (1 sa 4) |
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 6 (5 sa 6) |
|
|
L-Artikolu 2 (1 sa 2) |
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 8 |
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1 |
|
|
|
|
L-Artikolu 9 sa 12 |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Anness I |
L-Anness I |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 1 |
Il-Punt 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 1.1 l-1el sat-3 et u l-5es paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(2) |
|
|
Il-Punt 1.1r-4ba'inċiż |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 1.2 (a) |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 1.2 (b) |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 1.3 sa 1.5 |
Il-Punt 1.3 sa 1.5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 1.6 |
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(3) |
|
|
|
Il-Punt 1.7 |
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(3) |
|
|
Il-Punt 1.8 |
- |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 2 sa 2.2.1(b) |
Il-Punt Punt 2 sa 2.2.1(b) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 2.2.2 (a sa ċ) |
Il-Punt 2.2.2 (a sa ċ) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 2.2.3 Il-Punkt 2.2.4.1 |
|
|
|
|
L-Artikolu 1(5) (b) |
|
|
|
|
|
Il-Punt 2.2.4.2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) (a) |
|
Il-Punt 2.3 sa 2.3.1 |
|
|
|
|
L-Artikolu 1(5) (ċ) |
|
|
|
|
|
Il-Punt 2.3.2 sa 2.3.3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) (b sa ċ) |
|
Il-Punt 2.4 |
|
|
|
|
L-Artikolu 1(5) (ċ) |
|
|
|
|
|
Il-Punt 3 sa 3.3.2 |
Il-Punt 3 sa 3.3.2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 3.4 sa 3.4.1 |
|
L-Artikolu 1(3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 3.4.2 sa 3.5.2 |
|
|
|
|
L-Artikolu (5) (d) |
|
|
|
|
|
Il-Punt 3.5.3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(1) (d) |
|
Il-Punt 4 sa 4.2 |
Il-Punt 4 sa 4.2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Punt 4.3 |
|
|
|
|
L-Artikolu 1(5)(e) |
|
|
|
|
|
Punt 4.4 |
|
|
|
|
|
|
L-Artikolu 1(4) |
|
|
|
L-Anness II |
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Anness III |
|
L-Anness III |
|
|
L-Anness |
|
|
|
|
|
|
( 1 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar li jiġu stabiliti regoli komuni għal ċerti tipi ta' ġarr ikkombinat tal-oġġetti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
( 4 ) ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/507/KEE (ĠU L 155, tat-13.6.1978, p. 31).
( 5 )
(1)* Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
( 6 )
(2)* Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
( 7 )
(3)* Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
( 8 )
(4)* Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 9 )
(5)* Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).
( 10 ) Din l-informazzjoni m'għandhiex għalfejn tiġi ripetuta meta l-vettura jkollha pjanċa singola li jkollha d-data dwar kemm il-piżijiet u d-dimensjonijiet.