01995R0297 — MT — 01.04.2017 — 013.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 297/95

tal-10 ta’ Frar 1995

dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali

(ĠU L 035 15.2.1995, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2743/98 ta' l-14 ta' Diċembru 1998

  L 345

3

19.12.1998

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2003 tat-18 ta' Marzu 2003

  L 73

6

19.3.2003

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1905/2005 ta' l-14 ta’ Novembru 2005

  L 304

1

23.11.2005

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 312/2008 tat-3 ta’ April 2008

  L 93

8

4.4.2008

 M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 249/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009

  L 79

34

25.3.2009

 M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 261/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010

  L 80

36

26.3.2010

 M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011

  L 81

5

29.3.2011

 M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 273/2012 tas-27 ta’ Marzu 2012

  L 90

11

28.3.2012

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013

  L 70

1

14.3.2013

 M10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 272/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014

  L 79

37

18.3.2014

 M11

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/490 tat-23 ta' Marzu 2015

  L 78

9

24.3.2015

 M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/461 tat-30 ta' Marzu 2016

  L 80

25

31.3.2016

►M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/612 tat-30 ta' Marzu 2017

  L 86

7

31.3.2017




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 297/95

tal-10 ta’ Frar 1995

dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali



▼M1

L-Artikolu 1

Firxa ta' applikazzjoni

Ħlasijiet għall-ksib u ż-żamma ta' awtorizzazzjoni Komunitarja għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u dak veterinarju u għal servizzi oħra provduti mill-Aġenzija għandhom ikunu imposti skond dan ir-Regolament.

▼M3

L-ammonti ta' dawn il-ħlasijiet għandhom jiġi stabbiliti f'euro.

▼B

L-Artikolu 2

L-Aġenzija għandha tindika fl-istima annwali tagħha maħsuba sabiex jiġi stabbilit l-abbozz preliminari ta’ l-estimi finanzjarji tal-Kummissjoni l-estimi li jirrigwardaw il-miżati tas-sena finanzjarja ta’ wara, u dan għandu jsir separatament mill-istima tan-nefqa ġenerali u mill-kontribuzzjonijiet Komunitarji possibbli.

▼M1

L-Artikolu 3

▼M3

Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem koperti mill-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 726/2004 ( 1 )

▼M1

1.  Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali

(a)  Ħlas sħiħ

▼M3

Ħlas ta' ►M13  EUR 282 100  ◄ għandu japplika għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq prodott mediċinali sostnuta b'inkartament komplet. Il-ħlas ikopri doża waħda assoċjata ma’ forma waħda farmaċewtika u preżentazzjoni waħda.

Il-ħlas għandu jiżdied b' ►M13  EUR 28 300  ◄ għal kull doża u/jew forma farmaċewtika addizzjonali sottomessa fl-istess ħin bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Din iż-żieda tkopri doża u/jew forma farmaċewtika addizzjonali waħda u preżentazzjoni waħda.

▼M1

Il-ħlas għandu jiżdied b' ►M13  EUR 7 100  ◄ għal kull presentazzjoni addizzjonali ta' l-istess doża u forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess ħin bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

▼M3

(b)  Ħlas imnaqqas

Ħlas imnaqqas ta’ ►M13  EUR 109 500  ◄ għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 10 ( 2 ), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 10ċ tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem*. Dan il-ħlas ikopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda.

Ħlas imnaqqas speċifiku ta' ►M13  EUR 182 400  ◄ għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tħat-tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2001/83/KE. Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma’ forma waħda farmaċewtika u preżentazzjoni waħda.

Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiżdied b' ►M13  EUR 10 900  ◄ għal kull doża jew forma farmaċewtika sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Dik iż-żieda għandha tkopri doża jew forma farmaċewtika waħda addizzjonali u preżentazzjoni waħda.

Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiżdied b' ►M13  EUR 7 100  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta' l-istess doża u forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

(ċ)  Ħlas għal estensjoni

Ħlas ta’ estensjoni ta’ ►M13  EUR 84 700  ◄ għandu japplika għal kull estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fis-sens ta’ l-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2003 tat-3 ta' Ġunju 2003 rigward l-eżaminazzjoni tal-varjazzjonijiet għat-termini għal awtorizzazzjoni tal-marketing għal prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u għal prodotti mediċinali għal użu veterinarj li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 ( 3 ), li tkun diġà ingħatat.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta’ estensjoni li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 21 200 sa EUR 63 500  ◄ għandu japplika għal ċerti estensjonijiet. Dawk l-estensjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-ħlas ta’ estensjoni u l-ħlas imnaqqas ta’ estensjoni għandhom jiżdiedu b’ ►M13  EUR 7 100  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta’ l-istess estensjoni sottomessa fl-istess żmien ta' l-applikazzjoni għal estensjoni.

▼M1

2.  Varjazzjoni

(a)  Tip I ta' ħlas għal varjazzjoni

▼M3

Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip I għandu japplika għal varjazzjoni minuri għall-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003. Għal varjazzjonijiet tat-Tip IA, il-ħlas għandu jkun ta' ►M9  EUR 3 000  ◄ . Għal varjazzjonijiet tat-Tip IB, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 7 100  ◄ .

▼M1

Fil-każ li tkun introdotta l-istess varjazzjoni, dan il-ħlas għandu jkopri d-dożi, forom farmaċewtiċi u preżentazzjonijiet kollha awtorizzati.

(b)  Tip II ta' ħlas għal varjazzjoni

▼M3

Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip II ta' ►M13  EUR 84 700  ◄ għandu japplika għal varjazzjoni prinċipali fl-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta’ estensjoni tat-Tip II li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 21 200 sa EUR 63 500  ◄ għandu japplika għal ċerti estensjonijiet. Dawk il-varjazzjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

▼M1

Fil-każ li tkun introdotta l-istess varjazzjoni, dan il-ħlas għandu jkopri d-dożi, forom farmaċewtiċi u preżentazzjonijiet kollha awtorizzati.

3.  Ħlas għal tiġdid

Il-ħlas għall-eżami ta' informazzjoni disponibbli fil-ħin tat-tiġdid ta' kull ħames snin għall-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali għandu jkun ta' ►M13  EUR 14 000  ◄ . Għandu jkun impost għal kull doża assoċjata ma' forma farmaċewtika.

4.  Ħlas ta' spezzjoni

▼M3

Ħlas ta' ►M13  EUR 21 200  ◄ għandu japplika għal kwalunkwe spezzjoni fil-Komunità jew barra. Għal spezzjonijiet barra mill-Komunità, l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għandhom jitħallsu bħala żieda fuq il-bażi tan-nefqa reali.

▼M3

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' spezzjoni għandu japplika għal ċerti spezzjonijiet, skond il-livell u n-natura ta' l-ispezzjoni u abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti b'konformità ma' l-Artikolu 11(2).

▼M1

5.  Ħlas ta' trasferiment

Il-ħlas għal bidla tad-detentur ta' l-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq li għandu x'jaqsam magħhom it-trasferiment għandu jkun ta' ►M13  EUR 7 100  ◄ . Dan ikopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha tal-prodott mediċinali li jkun.

▼M3

6.  Ħlas annwali

Ħlas annwali ta' ►M13  EUR 101 200  ◄ għandu japplika għal kull awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali. Dak il-ħlas għandu jkopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha ta' prodott mediċinali partikolari.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas annwali li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 25 200 sa EUR 75 800  ◄ għandu japplika għal ċerti tipi ta' prodotti mediċinali. Dawk il-prodotti mediċinali għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

Artikolu 4

Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem koperti mill-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2001/83/KE

Ħlas ta' arbitraġġ

Ħlas ta' arbitraġġ ta' ►M13  EUR 70 200  ◄ għandu japplika fejn il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE jinbdew mill-applikant għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew mill-possessur ta' awtorizzazzjoni eżistenti għal tqegħid fis-suq.

Fejn aktar minn applikant wieħed għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew possessur ta' awtorizzazzjoni eżistenti għal tqegħid fis-suq ikunu kkonċernati mill-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-applikanti jew il-possessuri jistgħu jkunu miġbura fi gruppi sabiex jitħallas ħlas ta' arbitraġġ wieħed. Jekk madankollu l-istess proċedura tikkonċerna aktar minn għaxar applikanti jew possessuri differenti, il-ħlas għandu jsir mill-applikazzjoni tal-ħlas ta' referenza imsemmi hawn fuq.

▼M1

L-Artikolu 5

▼M3

Prodotti mediċinali għall-użu veterinarju koperti mill-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2743/98

▼M1

1.  Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali

(a)  Ħlas sħiħ

▼M3

Ħlas sħiħ ta' ►M13  EUR 141 300  ◄ għandu japplika għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq sostnuta b'inkartament komplet. Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

Il-ħlas għandu jiżdied b’ ►M13  EUR 14 000  ◄ għal kull doża u/jew forma farmaċewtika addizzjonali sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Dik iż-żieda għandha tkopri doża addizzjonali waħda jew forma farmaċewtika u preżentazzjoni waħda.

▼M1

Il-ħlas għandu jiżdied b' ►M13  EUR 7 100  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta' l-istess doża u forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

▼M3

Fil-każ ta’ prodotti mediċinali immunoloġiċi għall-użu veterinarju, il-ħlas kollu għandu jitnaqqas għal ►M13  EUR 70 200  ◄ , ma' kull doża u/jew forma farmaċewtika u/jew presentazzjoni addizzjonali li ġġorr magħha żieda ta’ ►M13  EUR 7 100  ◄ .

▼M1

Għall-għanijiet ta' dan il-punt (a), in-numru ta' speċji mmirati huwa irrelevanti.

▼M3

(b)  Ħlas imnaqqas

Ħlas imnaqqas ta' ►M13  EUR 70 200  ◄ għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 13, l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 13ċ tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunitàrigward il-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju ( 4 ). Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

Ħlas imnaqqas ta' ►M13  EUR 119 200  ◄ għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2001/82/KE. Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiġu miżjuda b’ ►M13  EUR 14 000  ◄ għal kull doża addizzjonali jew forma farmaċewtika sottomessa fl-istess żmien bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Din iż-żieda għandha tkopri konċentrazzjoni addizzjonali jew forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiġu miżjuda b’ ►M13  EUR 7 100  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta’ l-istess doża jew forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess żmien bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

Fil-każ ta’ prodotti mediċinali immunoliġiċi għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jitnaqqas għal ►M13  EUR 35 300  ◄ , fejn kull doża addizzjonali u/jew forma farmaċewtika u/jew preżentazzjoni tinvolvi żieda ta’ ►M13  EUR 7 100  ◄ .

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, in-numru ta’ speċi li għalihom il-mediċina hi maħsuba huwa irrilevanti.

(ċ)  Ħlas ta’ estensjoni

Ħlas ta’ estensjoni ta’ ►M13  EUR 35 300  ◄ għandu japplika għal kull estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fis-sens ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1085/2003, li tkun diġà ġiet mogħtija.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas ta’ estensjoni mnaqqas li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 8 800 sa EUR 26 500  ◄ għandu japplika għal ċerti estensjonijiet. Dawk l-estensjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-ħlas ta’ estensjoni u l-ħlas ta’ estensjoni mnaqqas għandhom jiżdiedu b’ ►M13  EUR 7 100  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta’ l-istess estensjoni sottomessa fl-istess żmien bħall-applikazzjoni għal estensjoni.

▼M1

2.  Varjazzjoni

(a)  Tip I ta' ħlas għal varjazzjoni

▼M3

Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip I għandu japplika għal varjazzjoni minuri għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003. Għal varjazzjonijiet tat-Tip IA, il-ħlas għandu jkun ta' ►M9  EUR 3 000  ◄ . Għal varjazzjonijiet tat-Tip IB, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 7 100  ◄ .

▼M1

Fil-każ li l-istess varjazzjoni tiġi ntrodotta, dan il-ħlas għandu jkopri d-dożi, forom farmaċewtiċi u presentazzjonijiet kollha awtorizzati.

▼M3

(b)  Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip II

Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip II ta' ►M13  EUR 42 300  ◄ għandu japplika għal varjazzjoni kbira għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas ta' varjazzjoni mnaqqas tat-Tip II li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn EUR 8 700 ►M13  EUR 10 600 sa EUR 31 900  ◄ għandu japplika għal ċerti varjazzjonijiet. Dawk il-varjazzjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

Fil-każ ta' prodotti mediċinali immunoliġiċi għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 7 100  ◄ .

F'każ li tiġi introdotta l-istess varjazzjoni, il-ħlas imsemmi fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu għandu jkopri l-konċentrazzjonijiet, il-forom farmaċewtiċi u l-preżentazzjonijiet kollha awtorizzati.

▼M1

3.  Ħlas għal tiġdid

Il-ħlas għal eżami ta' informazzjoni disponibbli fil-ħin tat-tiġdid ta' kull ħames snin ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali għandu jkun ta' ►M13  EUR 7 100  ◄ . Għandu jkun mitlub għal kull doża assoċjata ma' forma farmaċewtika.

4.  Ħlas għal spezzjoni

▼M3

Ħlas ta' ►M13  EUR 21 200  ◄ għandu japplika għal kwalunkwe spezzjoni fil-Komunità jew barra. Għal ispezzjonijiet barra mill-Komunità, l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għandhom jitħallsu bħala żieda abbażi tan-nefqa reali.

▼M3

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' spezzjoni għandu japplika għal ċerti spezzjonijiet, skond il-livell u n-natura ta' l-ispezzjoni u abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 11(2).

▼M1

5.  Ħlas għal trasferiment

Il-ħlas għal meta jinbidel id-detentur ta' l-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq li magħhom għandu x'jaqsam it-trasferiment għandu jkun ta' ►M13  EUR 7 100  ◄ . Dan ikopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha tal-prodott mediċinali li jkun.

▼M3

6.  Ħlas annwali

Ħlas annwali ta' ►M13  EUR 33 800  ◄ għandu japplika għal kull awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali. Dak il-ħlas għandu jkopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha ta' prodott mediċinali partikolari.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas annwali imnaqqas li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 8 400 sa EUR 25 200  ◄ għandu japplika għal ċerti tipi ta' prodotti mediċinali. Dawk il-prodotti mediċinali għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

Artikolu 6

Prodotti mediċinali għall-użu veterinarju koperti mill-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2001/82/KE

Ħlas ta' arbitraġġ

Ħlas ta' arbitraġġ ta' ►M13  EUR 42 300  ◄ għandu japplika fejn il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/82/KE jinbdew mill-applikant għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew mill-possessur ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq eżistenti.

Fejn aktar minn applikant wieħed għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew possessur ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq eżistenti jkunu kkonċernati mill-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-applikanti jew il-possessuri jistgħu jkunu miġbura fi gruppi għall-iskop li jitħallas ħlas ta' arbitraġġ wieħed. Jekk madankollu, l-istess proċedura tikkonċerna aktar minn għaxar applikanti jew possessuri differenti, il-ħlas għandu jsir mill-applikazzjoni tal-ħlas ta' referenza msemmi hawn fuq.

▼M1

L-Artikolu 7

▼M3

Stabbiliment ta limiti residwi massimi (MRL) għal prodotti mediċinali għall-użu veterinarju skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 ( 5 )

▼M1

1.  Ħlasijiet għall-istabiliment ta' MRL

Il-ħlas sħiħ ta' MRL ta' ►M13  EUR 70 200  ◄ għandu jkun mitlub għal applikazzjoni sabiex ikun stabbilit MRL inizjali għas-sustanza li tkun.

▼M3

Għandu japplika ħlas addizzjonali ta’ ►M13  EUR 21 200  ◄ għal kull applikazzjoni biex tiġi modifikata MRL eżistenti, kif inkluż f'wieħed mill-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

▼M1

Ħlasijiet għal MRL għandhom jitnaqqsu mill-ħlas pagabbli għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq jew għal applikazzjoni biex tkun estiża awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali li jkun fih is-sustanza li għaliha jkun ġie stabbilit MRL meta applikazzjonijiet bħal dawn ikunu sottomessi mill-istess applikant. Madankollu, dan it-tnaqqis jista' jlaħħaq total ta' mhux iktar minn nofs il-ħlas li japplika għalih.

▼M3 —————

▼M3

Artikolu 8

Diversi Ħlasijiet

1.   Ħlas għal parir xjentifiku

Il-ħlas ta' parir xjentifiku għandu japplika fejn issir applikazzjoni għal parir xjentifiku li jikkonċerna t-twettiq ta' diversi testijiet u provi neċessarji biex juru l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali.

Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 84 700  ◄ .

Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 42 300  ◄ .

B’deroga mit-tieni subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' parir xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 21 200 sa EUR 63 500  ◄ għandu japplika għal ċerti pariri xjentifiċi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' parir xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 10 600 sa EUR 31 900  ◄ għandu japplika għal ċerti pariri xjentifiċi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu veterinarju.

Il-pariri xjentifiċi msemmija fir-raba' u l-ħames subparagrafu għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

2.   Ħlas għal servizzi xjentifiċi mhux koperti mill-Artikoli 3 sa 7 jew mill-Artikolu 8(1)

Ħlas għal servizz xjentifiku għandu japplika fejn issir applikazzjoni għal kwalunkwe parir jew opinjoni xjentifika minn Kumitat xjentifiku, li ma jkunx kopert mill-Artikoli 3 sa 7 jew mill-Artikolu 8(1). Dan jinkludi kwalunkwe evalwazzjoni ta' prodotti mediċinali magħmula minn ħxejjex tradizzjonali, kwalunkwe opinjoni dwar prodotti mediċinali għal użu f'każi li jinvolvu l-ħniena, kwalunkwe konsultazzjoni dwar sustanzi anċillari inklużi derivattivi tad-demm, inkorporati fi strumenti mediċi, u kwalunkwe evalwazzjoni ta' plasma master files u vaccine antigen master files.

Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 282 100  ◄ .

Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jkun ta' ►M13  EUR 141 300  ◄ .

L-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe opinjoni xjentifika għall-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem maħsuba esklussivament għal swieq li jinsabu barra mill-Komunità skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, ħlas imnaqqas għal servizz xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 3 000 sa EUR 243 200  ◄ għandu japplika għal ċerti opinjonijiet xjentifiċi jew servizzi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, ħlas imnaqqas għal servizz xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M13  EUR 3 000 sa EUR 121 700  ◄ għandu japplika għal ċerti opinjonijiet xjentifiċi jew servizzi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu veterinarju.

L-opinjonijiet jew servizzi xjentifiċi msemmija fil-ħames u s-sitt subparagrafu għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

3   Ħlas għal servizzi amministrattivi

Ħlas li jaqa' fil-firxa ta' bejn EUR 100 u ►M13  EUR 7 100  ◄ għandu japplika għas-servizzi amministrattivi fejn dokumenti jew ċertifikati jinħarġu barra mill-qafas tas-servizzi koperti minn ħlas ieħor imsemmi f'dan ir-Regolament jew fejn applikazzjoni tkun rifjutata wara konklużjoni mill-validazzjoni amministrattiva ta' l-inkartament relatat jew fejn l-informazzjoni mitluba fil-każ ta' distribuzzjoni parallela għandha tkun iċċekkjata.

Klassifika tas-servizzi u l-ħlas għandha tkun inkluża f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

▼M1

L-Artikolu 9

Tnaqqis ta' ħlasijiet possibbli

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Komunità, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet imperattivi ta' saħħa pubblika jew dik ta' l-annimali, tnaqqis ta' ħlasijiet jistgħu jiġu mogħtija każ b'każ mid-Direttur Eżekuttiv wara konsultazzjoni ma' l-kumitat xjentifiku kompetenti. Kull deċiżjoni meħuda skond dan l-Artikolu għandha tagħti r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom.

▼M3

Eżenzjoni totali jew parzjali mill-ħlas tal-ħlasijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament tista' tingħata, b'mod partikolari għal prodotti mediċinali għall-kura ta' mard rari jew mard li jolqot l-ispeċi minuri ta' l-annimali jew għal estensjoni ta' MRL eżistenti għal speċi ta' annimali addizzjonali jew għal prodotti mediċinali disponibbli għal użu f'każi li jinvolvu l-ħniena.

Il-kondizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni totali jew parzjali għandhom ikunu determinati skond l-Artikolu 11(2).

Il-ħlas pagabbli għal opinjoni dwar prodott mediċinali għal użu f'każi li jinvolvu l-ħniena għandu jitnaqqas mill-ħlas pagabbli għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' l-istess prodott mediċinali, fejn tali applikazzjoni hi sottomessa mill-istess applikant.

Artikolu 10

Data ta' l-għeluq u ħlas tard

1.  Il-ħlasijiet għandhom jingħataw fid-data tal-validazzjoni amministrattiva ta' l-applikazzjoni rilevanti sakemm id-dispożizzjonijiet speċifiċi ma jistipulawx mod ieħor. Għandhom ikunu pagabbli lill-applikant fi żmien 45 jum mid-data tan-notifika tal-validazzjoni amministrattiva. Huma għandhom jitħallsu f'euro.

Il-ħlas annwali għandu jingħata fl-ewwel anniversarju u kull wieħed sussegwenti tan-notifika tad-deċiżjoni ta' l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. Għandu jkun pagabbli fi żmien 45 jum mid-data stipulata. Il-ħlas annwali għandu jirrelata għas-sena preċedenti.

Il-ħlas ta' spezzjoni għandu jkun pagabbli fi żmien 45 jum mid-data li fiha ssir l-ispezzjoni.

2.  Il-pagament tal-ħlas għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali li għandu jintuża f'sitwazzjoni ta' pandemija tal-bniedem għandu jkun differit sakemm is-sitwazzjoni pandemika tkun ġiet rikonoxxuta bħala tali, jew mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mill-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità ( 6 ). Tali differiment m'għandux jeċċedi l-ħames snin.

3.  Fejn kwalunkwe ħlas pagabbli taħt dan ir-Regolament jibqa' mhux imħallas sad-data ta' l-għeluq tiegħu u mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' l-Aġenzija li tibda proċedimenti legali mogħtija lilha mill-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddeċiedi li ma jipprovdix is-servizzi mitluba jew li jissospendi s-servizzi u l-proċeduri kollha li jkunu għaddejjin sakemm isir il-ħlas, inkluż l-imgħaxx rilevanti kif previst fl-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li japplika għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 7 ).

▼M1

L-Artikolu 11

Regoli ta' implimentazzjoni

1.  Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, il-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija għandu jiffissa r-regoli għall-ħlas lura ta' parti mir-riżorsi li ġejjin mill-ħlasijiet annwali lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali involuti fis-sorveljanza tas-suq tal-Komunità.

▼M3

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija jista', fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni, jispeċifika kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

▼M1

3.  Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar il-klassifika ta' applikazzjoni f'waħda mill-kategoriji ta' ħlas stabbiliti f'dan ir-Regolament, id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku kompetenti.

L-Artikolu 12

Emendi

Kull emenda għal dan ir-Regolament għandha tkun adottata mill-Kunsill waqt li jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mall-Parlament Ewropew, fuq proposta tal-Kummissjoni.

▼M3

Madankollu, emendi għall-ammonti tal-ħlasijiet stabbiliti b' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KEE) Nru 726/2004, bl-eċċezzjoni ta' l-aġġornament previst fil-ħames paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Sa 24 ta' Novembru 2010 ( 8 ), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu lill-Kunsill, u dan ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-ħtieġa ta' l-inklużjoni ta' proċedura għar-riżoluzzjoni ta' disputi f'dan ir-Regolament.

Kwalunkwe reviżjoni tal-ħlasijiet għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ta' l-infiq ta' l-Aġenzija u abbażi ta' l-infiq relatat tas-servizzi pprovduti mill-Istati Membri. Dawk l-ispejjeż għandhom ikunu kkalkulati skond il-metodi ta' stima internazzjonali ġeneralment aċċettati, li għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 11(2).

▼M3

B'effett mill-1 ta' April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħlasijiet b'referenza għar-rata ta' inflazzjoni kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u taġġornahom.

▼B

L-Artikolu ►M1  13 ◄

Id-dħul fis-seħħ u l-effett legali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34).

( 3 ) ĠU L 159, 27.6.2003, p. 24.

( 4 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

( 5 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 1518/2005 (ĠU L 244, 20.9.2005, p. 11).

( 6 ) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 7 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

( 8 ) Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.