01995L0050 — MT — 26.07.2019 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249 17.10.1995, p. 35) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 168 |
23 |
23.6.2001 |
||
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/112/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta’ Diċembru 2004 |
L 367 |
23 |
14.12.2004 |
|
|
DIRETTIVA 2008/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Ġunju 2008 |
L 162 |
11 |
21.6.2008 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE
tas-6 ta' Ottubru 1995
dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq
L-Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal verifiki li jsiru mill-Istati Membri fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq f'vetturi li jivvjaġġaw fit-territorju tagħhom jew li jidħlu fih minn pajjiżi terzi.
Din m'għandhiex tkun tapplika għat-trasport ta' merkanzija perikoluza b'vetturi li jappartjenu jew li jkunu taħt ir-repsonsabbilità tal-forzi armati.
2. Iżda, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri, fejn għandha x'taqsam il-liġi tal-Komunità, li jagħmlu verifiki fuq it-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' merkanzija perikoluza fil-limiti tat-territorju tagħhom li jsir permezz ta' vetturi mhux koperti b'din id-Direttiva.
L-Artikolu 2
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
— “vettura” għandha tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, kemm kompluta jew le, li jkollha minn ta' lanqas erba' roti u maħsuba għal veloċità massima li teċċedi aktar minn 25 km/s flimkien bit-trailers tagħha, u bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jinstaqu fuq il-linji tal-ferrovija, ta' tractors li jintużaw fir-raba' u l-foresti u l-makkinarju mobbli kollu,
— “merkanzija perikoluza” għandha tfisser merkanzija perikoluza definiti hekk fid-Direttiva 94/55/KE,
— “trasport” għandu jfisser kull operazzjoni ta' trasport fit-triq li ssir, kompletament jew parzjalment, permezz ta' vettura fuq toroq pubbliċi fil-limiti tat-territorju ta' Stat Membru, u li tkun tinkludi t-tagħbija jew il-ħatt ta' merkanzija koperti mid-Direttiva 94/55/KE, mingħajr preġudizzju għall-arranġementi stabbiliti bil-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw obbligi ta' operazzjonijiet bħal dawn,
— “impriża” għandha tfisser kull persuna naturali jew legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, kull għaqda jew grupp ta' persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, u kull min jiġi taħt awtorità pubblika, kemm jekk dan ikollu personalità legali jew ikun jiddependi fuq awtorità li jkollha din il-personalità, li ġġorr, tgħabbi jew tħott merkanzija perikoluza, jew iġġiegħlhom jiġu trasportati, u dawk li jaħżnu temporanjament, jiġbru, jippakkjaw, jew iwasslu din il-merkanzija bħala parti minn operazzjoni ta' trasport u li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Komunità,
— “verifika” għandha tfisser kull verifika, kontroll, spezzjoni, verifikazzjoni jew formalità li ssir mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta' sigurtà marbutin mal-trasport ta' merkanzija perikoluza.
L-Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proporzjon rappreżentattiv ta' konsenji ta' merkanzija perikoluza li jinġarru fit-triq ikunu suġġetti għall-verifiki stabbiliti b'din id-Direttiva, biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mal-liġijiet dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq.
2. Dawn il-verifiki għandhom isiru fit-territorju ta' Stati Membru f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 4060/89 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3912/92.
L-Artikolu 4
1. Biex isiru il-verifiki stabbiliti b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mil-lista ta' verifika fl-Anness I. Kopja ta' din il-lista ta' verifika jew attestat li juri r-riżultat tal-verifika li tkun twettqet mill-awtorità għandha tingħata lis-sewwieq tal-vettura u tkun ippreżentata meta meħtieġ biex b'hekk tissimplifika jew ikunu evitati, fejn possibbli, verifiki oħra. Dan il-paragrafu m'għandux jippreġudika d-dritt ta' l-Istati Membri biex jagħmlu miżuri speċifiċi għal verifiki dettaljati.
2. Il-verifiki għandhom isiru mingħajr pjan minn qabel u kemm jista' jkun possibbli għandhom ikopru porzjon estensiv tax-xibka tat-toroq.
3. Il-postijiet magħżula għal dawn il-verifiki għandhom ikunu tali li vetturi li jkunu qed jiksru l-liġijiet iġibuhom f'konformità magħhom jew, jekk l-awtorità li qed tagħmel il-verifika taħseb li jkun aħjar, li dawn jitwaqqfu fuq il-post jew f'post maħsub għal dan l-għan mill-istess awtorità mingħajr ma jikkawżaw periklu tas-sigurtà.
4. Fejn ikun meħtieġ u jekk dan ma jkunx joħloq periklu għas-sigurtà, kampjuni tal-merkanzija li qed tinġarr jistgħu jittieħdu biex jiġu eżaminati f'laboratorji li huma rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.
5. Il-verifiki m'għandhomx jeċċedu tul ta' żmien raġonevoli.
L-Artikolu 5
Mingħajr preġudizzju għal penali oħra li jistgħu jiġu imposti, vetturi involuti fil-ksur ta' waħda jew aktar tar-regolamenti tal-trasport ta' merkanzija perikoluza, b'mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, jistgħu jitwaqqfu jew fuq il-post jew f'post maħsub għal dan l-għan mill-awtorità li qed tagħmel il-verifiki u jkunu obbligati jinġiebu f'konformità qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom, jew inkella jkunu suġġetti għal miżuri oħra xierqa, jiddependu miċ-ċirkustanzi jew il-kriterji ta' sigurtà li jinkludu, fejn meħtieġ, ukoll ir-rifjut illi vetturi bħal dawn jidħlu fil-Komunità.
L-Artikolu 6
1. Verifiki jistgħu jsiru wkoll fil-bini stess ta' l-impriżi, bħala miżura ta' prevenzjoni jew fejn fit-triq ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti tal-trasport ta' merkanzija perikoluza, liema ksur ipoġġi s-sigurtà f'riskju kbir.
2. L-għan ta' dawn il-verifiki għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq ikunu konformi mal-liġijiet relevanti.
Fejn ikun ġie reġistrat il-ksur ta' waħda jew aktar mir-regolamenti tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, b'mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, it-trasport konċernat għandu jinġieb f'konformità qabel mal-merkanzija tħalli l-impriża jew inkella dan ikun suġġett għal miżuri oħra li jkunu xierqa.
L-Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jagħtu l-effett xieraq għal din id-Direttiva.
2. Ksur serju jew ripetut tar-regolamenti li jpoġġu f'riskju s-sigurtà tal-trasport ta' merkanzija perikoluza kkawżat minn vettura jew impriża li mhumiex residenti għandhom jiġu rappurtati lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur serju jew ripetut tar-regolamenti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-vettura hija reġistrata jew li fih l-impriża hija stabbilita biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kontra min qed jikser il-liġi.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-aħħar għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu kontra min qed iġorr jew l-impriża.
L-Artikolu 8
Jekk it-tiftix li jkun sar fuq vettura reġistrata fi Stat Membru ieħor jagħtu wieħed x'jifhem li sar ksur serju jew ripetut tar-regolamenti, iżda li ma jistgħux ikunu magħrufa matul dik il-verifika minħabba in-nuqqas ta' informazzjoni neċessarja, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jgħinu lil xulxin biex is-sitwazzjoni tiġi ċċarata. Fejn, għal dak il-għan, l-Istat Membru kompetenti jagħmel verifiki fl-impriża, l-Istati Membri l-oħra konċernati għandhom ikunu avżati dwar ir-riżultati.
L-Artikolu 9
1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja u mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta' dik is-sena, rapport magħmul f'konformità mal-mudell ta' l-Anness III, meta din id-Direttiva tkun tibda tapplika, li jkun jinkludi fih id-dettalji li ġejjien:
— jekk possibbli, il-volum stabbilit jew stmat ta' merkanzija perikoluza li se jinġarru fit-triq (f'termini ta' tunnellati li se jinġarru jew ta' tunnellati/kilometri),
— in-numru ta' verifiki li jkunu saru,
— in-numru ta' vetturi verifikati skond il-post tar-reġistrazzjoni (vetturi reġistrati lokalment, fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi),
— in-numru u t-tipi ta' ksur ta' regolamenti li jkunu ġew reġistrati,
— it-tip u n-numru ta' penalitajiet li jkunu ġew imposti.
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għall-ewwel darba fl-1999 u wara għal ta' lanqas kull tliet snin, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri, fejn jiddikjaraw id-dettalji f'konformità mal-paragrafu 1 fuq.
L-Artikolu 9a
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9aa li jemendaw l-Annessi sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jittieħed kont tal-emendi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
L-Artikolu 9aa
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 2 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
▼M4 —————
L-Artikolu 10
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 1997. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ġew adotatti mill-Istati Membri, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam ikkontrollat b'din id-Direttiva.
L-Artikolu 11
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
ANNESS II
VJOLAZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-lista mhux eżawrjenti li ġejja, klassifikata f’tlett kategoriji ta' riskju (il-Kategorija I hija l-aktar serja) tagħti linja gwida dwar dak li għandu jitqies bħala vjolazzjoni.
Għad-determinazzjoni tal-kategorija tar-riskju xierqa għandha tingħata kunsiderazzjoni liċ-ċirkustanzi partkolari u titħalla għad-diskrezzjoni tal-korp/uffiċjal tal-infurzar fit-triq.
Nuqqasijiet li mhumiex elenkati taħt il-kategoriji tar-riskju għandhom jiġu klassifikati skont id-deskrizzjoni tal-kategoriji.
Fil-każ li jkun hemm diversi vjolazzjonijiet għal kull unità tat-trasport, il-kategorija tar-riskju l-aktar serja biss (kif indikat taħt entrata 39 fl-Anness I għal din id-Direttiva) għandha tiġi applikata għall-finijiet tar-rappurtaġġ (Anness III għal din id-Direttiva).
1. Kategorija tar-Riskju I
Fejn in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ADR rilevanti joħloq riskju ta’ livell għoli ta’ mewt, korriment personali serju jew danni sinifikanti lill-ambjent it-tali nuqqasijiet normalment iwasslu għat-teħid ta’ miżuri korrettivi immedjati u xierqa bħall-immobilizzazzjoni tal-vettura.
Il-nuqqasijiet huma:
(1) Hemm projbizzjoni fuq it-trasport tal-merkanzija perikoluża li qed tinġarr;
(2) Likiġ ta’ sustanzi perikolużi;
(3) Ġarr permezz ta’ mod jew mezz projbit ta’ trasport;
(4) Ġarr ta’ volumi f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz;
(5) Ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni;
(6) Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta perikolu immedjat (inkella taqa’ taħt il-kategorija tar-riskju II);
(7) Qed jintuża ppakkjar mhux approvat;
(8) L-ippakkjar ma jikkonformax mal-istruzzjoni applikabbli tal-ippakkjar;
(9) Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-ippakkjar imħallat;
(10) Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija;
(11) Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti;
(12) Nuqqas ta’ konformità mal-livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;
(13) Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f’unità waħda tat-trasport;
(14) Il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża mingħajr indikazzjoni tal-preżenza tagħhom (pereżempju dokumenti, immarkar u ttikkettar tal-pakketti, plakards u marki fuq il-vettura …);
(15) Ġarr mingħajr plakards u marki fuq il-vettura;
(16) Nuqqas tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tar-riskju (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni, il-grupp tal-ippakkjar …);
(17) Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta’ taħriġ vokazzjonali validu;
(18) Qed jintuża nar jew dawl mhux protett;
(19) Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata.
2. Kategorija tar-Riskju II
Meta n-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ADR rilevanti joħloq riskju ta’ korriment personali jew dannu lill-ambjent it-tali nuqqasjiet normalment iwasslu għat-teħid ta’ miżuri korrettivi xierqa bħal talba ta’ retifikazzjoni fuq il-post tal-kontroll jekk possibbli u xieraq, iżda mhux aktar tard minn x'ħin jitlesta l-moviment tat-trasport kurrenti.
In-nuqqasijiet huma:
(1) L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semi-trejler wieħed;
(2) Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat;
(3) Il-vettura mhux qed iġġor tagħmir għat-tifi tan-nar operattiv kif meħtieġ; it-tagħmir għat-tifi tan-nar jista’ jibqa jitqies bħala operattiv jekk is-siġill preskritt biss u/jew id-data tal-għeluq huma nieqsa; madankollu, dan ma japplikax jekk jidher biċ-ċar li t-tagħmir għat-tifi tan-nar ma għadux operattiv, pereżempju il-kejl tal-pressjoni jindika żero;
(4) Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub;
(5) Hemm nuqqas ta’ konformità mad-dati tat-testijiet u tal-ispezzjoni u l-perjodi ta’ użu tal-ippakkjar, l-IBCs jew ippakkjar kbir;
(6) Qed jinġarru pakketti b'ippakkjar bil-ħsara, IBCs jew ippakkjar kbir jew vojt, bil-ħsara, u mhux imnaddaf, bil-ħsara;
(7) Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz;
(8) It-tankijiet/kontejners tank (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew;
(9) Ġarr ta’ ippakkjar kombinat li għandu ippakkjar ta' barra li mhuwiex magħluq sew;
(10) It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti;
(11) M’hemmx istruzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-istruzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr;
(12) Il-vettura mhijiex superviżjonata jew ipparkjata sew.
3. Kategorija tar-Riskju III
Fejn in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti jirriżulta f’riskju ta’ livell baxx ta’ korriment personali jew ta’ dannu lill-ambjent u fejn il-miżuri korrettivi xierqa m’għandhomx bżonn jittieħdu fit-triq iżda jistgħu jiġu indirizzati aktar tard fil-post tal-intrapriża.
In-nuqqasijiet huma:
(1) Id-daqs tal-plakards jew tat-tikketti jew id-daqs tal-ittri, il-figuri jew is-simboli fuq il-plakards jew it-tikketti ma jikkonformawx mar-regolamenti;
(2) L-informazzjoni fid-dokumentazzjoni tat-trasport minbarra dik fil-kategorija tar-riskju I/(16) mhijiex disponibbli;
(3) Iċ-ċertifikat tat-taħriġ mhuwiex abbord il-vettura iżda hemm evidenza li s-sewwieq għandu wieħed.
ANNESS III
MUDELL TAL-FORMOLA STANDARD GĦAR-RAPPORT LI GĦANDU JINTBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI DWAR IL-VJOLAZZJONIJIET U L-PENALITAJIET
( 1 ) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.