1994D0360 — MT — 02.09.2006 — 011.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KKUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Mejju 1994

dwar il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni ta' ċerti prodotti li jridu jiġu implimentati minn pajjiżi terzi, skond Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(94/360/KE)

(ĠU L 158, 25.6.1994, p.41)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION DECISION of 30 September 1994 (*)

  L 256

29

4.10.1994

 M2

COMMISSION DECISION of 28 February 1995 (*)

  L 53

36

9.3.1995

 M3

COMMISSION DECISION of 30 June 1995 (*)

  L 165

24

15.7.1995

►M4

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Jannar 1996

  L 24

31

31.1.1996

 M5

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 Frar 1997

  L 55

13

25.2.1997

 M6

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 April 1999

  L 117

58

5.5.1999

 M7

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta’ Lulju 1999

  L 197

50

29.7.1999

 M8

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-10 ta’ Settembru 1999

  L 242

28

14.9.1999

 M9

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Settembru 2000

  L 246

67

30.9.2000

►M10

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Marzu 2002

  L 80

40

23.3.2002

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-1 ta' Settembru 2006

  L 240

11

2.9.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KKUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Mejju 1994

dwar il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni ta' ċerti prodotti li jridu jiġu implimentati minn pajjiżi terzi, skond Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(94/360/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi t-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE dwar l-esperjenzi fl-Istati Membri u l-periklu lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali fil-Komunità;

Billi, barra dan, għal ċerti pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità laħqet ftehim dwar ekwivalenza, tnaqqis fil-kontrolli fiżiċi fuq ċerti prodotti jista' jkun applikat, billi jittieħed kont, inter alia, ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju għal tqassim f'reġjuni fil-każ ta' marda ta' l-annimali, u tal-prinċipji veterinarji oħra tal-Komunità;

Billi t-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi se jkunu mwettqa minn kull Stat Membru; billi għandu jkun mwettaq f'tali mod li ma jkunx possibbli għal importatur li jbassar jekk xi kunsinna partikolari hix se tkun soġġetta għal kontroll fiżiku;

Billi hemm bżonn li jkun hemm reviżjoni tal-livell tat-tnaqqis f'intervalli regolari bażati fuq informazzjoni rċevuta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri;

Billi Stati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni meta kontrolli jiżvelaw li l-prodotti ma jissodisfawx il-ħtiġijiet neċessarji jew juru kwalunkwe irregolarità oħra;

Billi l-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu (8) tad-Direttiva 90/675/KEE, l-Istati Membri għandhom japplikaw it-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi għal prodotti minn pajjiżi terzi kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn id-deċiżjonijiet tal-Komunità kienu meħuda sabiex jistabbilixxu, mingħajr preġudizzju għal ftehim taż-ŻEE:

 lista tal-pajjiżi terzi approvati,

 lista ta' l-istabbilimenti approvati (is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika), u

 ċertifikat mudell (is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika).

2.  Għall-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness II, il-livell tal-kontrolli fiżiċi li jridu jitwettqu minn kull Stat Membru fuq il-kunsinna tal-prodotti ta' l-istess grupp għandu jkun kif imniżżel f'dak l-Anness.

3.  Paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 19 tad-Direttiva 90/675/KEE.

Fejn Stat Membru japplika l-miżuri provvduti għalihom fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 90/675/KEE, is-sitwazzjoni għandha tiġi riveduta urġentement skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 90/675/KEE; għal dan il-għan l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, partikolarment bil-għan li jimplimenta t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-Deċiżjoni.

▼M10 —————

▼B

Artikolu 2

Stati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fiżiċi f'tali mod li ma jkunx possibbli għall-importatur li jbassar jekk xi kunsinna partikolari hix se tkun suġġetta għal kontroll fiżiku.

Artikolu 3

▼M11 —————

▼B

3.   ►M11  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 97/78/KE l-frekwenzi stipulati fl-Annessi I jew II għal din id-Deċiżjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, filwaqt li tieħu f'kunsiderazzjoni l-kriterji stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/78/KE kif ukoll il-prinċipju ta' reġjonalizzazzjoni u prinċipji veterinarji oħra tal-Komunità. ◄

4.  Fejn il-kontrolli veterinarji juru xi irregolarità li għandha implikazzjonijiet serji għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 4

Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq kunsinni ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet fuq il-kontrolli fiżiċi mniżżla fid-Direttiva 92/118/KEE jew kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni magħmula taħt din id-Direttiva, jew f'xi kwalunkwe leġislazzjoni oħra fil-Komunità.

Artikolu 5

Kull meta deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-ftehim t'ekwivalenza veterinarja tiddefinixxi l-frekwenzi speċifiċi tal-kontrolli fiżiċi, il-Kummissjoni għandha tinkludi dawn il-frekwenzi fl-Anness II.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni se tiġi emendata hekk kif il-Kunsill jaddotta l-modifiki relevanti fid-Direttiva 90/675/KEE.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M4  l-1 ta’ Jannar 1997 ◄ .

Għandu japplika mill-15-il ġurnata wara l-ġurnata tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I



GRUPPI TA' PRODOTTI U L-FREKWENZA TAL-KONTROLLI FIŻIĊI LI JRIDU JITWETTQU MINN KULL STAT MEMBRU FUQ IL-KUNSINNI TAL-PRODOTTI IMPORTATI MINN STABBILIMENTI TA' PAJJIŻI TERZI MSEMMIJA F'L-ARTIKOLU 1

Gruppi ta' prodotti

- Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta'

Kategorija I

1.  Laħam frisk inkluż l-interjur tiegħu, u prodotti ta' l-ispeċji bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/5/KEE (1)

right accolade 20 %

2.  Prodotti mis-sajd pakkjati ermetikament f'kontenituri siġillati intiżi li jrenduhom stabbli f'temperaturi ambjentali, ħut frisk jew friżat u prodotti tas-sajd niexfa u/jew mielħa (2)

3.  Bajd sħieħ

4.  Xaħam ta' l-ikel u xaħmijiet mirduda

5.  Ġlud ta' l-annimali

6.  Bajd li jfaqqsu

Kategorija II

1.  Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur

right accolade 50 %

2.  Laħam tal-fenek, laħam ta' l-annimali tal-kaċċa (selvaġġ u mrobbi) u prodotti tagħhom

3.  Ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman

4.  Prodotti tal-bajd

5.  Proteini ta' l-annimali proċessati għall-konsum uman

6.  Prodotti oħra tas-sajd barra minn dawk imsemmija f'Kategorija I, 2 u molluski bivalvi

7.  Għasel

Kategorija III

1.  Semen

right accolade

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' mill-anqas

1 % u l-aktar 10 %)

2.  Embrijoni

3.  Demel

4.  Ħalib u prodotti tal-ħalib (mhux għall-konsum uman)

5.  Ġelatina

6.  Saqajn taż-żrinġijiet u l-bebbux

7.  Għadam u prodotti mill-għadam

8.  Ġlud ta' barra u l-ġlud ta' l-annimali

9.  Lanżit, suf, xagħar, rix

10.  Qrun, prodotti mill-qrun, nagħal u prodotti min-nagħal

11.  Prodotti ta' l-apikultura

12.  Trofej tal-kaċċa

13.  Ikel ta' l-annimali proċessat

14.  Materja prima għall-manifattura ta' ikel ta' l-annimali

15.  Materja prima, demm, prodotti mid-demm, glandoli u organi għall-użu farmaċewtiku

16.  Prodotti mid-demm għal użu tekniku

17.  Patoġeni

18.  Tiben u qamħ

(1)   ĠU L 57, tat-2.3.1992 pġ. 1

(2)   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, subparagrafu 2, tad-Direttiva 91/493/KEE (ħut frisk).

▼M11




ANNESS II

IL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI U L-FREKWENZI TAL-KONTROLLI FIŻIĊI

1.   New Zealand

Fil-każ ta' New Zealand, il-frekwenzi għandhom ikunu dawk previsti fil-Ftehim li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali ( 3 ).

2.   Il-Kanada

Fil-każ tal-Kanada, il-frekwenzi għandhom ikunu dawk previsti fl-Anness VIII għall-Ftehim li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta' Diċembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali dwar il-kummerċ fl-annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali ( 4 ).

3.   Iċ-Ċili

Fil-każ taċ-Ċili, il-frekwenzi se jkunu dawk previsti fil-Ftehim fuq Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji applikabbli għal Kummerċ fl-Annimali u Prodotti ta' l-Annimali, il-Pjanti, il-Prodotti tal-Pjanti u Oġġetti oħra u l-Benesseri ta' l-Annimali stipualti fl-Anness IV għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta' Novembru 2002 dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra ( 5 ).

4.   L-Iżvizzera

Fil-każ ta' l-Iżvizzera, il-frekwenzi għandhom ikunu dawk previsti fl-Appendiċi 10 ta' l-Anness 11 dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-miżuri żootekniċi applikabbli għal kummerċ f'annimali ħajjin u fi prodotti ta' l-annimali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli approvati bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom ta' l-4 ta' April 2002 tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni, f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ftehim Fuq Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera ( 6 ).

▼M11 —————



( 1 ) ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 1.

( 2 ) ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49.

( 3 ) ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 1999/837/KE (ĠU L 332, 23.12.1999, p. 1).

( 4 ) ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1.

( 5 ) ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

( 6 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.