1994D0467 — MT — 30.08.2001 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Lulju 1994

li tistabilixxi garanziji ta' saħħa għat-trasport ta' żwiemel minn pajjiż terz għal-ieħor skond l-Artikolu 9(1) (c) tad-Direttiva 91/496/KEE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(94/467/KEE)

(ĠU L 190, 26.7.1994, p.28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Jannar 1996

  L 19

53

25.1.1996

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Awissu 2001.

  L 232

28

30.8.2001




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Lulju 1994

li tistabilixxi garanziji ta' saħħa għat-trasport ta' żwiemel minn pajjiż terz għal-ieħor skond l-Artikolu 9(1) (c) tad-Direttiva 91/496/KEE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(94/467/KEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( 1 ), l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,

Billi skond l-Artikolu 9(1) (c) tad-Direttiva 91/496/KEE, garanziji tas-saħħa jridu jkunu stabbiliti għat-trasport ta' annimali minn pajjiż terz għal ieħor; billi ċerti problemi nqalgħu fir-rigward ta' movimenti ta' ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor;

Billi l-Kummissjoni stabbilixxiet, fid-Deċiżjoni 92/260/KEE ( 3 ), emendata bid-Deċiżjoni 93/344/KEE ( 4 ), il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati; billi dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu l-garanziji neċessarji kollha fir-rigward ta' l-istat ta' saħħa tal-Komunità; billi għall-garanziji ta' saħħa applikabbli għall-movimenti ta' ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor għandha ssir referenza għall-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bid-Deċiżjoni 92/260/KEE;

Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Ekwidi fi triqithom minn pajjiż terz għal ieħor iridu jiġu minn pajjiż terz imsemmi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.

2.  L-ekwidi riferiti fil-paragrafu 1 iridu jkunu akkumpanjatib’ċertifikat intitolat “Ċertifikat ta’ tranżitu għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor” ►M1  Dan iċ-ċertifikat irid ikun fih Sezzjonijiet I, II and III bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (e) (v) taċ-ċertifikat ta’saħħa, ◄ li jikkorrispondi mal-pajjiż terz ta’ provenjenza elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.Hu jrid jinkludi wkoll is-sezzjonijiet li ġejjin.

image

▼M2

3.  B’ deroga mid- dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 u fil- każ ta’ żwiemel irreġistrati biss, l- lista ta’ pajjiżi fit- tielet parti tal- paragrafu (d) tas- Sezzjoni III taċ- ċertifikati A, B, Ċ, D u E fl- l-Anness II għad- Deċiżjoni 92/260/KEE għandha tkun mibdula bil-lista ta’ pajjiżi terzi fi Gruppi A sa E fl-Anness I għad- Deċiżjoni 92/260/KEE.

▼B

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56.1991, pġ. 56.

( 2 ) ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.1992, pġ. 27.

( 3 ) ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.1992, pġ. 67.

( 4 ) ĠU L 138, tad-9.6.1993, p. 11.1993, pġ. 11.