1995R1484 — MT — 25.03.1999 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 (ĠU L 145, 29.6.1995, p.47) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 2916/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 |
L 305 |
49 |
19.12.1995 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 1505/96 tad-29 ta’ Lulju 1996 |
L 189 |
79 |
30.7.1996 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 493/1999 ta’ l-5 ta’ Marzu 1999 |
L 59 |
15 |
6.3.1999 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 684/1999 tad-29 ta’ Marzu 1999 |
L 86 |
6 |
30.3.1999 |
|
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1484/95
tat-28 ta’ Ġunju 1995
li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd ( 1 ), kif l-aħħar emendat permezz ta’ l-Att ta’ l-Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 ( 2 ) u partikolarment l-Artikoli 5(4) u 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam ta’ tjur ( 3 ), kif l-aħħar emendat permezz ta’ l-Att ta’ l-Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 u partikolarment l-Artikoli 5(4) u 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni ta’ kummerċ għall-ovalbumina u lactalbumina ( 4 ), kif l-aħħar emendat permezz ta’ l-Att ta’ l-Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 u partikolarment l-Artikoli 3(4) u 10 tiegħu,
Billi r-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75, (KEE) Nru 2783/75 jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1995 l-importazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li jaqgħu taħt dawn ir-Regolamenti bir-rata ta’ dazju tat-Tariffa Komuni Doganali għandhom ikuni soġġetti għall-ħlas ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk ċerti kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż fil-qafas tal-Laqgħa ta’ l-Urugwaj tan-negozjati dwar il-kummerċjali multilaterali jkunu ġew imwettqa, sakemm l-importazzjoni ma tkunx tista’ tfixkel is-suq tal-Komunità, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati ma l-objettiv intiż; billi dawn id-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni jistgħu jiġu mposti partikolarment jekk il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni jaqgħu taħt il-prezzijiet li joħolqu effett,
Billi, għalhekk, regoli speċifiċi ta’ l-implimentazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għal-albumina tal-bajd u li l-prezzijiet li joħolqu effett għandhom ikunu ppubblikati;
Billi l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li għandhom ikunu meqjusa biex ikunu mposti dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu ivverifikati mal-prezzijiet rappreżentattivi fis-suq dinji jew fis-suq ta’ l-importazzjoni fil-Komunità għall-prodotti f’dak il-każ; billi huwa meħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw il-prezzijiet fl-istadji varji tal-kummerċ f’intevalli regolari sabiex ikunu jistgħu jiddeterminaw il-prezz rappreżentattiv u d-dazji addizzjonali korrispondenti;
Billi l-importatur jista jgħażel li d-dazju addizzjonali ikun ikkalkolat fuq bażi differenti mill-prezz rappreżentattiv; billi, b’dankollu, f’dak il-każ għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-preżentazzjoni ta’ garanzija ugwali għall-ammont ta’ dazju addizzjonali li kien jitħallas li kieku d-dazju addizzjonali kien ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz rappreżentattiv; billi l-garanzija tingħata lura jekk, f’terminu ta’ żmien, tingħata prova li l-kondizzjonijiet għad-disponiment tal-konsenja ġew sodisfatti; billi, bħala parti mill-iċċekkjar a posteriori, id-dazju addizzjonali dovut ikun irkurprabbli skond l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 5 ) li jistabbilixxi l-kodiċi doganali tal-Komunità; billi huwa xieraq li, fil-qafas ta’ dan it-tip ta’ verifikar, għandhom jiżdiedu l-imgħaxijiet mad-dazju dovut;
Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 163/67/EEC tas-26 ta’ Ġunju 1967 dwar l-iffissar ta’ l-ammont addizzjonali għall-importazzjoni ta’ prodotti tat-trobbija tat-tjur minn pajjiżi terzi ( 6 ), kif l-aħħar emendat permezz ta’r-Regolament (KEE) Nru 3821/92 ( 7 ) huma mibdula bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; billi r-Regolament imsemmi qabel għandu, għalhekk, ikun mibdul sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-Laqgħa ta’ l-Urugwaj;
Billi jirriżulta mill-monitoraġġ regolari ta’ l-informazzjoni pprovduta fuq il-bażi tal-verifika tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll ta’ l-albumina tal-bajd li dazji addizzjonali għandhom jiġuimposti fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti, billi jittieħed akkont tal-varjazzjoni tal-prezzijiet skond l-oriġini; billi, għalhekk, il-prezz rappreżentattiv u d-dazji addizzjonali korrispondenti għandhom ikunu ppubblikati għal dawk il-prodotti;
Billi d-dazji addizzjonali ma jistgħux jiġu imposti partikolarment fuq prodotti importati fi ħdan kwoti ta’ tariffi miftiehma skond il-qafas tal-Laqgħa ta’ l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ;
Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Id-dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni li hmm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 u (KEE) Nru 2777/75 u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru (KEE) Nru 2783/75, minn issa’ l quddiem imsejjħin “id-dazji addizzjonali”, japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness I u li joriġinaw mil-pajjiżi indikati.
Il-prezzijiet li joħolqu effett korrispondenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 u (KEE) 2777/75 u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 huma murija fl-Anness II.
L-Artikolu 2
1. Il-prezz rappreżentattiv li hemm referenza dwaru fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 u (KEE) Nru 2777/75 u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(3) ta’ Regolament (KEE) Nru 2783/75, għandhom jiġu ddeterminati f’intervalli regolari billi jittieħed akkont partikolarment ta’:
— il-prezzijiet fis-swieq ta’ pajjiżi terzi,
— prezzijiet cif ta’ l-importazzjoni; għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-fatturi li ġejjin għandhom jikkostitwixxu l-prezz cif ta’ l-importazzjoni: (a) prezz fob fil-pajjiż ta’ oriġini; u (b) spejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni sal-punt ta’ meta jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Komunità,
— il-prezzijiet fl-istadji varji tal-kummerċ fil-Komunità għal prodotti importati.
►M3 Il-pezzijiet rappreżentattivi ◄ huma murija fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull nhar ta’ Tnejn, il-prezzijiet li hemm referenza dwarhom ►M3 it-tieni u t-tielet ◄ inċiż tal-paragrafu 1 għall-konsenji rappreżentattivi ta’ prodotti elenkati fl-Anness II.
L-Artikolu 3
1. Id-dazju addizzjonali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz cif ta’ l-importazzjoni tal-konsenja f’dak il-każ bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.
2. Meta l-prezz cif ta’ l-importazzjoni kull 100 kg ta’ konsenja ikun ogħla mill-prezz rappreżentattiv applikabbli li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(1), l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jimportaw ta’ l-anqas il-provi li ġejjin:
— il-kuntratt tax-xiri, jew kull dokument ieħor ekwivalenti,
— il-kuntratt ta’ l-assigurazzjoni,
— il-fattura,
— iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini (meta applikabbli),
— il-kuntratt tat-trasport,
— u, fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-polza tal-merkanzija.
3. Fil-każ li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2, l-importatur għandu jippreżenta l-garanzija li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 8 ), egwali għall-ammont tad-dazju addizzjonali li hu kien ikun ħallas kieku l-kalkolu tad-dazju addizzjonali kien sar fuq il-bażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott f’dak il-każ, kif muri fl-Anness I.
4. L-importatur għandu jkollu xahar żmien mill-bejgħ tal-prodotti f’dak il-każ, bla ħsara għal limitu ta’ sitt xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, biex jagħti prova li l-konsenja tkun ġiet mibjugħa skond il-kondizzjonijiet li jkunu konfermi dwar il-korrettezza tal-prezzijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2. Min jonqos li jissodisfa waħda jew oħra minn dawn id-dati ta’ limitu jitlef il-garanzija ppreżentata Minkejja dan, il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur jista’ jiġi mtawwal mill-awtoritajiet kompetenti b’massimu ta’ tliet xhur fuq it-talba ta’ l-importatur, li għandha tkun issostanzjata kif jixraq.
Il-garanzija ppreżentata għandha tiġi rrilaxxata sal-punt li prova tal-kondizzjonijiet għall-bejgħ tkun ipprovduta għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet doganali. Inkella, l-assigurazzjoni għandha tkun isekwestrata permezz tal-ħlas ta’ dazji addizzjonali.
5. Jekk wara l-verifika, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li l-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġewx milqugħa, huma għandhom jieħdu lura d-dazju xieraq skond l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92. L-ammont tad-dazju li għandu jittieħed lura jew li jkun fadal li jittieħed lura għandu jinkludi l-imgħax mid-data li l-oġġetti jkunu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera sad-data ta’meta jittieħdu lura. Ir-rata applikabbli ta’ l-imgħax għandha tkun dik fis-seħħ għal ħidmiet ta’ rkupru simili skond il-liġi nazzjonali.
L-Artikolu 4
1. ►M3 Jekk id-differenza bejn il-prezz li joħloq effett li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(2) u l-prezz cif ta’ l-importazzjoni tal-konsenja f’dak il-każ: ◄
(a) hija anqas jew daqs 10 % tal-prezz li joħloq effett, ma għandu jkun impost l-ebda dazju addizzjonali;
(b) hija ogħla minn 10 % iżda anqas jew daqs 40 % tal-prezz li joħloq effett, id-dazju addizzjonali għandu jkun daqs 30 % ta’ l-ammont li bih id-differenza teċċedi 10 %;
(ċ) hija ogħla minn 40 % iżda anqas jew daqs 60 % tal-prezz li joħloq effett, id-dazju addizzjonali għandu jkun daqs 50 % ta’ l-ammont li bih id-differenza teċċedi 40 %, flimkien mad-dazju addizzjonali konċess taħt (b);
(d) hija ogħla minn 60 % iżda anqas jew daqs 75 %, id-dazju addizzjonali għandu jkun daqs 70 % ta’ l-ammont li bih id-differenza teċċedi 60 % tal-prezz li joħloq effett, flimkien mad-dazji addizzjonali konċessi taħt (b) u (ċ);
(e) hija ogħla minn 75 % tal-prezz li joħloq effett, id-dazju addizzjonali għandu jkun daqs 90 % ta’ l-ammont li bih id-differenza teċċedi 75 %, flimkien mad-dazji addizzjonali konċessi taħt (b), (ċ) u (d).
▼M4 —————
L-Artikolu 5
Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizzjattiva tagħha stess, taġġusta l-Anness I.
B’dankollu, il-Kummissjoni tista taġġusta l-prezzijiet rappreżentattivi jekk dawn il-prezzijiet huma mill-inqas 5 % differenti mill-prezzijiet iddeterminati.
L- Artikolu 6
Id-dazji addizzjonali ►M4 li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1 ◄ m’għandhomx japplikaw għall-importazzjoni fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 ( 9 ), (KE) Nru 1474/95 ( 10 ) u (KE) Nru 1251/96 ( 11 ).
L-Artikolu 7
Ir-Regolament (KEE) Nru 163/67/KEE huwa mħassar.
L-Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1995.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS I
The annex is not included in this consolidated act. It is regularly replaced by up-to-date administrative acts withinthe framework of agricultural policy and generally has a limited period of validity.
L-ANNESS II
|
Kodiċi NM |
Prezz li joħloq l-effett ECU/100 kg |
|
0105 11 11 |
8 588,0 |
|
0105 11 19 |
8 588,0 |
|
0105 11 91 |
8 588,0 |
|
0105 11 99 |
8 588,0 |
|
0105 12 00 0105 19 20 ◄ |
3 242,3 |
|
0105 19 90 |
14 525,0 |
|
0105 92 00 0105 93 00 ◄ |
55,8 |
|
0105 99 10 |
115,1 |
|
0105 99 20 |
185,9 |
|
0105 99 30 |
147,8 |
|
0105 99 50 |
133,3 |
|
►M1 0207 11 10 ◄ |
142,3 |
|
►M1 0207 11 30 ◄ |
100,2 |
|
►M1 0207 11 90 ◄ |
128,5 |
|
►M1 0207 24 10 ◄ |
170,0 |
|
►M1 0207 24 90 ◄ |
250,0 |
|
►M1 0207 32 11 ◄ |
158,8 |
|
►M1 0207 32 15 ◄ |
185,1 |
|
►M1 0207 32 19 ◄ |
173,5 |
|
►M1 0207 32 51 ◄ |
207,1 |
|
►M1 0207 32 59 ◄ |
257,3 |
|
►M1 0207 32 90 ◄ |
173,2 |
|
►M1 0207 12 10 ◄ |
98,8 |
|
►M1 0207 12 90 ◄ |
131,2 |
|
►M1 0207 25 10 ◄ |
177,7 |
|
►M1 0207 25 90 ◄ |
179,8 |
|
►M1 0207 33 11 ◄ |
170,1 |
|
►M1 0207 33 19 ◄ |
167,9 |
|
►M1 0207 33 51 ◄ |
200,0 |
|
►M1 0207 33 59 ◄ |
248,2 |
|
►M1 0207 33 90 ◄ |
204,5 |
|
►M1 0207 13 10 ◄ |
339,8 |
|
►M1 0207 13 20 ◄ |
100,0 |
|
►M1 0207 13 30 ◄ |
180,0 |
|
►M1 0207 13 50 ◄ |
227,1 |
|
►M1 0207 13 60 ◄ |
158,1 |
|
►M1 0207 13 70 ◄ |
310,7 |
|
►M1 0207 13 99 ◄ |
100,0 |
|
►M1 0207 26 10 ◄ |
339,0 |
|
►M1 0207 26 20 ◄ |
342,3 |
|
►M1 0207 26 50 ◄ |
279,9 |
|
►M1 0207 26 60 ◄ |
142,9 |
|
►M1 0207 26 70 ◄ |
177,8 |
|
►M1 0207 26 80 ◄ |
200,0 |
|
►M1 0207 26 99 ◄ |
216,7 |
|
►M1 0207 35 11 ◄ |
435,3 |
|
►M1 0207 35 15 ◄ |
423,2 |
|
►M1 0207 35 23 ◄ |
133,3 |
|
►M1 0207 35 31 ◄ |
100,0 |
|
►M1 0207 35 41 ◄ |
78,3 |
|
►M1 0207 35 51 ◄ |
463,4 |
|
►M1 0207 35 53 ◄ |
331,9 |
|
►M1 0207 35 61 ◄ |
309,7 |
|
►M1 0207 35 63 ◄ |
164,2 |
|
►M1 0207 14 10 ◄ |
333,5 |
|
►M1 0207 14 20 ◄ |
251,1 |
|
►M1 0207 14 30 ◄ |
97,5 |
|
►M1 0207 14 40 ◄ |
80,0 |
|
►M1 0207 14 50 ◄ |
235,7 |
|
►M1 0207 14 60 ◄ |
158,9 |
|
►M1 0207 14 70 ◄ |
316,6 |
|
►M1 0207 14 99 ◄ |
143,4 |
|
►M1 0207 27 10 ◄ |
329,9 |
|
►M1 0207 27 20 ◄ |
337,8 |
|
►M1 0207 27 40 ◄ |
80,8 |
|
►M1 0207 27 50 ◄ |
280,0 |
|
►M1 0207 27 60 ◄ |
111,1 |
|
►M1 0207 27 70 ◄ |
172,7 |
|
►M1 0207 27 80 ◄ |
233,3 |
|
►M1 0207 27 99 ◄ |
131,3 |
|
►M1 0207 36 11 ◄ |
465,3 |
|
►M1 0207 36 15 ◄ |
354,5 |
|
►M1 0207 36 21 ◄ |
100,0 |
|
►M1 0207 36 23 ◄ |
133,3 |
|
►M1 0207 36 31 ◄ |
107,8 |
|
►M1 0207 36 41 ◄ |
81,1 |
|
►M1 0207 36 51 ◄ |
432,4 |
|
►M1 0207 36 53 ◄ |
308,3 |
|
►M1 0207 36 61 ◄ |
309,7 |
|
►M1 0207 36 63 ◄ |
166,0 |
|
►M1 0207 36 71 ◄ |
234,5 |
|
►M1 0207 36 79 ◄ |
500,0 |
|
►M1 0207 36 90 ◄ |
163,2 |
|
0209 00 90 |
135,8 |
|
1602 32 11 1602 39 21 ◄ |
318,6 |
|
0407 00 11 |
935,9 |
|
0407 00 19 |
743,6 |
|
0407 00 30 |
52,7 |
|
0407 11 80 |
343,3 |
|
0408 19 81 |
69,6 |
|
0408 19 89 |
111,9 |
|
0408 91 80 |
271,4 |
|
0408 99 80 |
59,7 |
|
►M1 3502 11 90 ◄ |
521,5 |
|
►M1 3502 19 90 ◄ |
51,7 |
( 1 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.
( 2 ) ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.
( 3 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.
( 4 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 104.
( 5 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.
( 6 ) ĠU C 129, tat-28.6.1967, p.. 2577/67.
( 7 ) ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 24.
( 8 ) ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.
( 9 ) ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.
( 10 ) ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 19.
( 11 ) ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.