01994L0062 — MT — 04.07.2018 — 007.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365 31.12.1994, p. 10) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
|
|
ID-DIRETTIVA 2004/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004 |
L 47 |
26 |
18.2.2004 |
|
|
ID-DIRETTIVA 2005/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2005 |
L 70 |
17 |
16.3.2005 |
|
|
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
|
|
L 37 |
10 |
8.2.2013 |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2015/720 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015 |
L 115 |
11 |
6.5.2015 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2018/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018 |
L 150 |
141 |
14.6.2018 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE
ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994
dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
L-Artikolu 1
Għanijiet
L-Artikolu 2
Il-kamp ta’ l-applikazzjoni
L-Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva
“l-imballaġġ” għandu jfisser il-prodotti kollha magħmula minn kull materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil u l-preżentazzjoni tal-merkanzija, minn materja prima sa prodotti pproċessati, mill-produttur sa l-utent jew il-konsumatur. Il-prodotti li mhumiex maħsubin sabiex jerġgħu jinġabru li jiġu wżati għall-istess skopijiet għandhom jitqiesu bħala imballaġġ ukoll.
“L-imballaġġ” jikkonsisti biss fi-:
imballaġġ għall-bejgħ jew imballaġġ primarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara;
imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi jew imballaġġ sekondarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi fil-post fejn jinxtara gruppi ta’ ċertu numru ta’ unitajiet tal-bejgħ kemm jekk dawn ta’ l-aħħar jiġu mibjugħa b’dan il-mod lill-utent jew lill-konsumatur finali kemm jekk iservu biss bħala mezz biex jimtlew l-ixkafef fil-post tal-bejgħ; jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jaffettwa l-karatteristiċi tiegħu;
imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ terzjarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu mħeffa l-immaniġġjar u t-trasport ta’ numru ta’ unitajiet tal-bejgħ jew imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi sabiex ma ssirx ħsara mill-immaniġġjar fiżiku u waqt it-trasport. L-imballaġġ tat-trasport ma jinkludix il-kontejners li jinġarru fuq il-vetturi ta’ l-art, fuq il-ferrovija, fuq il-bastimenti jew fuq l-ajruplani.
Id-definizzjoni ta' “ippakkjar” għandha tiġi bażata wkoll fuq il-kriterji stabbiliti hawn taħt. L-oġġetti msemmija f'Anness I huma eżempji illustrati ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.
L-oġġetti għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar jekk jaderixxu mad-definizzjoni hawn fuq imsemmija mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet oħra li jista' jagħmel l-ippakkjar, kemm-il darba l-oġġett mhux parti integrali ta' prodott u huwa neċessarju li dak il-prodott jinżamm, jiġi sostnut jew priservat fit-tul taż-żmien tiegħu u l-elementi kollha huma intiżi li jintużaw, jiġu ikkonsmati jew mormija flimkien.
L-oġġetti mfassla u ntiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom u l-oġġetti li ma jerġgħux jintużaw li jkunu mibjugħa, mimlija jew mfassla u intiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom għandhom jiġu ikkonsidrati bħala ippakkjar sakemm jaderixxu mal-funzjoni ta' ippakkjar.
Komponenti ta' l-ippakkjar u elementi anċillari integrati fl-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala parti mill-ippakkjar li huma mdaħħla fih. L-elementi anċillari mdendla direttament fuq, jew imwaħħla mal-prodott u li jwettqu funzjoni ta' l-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar kemm-il darba m'humiex parti integrali ta' dan il-prodott u l-elementi kollha huma intiżi biex jiġu konsmati u mormija flimkien.
▼M7 —————
“plastik” għandha tfisser polimer fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), li miegħu jistgħu jkunu żdiedu addittivi jew sustanzi oħra, u li kapaċi jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-basktijiet;
“basktijiet tal-plastik” għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta' oġġetti jew prodotti;
“basktijiet tal-plastik ħfief” għandha tfisser basktijiet tal-plastik […] bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikroni […];
“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel;
“basktijiet tal-plastik ossodegradabbli” għandha tfisser basktijiet tal-plastik magħmula minn materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti;
“skart mill-imballaġġ” tfisser kull imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ li tkopri d-definizzjoni ta’ skart stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, esklużi residwi ta’ produzzjoni;
“imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża” tfisser imballaġġ li nħoloq, li ġie ddisinjat u li tqiegħed fis-suq biex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jwettaq diversi vjaġġi jew rotazzjonijiet billi jimtela mill-ġdid jew jintuża mill-ġdid għall-istess skop li għalih kien inħoloq;
“imballaġġ imħallat” tfisser imballaġġ magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta’ materjali differenti, u li ma jistax jiġi separat bl-idejn u jiffurma unità integrali waħda, li tikkonsisti minn reċipjent intern u interkjużura esterna, li hija mimlija, maħżuna, trasportata u żvujtjata bħala tali;
id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “maniġġar tal-iskart”, “ġbir”, “ġbir separat”, “prevenzjoni”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “irkupru”, “riċiklaġġ”, “rimi”, u “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw;
▼M7 —————
“l-operaturi ekonomiċi” fir-rigward ta’ l-imballaġġ għandhom ifissru l-fornituri tal-materjali ta’ l-imballaġġ, il-produtturi ta’ l-imballaġġ u dawk li jimlew l-imballaġġ u l-utenti, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet statutorji;
“ftehim volontarju” għandu jfisser il-ftehim formali milħuq bejn l-awtoritajiet kompetenti pubbliċi ta’ l-Istati Membri u s-setturi ekonomiċi interessati, li jrid ikun miftuħ għall-imsieħba kollha li jixtiequ jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ftehim fil-ħsieb li jaħdmu ghall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
L-Artikolu 4
Prevenzjoni
Dawn il-miżuri preventivi differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jonqos kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-imballaġġ, jew azzjonijiet simili li jiġu adottati, jekk xieraq, f’konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u dawk ambjentali, u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni.
L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart bħal dawk imsemmija fl-Anness IVa għad-Direttiva 2008/98/KE jew strumenti u miżuri oħra xierqa.
Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, li jżommu jew jintroduċu strumenti ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18, dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.
Tali miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien jew l-użu maħsub speċifiku.
Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jinkludu waħda minn jew it-tnejn li ġejjin:
l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw li l-livell ta' konsum annwali ma jeċċedix 90 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2019 u 40 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2025, jew miri ekwivalenti stabbiliti bil-piż. Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn objettivi nazzjonali tal-konsum;
l-adozzjoni ta' strumenti li jiżguraw li, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-basktijiet tal-plastik ħfief ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew tal-prodotti, ħlief jekk jiġu implimentati strumenti effettivi b'mod ekwivalenti. Il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn dawn il-miżuri.
Mis-27 ta' Mejju 2018 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief meta jipprovdu dejta lill-Kummissjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12.
Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna u li jadatta l-formati adottati taħt l-Artikolu 12(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).
▼M7 —————
Artikolu 5
Użu mill-ġdid
F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq u ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod ambjentalment korrett u f’konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia:
l-użu ta’ skemi ta’ imballaġġ ritornabbli;
l-istabbiliment ta’ miri kwalitattivi jew kwantitattivi;
l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi;
l-istabbiliment ta’ perċentwal minimu ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta’ imballaġġ.
Il-livell aġġustat għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
mill-miri stabbiliti fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 6(1), is-sehem tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-imballaġġ tal-bejgħ kollu mqiegħed fis-suq, u
mill-miri stabbiliti fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1), is-sehem tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, magħmul mill-materjal tal-imballaġġ rispettiv, fl-imballaġġ tal-bejgħ kollu magħmul mill-materjal imqiegħed fis-suq.
Mhux aktar minn ħames punti perċentwali ta’ sehem bħal dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-livell aġġustat rispettiv.
L-Artikolu 6
Irkuprar u riċiklaġġ
Biex ikunu konformi mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu l-miri li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:
mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 50 % bħala minimu u 65 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 mill-inqas 60 % bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;
mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 25 % bħala minimu u 45 % bħala massimu bl-użin tat-total tal-materjali ta' l-ippakkjar li jkunu fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu riċiklati b'minimu ta' 15 % bl-użin għal kull materjal ta' l-ippakkjar;
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 bejn 55 % bħala minimu u 80 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi riċiklat;
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 il-miri minimi li ġejjin għar-riċiklaġġ tal-materjali misjuba fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu miksuba:
60 % bl-użin għall-ħġieġ;
60 % bl-użin għall-karta u għat-tavla;
50 % bl-użin għall-metalli;
22,5 % bl-użin għall-plastik, waqt li jiġi mgħoddi biss il-materjal riċiklat lura għall-plastik;
15 % bl-użin għall-injam;
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, minimu ta’ 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jkun riċiklat;
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:
50 % tal-plastik;
25 % tal-injam;
70 % tal-metall ferruż;
50 % tal-aluminju;
70 % tal-ħġieġ;
75 % tal-karta u tal-kartun;
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030 minimu ta’ 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jiġi riċiklat;
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:
55 % tal-plastik;
30 % tal-injam;
80 % tal-metall ferruż;
60 % tal-aluminju;
75 % tal-ħġieġ;
85 % tal-karta u tal-kartun.
Mingħajr preġudizzju għall-punti (f) u (h) tal-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-punt (g)(i) sa (vi) u l-punt (i)(i) sa (vi) tal-paragrafu 1 sa massimu ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
id-deroga hija limitata għal massimu ta’ 15-il punt perċentwali minn mira unika jew maqsuma bejn żewġ miri,
bħala riżultat tad-deroga, ir-rata ta’ riċiklaġġ għal mira unika ma titnaqqasx taħt it-30 %;
bħala riżultat tad-deroga, ir-rata ta’ riċiklaġġ għal mira unika msemmija fil-punt (g)(v) u (vi) u l-punt (i)(v) u (vi) tal-paragrafu 1 ma titnaqqasx taħt is-60 %, u
sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza rispettiva stabbilita fil-punt (g) jew (i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza rispettiva u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IV ta’ din id-Direttiva. L-Istat Membru jista’ jgħaqqad dak il-pjan flimkien ma’ pjan ta’ implimentazzjoni sottomess skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.
▼M7 —————
L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:
jtejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;
jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali.
▼M7 —————
Il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall jistgħu, minħabba s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom, li huma rispettivament in-numru kbir ta' gżejjer ċkejkna, il-preżenza ta' żoni rurali u muntanjużi u l-livell baxx preżenti ta' konsum ta' l-ippakkjar, jiddeċiedu biex:
jilħqu, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001, miri aktar baxxi minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1(a) u (ċ), imma għandhom jilħqu bħala minimu 25 % għall-irkuprar jew l-inċinerazzjoni f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;
fl-istess żmien jipposponu l-kisba tal-miri tal-paragrafi 1(a) u (ċ) għal terminu perentorju li jkun aktar tard li iżda m'għandux ikun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005;
jipposponu l-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafi 1(b), (d) u (e) sa data magħżula minnhom stess li ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
▼M7 —————
Artikolu 6a
Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) u l-Artikolu 6(1):
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat f’sena kalendarja partikolari. Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fi Stat Membru tista’ titqies li tkun daqs l-ammont ta’ imballaġġ li jitpoġġa fis-suq fl-istess sena, fi ħdan dak l-Istat Membru;
il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li sar skart li, wara li jkun għadda mill-verifiki, is-separazzjonijiet u operazzjonijiet preliminari oħra kollha meħtieġa biex jitneħħew il-materjali tal-iskart li mhumiex immirati mir-riproċessar sussegwenti u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart huma fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista’ jitkejjel fl-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni, sakemm:
tali output ta’ skart huwa sussegwentement riċiklat;
il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li jitneħħew minn operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni ta’ riċiklaġġ u mhumiex sussegwentement riċiklati mhuwiex inkluż fil-piż tal-iskart rrappurtat bħala riċiklat.
Artikolu 6b
Rapport ta’ twissija bikrija
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:
stima dwar l-ilħiq tal-miri minn kull Stat Membru;
lista tal-Istati Membri bir-riskju li ma jiksbux il-miri fl-iskadenzi rispettivi, akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet xierqa għall-Istati Membri kkonċernati;
eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha li jistgħu jipprovdu gwida għall-ipproċessar lejn l-ilħiq tal-miri.
Artikolu 7
Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru
Sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:
għar-ritorn u/jew għall-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-ġabra finali tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;
għall-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur.
Dawk is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi interessati u għall-partiċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat.
L-Artikolu 8
Is-sistema ta’ l-immarkar u ta’ l-identifikazzjoni
Artikolu 8a
Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli
Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tat-tikketti jew il-marki biex jiġi żgurat rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-proprjetajiet ta' kompostjar ta' dawn il-basktijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).
Mhux iktar tard minn tmintax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli jkunu ttikkettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet provduti f'dak l-att ta' implimentazzjoni.
L-Artikolu 9
Il-ħtiġiet essenzjali
L-Istati Membri għandhom, mid-data stabbilita fl-Artikolu 22(1), jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali kollha stabbiliti f’din id-Direttiva inkluż fl-Anness II fil-każ ta’ l-imballaġġ li jikkonforma:
ma’ l-istandards armonizzati relevanti, li n-numri tar-referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawn l-istandards armonizzati;
ma’ l-istandards nazzjonali relevanti riferiti fil-paragrafu 3 sakemm, fl-oqsma koperti b’dawn l-istandards, l-ebda standards armonizzati ma jeżistu.
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn l-istandards. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ illi jiġu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet riferiti fil-paragrafi 2 u 3.
L-Artikolu 10
L-istandardizzazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, kif xieraq, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Anness II.
Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, b’mod partikolari, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu ma’:
L-Artikolu 11
Il-livelli tal-konċentrazzjoni tal-metalli tqal preżenti fl-imballaġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-somma tal-livelli tal-konċentrazzjoni tac-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju, u tal-kromju eksavalenti preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti ta’ l-imballaġġ m’għandhomx jaqbżu dak li ġej:
L-Artikolu 12
Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar
▼M7 —————
Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-Anness III skont il-paragrafu 3d ta’ dan l-Artikolu.
L-ewwel perijodu ta’ rappurtar, fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6(1) u d-data dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 3d ta’ dan l-Artikolu, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.
▼M7 —————
L-Artikolu 13
Tagħrif għall-utenti ta’ l-imballaġġ
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, fi żmien sentejn mid-data riferita fl-Artikolu 22(1), biex jiżguraw illi l-utenti ta’ l-imballaġġ, inklużi b’mod partikolari l-konsumaturi, jiksbu t-tagħrif meħtieġ dwar:
L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-informazzjoni għall-konsumatur u l-kampanji li jqajmu kuxjenza.
L-Artikolu 14
Il-pjanijiet għall-immaniġġjar
Filwaqt li jsegwu l-għanijiet u l-miżuri riferiti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart meħtieġa skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 75/442/KEE, kapitolu speċifiku dwar l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ, inklużi l-miżuri meħuda skond l-Artikoli 4 u 5.
L-Artikolu 15
L-istrumenti ekonomiċi
Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta’ miżuri bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skond il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat.
L-Artikolu 16
In-notifikazzjoni
▼M7 —————
L-Artikolu 18
Il-libertà tat-tqegħid fis-suq
L-Istati Membri m’għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq tat-territorju tagħhom ta’ l-imballaġġ li jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 19
L-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku
Artikolu 20
Miżuri speċifiċi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex temenda din id-Direttiva meta jkun meħtieġ biex tindirizza xi diffikultajiet li jinqalgħu fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerti li jitqiegħdu fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (jiġifieri ta’ madwar 0,1 % bil-piż) fl-Unjoni, għall-imballaġġ primarju tal-apparat mediku u l-prodotti farmaċewtiċi, għall-imballaġġ żgħir u għall-imballaġġ lussuż.
Artikolu 20a
Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief
Artikolu 21
Proċedura ta’ kumitat
Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 21a
L-eżerċitar tad-delega
L-Artikolu 22
L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali
Dawn il-ftehim għandhom ikollhom il-ħtiġiet li ġejjin:
il-ftehim għandhom ikunu tat-tip li jiġu nfurzati;
il-ftehim għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bit-termini perentorji korrispondenti;
il-ftehim għandhom jiġu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li jkun ugwalment aċċessibli għall-pubbliku, u mibgħut lill-Kummissjoni;
ir-riżultati miksuba għandhom jiġu kontrollati b'mod regolari, rapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-ftehim;
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-progress miksub skond dan il-ftehim jiġi eżaminat;
F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw d-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva permezz ta' miżuri leġislattivi, regulatorji u amministrattivi.
L-Artikolu 23
Id-Direttiva 85/339/KEE hija b’dan irrevokata b’effett mid-data riferita fl-Artikolu 22(1).
L-Artikolu 24
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 25
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
Eżempji illustrattivi għall-kriterju (i)
Imballaġġ
Mhux imballaġġ
Eżempji illustrattivi għall-kriterju (ii)
Imballaġġ, jekk ikun imfassal u maħsub biex jimtela mal-bejgħ
Mhux imballaġġ
Eżempji illustrattivi għall-kriterju (iii)
Imballaġġ
Tikketti mdendla direttament ma’ prodott jew imwaħħla miegħu
Parti mill-imballaġġ
Mhux imballaġġ
Tikketti għall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)
L-ANNESS II
IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT
1. Il-ħtiġiet speċifiċi għall-fabbrikazzjoni u l-komposizzjoni ta’ l-imballaġġ
2. Il-ħtiġiet speċifiċi għan-natura ta’ l-imballaġġ li tippermetti l-użu mill-ġdid
Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti fl-istess ħin:
3. Il-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ illi jista’ jigi rkuprat
L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ materjal riċiklat
L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi jippermetti r-riċiklaġġ ta’ ċertu percentwal skond il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f’konformità ma’ l-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta’ dan il-percentwal tista’ tvarja, skond ix-xorta ta’ materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul.
L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ irkupru ta’ l-enerġija
L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop ta’ l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jkollu valur minimu kalorifiku inferjuri sabiex jippermetti l-aħjar irkupru ta’ l-enerġija.
L-imballaġġ li jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar
L-iskart mill-imballaġġ ipproċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli li ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.
Imballaġġ bijodegradabbli
L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li l-biċċa l-kbira mill-kompost li jibqa’ fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m’għandux jitqies bħala bijodegradabbli.
L-ANNESS III
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DATABASES DWAR IMBALLAĠĠ U L-ISKART TA’ L-IMBALLAĠĠ (SKOND IT-TABELLI 1 SA 4)
|
1. |
Għall-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju:
(a)
il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, ta’ l-imballaġġ ikkonsumat fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 1);
(b)
il-kwantitajiet użati mill-ġdid (Tabella 2). |
|
2. |
Għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u mhux domestiku:
(a)
il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, irkuprati u meqruda fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 3);
(b)
il-kwantitajiet riċiklati u l-kwantitajiet irkuprati għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal (Tabella 4).
IT-TABELLA 1 Il-kwantità ta’ imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) ikkonsumat fit-territorju nazzjonali
IT-TABELLA 2 Il-kwantità ta’ l-imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) użat mill-ġdid fit-territorju nazzjonali
IT-TABELLA 3 Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ irkuprat u meqrud fit-territorju nazzjonali
IT-TABELLA 4 Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew irkuprat fit-territorju nazzjonali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS IV
PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT IL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 6(1 A)
Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1a) għandu jinkludi dan li ġej:
valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom;
valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;
ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista’ ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fil-punti (g) u (i) fl-Artikolu 6(1) fi żmien l-iskadenza stipulati hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;
miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha;
skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien;
informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;
miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-immaniġġjar tal-iskart.
( 1 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.
( 2 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
( 4 ) ĠU L 50, 20.2.97, p. 28.
( 5 ) ĠU L 326, tad-29.12.1969, p. 36.
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 8 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.