1996D0578 — MT — 20.07.2002 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ġunju, 1996,

dwar il-proċedura ta’ prova ta’ konformità ta’ prodotti ta’ kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar apparat sanitarju

(test rilevanti għaż-ŻEE)

(96/578/KE)

(ĠU L 254, 8.10.1996, p.49)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Jannar 2001

  L 209

33

2.8.2001

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta' Lulju 2002

  L 192

57

20.7.2002




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ġunju, 1996,

dwar il-proċedura ta’ prova ta’ konformità ta’ prodotti ta’ kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar apparat sanitarju

(test rilevanti għaż-ŻEE)

(96/578/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru, 1988, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti ta’ kostruzzjoni ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar prova ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel “il-proċedura l-inqas oneruża possibbli li tkun taqbel mas-sigurtà”; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta’ prodotti, tkunx meħtieġa sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika u kondizzjoni ta’ prova ta’ konformità tajba biżżejjed, jew, biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa li jkun hemm korp approvat ta’ ċertifikazzjoni;

Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura adottata għandha tintwera fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew klassi ta’ prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jintwerew b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’riferenza għall-Anness III, għal kull prodott jew klassi ta’ prodotti peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura li għaliha saret riferenza f’punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà ta’ punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija f’punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija f’punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà b’sorveljanza kontinwa, ta’ punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Il-Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



L-Artikolu 1

Il-prova ta’ konformità tal-prodotti u tal-klassijiet ta’ prodotti msemmija fl-Anness I għandha tkun skond proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

L-Artikolu 2

Il-prodotti msemmija fl-Anness II għandu jkollhom il-prova tagħhom ta’ konformità skond proċedura li biha, flimkien mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jieħu sehem fil-verifika u s-sorveljanza ta’ kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

L-Artikolu 3

Il-proċedura għall-prova ta’ konformità, kif mogħtija fl-Anness III, għandha tintwera f’ordnijiet għal standards armonizzati.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

STRUMENTI SANITARJI

Sinkijiet, fliskaturi u reċipjenti komunali; banjijiet; vaski tad-doċċa; bidet; awrinari; bwieqi jew tapsini tat-toilet; armarji għal sustanzi trab, kimiċi u tal-ikkompostjar; toilets maċeraturi, toilets ta’ bil-qiegħda, tankijiet għall-flushing, banjijiet idromassaġġi, paraventi jew għeluq għal doċċa u banju.

▼M1

Toilets pubbliċi modulari u kabini tat-Toilets barra minn dawk speċifikati fl-Anness II.

▼B




L-ANNESS II

STRUMENTI SANITARJI

▼M1

Toilets pubbliċi modulari u kabini tat-toilets li huma miksija bl-użu ta' materjali li jaqgħu fil-klassijiet A1 ( 3 ), A2 (3) , B (3) , Ċ (3) .

▼B




L-ANNESS III

KLASSI TA’ PRODOTTI

STRUMENTI SANITARJI (1/1)

Sistemi ta’ prova ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu maħsub għalihom, imsemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni/Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni Elettroteknika (CEN/Cenelec) huwa mitlub li jispeċifika s-sistema jew sistemi li ġejjin ta’ prova ta’ konformità skond standards armonizzati rilevanti:



Prodott/i

użu maħsub għal strumenti sanitarji

Livell/i jew klassi/ijiet

Reazzjoni għan-nar (1)

Sistema/i ta’ prova ta’ konformità

▼M2

Sinkijiet

Preparament ta' ikel, ħasil tal-platti u rimi ta' ilma skart domestiku

 

(4)

▼B

►M2  Sinkijiet,  ◄ Fliskaturi, u reċipjenti komunali; banjijiet, vaski tad-doċċa, bedè, awrinari, bwieqi jew tapsini tat-toilet, armarji għal sustanzi trab, kimiċi u taħlitiet oħra, toilets maċeraturi, toilets ta’ bilqiegħda, tankijiet għall-flushing, banjiet idromassaġġi, paraventi u għeluq għal doċċa u banju u moduli tat-toilet prefabbrikati.

iġjene personali

(4)

Toilets pubbliċi modulari, u kompartimenti tat-toilets prefabbrikati

iġjene personali

►M1  A1 (2) , A2 (2), B (2), C (2)  ◄

(5)

►M1  A1 (3), A2 (3), B (3), C (3), D, E ◄

(6)

►M1  (A1 sa E) (7), F ◄

(4)

(1)   Għal reazzjoni għan-nar, ara ►M1  d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14) ◄

(2)    ►M1  Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi) ◄ .

(3)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar 2 ◄ .

(4)   Sistema 1: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (i), tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr verifika tal-kontijiet ta’ kampjuni.

(5)   Sistema 3: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (ii), tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

(6)   Sistema 4: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (ii), tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà.

(7)   Prodotti/materjali li ma jenħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/metarjali tal-Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tista’ titħaddem ukoll fejn mhux meħtieġ li jkun magħruf kif intlaqgħet xi karatteristika, peress li mill-inqas fi Stat Membru wieħed biss jista’ ma jkunx hemm obbligu legali għal dik il-karatteristika (Ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn ikun applikabbli, il-klawsoli 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk huwa ma jkunx jixtieq jiddikkjara kif intlaqa’ prodott f’dak ir-rigward.



( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

( 3 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).