1995L0013 — MT — 01.01.2007 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 95/13/KE tat-23 ta’ Mejju 1995 (ĠU L 136, 21.6.1995, p.28) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/80/KE tat-23 ta’ Ottubru 2006 |
L 362 |
67 |
20.12.2006 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 95/13/KE
tat-23 ta’ Mejju 1995
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward l-indikazzjoni tal-konsum ta' enerġija tal-magni tad-dar ta' l-elettriku għat-tnixxif tal-ħwejjeġ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikketti u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ enerġija u riżorsi oħra minn tagħmir tad-dar ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,
Billi taħt id-Direttiva 92/75/KEE, il-Kummissjoni għandha tadotta direttiva implimentattiva fir-rigward ta’ tagħmir tad-dar li jinkludu magni tad-dar ta' l-elettriku għat-tnixxif tal-ħwejjeġ;
Billi l-użu ta’ l-elettriku minn magni għat-tnixxif tal-ħwejjeġ jammonta għal parti sinifikanti tad-domanda ta’ l-enerġija totali tal-Komunità; billi l-għan għal tnaqqis fl-użu ta’ l-enerġija minn dan it-tagħmir huwa sostanzjali;
Billi l-Komunità, li tikkonferma l-interess f’sistema ta’ standardizzazzjoni internazzjonali li kapaċi tipproduċi standards li fil-fatt jiġu wżati mill-isħab kollha fil-kummerċ internazzjonali u li kapaċi tissodisfa l-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità, tistieden lill-organizzazzjoni ta’ l-istandards Ewropej sabiex tkompli fil-koperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet ta’ l-istandards internazzjonali;
Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi rikonnoxxuti bħala kompetenti sabiex jadottaw standards armonizzati bi qbil mal-linji ta’ gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmati nhar it-13 ta' Novembru 1984; billi, fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (Standard Ewropew jew dokument ta' armonizzazzjoni) adottat minn Cenelec, fuq il-bażi ta' eżenzjoni (mandat) mill-Kummissjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi ( 2 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/10/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 3 ) u fuq il-bażi ta' dawk il-linji ta’ gwida ġenerali;
Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal magni tad-dar għat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bl-elettriku. Tagħmir li jista' juża sorsi oħra ta’ enerġija wkoll, huwa eskluż, kif inhuma l-washer-driers kombinati.
2. L-informazzjoni meħtieġa b’din id-Direttiva għandha tiġi peżata bi qbil ma’ l-istandards armonizzati, li n-numru ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li għalihom, l-Istati Membri ppubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawk l-istandards armonizzati. Matul din id-Direttiva kollha, kwalunkwe disposizzjonijiet li jeħtieġu l-għoti ta’ informazzjoni dwar ħoss għandhom japplikaw biss fejn dik l-informazzjoni tkun meħtieġa taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE ( 4 ). Din l-informazzjoni, fejn meħtieġa, għandha tiġi peżata bi qbil ma’ dik id-Direttiva.
3. L-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti taħt mandat mill-Kummissjoni bi qbil mad-Direttiva 83/189/KEE.
4. “Negozjant”, “fornitur”, “folja ta’ informazzjoni”, “riżorsi oħra essenzjali” u “informazzjoni supplimentari” għandu jkollhom it-tifsiriet stabbiliti fl-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva 92/75/KEE.
Artikolu 2
1. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 (3) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tinkludi,
— l-isem u l-indirizz tal-fornitur,
— deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir, li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat b’mod uniku,
— informazzjoni li tinkludi disinni relevanti, dwar il-karatteristiċi prinċipali tad-disinn tal-mudell u b’mod partikolari punti li jaffettwaw mhux ħażin il-konsum ta’ l-enerġija tiegħu,
— rapporti ta’ testijiet ta’ kejl relevanti mwettqa taħt proċeduri ta’ test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2),
— struzzjonijiet ta’ tħaddim, jekk applikabbli.
2. It-tikketta li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness I għal din id-Direttiva. It-tikketta għandha titwaħħal fuq 2. barra fuq in-naħa ta’ quddiem jew ta’ fuq tat-tagħmir, b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar, u ma tkunx oskurata.
3. Il-kontenut u l-format tal-fiche li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness I għal din id-Direttiva.
4. Fiċ-ċirkostanzi koperti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/75/KEE, u fejn l-offerta għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, tkun ipprovduta permezz ta’ komunikazzjoni stampata, bħal katalgu tal-mail order, allura l-komunikazzjoni stampata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness III għal din id-Direttiva.
5. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija tat-tagħmir, kif speċifikat fit-tikketta u fil-fiche, għandha tkun kif speċifikat fl-Anness IV.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri u n-negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva.
Artikolu 4
1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Marzu 1996. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bihom minnufih. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' April 1996.
Iżda, l-Istati Membri għandhom jippermettu sat-30 ta’ Settembru 1996:
— it-tqegħid fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew il-wiri tal-prodotti,
— id-distribuzzjoni tal-komunikazzjonijiet stampati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (4), li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adotta mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
TIKKETTA
Disinn tat-tikketta
1. |
It-tikketta għandha tkun fil-verżjoni tal-lingwa approprjata magħżula minn dawn l-illustrazzjonijiet;
|
Noti li jikkonċernaw din it-tabella
2. |
In-noti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża: Nota: I. L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali. II. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur. III. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija tat-tagħmir għandha tiġi stabbilita bi qbil ma’ l-Anness. Din għandha titpoġġa fl-istess livell tal-vleġġa relevanti. IV. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtiġiet taħt l-iskema ta' l-eko-tikketta ta’ l-UE, fejn tagħmir ikun ingħata “eko-tikketta ta’ l-UE” bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 ( 5 ), tista’ tiġi miżjuda kopja ta' l-eko-tikketta hawnhekk. Il-‘gwida tad-disinn tat-tikketta tal-magni tad-dar ta' l-elettriku għat-tnixxif tal-ħwejjeġ' li hemm referenza għalih taħt, jispjega kif il-marka ta' l-eko-tikketta tista’ tiġi inkluża fit-tikketta. V. Konsum ta’ enerġija f’kWh għal kull ċiklu, għal “ċiklu ta’ qoton xott” bi qbil mal-proċeduri tat-test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). VI. Stima tal-kapaċità ta’ qoton, f’kg, bi qbil ma’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). VII. It-tip ta’ tagħmir, b’vent ta’ l-arja jew li jagħmel kondensazzjoni bi qbil mal-proċeduri tat-test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). Il-vleġġa għandha titpoġġa fl-istess livell tat-tip relevanti VIII. Fejn ikun applikabbli, il-ħoss imkejjel bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE ( 6 ). Nota: It-termini ekwivalenti f’lingwi oħra f’dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness V. |
Stampar
3. |
Dan li ġej jiddefinixxi ċerti aspetti tat-tikketta:
Kuluri wżati: CMYK - Cyan, maġenta, isfar, iswed Eżempju: 07X0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed. Vleġeġ: — A: X0X0 — B: 70X0 — Ċ: 30X0 — D: 00X0 — E: 03X0 — F: 07X0 — G: 0XX0 Kulur tal-profil: X070 It-test kollu huwa bl-iswed. L-isfond huwa abjad. Informazzjoni sħiħa stampata tinsab fil-'Gwida tad-disinn tat-tikketta ta' magna tad-dar ta’ l-elettriku għat-tnixxif tal-ħwejjeġ, li hija għall-informazzjoni biss, li tista' tinkiseb mingħand: Is-Segretarju tal-Kumitat dwar l-ittikkettjar ta' enerġija u l-informazzjoni standard tal-prodott għal tagħmir li jintuża fid-djar, Directorate-General for Energy XVII, European Commission, Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels. |
ANNESS II
FICHE
Il-fiche għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja. L-informazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' tabella li tkopri numru ta' tagħmir fornut mill-istess fornitur, f’liema każ, għandha tingħata fl-ordni speċifikata, jew mogħtija qrib id-deskrizzjoni tat-tagħmir:
1. Marka tan-negozju tal-fornitur.
2. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.
3. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell kif definita fl-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija… fuq skala minn A (aktar effiċjenti) sa G (inqas effiċjenti). Fejn din l-informazzjoni tiġi pprovduta f'forma ta' tabella din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (aktar effiċjenti) sa G (inqas effiċjenti).
4. Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-forma ta' tabella, u fejn xi tagħmir elenkat fit-tabella jkun ingħata “Eko-tikketta ta’ l-UE” bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 880/92, din l-informazzjoni tista' tiġi inkluża hawnhekk. F'dan il-każ l-intestatura tar-ringiela għandha turi “Eko-tikketta ta’ l-UE”, u d-daħla għandha tkun magħmula minn kopja tal-marka tal-eko-tikketta. Din id-disposizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtieġa taħt l-iskema tal-eko-tikketta tal-Komunità.
5. Konsum ta' enerġija (l-Anness I nota V).
6. Kapaċità stmata ta’ qoton (l-Anness I nota VI).
7. Konsum ta’ ilma bi qbil mal-proċeduri ta’ test ta’ l-istandards armonizzati, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2), għal programm ċiklu “qoton xott”, jekk applikabbli.
8. Ħin ta’ tnixxif bi qbil mal-proċeduri ta’ test ta’ l-istandards armonizzati, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2), għal programm ċiklu “qoton xott”.
9. L-istess informazzjoni kif mogħtija fuq, taħt noti 5, 6, 7 u 8, iżda fir-rigward tal-programmi “qoton imnixxef bil-mogħdija” u “tessut ta’ kura faċli”. Jista’ ma jingħatax każ ta’ dawn il-linji jekk ma jkunx jeżisti ċiklu bħal dan fuq il-makni msemmija.
10. Il-fornituri jistgħu jinkludu l-informazzjoni f’punti 5 sa 8 fir-rigward ta’ ċikli oħra ta’ tnixxif.
11. Il-konsum annwali medju ta’ enerġija (u ilma jekk applikabbli) ibbażat fuq it-tnixxif ta’ 150 kg bl-użu tal-programm “qoton xott”, miżjud b’280 kg bl-użu tal-programm qoton “niexef bil-mogħdija”, miżjud b’150 kg bl-użu tal-programm tessut ta’ “kura faċli”. Dan għandu jiġi mfisser bħala “stima tal-konsum annwali għal dar b’erba” persuni li normalment tuża magna għat-tnixxif.
12. It-tip ta’ tagħmir, b’vent ta’ l-arja jew li jagħmel kondensazzjoni bi qbil mal-proċeduri tat-test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2), (l-Anness I nota VII).
13. Fejn ikun applikabbli, “l-istorbju” bi qbil mad-Direttiva 86/594/KEE.
Jekk fil-fiche tkun inkluża kopja tat-tikketta, jew bil-kulur jew bajda u sewda, l-informazzjoni żejda biss inkluża fil-fiche teħtieġ li tiġi nkluża.
Nota:
It-termini ekwivalenti f’lingwi oħra għal dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness V.
ANNESS III
MAIL ORDER U BEJGĦ IEĦOR MILL-BOGĦOD
Katalgi ta' mail order u komunikazzjonijiet stampati oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (4) għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, mogħtija fl-ordni speċifikata:
1. Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija (l-Anness II punt 3)
2. Konsum ta' enerġija (l-Anness I nota V).
3. Kapaċità (l-Anness I nota VI)
4. Konsum ta’ ilma għal kull ċiklu (jekk applikabbli) (l-Anness II punt 7)
5. Stima tal-konsum annwali għal kull dar (l-Anness II punt 11)
6. Storbju (l-Anness I nota VIII).
Fejn tkun ipprovduta informazzjoni oħra miżmuma fil-fiche, din għandha tkun fil-forma speċifikata fl-Anness II u għandha tiġi nkluża fit-tabella fuq fl-ordni ddefinita għall-fiche.
Nota:
It-termini ekwivalenti f’lingwi oħra għal dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness V.
ANNESS IV
KLASSI TA' EFFIĊJENZA TA' ENERĠIJA
Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija ta’ tagħmir għandha tiġi ddefinita bi qbil mat-tabelli li ġejjin:
Tabella 1 - Magni għat-tnixxif b'vent ta' l-arja
Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija |
Konsum ta' enerġija “C” f'kWh għal kull kg ta' tagħbija b'użu tal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2) b' “ċiklu ta' qoton xott”. |
A |
C ≤ 0,51 |
B |
0,51< C ≤ 0,59 |
C |
0,59< C ≤ 0,67 |
D |
0,67< C ≤ 0,75 |
E |
0,75< C ≤ 0,83 |
F |
0,83< C ≤ 0,91 |
G |
C >0,91 |
Tabella 2 -Magni għat-tnixxif b'kondensazzjoni
Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija |
Konsum ta' enerġija “C” f'kWh għal kull kg ta' tagħbija b'użu tal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2) b' “ċiklu ta' qoton xott”. |
A |
C ≤ 0,55 |
B |
0,55< C ≤ 0,64 |
C |
0,64< C ≤ 0,73 |
D |
0,73< C ≤ 0,82 |
E |
0,82< C ≤ 0,91 |
F |
0,91< C ≤ 1,00 |
G |
C >1,00 |
ANNESS V
TRADUZZJONIJIET TA’ TERMINI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIT-TIKKETTA U FIL-FICHE
Note |
EN |
ES |
DA |
DE |
EL |
FR |
IT |
NL |
PT |
FI |
SW |
►A1 CS ◄ |
►A1 ET ◄ |
►A1 LV ◄ |
►A1 LT ◄ |
►A1 HU ◄ |
►A1 MT ◄ |
►A1 PL ◄ |
►A1 SK ◄ |
►A1 SL ◄ |
►M1 BG ◄ |
►M1 RO ◄ |
||
Label |
Fiche |
Mail order |
||||||||||||||||||||||
Annex I |
Annex II |
Annex III |
||||||||||||||||||||||
|
Energy |
Energía |
Energi |
Energie |
Ενέργεια |
Énergie |
Energia |
Energie |
Energia |
Energia |
Energi |
►A1 Energie ◄ |
►A1 Energia ◄ |
►A1 Enerģija ◄ |
►A1 Energija ◄ |
►A1 Energia ◄ |
►A1 Enerġija ◄ |
►A1 Energia ◄ |
►A1 Energia ◄ |
►A1 Energija ◄ |
►M1 Енергия ◄ |
►M1 Energie ◄ |
||
|
Drier |
Secadora |
Tørretumbler |
Trockner |
Στεγνωτήριο |
Sèche-linge |
Asciugatrici |
Droogtrommel |
Secador de roupa |
Kuivausrumpu |
Torktumlare |
►A1 Sušička ◄ |
►A1 Trummelkuivati ◄ |
►A1 Žāvēšanas mašīna ◄ |
►A1 Džiovintuvas ◄ |
►A1 Szárítógép ◄ |
►A1 Magna tat- tnixxif ◄ |
►A1 Suszarka ◄ |
►A1 Sušička ◄ |
►A1 Sušilni stroj ◄ |
►M1 Сушилна машина ◄ |
►M1 Uscător ◄ |
||
I |
Manufacturer |
Fabricante |
Mærke |
Hersteller |
Κατασκευαστής |
Fabricant |
Costruttore |
Fabrikant |
Fabricante |
Tavarantoimittaja |
Leverantör |
►A1 Výrobce ◄ |
►A1 Tootja või kaubamärk ◄ |
►A1 Ražotājs ◄ |
►A1 Gamintojas ◄ |
►A1 Gyártó ◄ |
►A1 Manifattur ◄ |
►A1 Producent ◄ |
►A1 Výrobca ◄ |
►A1 Proizvajalec ◄ |
►M1 Производител ◄ |
►M1 Fabricant ◄ |
||
II |
Model |
Modelo |
Model |
Modell |
Μοντέλο |
Modèle |
Modello |
Model |
Modelo |
Malli |
Modell |
►A1 Model ◄ |
►A1 Mudel ◄ |
►A1 Modelis ◄ |
►A1 Modelis ◄ |
►A1 Típus ◄ |
►A1 Mudell ◄ |
►A1 Model ◄ |
►A1 Model ◄ |
►A1 Model ◄ |
►M1 Модел ◄ |
►M1 Model ◄ |
||
|
More efficient |
Más eficiente |
Lavt forbrug |
Niedriger Energieverbrauch |
Αποδοτικό |
Économe |
Bassi consumi |
Efficiënt |
Mais eficiente |
Vähän kuluttava |
Låg förbrukning |
►A1 Úsporné ◄ |
►A1 Tõhusam ◄ |
►A1 Efektīvāk ◄ |
►A1 Didžiausias efektyvumas ◄ |
►A1 Hatékonyabb ◄ |
►A1 L-anqas li taħli ◄ |
►A1 Bardziej efektywna ◄ |
►A1 Viac úsporný ◄ |
►A1 Manjša poraba energije ◄ |
►M1 По-ефективен ◄ |
►M1 Mai eficient ◄ |
||
|
Less efficient |
Menos eficiente |
Højt forbrug |
Hoher Energieverbrauch |
Μη αποδοτικό |
Peu économe |
Alti consumi |
Inefficiënt |
Menos eficiente |
Paljon kuluttava |
Hög förbrukning |
►A1 Méně úsporné ◄ |
►A1 Vähemtõhus ◄ |
►A1 Mazāk efektīvi ◄ |
►A1 Mažiausias efektyvumas ◄ |
►A1 Kevésbé hatékony ◄ |
►A1 L-aktar li taħli ◄ |
►A1 Mniej efektywna ◄ |
►A1 Menej úsporný ◄ |
►A1 Večja poraba energije ◄ |
►M1 По-ниско ефективен ◄ |
►M1 Mai puțin eficient ◄ |
||
3 |
1 |
Energy efficiency class… on a scale of A (more efficient) to G (less efficient) |
Clase de eficiencia energética… en una scala que abarca de A (más eficiente) a G (menos eficiente) |
Relativt energiforbrug… på skalaen A (lavt forbrug) til G (højt forbrug) |
Energieeffizienzklasse… auf einer Skala von A (niedriger Energieverbrauch) bis G (hoher Energieverbrauch) |
Τάξη ενεργειακής απόδοσης… σε κλίμακα από Α (αποδοτικό) μέχρι το G (μη αποδοτικό) |
Classement selon son efficacité énergétique… sur une échelle de A (économe) à G (peu économe) |
Classe di efficienza energetica… su una scala da A (bassi consumi) a G (alti consumi) |
(Energie-efficiëntieklasse… op een schaal van A (efficiënt) tot G (inefficiënt) |
Classe de eficiência energética… numa escala de A (mais eficiente) a G (menos eficiente) |
Energiatehokkuusluokka asteikolla A:sta (vähän kuluttava) G:hen (paljon kuluttava) |
Energieffektivitetsklass på en skala från A (låg förbrukning) till G (hög förbrukning) |
►A1 Třída energetické účinnosti … na stupnici A (nejvyšší účinnost, tj. nízká spotřeba elektrické energie) do G (nejnižší účinnost, tj. vysoká spotřeba elektrické energie) ◄ |
►A1 Energiatõhususklass … astmestikus A-st (tõhusam, st vähem tarbiv) kuni G-ni (vähemtõhus, st rohkem tarbiv) ◄ |
►A1 Energoefektivitātes klase… uz skalas no A (efektīvāk) līdz G (mazāk efektīvi) ◄ |
►A1 Energijos vartojimo efektyvumo klasė … skalėje nuo A (didžiausias efektyvumas) iki G (mažiausias efektyvumas) ◄ |
►A1 Energiahaté-konysági osztály A-tól (hatékonyabb) G-ig (kevésbé hatékony) terjedő skálán ◄ |
►A1 Il-klassi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija fuq skala ta' A (l-anqas li jaħlu) sa Ġ (l-aktar li jaħlu) ◄ |
►A1 Klasa efektywności energetycznej w skali od A (bardziej efektywna) do G (mniej efektywna) ◄ |
►A1 Trieda energetickej hospodárnosti pomocou stupnice od A (viac úsporná) po G (menej úsporná) ◄ |
►A1 Razred energijske učinkovitosti… na lestvici od A (manjša poraba energije) do G (večja poraba energije) ◄ |
►M1 Клас на енергийна ефективност … върху скала от А (най-ефективен) до G (най-нискоефективен) ◄ |
►M1 Clasa de eficiență energetică … pe o scară de la A (mai eficient) la G (mai puțin eficient) ◄ |
|
V |
5 |
2 |
Energy consumption |
Consumode energía |
Energiforbrug |
Energieverbrauch |
Κατανάλωση ενέργειας |
Consommation d’énergie |
Consumodi energia |
Energieverbruik |
Consumode energia |
Energiankulutus |
Energiförbrukning |
►A1 Spotřeba energie ◄ |
►A1 Energiatarbivus ◄ |
►A1 Enerģijas patēriņš ◄ |
►A1 Suvartojamos energijos kiekis ◄ |
►A1 Energiafogyasz-tás ◄ |
►A1 Konsum ta' Enerġija ◄ |
►A1 Zużycie energii ◄ |
►A1 Spotreba energie ◄ |
►A1 Poraba energije ◄ |
►M1 Консумация на енергия ◄ |
►M1 Consum de energie ◄ |
V |
5 |
2 |
kWh/cycle |
kWh/ciclo |
kWh/portion |
kWh/Trockenprogramm |
kWh/πρόγραμμα |
kWh par cycle |
kWh/ciclo |
kWh per cyclus |
kWh/ciclo |
kWh/ohjelma |
kWh/Torkomgång |
►A1 kWh/cyklus ◄ |
►A1 kWh/programm ◄ |
►A1 kWh/ciklā ◄ |
►A1 kWh/ciklas ◄ |
►A1 kWh/ciklus ◄ |
►A1 kWh/ċiklu ◄ |
►A1 kWh/cykl ◄ |
►A1 kWh/cyklus ◄ |
►A1 kWh/program ◄ |
►M1 kWh/цикъл ◄ |
►M1 kWh/ciclu ◄ |
V |
5 |
2 |
Based on standard test results for “dry cotton” cycle |
Sobre la base del resultato obtenido en un ciclo de secado normalizadas “algodón seco” |
På grundlag af standardtest på programmer skabstørt bomuld |
Auf der Grundlage von Ergebnissen der Normprüfung für das Programm “Baumwolle, schranktrocken” |
Βάσει αποτελεσμάτων των πρότυπων δοκιμών για το πρόγραμμα “στέγνωμα βαμβακερών” |
Sur la base des résultats obtenus pour le cycle “blanc sec” dans des conditions d’essai normalisées |
In base ai risultati di prove standard per il ciclo “asciugatura cotone” |
Gabaseerd op de resultaten van een standaardtest voor de cyclus “droog katoen” |
Com base nos resultados do ciclo normalizado “secagem de tecidos de algodão” |
Perustuu vakiooloissa mitattuun kulutukseen ohjelmalla “säilytyskuiva puuvilla” |
Baserat på resultat från standardiserad provning av program för skåptorr bomull |
►A1 Na základě výsledků normovaného testu při programu “bavlna pro žehlení” ◄ |
►A1 Põhineb stabiilsetes oludes mõõdetud tarbivusel programmi “säilituskuiv puuvill” korral ◄ |
►A1 Balstīts uz standarta testa rezultātiem ciklā “sausa kokvilna” ◄ |
►A1 Remiantis “medvilnės džiovinimo” programos standartinio bandymo rezultatais ◄ |
►A1 Száraz pamut szövetre végzett szabványos vizsgálati eredmények alapján ◄ |
►A1 Ibbażata fuq ir-riżultati ta' testijiet standard ċiklu tal-qoton niexef ◄ |
►A1 W standardowym cyklu suszenia “bawełna sucha” ◄ |
►A1 Základom je výsledok štandardného testu pre cyklus bavlna ◄ |
►A1 Na podlagi rezultatov standardnega preskusa za program “suho za v omaro” ◄ |
►M1 Основана на контролни резултати за цикъл “сух памук” ◄ |
►M1 Bazat pe rezultatele încercărilor standardizate pentru ciclul “uscare bumbac” ◄ |
V |
5 |
2 |
Actual consumption will depend on how the appliance is used |
El consumo real depende de las condiciones de utilización del aparto |
Det faktiske energiforbrug afhænger af, hvorledes apparatet benyttes |
Der tatsächliche Verbrauch hängt von der Nutzung der Art des Geräts ab |
Η πραγματική κατανάλωση εξαρτάται από τον τρόπο χρήσεως της συσκευής |
La consommation réelle dépend des conditions d’utilisation de l’appareil |
Il consumo effettivo dipende dal modo in cui l’apparecchio viene usato |
Het werkelijke verbruik wordt bepaald door de wijze waarop het apparaat wordt gebruikt |
O consumo real de energia dependerá das condições de utilização do aparelho |
Todellinen kulutus riippuu laitteen käyttötavoista |
Verklig förbrukning beror på hur apparaten används |
►A1 Skutečná spotřeba energie závisí na způsobu používání spotřebiče ◄ |
►A1 Tegelik tarbivus oleneb seadme kasutusviisist ◄ |
►A1 Faktiskais enerģijas patēriņš atkarīgs no iekārtas lietošanas veida ◄ |
►A1 Tikrasis suvartojamos energijos kiekis priklausys nuo to, kaip prietaisas bus naudojamas ◄ |
►A1 A tényleges energiafogyasztás függ a használat és elhelyezés módjától ◄ |
►A1 Il-konsum attwali ta' l-enerġija jiddependi minn kif il-prodott ikun qed jiġi użat ◄ |
►A1 Aktualne zużycie energii zależy od warunków eksploatacji ◄ |
►A1 Skutočná spotreba energie závisí od toho, ako je spotrebič používaný ◄ |
►A1 Dejanska poraba je odvisna od načina uporabe stroja ◄ |
►M1 Действителната консумация на енергия ще зависи от това как се използва уредът ◄ |
►M1 Consumul real depinde de condițiile de utilizare a aparatului ◄ |
VI |
6 |
3 |
Capacity (cotton) kg |
Capacidad en kg de algodón |
Kapacitet (bomuld) kg |
Füllmenge (Baumwolle) kg |
Περιεχόμενο βαμβακερά σε kg |
Capacité (blanc) kg |
Capacità (cotone) kg |
Capaciteit (katoen) kg |
Capacidade (algodão) kg |
Täyttömäärä (puuvilla) kg |
Kapacitet (bomull) kg |
Náplň sušičky (bavlna) kg ◄ |
Täitekogus (puuvill) kg ◄ |
Ietilpība (kokvilna) kg ◄ |
Talpa (medvilnė) … kg ◄ |
Kapacitás (pamut) kg ◄ |
Kapaċità (qoton) kg ◄ |
Ładunek znamionowy (bawełna) kg ◄ |
Kapacita (bavlny) kg ◄ |
Zmogljivost (bombaž) kg ◄ |
Вместимост (памук) kg ◄ |
Capacitate (bumbac) kg ◄ |
X |
11 |
7 |
Water consumption |
Consumo de agua |
Vandforbrug |
Wasserverbrauch |
Κατανάλωση νερού |
Consommation d’eau |
Consumo di acqua |
Waterverbruik |
Consumo de água |
Vedenkulutus |
Vattenförbrukning |
►A1 Spotřeba vody ◄ |
►A1 Veetarbivus ◄ |
►A1 Ūdens patēriņš ◄ |
►A1 Suvartojamo vandens kiekis ◄ |
►A1 Vízfogyasztás ◄ |
►A1 Konsum ta' l-ilma ◄ |
►A1 Zużycie wody ◄ |
►A1 Spotreba vody ◄ |
►A1 Poraba vode ◄ |
►M1 Консумация на вода ◄ |
►M1 Consum de apă ◄ |
8 |
Drying time |
Tiempo de secado |
Tørretid |
Trockenzeit |
Χρόνος στεγνώματος |
Temps de séchage |
Tempo di asciugatura |
Droogtijd |
Tempo de secagem |
Kuivausaika |
Torktid |
►A1 Doba sušení ◄ |
►A1 Kuivatamise ajaline kestus ◄ |
►A1 Žāvēšanas laiks ◄ |
►A1 Džiovinimo trukmė ◄ |
►A1 Szárítási idő ◄ |
►A1 Kemm iddum biex tnixxef ◄ |
►A1 Czas suszenia ◄ |
►A1 Čas sušenia ◄ |
►A1 Čas sušenja ◄ |
►M1 Време за сушене ◄ |
►M1 Timp de uscare ◄ |
||
11 |
6 |
Estimated annual consumption for a four-person household which normally dries using a drier |
Consumo annual estimado de una familia de 4 personas que normalmente seca la ropa con la secadora |
Anslået årligt forbrug for en husstand på fire personer, hvor der normalt benyttes tørretubmler |
Geschätzter Jahresverbrauch eines Vier-Personen-Haushalts, der zum Wäschetrocknen normalerweise den Trockner benutzt |
Η εκτιμώμενη ετήσια κατανάλωση τετραμελούς νοικυριού που κάνει τη ουνήθη χρήση στεγνωτηρίου ρούχων |
Consommation annuelle estimée d’une famille de 4 personnes utilisant généralement un sèche-linge électrique |
Consumo stimato annou di una famiglia di quattro persone che generalmente utilizza l’asciugatrice per asciugare |
Geshcat jaarlijks verbruik voor een huishouden van vier personen dat voor het drogen van de was normaal gebruik maakt van een droogtrommel |
Consumo estimado anual de um agregado familiar de 4 pessoas que, geralmente, secam a sua roupa num secador |
Arvioitu vuosikulutus nelihenkisessä perheessä, jossa pyykki tavallisesti kuivataan kuivausrummussa |
Beräknad energiförbrukning per år för ett fyrapersonerhushåll som vanligen torkar i tumlare |
►A1 Odhadovaná roční spotřeba čtyřčlenné domácnosti obvykle používající sušičku ◄ |
►A1 Hinnanguline aastatarbivus neljaliikmelises perekonnas, kus pesu kuivatatakse tavaliselt trummelkuivatis ◄ |
►A1 Paredzamais enerģijas un ūdens gada patēriņš četru personu saimniecībai, kas parasti izmanto žāvētāju ◄ |
►A1 Tipiškas keturių asmenų šeimos suvartojamas energijos kiekis per metus, normaliai džiovinant džiovintuve ◄ |
►A1 A szárítógépet rendszeresen ħasználó négyszemélyes háztartásra becsült évi fogyasztás ◄ |
►A1 Il-konsum stimat għal familja ta' erba'persuni li normalment tnixxef permezz ta' magna li tnixxef ◄ |
►A1 Szacowane roczne zużycie dla czteroosobowego gospodarstwa domowego przy normalnym korzystaniu z suszarki ◄ |
►A1 Odhadovaná ročná spotreba pre štvorčlennú domácnosť, ktorá bežne používa sušičku ◄ |
►A1 Ocenjena poraba na leto za štiričlansko gospodinjstvo, ki navadno uporablja sušilni stroj ◄ |
►M1 Годишна консумация за 4-членно домакинство при нормално използване на сушилнята ◄ |
►M1 Consum anual estimat pentru o familie de patru persoane care usucă rufele în mod normal cu un uscător ◄ |
|
VII |
12 |
Air vented |
Extracción |
Aftrækstørretumbler |
Abluftrockner |
Εξαγωγή |
Évacuation |
Evacuazione |
Luchtafvoersysteem |
Extracção |
Kosteuden ulos poistava |
Frånluftstumlare |
►A1 S odvodem vzduchu ◄ |
►A1 Ventileeriv ◄ |
►A1 Gaisa ventilācija ◄ |
►A1 Oru vėdinamas ◄ |
►A1 Légfúvásos ◄ |
►A1 Miftuħ għall-arja ◄ |
►A1 Napowietrzana ◄ |
►A1 Odvetrávaná ◄ |
►A1 Odzračevalni sušilni stroj ◄ |
►M1 Въздушно отвеждане ◄ |
►M1 Evacuare aer ◄ |
|
VII |
12 |
Condensing |
Condensación |
Kondenstørretumbler |
Kondensationstrockner |
Συμπύκνωσις |
Condensation |
Condensazione |
Condensatiesysteem |
Condensação |
Kosteuden tiivistävä |
Kondenstumlare |
►A1 Kondenzační ◄ |
►A1 Kondenseeriv ◄ |
►A1 Kondensācija ◄ |
►A1 Drėgmę kondensuojantis ◄ |
►A1 Kondenzációs ◄ |
►A1 Tikkondensa ◄ |
►A1 Kondensacyjna ◄ |
►A1 Kondenzačná ◄ |
►A1 Kondenzacijski sušilni stroj ◄ |
►M1 Кондензиране ◄ |
►M1 Condensare ◄ |
|
VIII |
13 |
6 |
Noise [dB(A) re 1 pW] |
Ruido [dB(A) re 1 pW] |
Lydeffektniveau (dB(A) (støj)) |
Geräusch (dB(A) re 1 pW) |
Θόρυβος [dB(A) ανά 1 pW] |
Bruit [dB(A) re 1 pW] |
Rumore [dB(A) re 1 pW] |
Geluidsniveau (dB(A) re 1 pW) |
Nível de ruído [dB(A) re 1 pW] |
Aäni (dB(A) re 1 pW) |
Buller ([dB(A) re 1 pW) |
Hluk (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Müra (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Troksnis (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Triukšmas (dB (A) apie 1 pW) ◄ |
Zaj (dB(A) 1 pW) ◄ |
Livell tal-ħoss (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Poziom hałasu (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Hlučnosť (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Hrup (dB(A) re 1 pW) ◄ |
Ниво на шум (dB(A) за 1 pW) ◄ |
Nivel de zgomot (dB(A) re 1 pW) ◄ |
|
Further information is contained in product brochures |
Ficha de información detallada en los folletos del producto |
Brochurerne om produktet indeholder yderligere oplysninger |
Ein Datenblatt mit weiteren Geräteangaben ist in den Prospekten enthalten |
Μια κάρτα με πληροφοριακές λεπτομέρειες |
Une fiche d’information détaillée figure dans la brochure |
Gli opuscoli illustrativi contengono una scheda particolareggiata |
Een kaart met nadere gegevens is opgenomen in de brochures over het apparaat |
Ficha pormenorizada no folheto do produto |
Tuote-esitteissä on lisätietoja |
Produktbroschyrerna innehåller ytterligare information |
►A1 Další údaje jsou v návodu k použití ◄ |
►A1 Kasutusjuhend sisaldab lisateavet ◄ |
►A1 Sīkāka informācija norādīta brošūrā ◄ |
►A1 Daugiau informacijos yra gaminio apraše ◄ |
►A1 További információ a termék ismertetőben ◄ |
►A1 Aktar informazzjoni tinkiseb mill-manwal tal-prodott ◄ |
►A1 Szczegółowe informacje zawarte są w instrukcji obsługi ◄ |
►A1 Ďalšie informácie sú obsiahnuté vo výrobkových katalógoch ◄ |
►A1 Ostali podatki so navedeni v prospektih ◄ |
►M1 Допълнителна информация се съдържа в техническия проспект ◄ |
►M1 Informații suplimentare se găsesc în broșurile de produs ◄ |
||
|
Norm EN 61121 |
Norma EN 61121 |
Standard: EN 61121 |
Norm EN 61121 |
Πρότυπο EN 61121 |
Norme EN 61121 |
Norma EN 61121 |
Norm EN 61121 |
Norma EN 61121 |
Standardi EN 61121 |
Standard EN 61121 |
►A1 Norma EN 61121 ◄ |
Standard EN 61121 ◄ |
Standarts EN 61121 ◄ |
Lietuvos standartas LST EN 61121 ◄ |
►A1 EN 61121 szabvány ◄ |
L-istandard EN 61121 ◄ |
►A1 Norma - EN 61121 ◄ |
►A1 Norma EN 61121 ◄ |
Standard EN 61121 ◄ |
►M1 БДС EN 61121 ◄ |
►M1 Standard EN 6112 ◄ |
||
|
Electric drier label Directive 95/13/EC |
Directiva 95/13/CE sobre etiquetado de secadoras |
Direktiv 95/13/EF om energiemærkning af tørretumblere |
Richtlinie 95/13/EG Wäschetrockneretikett |
Οδηγία 95/13/EK για τις επισημάνσεις στα ηλεκτρικά στεγνωτήρια ρούχων |
Directive 95/13/CE relative à l’étiquetage des séchoirs |
Direttiva 95/13/CE sull’etichettatura delle asciugabiancheria |
Richtlijn 95/13/EG: etikettering droogtrommels |
Directiva 95/13/CE relativa à etiquetagem de secadores |
Kiuvausrumpujen merkintöja koskeva direktiivi 95/13/EY |
Direktiv om märkning av torktumlare 95/13/EG |
►A1 Směrnice 95/13/ES pro označování elektrických sušiček energetickými štítky ◄ |
►A1 Trummelkuivatite märgistamise Direktiiv 95/13/EÜ ◄ |
►A1 Elektrisko žāvēšanas mašīnu marķēšanas Direktīva 95/13/EK ◄ |
►A1 Elektrinio džiovintuvo etiketės direktyva 95/13/EB ◄ |
►A1 A 95/13/EK irányelv alapján ◄ |
►A1 Id-Direttiva 95/13/KE relativa dwar it-tikketti tal-magna tat-tnixxif ta' l-elettriku ◄ |
►A1 Dyrektywa 95/13/WE dotycząca etykiet umieszczanych na suszarkach ◄ |
►A1 Smernica 95/13/ES o štítkovaní elektrických sušičiek ◄ |
►A1 Direktiva 95/13/ES o energijskih nalepkah za sušilne stroje ◄ |
►M1 Директива 95/13/ЕO за сушилни машини ◄ |
►M1 Directiva 95/13/CE privind eticheta pentru uscătoarele electrice ◄ |
( 1 ) ĠU Nru L 297, 13.10.1992, p. 16.
( 2 ) ĠU Nru L 109, 26.4.1983, p. 8.
( 3 ) ĠU Nru L 100, 19.4.1994, p. 30.
( 4 ) ĠU Nru L 334, 6.12.1986, p. 24.
( 5 ) ĠU Nru L 99, 11.4.1992, p. 1.
( 6 ) ĠU Nru L 344, 6.12.1986, p. 24. L-istandards relevanti ta’ kejl tal-ħoss huma EN 60704-2-4 u EN 60704-3.