1993R0350 — MT — 12.01.2006 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 350/93

tat-17 ta' Frar 1993

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Maqgħuda

(ĠU L 041, 18.2.1993, p.7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2126/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2005

  L 340

33

23.12.2005


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p. 271  (2126/05)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 350/93

tat-17 ta' Frar 1993

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Maqgħuda



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 1 ) dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3800/92 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tgħodd it-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw iżjed ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibgħu jkunu invokati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 ( 3 ) mid-detentur matul ċertu perjodu jekk dak id-detentur ikkonkluda kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 ( 4 );

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw iżjed ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibgħu jkunu invokati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 mid-detentur matul ċertu perjodu jekk dak id-detentur ikkonkluda kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 ( 5 );

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Id-deskrizzjoni

Il-klassifikazzjoni

tal-kodiċi ĊN

Ir-raġuni

(1)

(2)

(3)

1.  Libsa nnitjata ħafifa (65 % poliester, 35 % qoton), bi kmiem twal, maħsuba li tgħatti l-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd magħmula min tessut ta' kulur wieħed. Għandha fetħa parzjali quddiem iddisinjat għall-għeluq lemin għax-xellug permezz ta' buttuna. Ċineg dekorattivi nnitjati jew bil-ganċ b'xogħol miftugħ huma meħjuta fit-truf tal-kmiem u fil-qiegħ għandha żewġ fetħit frontali madwar 23 ċm twal (blaws qmis) (ara r-ritratt Nru 515) (1)

6106 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 4 tal-Kapitolu 61 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6106 u 6106 20 00.

Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għan-nomenklatura maqgħuda dwar il-Kodiċi NM 6106.

2.  Libsa nnitjata ħafifa (65 % poliester, 35 % qoton), maħsuba biex tgħatti il-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd mingħajr kmiem jew għonq, bi skollatura għat-tond mhux issikkata, miftuħa għal kollox quddiem, iddisinjat għall-għeluq mil-lemin għal fuq ix-xellug sal-livell tal-qadd permizz tal-buttuni. Quddiem, li huwa itwal mid-dahar, jinżel sa żewġ punti fil-qiegħ (ara r-ritratt Nru 518) (1)

6106 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 4 tal-Kapitolu 61 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6106 u 6106 20 00. Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għan-nomenkalura maqgħuda dwar il-Kodiċi NM 6106.

L-estenzjonijiet bil-ponta huma għal kollox dekorattivi

3.  Qliezet ta' taħt unisex (95 % qotton, 5 % elastomeriku) elastiċizzat mal-qadd u fit-tarf tas-saqajn, mingħajr ftuħ quddiem. Għandu biċċa wiesgħa bejn is-saqajn li, minħabba l-qatgħa tiegħu u elastiċità konsiderevoli, jippermetti li titpoġġa ħarqa fih, jekk meħtieġ, biex ikun xieraq għall-użu minn dawk li jbatu mill-inkontinenza (Ara ritratt Nru 512) (1)

6108 21 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 8 tal-Kapitolu 61 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6108 u 6108 21 00.

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 9021 hija eskluża għaliex dan l-Artikolu la jipprevjieni u lanqas jikkorreġi deformitajiet tal-ġisem, u lanqas ma jifred jew iżomm organu wara marda jew operazzjoni

4.  Libsa nnitjata ħafifa (65 % poliester, 35 % qoton), bi kmiem twal, maħsuba biex tgħatti l-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd. Għandha skollatura ta' l-għonq V, spalletti ġewwa, rakmu dekorattiv quddiem u wara, u strixxi tar-rakkmu fil-qiegħ u fit-truf tal-kmiem (ara r-ritratt Nru 517) (1)

6109 90 30

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-Nota Addizzjonali 2 tal-Kapitolu 61 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6109, 6109 90 u 6109 90 30

Ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 6109.

5.  Libsa nnitjata ta' belluż irrigat (90 % qoton, 5 % poliester, 5 % elastomeriku), issikkata, maħsuba biex tgħatti il-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd bi kmiem twal, b'għonq issikkat, b'fetħa parzjali fuq wara li tista’ tingħalaq b'qafla fil-ġenb. Il-libsa għandha ħaxja f'tarf il-kmiem u fil-qiegħ (ara r-ritratt Nru 513) (1)

6110 20 99

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-Nota 8 tal-Kapitolu 61 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6110, 6110 20 u 6110 20 99

Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għan-nomenklatura maqgħuda dwar il-Kodiċi NM 6106 u 6110

6.  Sett ta' żewġt ilbiesi magħmula minn tliet tessuti nnitjati ta' kuluri differenti (100 % fibri sintetiċi li jikkonsisti minn:

(a)  Ġakketta bla inforra, b'għonq, miftuħa għal kollox quddiem li tista’ tingħalaq b'qafla fil-ġenb u bi kmiem twal. Il-qiegħ tal-libsa u tal-kmiem huma ssikkati. Għandha żewġt ibwiet ġewwa il fuq mill-qadd u dekorazzjonijiet irrakmati jew stampati fuq wara u l-kmiem. Il-ġnub u parti mill-kmiem għandhom meħjuta biċċiet ta' tessut minsuġ ta' kuluri differenti; (ara r-ritratt Nru 511 A (1);

(b)  par qalżiet mingħajr inforra li jilħaq mill-qadd sa l-għekiesi, mħażżem b’drawstring mal-qadd li m'għandux ftuħ. Il-ġnub ta' barra huma mgħottija minn fuq tal-qalziet s'isfel sa nofs il-pexxun bl-istess biċċiet meħjutin ta' tessut minsuġ, bħal ġakketta. Il-libsa għandha żewgt ibwiet ġewwa u dekorazzjonijiet irrakkmati jew stampati f'wieħed mill-ġenbejn u fit-tarf ta' qalza (ara r-ritratt Nru 511 B) (1)

6112 12 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6112 u 6112 12 00.

Ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 6112.

7.  Libsa ħafifa nnitjata (100 % qoton), maħsuba biex tgħatti l-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd, mingħajr kmiem u għonq, b'skollatura tonda mhux issikkata, magħmula minn tesstut ta' żewġ kuluri. Għandha fetħa parzjali quddiem iddisinjata għall-għeluq lemin għax-xellug permezz ta' buttuni. Għandha ħajt dekorattiv loopwale fit-tarf ta' l-iskollatura u l-fetħiet għall-idejn (ara –ritratt Nru 519) (1)

6114 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 8 tal-Kapitolu 61 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6114 u 6114 20 00.

8.  Libsa magħmula minn tliet tessuti minsuġa b'kuluri differenti (100 % poliamidi), maħsub biex jgħatti l-parti ta' isfel tal-ġisem mill-qadd sa’ nofs il-pexxun, tagħlaq kull sieq separatament u mingħajr ftuħ fil-qadd. Tkun issikkata mal-qadd permezz ta' strixxa elastika u drawstring. ►M1   ►C1  L-ilbies għandu but miftuħ fuq ġewwa fuq kull naħa u qalziet ta' taħt innitjat (65 % poliester, 35 % qoton), meħjuta mal-qadd (bħal fil-każ ta' xorts) (ara ritratt Nru 509) (1)  ◄  ◄

6204 63 90

►M1   ►C1  

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-Nota 8 tal-Kapitolu 62 kif ukoll bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6204, 6204 63. 6204 63 90.

Il-klassifikazzjoni bħala ilbies għall-baħar hija eskluża għaliex dan l-ilbies, minħabba l-qatgħa tiegħu, id-dehra ġenerali u l-preżenza ta' bwiet fil-ġenb mingħajr sistema soda biex jingħalqu ma jistax jitqies li huwa maħsub biex jintlibes biss jew l-aktar bħala lbies għall-baħar

 ◄  ◄

9.  Libsa nnitjata ħafifa (100 % poliester), bi kmiem twal, maħsuba biex tgħatti l-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd, magħmula minn tessut b’ħafna kuluri. Għandha għonq u skollatura V u hija kompletament miftuħa quddiem b'għeluq mil-lemin għax-xellug permezz ta' buttuni. Għandha ukoll tliet buttuni dekorattivi fit-truf tal-kmiem u ssikkar elastiċizzat fuq iż-żewġ naħat fil-livell tal-qadd (blaws) (ara r-ritratt Nru 516) (1)

6206 40 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6206 u 6206 40 00.

Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għan-nomenkalura maqgħuda dwar il-Kodiċi NM 6206.

(1)   Ir-ritratti huma biss għall-informazzjoni.

image

image



( 1 ) ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

( 2 ) ĠU L 384, tat-30.12.1992, pġ. 8.

( 3 ) ĠU L 365, tat-28.12.1990, pġ. 17.

( 4 ) ĠU L 160, tas-26.6.1990, pġ. 1.

( 5 ) ĠU L 160, tas-26.6.1990, pġ. 1.