1994D0360 — MT — 23.03.2002 — 010.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KKUMMISSJONI ta' l-20 ta' Mejju 1994 dwar il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni ta' ċerti prodotti li jridu jiġu implimentati minn pajjiżi terzi, skond Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (ĠU L 158, 25.6.1994, p.41) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 256 |
29 |
4.10.1994 |
||
|
L 53 |
36 |
9.3.1995 |
||
|
L 165 |
24 |
15.7.1995 |
||
|
L 24 |
31 |
31.1.1996 |
||
|
L 55 |
13 |
25.2.1997 |
||
|
L 117 |
58 |
5.5.1999 |
||
|
L 197 |
50 |
29.7.1999 |
||
|
L 242 |
28 |
14.9.1999 |
||
|
L 246 |
67 |
30.9.2000 |
||
|
L 80 |
40 |
23.3.2002 |
||
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KKUMMISSJONI
ta' l-20 ta' Mejju 1994
dwar il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni ta' ċerti prodotti li jridu jiġu implimentati minn pajjiżi terzi, skond Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE
(94/360/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 8(3) tagħha,
Billi t-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE dwar l-esperjenzi fl-Istati Membri u l-periklu lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali fil-Komunità;
Billi, barra dan, għal ċerti pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità laħqet ftehim dwar ekwivalenza, tnaqqis fil-kontrolli fiżiċi fuq ċerti prodotti jista' jkun applikat, billi jittieħed kont, inter alia, ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju għal tqassim f'reġjuni fil-każ ta' marda ta' l-annimali, u tal-prinċipji veterinarji oħra tal-Komunità;
Billi t-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi se jkunu mwettqa minn kull Stat Membru; billi għandu jkun mwettaq f'tali mod li ma jkunx possibbli għal importatur li jbassar jekk xi kunsinna partikolari hix se tkun soġġetta għal kontroll fiżiku;
Billi hemm bżonn li jkun hemm reviżjoni tal-livell tat-tnaqqis f'intervalli regolari bażati fuq informazzjoni rċevuta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri;
Billi Stati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni meta kontrolli jiżvelaw li l-prodotti ma jissodisfawx il-ħtiġijiet neċessarji jew juru kwalunkwe irregolarità oħra;
Billi l-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu (8) tad-Direttiva 90/675/KEE, l-Istati Membri għandhom japplikaw it-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi għal prodotti minn pajjiżi terzi kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn id-deċiżjonijiet tal-Komunità kienu meħuda sabiex jistabbilixxu, mingħajr preġudizzju għal ftehim taż-ŻEE:
— lista tal-pajjiżi terzi approvati,
— lista ta' l-istabbilimenti approvati (is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika), u
— ċertifikat mudell (is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika).
2. Għall-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness II, il-livell tal-kontrolli fiżiċi li jridu jitwettqu minn kull Stat Membru fuq il-kunsinna tal-prodotti ta' l-istess grupp għandu jkun kif imniżżel f'dak l-Anness.
3. Paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 19 tad-Direttiva 90/675/KEE.
Fejn Stat Membru japplika l-miżuri provvduti għalihom fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 90/675/KEE, is-sitwazzjoni għandha tiġi riveduta urġentement skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 90/675/KEE; għal dan il-għan l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, partikolarment bil-għan li jimplimenta t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-Deċiżjoni.
▼M10 —————
Artikolu 2
Stati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fiżiċi f'tali mod li ma jkunx possibbli għall-importatur li jbassar jekk xi kunsinna partikolari hix se tkun suġġetta għal kontroll fiżiku.
Artikolu 3
1. Stati Membri għandhom jiżguraw li kull ispezzjoni fil-fruntieri mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/24/KE ( 3 ) iżommu rekord tar-riżultati tal-kontrolli kollha mwettqa fuq kunsinni importati ta' prodotti skond l-Anness III għal din id-Deċiżjoni, għal mill-inqas 18-il xahar mill-ħin ta' l-ispezzjoni. Ir-rekord tar-riżultati għandu jinkludi l-kunsinni li ma humiex aċċettati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. L-awtorità veterinarja ċentrali ta' kull Stat Membru għandha tkun responsabbli li tibgħat lill-Kummissjoni, qabel ►M4 l-1 ta’ Jannar 1996 ◄ u minn hemm 'il quddiem għal kull sitt xhur, sommarju tar-riżultati fil-format imniżżel fl-Anness III.
2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kumitat Veterinarju Permanenti, fuq il-bażi tas-sommarji provvduti għalihom fil-paragrafu 1, għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa.
3. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, tagħmel reviżjoni tal-frekwenzi mniżżla fl-Annessi I u II darbtejn fis-sena, u għall-ewwel darba qabel ►M4 il-15 ta’ Mejju 1996 ◄ .
Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel reviżjoni, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 90/675/KEE, tal-frekwenzi msemmija fl-Annessi I u II għal din id-Deċiżjoni fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tiegħu, billi jittieħed kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE, kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju għal tqassim f'reġjuni u ta' prinċipji veterinarji oħra tal-Komunità.
4. Fejn il-kontrolli veterinarji juru xi irregolarità li għandha implikazzjonijiet serji għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Artikolu 4
Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq kunsinni ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet fuq il-kontrolli fiżiċi mniżżla fid-Direttiva 92/118/KEE jew kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni magħmula taħt din id-Direttiva, jew f'xi kwalunkwe leġislazzjoni oħra fil-Komunità.
Artikolu 5
Kull meta deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-ftehim t'ekwivalenza veterinarja tiddefinixxi l-frekwenzi speċifiċi tal-kontrolli fiżiċi, il-Kummissjoni għandha tinkludi dawn il-frekwenzi fl-Anness II.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni se tiġi emendata hekk kif il-Kunsill jaddotta l-modifiki relevanti fid-Direttiva 90/675/KEE.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M4 l-1 ta’ Jannar 1997 ◄ .
Għandu japplika mill-15-il ġurnata wara l-ġurnata tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
GRUPPI TA' PRODOTTI U L-FREKWENZA TAL-KONTROLLI FIŻIĊI LI JRIDU JITWETTQU MINN KULL STAT MEMBRU FUQ IL-KUNSINNI TAL-PRODOTTI IMPORTATI MINN STABBILIMENTI TA' PAJJIŻI TERZI MSEMMIJA F'L-ARTIKOLU 1
|
Gruppi ta' prodotti |
- Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' |
||
|
Kategorija I |
|||
|
1. Laħam frisk inkluż l-interjur tiegħu, u prodotti ta' l-ispeċji bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/5/KEE (1) |
|
||
|
2. Prodotti mis-sajd pakkjati ermetikament f'kontenituri siġillati intiżi li jrenduhom stabbli f'temperaturi ambjentali, ħut frisk jew friżat u prodotti tas-sajd niexfa u/jew mielħa (2) |
|||
|
3. Bajd sħieħ |
|||
|
4. Xaħam ta' l-ikel u xaħmijiet mirduda |
|||
|
5. Ġlud ta' l-annimali |
|||
|
6. Bajd li jfaqqsu |
|||
|
Kategorija II |
|||
|
1. Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur |
|
||
|
2. Laħam tal-fenek, laħam ta' l-annimali tal-kaċċa (selvaġġ u mrobbi) u prodotti tagħhom |
|||
|
3. Ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman |
|||
|
4. Prodotti tal-bajd |
|||
|
5. Proteini ta' l-annimali proċessati għall-konsum uman |
|||
|
6. Prodotti oħra tas-sajd barra minn dawk imsemmija f'Kategorija I, 2 u molluski bivalvi |
|||
|
7. Għasel |
|||
|
Kategorija III |
|||
|
1. Semen |
|
||
|
2. Embrijoni |
|||
|
3. Demel |
|||
|
4. Ħalib u prodotti tal-ħalib (mhux għall-konsum uman) |
|||
|
5. Ġelatina |
|||
|
6. Saqajn taż-żrinġijiet u l-bebbux |
|||
|
7. Għadam u prodotti mill-għadam |
|||
|
8. Ġlud ta' barra u l-ġlud ta' l-annimali |
|||
|
9. Lanżit, suf, xagħar, rix |
|||
|
10. Qrun, prodotti mill-qrun, nagħal u prodotti min-nagħal |
|||
|
11. Prodotti ta' l-apikultura |
|||
|
12. Trofej tal-kaċċa |
|||
|
13. Ikel ta' l-annimali proċessat |
|||
|
14. Materja prima għall-manifattura ta' ikel ta' l-annimali |
|||
|
15. Materja prima, demm, prodotti mid-demm, glandoli u organi għall-użu farmaċewtiku |
|||
|
16. Prodotti mid-demm għal użu tekniku |
|||
|
17. Patoġeni |
|||
|
18. Tiben u qamħ |
|||
|
(1) ĠU L 57, tat-2.3.1992 pġ. 1 (2) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, subparagrafu 2, tad-Direttiva 91/493/KEE (ħut frisk). |
|||
ANNESS II
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI U L-FREKWENZA TA' KONTROLLI FIŻIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5
— Fil-każ ta’ New Zealand, il-frekwenzi li hemm provdut dwarhom fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/131/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali ( 4 )
— Fil-każ tan-Norveġja, l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu frekwenzi aktar baxxi minn dawk li hemm provdut dwarhom fl-Anness I.
— Fil-każ ta’ l-Islanda, fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I, kategorija I, 2 u kategorija II, 6, l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu frekwenzi aktar baxxi minn dawk li hemm provdut dwarhom fl-Anness I.
— Fil-każ tal-Kanada, il-frekwenzi li hemm provduti fl-Artikolu 11 u fl-Anness VIII tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali dwar il-kummerċ fl-annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali ( 5 )
ANNESS III
( 1 ) ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 1.
( 2 ) ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49.
( 3 ) ĠU L 18, tal-21.1.1994, pġ. 16.
( 4 ) ĠU Nru L 57, tas-26.2.1997, p. 1.
( 5 ) ĠU L 71, tat-18.3.1999, p. 1.