1993L0098 — MT — 22.06.2001 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/98/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU L 290, 24.11.1993, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DIRETTIVA 2001/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Mejju 2001 |
L 167 |
10 |
22.6.2001 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/98/KEE
tad-29 ta’ Ottubru 1993
li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 57(2), 66 u 100a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
|
(1) |
Billi l-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir (il-Konvenzjoni ta’ Ruma) jistipulaw biss id-dewmien minimi ta’ protezzjoni tad-drittijiet li jirreferu għalihom, waqt li jħallu Stati Kontrattanti ħielsa li jagħtu dewmien itwal; billi ċerti Stati Membri eżerċitaw dan id-dritt; billi b’żieda ma’ dan ċerti Stati Membri ma ssieħbux mal-Konvenzjoni ta’ Ruma; |
|
(2) |
Billi bħala konsegwenza hemm differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw id-dewmien tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati, li jistgħu jfixklu l-moviment ħieles ta’ l-oġġetti u l-libertà li jipprovdu servizzi, u li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq komuni; billi għalhekk in vista ta’ tħaddim faċli tal-kummerċ lokali, il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu armonizzati sabiex jagħmlu dewmien ta’ protezzjoni l-istess mal-Komunità kollha; |
|
(3) |
Billi l-armonizzazzjoni għandha tirregola mhux biss id-dewmien bħala tali, iżda wkoll ċerti arranġamenti ta’ implimentazzjoni bħad-data li minnha kull dewmien ta’ protezzjoni hu kkalkulat; |
|
(4) |
Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jaffettwawx l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14a (2) (b), (ċ) u (d) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Berna; |
|
(5) |
Billi d-dewmien minimu ta’ protezzjoni stipulata bil-Konvenzjoni ta’ Berna, jiġifieri l-ħajja ta’ l-awtur u 50 sena wara l-mewt tiegħu, kien maħsub biex jipprovdi protezzjoni għall-awtur u l-ewwel żewġ ġenerazzjonijiet tad-dixxendenti tiegħu; billi l-medja tal-ħajja fil-Komunità twalet, sal-punt fejn dan id-dewmien mhuwiex aktar biżżejjed li jkopri żewġ ġenerazzjonijiet; |
|
(6) |
Billi ċerti Stati Membri taw dewmien itwal minn 50 sena wara l-mewt ta’ l-awtur biex jikkumpensaw l-effetti tal-gwerer dinjija fuq l-isfruttar tax-xogħlijiet ta’ l-awtur; |
|
(7) |
Billi għall-protezzjoni ta’ drittijiet relatati ċerti Stati Membri introduċew dewmien ta’ 50 sena wara l-pubblikazzjoni legali jew komunikazzjoni legali lill-pubbliku; |
|
(8) |
Billi skond il-posizzjoni tal-Komunità adottata fil-Laqgħa ta’ l-Urugwaj negozjati skond il-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u Kummerċ (GATT) id-dewmien tal-protezzjoni għall-produtturi ta’ fonogrammi għandu jkun 50 sena wara l-ewwel pubblikazzjoni; |
|
(9) |
Billi kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet stabbiliti hija waħda mill-prinċipji ġenerali tal-liġi protetti mill-ordni legali tal-Komunità; billi, għalhekk, armonizzazzjoni tad-dewmien ta’ protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma tistax ikollha effetti li tnaqqas il-protezzjoni preżentement gawduta mid-detenturi tad-drittijiet fil-Komunità; billi sabiex iżżomm l-effetti tal-miżuri tranżitorji mill-inqas kemm jista’ jkun u biex tħalli s-suq lokali li jopera fil-prattika, l-armonizzazzjoni tad-dewmien ta’ protezzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ dewmien twil; |
|
(10) |
Billi fin-notifika tagħha tas-17 ta’ Jannar 1991“Follow-up tal-Green Paper - programm ta’ ħidma mill-Kummissjoni fil-qasam tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati” il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li tarmonizza d-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati f’livell għoli ta’ protezzjoni għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma fundamentali għall-ħolqien intellettwali u tenfasizza li l-protezzjoni tagħhom tassigura ż-żamma u l-iżvilupp tal-kreattività fl-interess ta’ l-awturi, l-industriji kulturali, il-konsumaturi u s-soċjeta in ġenerali; |
|
(11) |
Billi biex tistabbilixxi livell għoli ta’ protezzjoni li fl-istess ħin jissodisfa r-rekwiżiti tas-suq lokali u l-ħtieġa li tistabbilixxi ambjent legali li jwassal għal żvilupp ta’ konkordanza fil-ħolqien letterarju u artistiku fil-Komunità, id-dewmien ta’ protezzjoni għad-drittijiet ta’ l-awtur għandu jkun armonizzat għal 70 sena wara l-mewt ta’ l-awtur jew 70 sena wara li x-xogħol ikun ġie legalment disponibbli għall-pubbliku, u għal drittijiet relatati f’50 sena wara l-każ li jagħti bidu li jibda jgħodd id-dewmien; |
|
(12) |
Billi kollezzjonijiet huma protetti skond l-Artikolu 2(5) tal-Konvenzjoni ta’ Berna meta, għar-raġuni li l-għażla u l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwixxu kreazzjonijiet intellettwali; billi dawk ix-xogħlijiet huma protetti bħali tali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ l-awtur f’kull wieħed mix-xogħlijiet li jagħmel parti minn dawn il-kreazzjonijiet, billi bħala konsegwenza dewmien ta’ protezzjoni jistgħu japplikaw għal xogħlijiet inklużi fil-kollezzjonijiet; |
|
(13) |
Billi fil-każi kollha fejn waħda jew aktar persuni fiżiċi jkunu identifikati bħala awturi d-dewmien ta’ protezzjoni għandu jiġi kkalkulat wara mewthom; billi l-kwistjoni ta’ l-awtur fix-xogħol kollu jew parti minnu fil-kwestjoni ta’ fatt li l-qrati nazzjonali jistgħu jkollhom jiddeċiedu; |
|
(14) |
Billi d-dewmien ta’ protezzjoni għandhom jiġu kalkolati mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena wara l-ġrajja relevanti, kif inhuma fil-Konvenzjonijiet ta’ Berna u ta’ Ruma; |
|
(15) |
Billi l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill KEE/91/250 ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 fuq il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter ( 4 ) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jipproteġu programmi tal-kompjuter, bid-drittijiet ta’ l-awtur, bħala xogħlijiet letterarji skond it-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna; billi din id-Direttiva tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ xogħlijiet letterarji fil-Komunità; billi l-Artikolu 8 tad-Direttiva KEE/91/250, li sempliċiment tagħmel arranġamenti proviżorji li jirregolaw id-dewmien ta’ protezzjoni ta’ programmi tal-kompjuter, għandhom f’dan is-sens jitħassru; |
|
(16) |
Billi l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill KEE/92/100 tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali ( 5 ) jagħmlu disposizzjonijiet għal dewmien minimi ta’ protezzjoni biss, bla ħsara għal kull armonizzazzjoni li tista’ ssir; billi din id-Direttiva tipprovdi għal din il-protezzjoni li tista’ ssir; billi dawn l-artikoli għandhom f’dan is-sens jitħassru; |
|
(17) |
Billi l-protezzjoni ta’ fotografiji fl-Istati Membri hija s-suġġett għal diversi kondizzjonijiet; billi sabiex tikseb armonizzazzjoni suffiċjenti tad-dewmien tal-protezzjoni ta’ xogħlijiet fotografiċi, b’mod partikolari ta’ dawk li, bħala riżultat tal-karattru artistiku u professjonali tagħhom, huma ta’ importanza fis-suq lokali, huwa meħtieġ li tfisser il-livell ta’ oriġinalità meħtieġa f’din id-Direttiva; billi xogħol fotografiku skond it-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna għandu jkun ikkunsidrat oriġinali jekk huwa l-ħolqien intellettwali ta’ l-awtur innifsu li jirrifletti l-personalità tiegħu, l-ebda kriterju ieħor bħala meritu jew skop ma jkun ikkunsidrat; billi l-protezzjoni ta’ fotografiji oħra għandha titħalla għal-liġi nazzjonali; |
|
(18) |
Billi, sabiex tevita differenzi fid-dewmien ta’ protezzjoni dwar drittijiet relatati huwa meħtieġ li tipprovdi l-istess punt ta’ tluq biex ikun kalkolat id-dewmien mal-Komunità kollha; billi l-wirjiet, twaħħil, trasmissjoni, pubblikazzjoni legali, u komunikazzjoni legali lill-pubbliku, jiġifieri l-mezzi li jagħmlu suġġett ta’ dritt relatat perċepibbli fil-modi xierqa kollha lill-persuni in ġenerali, għandhom ikunu kkunsidrati biex ikun ikkalkolat id-dewmien ta’ protezzjoni irrispettivament mill-pajjiż fejn iseħħu l-wirja, twaħħil, trasmissjoni, pubblikazzjoni legali, jew komunikazzjoni legali lill-pubbliku; |
|
(19) |
Billi d-drittijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tax-xandir fix-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trasmessi bil-wajer sew jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita, m’għandhomx ikunu perpetwi; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkollok dewmien ta’ protezzjoni li jibda mill-ewwel trasmissjoni ta’ xandira partikolari biss; billi din id-disposizzjoni hija maħsuba bl-iskop li tevita dewmien ġdid li jibda fil-każi fejn xandira tkun identika ma’ waħda preċedenti; |
|
(20) |
Billi l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu drittijiet oħra relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur partikolarment dwar il-protezzjoni ta’ pubblikazzjonijiet kritiċi u xjentifiċi; billi, sabiex jassiguraw trasparenza f’livell tal-Komunità, madankollu hu meħtieġ għall-Istati Membri li jintroduċu drittijiet ġodda relatati biex jgħarrfu lill-Kummissjoni; |
|
(21) |
Billi huwa utli li tagħmilha ċara li l-armonizzazzjoni miġjuba b’din id-Direttiva ma tapplikax għal drittijiet morali; |
|
(22) |
Billi, għal xogħlijiet li l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom skond it-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna huwa pajjiż barrani u li l-awtur tagħhom mhuwiex ċittadin tal-Komunità, għandhom ikunu applikati paraguni ta’ dewmien ta’ protezzjoni, kemm-il darba d-dewmien mogħti fil-Komunità ma jeċċedix id-dewmien stipulat f’din id-Direttiva; |
|
(23) |
Billi fejn detentur tad-drittijiet li mhux ċittadin tal-Komunità jikkwalifika għall-protezzjoni skond ftehim internazzjonali d-dewmien ta’ protezzjoni tad-drittijiet relatati għandu jkun l-istess bħal dak stipulat f’din id-Direttiva, għajr li dan m’għandux jaqbeż dak stipulat fil-pajjiż li tiegħu d-detentur tad-drittijiet huwa ċittadin; |
|
(24) |
Billi paragun tad-dewmien m’għandux jirriżulta li l-Istati Membri jiġu f’konflitt ma’ l-obbligi internazzjonali tagħhom; |
|
(25) |
Billi, biex is-suq lokali jaħdem sew din id-Direttiva għandha tkun applikata mill-1 ta’ Lulju 1995; |
|
(26) |
Billi l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jadottaw id-disposizzjonijiet dwar l-interpretazzjoni, adattament u aktar twettiq ta’ kuntratti fuq l-isfruttar ta’ xogħlijiet protetti u materjal ieħor li kienu konklużi qabel l-estensjoni tad-dewmien ta’ protezzjoni li tirriżulta minn din id-Direttiva; |
|
(27) |
Billi rispett għad-drittijiet miksuba u espettazzjonijiet leġittimi huwa parti mill-ordni legali tal-Komunità; billi l-Istati Membri jistgħu jipprovdu b’mod partikolari li f’ċerti ċirkustanzi d-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati li joħorġu skond din id-Direttiva ma jagħtux lok għall-ħlasijiet minn persuni li jkunu jassumu in bona fide l-isfruttar tax-xogħlijiet fil-ħin meta dawn ix-xogħlijiet kienu fl-isfera pubblika, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Dewmien tad-drittijiet ta’ l-awtur
1. Id-drittijiet ta’ awtur ta’ xogħol artistiku u letterarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Berna għandhom idumu tul il-ħajja ta’ l-awtur u għal 70 sena wara mewtu, irrispettivament mid-data meta x-xogħol ikun legalment disponibbli għall-pubbliku.
2. Fil-każ ta’ xogħol ta’ awturi flimkien id-dewmien imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat mill-mewt ta’ l-aħħar awtur li jkun baqa’.
3. Fil-każ ta’ xogħlijiet anonimi jew psewdonimi, id-dewmien ta’ protezzjoni għandu jdum għal 70 sena wara li x-xogħol ikun sar legalment disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, meta psewdonimu adottat mill-awtur ma jħalli l-ebda dubju għall-identità tiegħu, jew jekk l-awtur jiżvela l-identità tiegħu matul il-perijodu msemmi fl-ewwel perijodu, id-dewmien ta’ protezzjoni applikabbli għandu jkun dak stipulat fil-paragrafu 1.
4. Fejn l-Istati Membri jipprovdu għal disposizzjonijet partikolari fuq drittijiet ta’ l-awtur dwar xogħlijiet kollettivi jew għal persuna legali li għandha tinħatar bħala detentur tad-drittijiet, id-dewmien tal-protezzjoni għandu jkun ikkalkulat skond id-disposizzjonijet tal-paragrafu 3, għajr jekk persuni fiżiċi li jkunu ħolqu x-xogħol bħala tali jkunu hekk identifikati fil-verżjonijiet tax-xogħol li jkun sar disponibbli għall-pubbliku. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ l-awturi identifikati li l-kontribut identifikabbli tagħhom ikun inkluż f’dawn ix-xogħlijiet, li għal liema kontribut għandhom japplikaw il-paragrafi 1 jew 2.
5. Fejn xogħol huwa ppubblikat f’volumi, partijiet, faxxikli, ħarġiet jew episodji u d-dewmien ta’ protezzjoni jibda mill-ħin meta x-xogħol kien legalment magħmul disponibbli għall-pubbliku, id-dewmien ta’ protezzjoni għandu jibda separatament għal kull oġġett.
6. Fil-każ ta’ xogħlijiet li għalihom id-dewmien ta’ protezzjoni ma jkunx ikkalkolat mill-mewt ta’ l-awtur jew awturi u li ma jkunux saru disponibbli legalment għall-pubbliku fi żmien 70 sena mill-ħolqien tagħhom, il-protezzjoni għandha tintemm.
Artikolu 2
Xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi
1. Id-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv għandu jkun ikkunsidrat bħala l-awtur tiegħu jew wieħed mill-awturi. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jaħtru lil ko-awturi oħrajn.
2. Id-dewmien ta’ protezzjoni ta’ xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi għandu jintemm 70 sena wara l-mewt ta’ l-aħħar mill-persuni li ġejjin li jkunu baqgħu ħajjin, sew jekk dawn il-persuni jinħatrux jew le bħala ko-awturi: id-direttur prinċipali, l-awtur ta’ l-i screenplay, l-awtur tad-djalogu u l-kompożitur tal-mużika maħluqa speċifikament biex tintuża fix-xogħol ċinematorgrafiku jew awdjoviżiv.
Artikolu 3
Dewmien ta’ drittijiet relatati
1. Id-drittijiet ta’ l-artisti għandhom jiskadu 50 sena wara d-data tal-wirja. Madankollu, jekk l-iffissar ta’ wirja jkun ippubblikat legalment jew ikkomunikat legalment lill-pubbliku f’dan il-perijodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta’ l-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel.
2. Id-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi għandhom jiskadu 50 sena wara li jsir l-iffissar. B’danakollu, jekk fonogramm ikun pubblikat legalment f’dan il-perjodu, id-drittijiet imsemmija għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta’ l-ewwel pubblikazzjoni legali. Jekk ma tkun saret l-ebda pubblikazzjoni legali fil-perijodu msemmi fl-ewwel sentenza, u jekk il-fonogramm ikun legalment komunikat lill-pubbliku fi żmien dan il-perjodu, id-drittijiet imsemmija għandhom jiskadu ħamsin sena mid-data ta’ l-ewwel komunikazzjoni legali lill-pubbliku.
B’danakollu, fejn permezz ta’ l-iskadenza tat-tul ta’ żmien tal-protezzjoni mogħtija skond dan il-paragrafu fil-verżjoni tiegħu qabel l-emenda bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni ( 6 ) id-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi mhumiex aktar protetti fit-22 ta’ Diċembru 2002, dan il-paragrafu m’għandux ikollu l-effett li jipproteġi dawk id-drittijiet mill-ġdid.
3. Id-drittijiet tal-produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ film għandhom jiskadu 50 sena wara li jsir l-iffissar. Madankollu, jekk il-film ikun ippubblikat legalment jew ikun komunikat legalment lill-pubbliku matul dan il-perijodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta’ din l-ewwel pubblikazzjoni jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel. It-terminu “film” għandu jfisser xogħol jew xbiehat jiċċaqilqu ċinematografiċi jew awdjoviżivi, kemm jekk ikunu akkumpanjati mill-ħoss sew jekk le.
4. Id-drittijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom jiskadu 50 sena wara l-ewwel trasmissjoni, sew jekk din ix-xandira tkun trasmessa bil-wajer jew jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew satellita.
Artikolu 4
Protezzjoni ta’ xogħlijiet mhux pubblikati qabel
Kull persuna li, wara l-iskadenza tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur, għall-ewwel darba tippubblika legalment jew tikkomunika legalment mal-pubbliku xogħol mhux ippubblikat qabel, għandha tibbenefika mill-protezzjoni ekwivalenti għad-drittijiet ekonomiċi ta’ l-awtur. It-tul ta’ protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet għandu jkun 25 sena minn meta x-xogħol ikun ippubblikat l-ewwel darba jew komunikat legalment lill-pubbliku.
Artikolu 5
Pubblikazzjonijiet kritiċi u xjentifiċi
L-Istati Membri jistgħu jipproteġu pubblikazzjonijiet kritiċi u xjentifiċi ta’ xogħlijiet li jkunu ġew fl-isfera pubblika. Id-dewmien massimu ta’ protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet għandu jkun 30 sena minn meta l-pubblikazzjoni kienet legalment ippubblikata għall-ewwel darba.
Artikolu 6
Protezzjoni ta’ fotografiji
Fotografiji li huma oriġinali fis-sens li huma l-ħolqien intellettwali ta’ l-awtur innifsu għandhom ikunu protetti skond l-Artikolu 1. L-ebda kriterji oħra m’għandhom ikunu applikati biex jistabbilixxu l-eliġibilità tagħhom għall-protezzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-protezzjoni ta’ fotografiji oħra.
Artikolu 7
Protezzjoni rigward pajjiżi terzi
1. Fejn il-pajjiż ta’ oriġini ta’ xogħol, fit-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna, huwa pajjiż terz, u l-awtur tax-xogħol mhuwiex ċittadin tal-Komunità, id-dewmien ta’ protezzjoni mogħti mill-Istati Membri għandu jiskadi fid-data ta’ skadenza tal-protezzjoni mogħtija mill-pajjiż ta’ oriġini tax-xogħol, iżda ma jistax jaqbeż id-dewmien stipulat fl-Artikolu 1.
2. Id-dewmien ta’ protezzjoni stipulati fl-Artikolu 3 għandhom japplikaw fil-każ ta’ detenturi tad-drittijiet li mhumiex ċittadini tal-Komunità, kemm-il darba l-Istati Membri jagħtuhom protezzjoni. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali ta’ l-Istati Membri, id-dewmien ta’ protezzjoni mogħti mill-Istati Membri għandu jiskadi mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-protezzjoni mogħtija fil-pajjiż li tiegħu d-detentur tad-drittijiet huwa ċittadin u ma jistax jeċċedi d-dewmien stipulat fl-Artikolu 3.
3. L-Istati Membri li, fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari skond l-obbligi internazzjonali tagħhom, ikunu taw dewmien itwal ta’ protezzjoni minn dak li jirriżulta mid-disposizzjonijet, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jżommu din il-protezzjoni sal-konklużjoni tal-ftehim internazzjonali dwar id-dewmien tal-protezzjoni bid-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet relatati.
Artikolu 8
Stima ta’ dewmien
Id-dewmien stipulati f’din id-Direttiva huma stmati mill-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena ta’ wara li l-każ ikun seħħ.
Artikolu 9
Drittijiet morali
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet ta’ l-Istati Membri li jirregolaw id-drittijiet morali.
Artikolu 10
Applikazzjoni fil-ħin
1. Fejn dewmien ta’ protezzjoni, li jkun itwal mid-dewmien li jikkorrispondi mad-dewmien li hemm provdut dwaru b’din id-Direttiva, ikun diġà għaddej fi Stat Membru fid-data msemmija fl-Artikolu 13(1), din id-Direttiva m’għandhiex ikollha l-effett li tqassar id-dewmien ta’ protezzjoni fi Stat Membru.
2. Id-dewmien ta’ protezzjoni li hemm provdut dwarhom f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għax-xogħlijiet kollha li huma protetti f’għall-inqas Stat Membru wieħed, fid-data msemmija fl-Artikolu 13(1), skond id-Disposizzjonijet nazzjonali fuq id-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet relatati jew li jissodisfaw il-kriterji għall-protezzjoni skond id-Direttiva KEE/92/100.
3. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull att ta’ sfruttament imwettaq qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(1). Stati Membri għandhom jadottaw id-disposizzjonijet meħtieġa biex jipproteġu b’mod partikolari drittijiet miksuba ta’ pajjiżi barranin.
4. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa japplikaw id-disposizzjonijet ta’ l-Artikolu 2(1) għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi maħluqin qabel l-1 ta’ Lulju 1994.
5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu d-data minn meta għandu japplika l-Artikolu 2(1), kemm-il darba dik id-data ma tkunx aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1997.
Artikolu 11
Adattament tekniku
1. L-Artikolu 8 tad-Direttiva KEE/91/250 huwa b’dan imħassar.
2. L-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva KEE/92/100 huma b’dan imħassrin.
Artikolu 12
Proċedura ta’ notifika
L-Istati Membri għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull pjan governattiv biex tagħti drittijiet relatati ġodda, inklużi r-raġunijiet bażiċi għall-introduzzjoni tagħhom u d-dewmien ta’ protezzjoni prevista.
Artikolu 13
Disposizzjonijet ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ l-Artikoli 1 sa 11 ta’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1995.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijet, għandu jkollhom fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu din ir-riferenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 12 mid-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 14
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 92, tal-11.4.1992, pġ. 6 u ĠU C 27, tat-30.1.1993, pġ. 7.
( 2 ) ĠU C 337, tal-21.12.1992, pġ. 205 u Deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 1993 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) ĠU C 287, ta’ l-4.11.1992, pġ. 53.
( 4 ) ĠU L 122, tas-17.5.1991, pġ. 42.
( 5 ) ĠU L 346, tas-27.11.1992, pġ. 61.
( 6 ) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.’