1996D0409 — MT — 01.05.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI FIL-KUNSILL tal-25 Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar (ĠU L 168, 6.7.1996, p.4) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI FIL-KUNSILL
tal-25 Ġunju 1996
dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar
(96/409/CFSP)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, F'LAQGĦA FIL-KUNSILL,
L-Istati Membri konxji li l-ħolqien ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar b'format komuni liċ-ċittadini ta' l-Unjoni f'postijiet fejn dawk iċ-ċittadini ta' Stat Membru fil-bidu ma għandux rappreżentazzjoni diplomatika permanenti jew konsulari, jew f'ċirkostanzi oħra kif deskritti fir-regoli fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 8ċ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Jikkunsidra li l-ħolqien ta' dokument proviżorju komuni ta' l-ivvjaġġar għandu jipprovdi għajnuna ġenwina liċ-cittadini ta' l-Unjoni fil-bżonn.
Konfidenti li l-ħolqien ta' tali dokument għalhekk jipprovdi prova ċara tal-vantaġġi li tkun ċittadin ta' l-Unjoni,
IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Sstabbilit dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar, bil-format uniformi deskritt fl-Anness I, li jifforma parti integrali ta' din id-Deċiżjoni.
Ir-regoli li jirregolaw il-ħruġ tad-dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar u l-miżuri ta' sigurtà dwaru huma mniżżla fl-Annessi II u III u jiffurmaw parti integrali ta' din id-Deċiżjoni. Ir-regoli u l-miżuri jistgħu jinbidlu bi ftehim unanimu ta' l-Istati Membri; liema emendi jiġu b'effett wara xahar ta' l-adozzjoni tagħhom kemm-il darba xi Stat Membru ma jagħmilx talba għal reviżjoni f'livell ministerjali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol f'effett meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li l-proċeduri mitluba mis-sistemi legali tagħhom għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkunu tlestew.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
ANNEX I —ANNEXE I —ANEXO I —BILAG I —ANLAGE I —ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ I —IARSCRÍBHINN I —ALLEGATO I —BIJLAGE I —ANEXO I —LIITE I —BILAGE I ►A1 —PŘÍLOHA I —I LISA —I PIELIKUMS —I PRIEDAS —I. MELLÉKLET —ANNESS I —ZAŁĄCZNIK 1 —PRILOGA I —PRÍLOHA I ◄
ANNESS II
REGOLI LI JIRREGOLAW IL-ĦRUĠ TAD-DOKUMENT PROVIŻORJU TA' L-IVVJAĠĠAR
1. |
Dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar (ETD) il-format komuni tiegħu hu muri fl-Anness I hu dokument ta' l-ivvjaġġar li jista' jinħareġ għal vjaġġ wieħed lill-applikant għal Stat Membru ta' l-oriġini, pajjiż ta' residenza permanenti jew, eċċezjonalment, destinazzjoni oħra. Jista' jinħareġ lil ċittadini ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri bl-awtorità ta' l-Istat li ċ-ċittadin ikun ċittadin tiegħu'. |
2. |
ETD jistgħu jinħarġu meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu milqugħa: (a) ir-riċevitur għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru li l-passaport tiegħu jkun tilfu, insteraq jew tqatta' jew temporjarjament mhux disponibbli. (b) hu/hi tkun fit-territorju ta' pajjiż fejn l-Istat Membru ta' oriġini tal-persuna ma jkollhiex l-ebda aċċess diplomatiku jew rappreżentanza konsulari bil-kapaċità li toħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar jew, fejn l-Istat mhux b' mod ieħor rappreżentat, u (ċ) liċenza mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tal-persuna tkun ingħatat. |
3 |
Mhux ikun l-eqreb wieħed jekk awtorità oħra fir-reġjun tkun aktar xierqa. L-uffiċċju tal-ħruġ jiġbor mingħand l-applikant u jżomm dawk il-ħlasijiet u spejjeż li normalment jiġbru huma meta joħorġu passaport ta' emerġenza. Applikanti b'fondi insuffiċjenti biex ikopru spejjeż oħra lokali jirċievu, fejn jaqbel, il-fondi neċessarji bi ftehim ma' l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Istat Membru ta' oriġini fil-ħin ta' l-applikazzjoni. |
4. |
ETD għandu jkun validu għal ftit aktar miż-żmien meħtieġ għat-tkomplija tal-vjaġġ li għalih ikun inħareġ. Fil-kalkulazzjoni taż-żmien, kompens għandu jingħata għall-waqfien neċessarju bil-lejl u sabiex isiru l-konnezzjonijiet ta' l-ivvjaġġar. |
5. |
Għal skopijiet ta' reġistri, fotokopja ta' kull dokument maħruġ għandu jinżamm fl-uffiċċju tal-ħruġ u ieħor għandu jintbagħat lill-awtorità ta' l-Istat Membru ta' oriġini ta' l-applikant. |
6. |
Kull Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli lill-persuni oħra b'konnessjonijiet miegħu u liema hu jixtieq li jdaħħal. |
ANNESS III
MIŻURI TA’ SIGURTÀ GHAL DOKUMENTI PROVIŻORJI TA’ L-IVVJAĠĠAR
Dokumenti proviżorji ta’ l-ivvjaġġar (ETDs) ikunu magħmula u maħruġa b’konformità ma’ dawn il-miżuri ta’ sigurtà:
1. Qies
Miftuħ: |
18 × 13 cm, |
Magħluq: |
9 × 13 cm. |
2. Karta
L-ETD għandhom ikunu stampati fuq karta ta’ sigurtà, mingħajr tlellix ottikali (approssimament 90 g/m2), tintuża filograna standard “CHAIN WIRES” legalment protetta għall-fabbrikazzjoni tad-dokument, b’żewġ ħjatiet invisibbli (blu u isfar, SSI/05) li jixgħel taħt dawl ultraviolet u reaġġent kontra tħassir kimiku.
3. Sistema ta’ numerazzjoni
Kull Stat Membru għandu jipprovdi d-dokumenti b’sistema ċentrali numerika, flimkien ma’ l-inizjali ta’ l-Istat Membru li qiegħed joħorġu, kif ġej:
Il-Belġju |
= |
B—[OOOOO] |
Ir-Repubblika Ċeka |
= |
CZ—[OOOOO] |
Id-Danimarka |
= |
DK—[OOOOO] |
Il-Ġermanja |
= |
D—[OOOOO] |
L-Estonja |
= |
EE—[OOOOO] |
Il-Greċja |
= |
GR—[OOOOO] |
Spanja |
= |
E—[OOOOO] |
Franza |
= |
F—[OOOOO] |
L-Irlanda |
= |
IRL—[OOOOO] |
L-Italja |
= |
I—[OOOOO] |
Ċipru |
= |
CY—[OOOOO] |
Il-Latvja |
= |
LV—[OOOOO] |
Il-Litwanja |
= |
LT—[OOOOO] |
Il-Lussemburgu |
= |
L—[OOOOO] |
L-Ungerija |
= |
HU—[OOOOO] |
Malta |
= |
MT—[OOOOO] |
L-Olanda |
= |
NL—[OOOOO] |
L-Awstrija |
= |
A—[OOOOO] |
Il-Polonja |
= |
PL—[OOOOO] |
Il-Portugall |
= |
P—[OOOOO] |
Is-Slovenja |
= |
SI—[OOOOO] |
Is-Slovakkja |
= |
SK—[OOOOO] |
Il-Finlandja |
= |
FIN—[OOOOO] |
L-Isvezja |
= |
S—[OOOOO] |
Ir-Renju Unit |
= |
UK—[OOOOO] |
In-numru jrid ikun stampat b’tipi mbozzati f’paġni 1 u 4 tad-dokument, jintużaw karattri OCR-B, b’kulur iswed florixxenti taħt dawl UV.
4. It-twaħħil tar-ritratt tat-titular
Ir-ritratt tat-titular għandu jitwaħħal sew mad-dokument li ma ma jkunx jista’ jitneħħa faċilment. Ir-ritratt għandu ikun laminat skond kif inhi l-prattika nazzjonali. Huwa mifhum li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw ammont xieraq ta’ sigurtà għad-dokument
5. Ir-reġistrazzjoni tad-dettalji personali tat-titular
Għandu ikun hemm trattament konsistenti fir-reġistrazzjoni tad-dettalji personali tat-titular fid-dokument ETD. Dawn id-dettalji jridu jiddaħħlu jew bil-kitba jew ittajpjati fuq il-foma, u għandha tkun laminata
6. Siġill ta’ l-awtorità tal-ħruġ
Meta jinħareġ ETD, is-siġill ta’ l-awtorità tal-ħruġ għandu jsir parti fuq id-dokument u parti fuq ir-ritratt tat-titular
7. Karatteristiċi addizzjonali ta’ sigurtà
L-ETD għandu jkollhom guilloche protettiv bi stampar imbozzat indirett f’erba’ kuluri fil-paġni tal-Fatti magħrufa li ghandha tiddaħħal b’attenzjoni għal stampar b’tiżwiq ta’ kuluri
Din it-teknoloġija ta’ l-istampar għandha tintuża’:
— INĊIŻJONI, recto kif ukoll il-kliem f’paġna 1, figura moħbija u stampar mikro b’inka blu riflerssa,
— OFFSET, recto u verso, f’żewġ kuluri u IRIS,
— l-ewwel: kliem, b’blu rifless,
— it-tieni: sfond antiscanner b’blu ċar,,
— it-tielet: sfond guilloche b’effett IRIS b’żewġ kuluri, aħdar u vjola, it-tieni wieħed bl-isfar florexxenti taħt dawl UV.
L-inek użati jridu jkunu reżistenti għall-ikkuppjar u kull attentat li jsir biex issir kopja kulurita jrid jirriżulta f’tibdil fil-kulur li jingħaraf b’faċilità. Ma’ dan, għall-inqas kulur wieħed għandu jkollu aġenti flworexxenti. L-inek għandu jkollhom ukoll reaġġenti kontra taħsir kimiku.
8. Stampar ta’ Forom:
Għal dan id-dokument għandhom jintużaw forom bi sfond guilloche bi proċess multikulurit, disinjat apposta għalih
9. Il-ħażna tal-forom vojta tal-ETD:
Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ falsifikar u imitazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw ħażna li minnu ma jistax jinsteraq forom vojta ta’ l-ETD.